23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/81 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2014
tat-22 ta' Ottubru 2014
li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu.
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 l-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex jiżdied l-iskop nutruzzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u biex jiġi supplimentat l-iskop nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti bħala speċi fil-mira mal-lista ta' użi maħsubin għal skopijiet nutrizzjonali partikolari fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE (2). |
(2) |
Barra minn hekk, bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet biex jinbidlu l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka” kronika għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ram fil-fwied”. |
(3) |
Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
(4) |
Wara li vvaluta d-dossiers li kienu inklużi ma' dawk l-applikazzjonijiet, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (il-Kumitat) ikkonferma li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat jissodisfa l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari maħsuba u li ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet huma validi. |
(5) |
Bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-Kumitat, l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti għandhom jinżiedu mal-lista ta' użi maħsuba u l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kronika” kardijaka u l-“għajnuna għall-funzjoni renali f'każ ta' insuffiċjenza renali kronika” għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ramm fil-fwied” għandhom jinbidlu. Bħala riżultat tal-annotazzjoni l-ġdida l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika, l-iskop nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” ma għadux meħtieġ u għandu jitħassar. |
(6) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-kontenut massimu ta' ċerti nutrijenti stabbiliti bħala “karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali” ta' xi wħud mill-iskopijiet nutrizzjonali partikolari, għandu jiġi previst ir-rekwiżit li l-għalf dijetetiku rispettiv jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut. Din id-dispożizzjoni tiżgura wkoll l-użu sikur tal-għalf ikkonċernat. |
(7) |
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 (3) stabbilixxa l-inkorporazzjoni tal-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) f'ċertu għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Madankollu, l-addittivi tal-għalf li fil-preżent huma rreġistrati fil-grupp “mikroorganiżmi” u li qegħdin fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jistgħu bl-istess mod jiġu inkorporati fil-grupp tal-għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Għaldaqstant, sakemm jiġu awtorizzati mill-ġdid, l-addittivi tal-għalf eżistenti tal-grupp “mikroorganiżmi” ukoll għandhom ikunu koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE. |
(8) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/38/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Billi ma hemmx raġunijiet ta' sikurezza biex jibdew japplikaw immedjatament il-modifiki għall-għalf li fil-preżent qed jitqiegħed fis-suq b'mod legali, jixraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju li fih jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-għalf li huwa inkluż fl-Anness ta' dan ir-Regolemant u li kien ġie prodott u ttikkettat qabel it-12 ta' Mejju 2015 u li jikkonforma mad-Direttiva 2008/38/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti. Jekk dan l-għalf ikun maħsub għall-annimali ta' kumpanija, id-data msemmija fl-aħħar sentenza hija t-12 ta' Novembru 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 3).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
ANNESS
Il-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE hija emendata kif ġej:
(a) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(b) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza renali kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(c) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tar-ram fil-fwied” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(d) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f'każ ta' ipertirojdiżmu” sostitwita b'dan li ġej:
|
(e) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(f) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “restorazzjoni nutrizzjonali, konvalexxenza”, tal-ispeċi jew kategorija ta' annimali “Klieb” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(g) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika”, speċi jew kategorija ta' annimali: “Speċijiet ta' annimali li huwa awtorizzat għalihom l-istabilizzant tal-batterji tal-musrana” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(*) Fejn ikun rilevanti, il-manifattur jista' wkoll jirrakkomanda l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.
(**) Jekk l-għalf ikun rakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu tal-użu rakkomandat għandu jkun ta' bejn ħmistax u erba' ġimgħat.
(***) Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].