30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/72


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2014

tad-29 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 250/2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) (a) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistika Ewropea fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (2) stabbilixxa d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta.

(3)

Huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi tad-demografija ta' intrapriżi b'mill-inqas impjegat wieħed li jirrispondu għall-bżonn ta' żieda fil-komparabbiltà internazzjonali tar-riżultati, speċjalment għall-istatistika dwar l-intraprenditorija. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 250/2009. Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009, inkluża l-lista tal-identifikaturi tas-sett tad-dejta, is-serje u l-lista ta' varjabbli għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjonijiet ta' karatteristiċi, il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-rekwiżiti tar-rappurtar doppju għan-NACE Rev.1.1 u n-NACE Rev.2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozji (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1)


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kodiċijiet li ġejjin huma inseriti qabel Kodiċi 11 11 0:

“Kodiċi

:

11 01 0

Isem

:

Popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi li kellhom tal-anqas impjegat wieħed f – i kwalunkwe ħin matul perjodu ta' referenza partikolari t.

Kodiċi

:

11 02 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi attivi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin matul perjodu ta' referenza partikolari t. Dan jista' jikkonċerna twelid ta' intrapriżi kif definiti f'11 92 0, iżda anke intrapriżi kif definit f'11 91 0 jekk l-intrapriżi diġà kienu attivi f'perjodi ta' referenza preċedenti, iżda ma kellhom ebda impjegat f'żewġ perjodi ta' referenza preċedenti.

Kodiċi

:

11 03 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f'perjodu ta' referenza partikolari t u li kellhom tal-anqas impjegat wieħed f'punt aktar bikri f'perjodu ta' referenza partikolari t.

Dan jista' jikkonċerna mwiet ta' intrapriżi kif definit f'11 93 0, b'mill-inqas impjegat wieħed, imma intrapriżi wkoll kif definit f'11 01 0 jekk l-intrapriżi jibqgħu attivi, imma li m'għandhomx aktar impjegati minn kwalunkwe ħin f'perjodu ta' referenza partikolari u ż-żewġ perjodi ta' referenza segwenti: t + 1 u t + 2.

L-istess japplika jekk il-kuntratt ta' impjieg tal-aħħar impjegat jintemm f't fil-31 ta' Diċembru.

Kodiċi

:

11 04 1

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 2

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 3

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 4

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 5

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li kellhom mill-inqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f'kull sena mis-sena fejn kellhom l-ewwel impjegat (t – 1 sa t – 5) sa perjodu ta' referenza partikolari t.

Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita l-istess bħal fil-karatteristiċi 11 02 0.

Intrapriża hija wkoll ikkunsidrata li baqgħet ħajja jekk l-unità(unitajiet) legali marbuta magħha waqqfet l-attivita tagħha, iżda jekk l-attività tagħha ittieħdet taħt kontroll minn unità legali ġdida mwaqqfa speċifikament biex tieħu kontroll tal-fatturi ta' produzzjoni ta' dik l-impriża (= sopravivenza b'akkwiżizzjoni).”

(b)

Il-Kodiċi li ġej huwa inserit qabel Kodiċi 12 11 0:

“Kodiċi

:

11 96 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' intrapriżi tas-suq, li għandhom mill-inqas 10 impjegati f't – 3, b'medja ta' tkabbir annwalizzat fl-għadd ta' impjegati ikbar minn 10 % fis-sena, fuq perjodu ta' tliet snin (t – 3 sa t). Ma jinkludix l-intrapriżi kif definit f' 11 92 0, f't – 3.”

(c)

Il-Kodiċijiet li ġejjin huma inseriti qabel Kodiċi 16 11 0:

“Kodiċi

:

16 01 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' impriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 01 0.

Kodiċi

:

16 01 1

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' impriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 01 0.

Kodiċi

:

16 02 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 02 0.

Kodiċi

:

16 02 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 02 0.

Kodiċi

:

16 03 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 03 0.

Kodiċi

:

16 03 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 03 0.

Kodiċi

:

16 04 1

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 2

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 3

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 4

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 5

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 sa t – 5 u li kellhom ukoll mill-inqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 04 1 sa 11 04 5.

Kodiċi

:

16 05 1

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 1 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 2

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 2 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 3

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 3 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 4

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 4 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 5

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 5 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 sa t – 5 u li kellhom ukoll mill-inqas impjegat wieħed f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 04 1 sa 11 04 5.”

(d)

Il-Kodiċi li ġej huwa inserit qabel Kodiċi 17 32 0:

“Kodiċi

:

16 96 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f'intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi b'rata għolja ta' tkabbir mkejla skont l-impjiegi hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 96 0.”

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2, l-identifikaturi tas-sett tad-dejta li ġejjin huma miżjuda mal-lista:

Tip tas-sensiela

Isem

L-identifikatur tas-sett tad-dejta

“Statistika annwali ta' impriżi għal servizzi ta' assikurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

1G

RSBSSERV_1G1_A

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9E

RSBSBD_9E1_A

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjegati

9F

RSBSBD_9F1_A

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9G

RSBSBD_9G1_A

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassi tad-daqs tal-impjegati

9H

RSBSBD_9H1_A

Statistika annwali dwar intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9M

RSBSBD_9 M1_A

Statistika preliminari annwali dwar intrapriżi b'rata ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9P

RSBSBD_9P1_A”

(b)

Fil-punt 2, it-titolu tat-tip tas-sensiela u l-identifikatur tas-sett tad-dejta relatat ma' 1D huma sostitwiti b'dan li ġej:

Tip tas-sensiela

Isem

L-identifikatur tas-sett tad-dejta

“Statistika annwali tal-intrapriżi għall-banek ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikata fin-NACE Rev.2 64.19

1D

RSBSSERV_1D2_A”

(c)

Fil-punt 4.1, is-sensieli li ġejjin huma miżjuda mal-lista:

Tip tas-sensiela

Kodiċi

“Statistika annwali ta' impriżi għal servizzi ta' assikurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

1G

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-inqas impjegat wieħed, analizzata skont il-forma legali

9E

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjegati

9F

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9G

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassi tad-daqs tal-impjegati

9H

Statistika annwali dwar intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9M

Statistika preliminari annwali dwar intrapriżi b'rata ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9P”

(d)

Fil-punt 4.1, it-titolu tat-tip tas-sensiela li jirrelata mal-kodiċi 1D huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Statistika annwali tal intrapriżi għall banek ċentrali u l istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikata fin NACE Rev.2 64.19”

(e)

Fil-punt 4.5, il-varjabbli li ġejjin huma miżjuda mal-lista, f'ordni numeriku:

Titlu tal-varjabbli

Kodiċi

Anness

“Popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed f't

11 01 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi attivi li għandhom l-ewwel impjegat f't

11 02 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

11 03 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 1

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 2

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 3

IX

L-għadd ta' impriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li wkoll kellhom mill-inqas impjegat wieħed f't

11 04 4

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 5

IX

L-għadd ta' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

11 96 0

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 01 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed f't

16 01 1

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 02 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 02 1

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 03 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 03 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 2

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 3

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 4

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 5

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 1 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 2 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 2

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 3 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 3

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 4 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 4

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 5 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 5

IX

L-għadd ta' impjegati f'intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

16 96 1

IX”