19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 895/2014

tal-14 ta' Awwissu 2014

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza formaldeid, prodotti ta' reazzjoni oligomerika mal-anilina (AMD tekniku) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-aċidu arseniku jissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikat bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Is-sustanza bis(2-metossietil) etere (diglim) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(c) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Is-sustanza 1,2-dikloroetan (EDC) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Is-sustanza 2,2′-dikloro-4,4′-metilendianilina (MOCA) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Is-sustanza tris(kromat) tad-dikromu tissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Is-sustanza kromat tal-istronzju tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(8)

Is-sustanza idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Is-sustanza ottaidrossidu kromat tal-pentażingu tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Dawk is-sustanzi ġew identifikati u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, dawn ingħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta' Jannar 2013 (3) skont l-Artikolu 58 ta' dak ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq li dawk is-sustanzi jiddaħħlu f'dak l-Anness.

(11)

Is-sustanza N,N dimetilaċetammina (DMAC) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(c) ta' dak ir-Regolament. Din is-sustanza ġiet identifikata u inkluża fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u ngħatat prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament fir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tas-17 ta' Jannar 2013 skont l-Artikolu 58 ta' dak ir-Regolament. Is-sustanza DMAC għandha propjetajiet intrinsiċi simili għal dawk tas-sustanza N-Metil-2-pirrolidon (NMP) u ż-żewġ sustanzi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala alternattivi potenzjali għal uħud mill-użi ewlenin tagħhom. Bħalissa s-sustanza kimika NMP hija suġġetta għal proċedura ta' restrizzjoni skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Minħabba x-xebh taż-żewġ sustanzi, kemm fir-rigward tal-propjetajiet intrinsiċi tagħhom u kemm fl-applikazzjonijiet industrijali tagħhom, u sabiex tiżgura l-garanzija ta' approċċ regolatorju konsistenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tipposponi d-deċiżjoni dwar l-inklużjoni tas-sustanza DMAC fl-Anness XIV.

(12)

Huwa xieraq li fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġu speċifikati l-aħħar dati tal-applikazzjoni u d-dati tat-terminazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 58(1)(c) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Fir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tas-17 ta' Jannar 2013 ġew identifikati d-dati msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sa meta jridu jaslu l-applikazzjonijiet jekk l-applikant jixtieq li jkompli juża sustanza jew iqegħedha fis-suq għal ċerti użi, għal kull sustanza mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dawn id-dati ġew identifikati abbażi tat-tul ta' żmien li huwa maħsub li jkun meħtieġ biex titħejja applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni tat-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u t-tagħrif imwassal waqt il-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ġiet ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat kif stabbilit fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(14)

Rigward is-sustanzi tris(kromat) tad-dikromu, kromat tal-istronzju, idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju u ottaidrossidu kromat tal-pentażingu, li huma kollha komposti tal-kromju (VI), l-Aġenzija pproponiet li l-aħħar data għall-applikazzjonijet tkun 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aħħar data għall-applikazzjoni għandha tkun 35 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex issegwi l-approċċ użat għas-seba' komposti tal-kromju VI li diġà huma mniżżla fl-annotazzjonijiet 16 sa 22 tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(15)

Għal kull waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tkun 18-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta' dak ir-Regolament.

(16)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta' eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta' użi f'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent sabiex tiżgura kontroll xieraq tar-riskji. Skont it-tagħrif disponibbli bħalissa mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet.

(17)

Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess.

(18)

Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta' reviżjoni għal ċerti użi.

(19)

Għalhekk ir-Regolment (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(20)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://echa.europa.eu/documents/10162/13640/4th_a_xiv_recommendation_17jan2013_en.pdf


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

In-Nru tal-annotazzjoni

Sustanza

Proprjetà(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta') użi eżentati

Perjodi ta' reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (*)

Data tat-terminazzjoni (**)

“23.

Formaldeid, prodotti ta' reazzjoni oligomerika mal-anilina (AMD Tekniku)

Nru KE: 500-036-1

Nru CAS: 25214-70-4

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

24.

Aċidu arseniku

Nru KE: 231-901-9

Nru CAS: 7778-39-4

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

25.

Bis(2-metossietil) etere (diglim)

Nru KE: 203-924-4

Nru CAS: 111-96-6

Tossiku għar-riproduzzjoni

(kategorija 1B)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

26.

1,2-dikloroetan (EDC)

Nru KE: 203-458-1

Nru CAS: 107-06-2

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Mejju 2016

it-22 ta' Novembru 2017

27.

2,2′-dikloro-4,4′-metilendianilina (MOCA)

Nru KE: 202-918-9

Nru CAS: 101-14-4

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Mejju 2016

it-22 ta' Novembru 2017

28.

Tris(kromat) tad-dikromu

Nru KE: 246-356-2

Nru CAS: 24613-89-6

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

29.

Kromat tal-istronzju

Nru KE: 232-142-6

Nru CAS: 7789-06-2

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

30.

Idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju

Nru KE: 234-329-8

Nru CAS: 11103-86-9

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

31.

Ottaidrossidu kromat tal-pentażingu

Nru KE: 256-418-0

Nru CAS: 49663-84-5

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

—”


(*)  Id-data msemmijja fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(**)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.