3.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/46


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 283 tas-27 ta' Settembru 2014 )

F'paġna 16, fil-Parti II tal-Anness, “Indikaturi tal-prestazzjoni”, it-Taqsima “Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' proġetti, minbarra 1)”:

minflok:

“1.

Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp implimentati”

,

aqra:

“1.

Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp magħżula.”

;

F'paġna 17, fil-Parti III tal-Anness, “Indikaturi tar-riżultati”, it-Taqsima “Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien)”:

minflok:

“5.

Bidla fl-effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/EUR qabda żbarkata)”

,

aqra:

“5.

Bidla fl-effiċjenza enerġetika tal-qbid tal-ħut (litri ta' karburant (fjuwil)/tunnellati ta' qabdiet li nħattu l-art)”

;

F'paġna 19, fil-Parti III tal-Anness, “Indikaturi tar-riżultati”, it-Taqsima “Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali”:

minflok:

“1.

Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tal-akkwakultura”

,

aqra:

“1.

Impjiegi maħluqa (FTE)”

;

F'paġna 19, fil-Parti III tal-Anness, “Indikaturi tar-riżultati”, it-Taqsima “Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali”:

minflok:

“2.

Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tal-akkwakultura”

,

aqra:

“2.

Impjiegi miżmuma (FTE)”

.