22.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2014

tal-21 ta' Awwissu 2014

li jemenda għall-217-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-15 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jżid sitt persuni fiżiki mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-4 ta' Awwissu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC ddeċieda li jemenda żewġ annotazzjonijiet fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESSI

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Abdelrahman Mouhamad Zafir al Dabidi al Jahani (alias (a) Abd Al-Rahman Muhammad Zafir Al-Dubaysi Al-Juhni, (b) Abd Al-Rahman Muhammad Zafir al-Dubaysi al-Jahni, (c) Abd Al-Rahman Muhammad Zafir al-Dubaysi al-Jahani, (d) Abd Al-Rahman Muhammad Zafir al-Dubaysi al-Juhani, (e) Abdulrhman Mohammed D. Aljahani, (f) Abu al-Wafa', (g) Abu Anas, (h) Abd al-Rahman Muhammad Zafir al-Dabisi al-Jahani, (i) Abu Wafa al-Saudi, (j) Abu al-Wafa, (k) Abd al-Rahman Muhammad Thafir al-Jahni, (l) Abd al-Rahman Muhammad al-Juhani, (m) Abdelrahman Mouhamad Zafir al Dabissi Juhan, (n) Abdelrahman Mouhamad Zafir al Dabissi Juhani, (o) Abou Wafa al Saoudi). Data tat-twelid: (a) 4 Diċembru 1971 (b) 1977. Post tat-twelid: Kharji, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Numru tal-passaport: F50859. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-Arabja Sawdija 1027508157. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(b)

“Hajjaj Bin Fahd al Ajmi (alias (a). Hijaj Fahid Hijaj Muhammad Sahib al-Ajmi, (b) Hicac Fehid Hicac Muhammed Sebib al-Acmi, (c) Hajjaj bin-Fahad al-Ajmi, (d) Sheikh Hajaj al-Ajami, (e) Hajaj al-Ajami, (f) Ajaj Ajami). Data tat-twelid: 10 ta' Awwissu 1987. Post tat-twelid: il-Kuwajt. Ċittadinanza: Kuwajtija. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(c)

“Abou Mohamed al Adnani (alias (a). Yaser Khalaf Nazzal Alrawi, (b) Jaber Taha Falah, (c) Abou Khattab, (d) Abou Sadeq Alrawi, (e) Tah al Binchi, (f) Abu Mohammed al-Adnani, (g) Taha Sobhi Falaha, (h) Yasser Khalaf Hussein Nazal al-Rawi, (i) Abu Baker al-Khatab, (j) Abu Sadek al-Rawi, (k) Taha al-Banshi, (l) Abu Mohamed al-Adnani, (m) Abu-Mohammad al-Adnani al-Shami, (n) Hajj Ibrahim). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1977. Post tat-twelid: Binnish, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Ċittadinanza: Iraqin. Informazzjoni oħra: Kelliem Uffiċjali tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u tal-Levante (ISIL), elenkat bħala l-Al-Qaida fl-Iraq. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(d)

“Said Arif (alias (a). Said Mohamed Arif, (b) Omar Gharib, (c) Abderahmane, (d) Abdallah al-Jazairi, (e) Slimane Chabani, (f) Souleiman). Data tat-twelid: (a) 25 ta' Ġunju 1964 (b) 5 ta' Diċembru 1965. Post tat-twelid: Oran, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(e)

“Abdul Mohsen Abdallah Ibrahim al Charekh (alias (a). Abdul Mohsen Abdullah Ibrahim Al-Sharikh, (b) Sanafi al Nasr). Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1985. Post tat-twelid: Saqra, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(f)

“Hamid Hamad Hamid al-'Ali. Data tat-twelid: 17 ta' Novembru 1960. Post tat-twelid: (a) Kuwajt, (b) Qatar. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”

(2)

L-entrata 'Khalid Abd Al-Rahman Hamd Al-Fawaz (alias (a) Al-Fauwaz, Khaled, (b) Al-Fauwaz, Khaled A., (c) Al-Fawwaz, Khalid, (d) Al Fawwaz, Khalik; (e) Al-Fawwaz, Khaled, (f) Al Fawwaz, Khaled, (g) Khalid Abdulrahman H. Al Fawaz). Indirizz: London, United Kingdom. Data tat-twelid: 24.8.1962. Post tat-twelid: il-Kuwajt. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passport: 456682 (maħruġ fis- 6.11.1990, skada fit- 13.9.1995). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002. taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Khalid Abd Al-Rahman Hamd Al-Fawaz (alias (a) Khaled Al-Fauwaz,, (b) Khaled A. Al-Fauwaz, (c) Khalid Al-Fawwaz, (d) Khalik Al Fawwaz, (e) Khaled Al-Fawwaz, (f) Khaled Al Fawwaz, (g) Khalid Abdulrahman H. Al Fawaz). Indirizz: L-Istati Uniti tal-Amerika. Data tat-twelid: 24.8.1962. Post tat-twelid: il-Kuwajt. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passport: 456682 (maħruġ fis- 6.11.1990, skada fit- 13.9.1995). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”

(3)

L-entrata “Mostafa Kamel Mostafa Ibrahim (alias (a) Mustafa Kamel Mustafa, (b) Adam Ramsey Eaman, (c) Kamel Mustapha Mustapha, (d) Mustapha Kamel Mustapha, (e) Abu Hamza, (f) Mostafa Kamel Mostafa, (g) Abu Hamza Al-Masri, (h) Al-Masri, Abu Hamza, (i) Al-Misri, Abu Hamza). Indirizz: (a) 9 Aldbourne Road, Shepherds Bush, London W12 OLW, United Kingdom; (b) 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, United Kingdom. Data tat-twelid: 15.4.1958. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Ċittadinanza: Brittanika. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mostafa Kamel Mostafa Ibrahim (alias (a) Mustafa Kamel Mustafa, (b) Adam Ramsey Eaman, (c) Kamel Mustapha Mustapha, (d) Mustapha Kamel Mustapha, (e) Mostafa Kamel Mostafa, (f) Abu Hamza Al-Masri, (g) Abu Hamza, (gh) Abu Hamza Al-Misri). Indirizz: L-Istati Uniti tal-Amerika. Data tat-twelid: 15.4.1958. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Ċittadinanza: Brittanika. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”