15.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2014

tas-7 ta' Awwissu 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (il-“proċedura PIC”), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

Huwa xieraq li titqies l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza bitertanol ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-bitertanol bħala pestiċida ġie pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Is-sustanzi ċieksatina u ażoċiklotina ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Is-sustanzi ċinidon-etil, ċiklanilid, etoksisulfuron u oksadiargil ma għadhomx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Is-sustanza rotenon ma ġietx approvata bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li s-sustanza rotenon hija ristretta b'mod sever għall-użu bħala pestiċida minħabba li prattikament kull użu huwa pprojbit minkejja l-fatt li r-rotenon ġiet identifikata u notifikata għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-prodotti tat-tip 17 u għalhekk tista' tibqa' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dak ir-Regolament. Għalhekk, is-sustanza rotenon għandha tiżdied mal-listi ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(7)

L-approvazzjoni tas-sustanza klorur tad-dideċildimetilammonju ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida tal-klorur tad-dideċildimetilammonju fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(8)

Is-sustanzi warfarina u ċiflutrina ma baqgħux approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida ta' dawk is-sustanzi kimiċi fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk dawn is-sustanzi għandhom jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(9)

Fis-sitt laqgħa tagħha, li saret bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li jiġu inklużi l-ażinfos-metil, l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan, is-sulfonati tal-perfluworoottan, is-sulfonammidi tal-perfluworoottan u s-sulfonili tal-perfluworoottan fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jitneħħew mil-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 ta' dak l-Anness.

(10)

Il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet ukoll li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil, kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Billi l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil huma diġà elenkati fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għalhekk huma soġġetti għall-projbizzjoni ta' esportazzjoni, dawk is-sustanzi kimiċi ma jiżdidux mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(11)

L-entrata tal-klorat fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandha tiġi emendata sabiex tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward ta' liema sustanzi kienu intiżi li jiġu koperti b'dik l-entrata.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Sabiex il-partijiet interessati kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma' dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddiferita,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati għall-ażinfos-metil u s-sulfonati tal-perfluworoottan jinbidlu b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Ażinfos-metil (#)

86-50-0

201-676-1

2933 99 80

p(1)

b

 

Sulfonati tal-perfluworoottan

(PFOS) C8F17SO2X

(X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivattivi oħra li jinkludu l-polimeri) (+)/(#)

1763-23-1

2795-39-3

70225-14-8

56773-42-3

4151-50-2

57589-85-2

68081-83-4

u oħrajn

217-179-8

220-527-1

274-460-8

260-375-3

223-980-3

260-837-4

268-357-7

2904 90 95

2904 90 95

2922 12 00

2923 90 00

2935 00 90

2924 29 98

3824 90 97

i(1)

sr”

 

(b)

l-entrata għall-klorat tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Klorat (+)

7775-09-9

10137-74-3

7783-92-8

u oħrajn

231-887-4

233-378-2

232-034-9

2829 11 00

2829 19 00

2843 29 00

p(1)

b”

 

(c)

għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Ażoċiklotina (+)

41083-11-8

255-209-1

2933 99 80

p(1)

b

 

Bitertanol (+)

55179-31-2

259-513-5

2933 99 80

p(1)

b

 

Ċinidon-etil (+)

142891-20-1

n.a.

2925 19 95

p(1)

b

 

Ċiklanilid (+)

113136-77-9

419-150-7

2924 29 98

p(1)

b

 

Ċiflutrina

68359-37-5

269-855-7

2926 90 95

p(1)

b

 

Ċieksatina (+)

13121-70-5

236-049-1

2931 90 90

p(1)

b

 

Etoksisulfuron (+)

126801-58-9

n.a.

2933 59 95

p(1)

b

 

Klorur tad-dideċildimetilammonju

7173-51-5

230-525-2

2923 90 00

p(1)

b

 

Oksadiarġil (+)

39807-15-3

254-637-6

2934 99 90

p(1)

b

 

Rotenon (+)

83-79-4

201-501-9

2932 99 00

p(1)

b

 

Warfarina

81-81-2

201-377-6

2932 20 90

p(1)

b”

 

2.

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għas-sulfonati tal-perfluworoottan tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Id-derivattivi tas-sulfonati tal-perfluworoottan (inklużi l-polimeri), mhumiex koperti minn

Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan

57589-85-2

68081-83-4

u oħrajn

260-837-4

268-357-7

2924 29 98

3824 90 97

i

sr”

(b)

l-entrata għall-klorat tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Klorat

7775-09-9

10137-74-3

7783-92-8

u oħrajn

231-887-4

233-378-2

232-034-9

2829 11 00

2829 19 00

2843 29 00

p

b”

(c)

l-entrata għall-ażinfos-metil titħassar;

(d)

għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Ażoċiklotina

41083-11-8

255-209-1

2933 99 80

p

 

Bitertanol

55179-31-2

259-513-5

2933 99 80

p

 

Ċinidon-etil

142891-20-1

n.a.

2925 19 95

p

 

Ċiklanilid

113136-77-9

419-150-7

2924 29 98

p

 

Ċieksatina

13121-70-5

236-049-1

2931 90 90

p

 

Etoksisulfuron

126801-58-9

n.a.

2933 59 95

p

 

Oksadiarġil

39807-15-3

254-637-6

2934 99 90

p

 

Rotenon

83-79-4

201-501-9

2932 99 00

p”

 

3.

Fil-Parti 3 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura

Kodiċi HS

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza

Kategorija

“Ażinfos-metil

86-50-0

2933.99

3808.10

Pestiċida

Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan

1763-23-1

2795-39-3

29457-72-5

29081-56-9

70225-14-8

56773-42-3

251099-16-8

4151-50-2

31506-32-8

1691-99-2

24448-09-7

307-35-7

u oħrajn

2904.90

2904.90

2904.90

2904.90

2922.12

2923.90

2923.90

2935.00

2935.00

2935.00

2935.00

2904.90

3824.90

Industrijali”