8.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2014

tat-3 ta' April 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett riversibbli ta' tessut artab fil-forma ta' basket, ta' qies ta' madwar 35 cm × 25 cm, bit-truf mimlijin (għoli 10 cm) u b'qiegħ mimli. Waħda mill-ġnub ta' barra tal-oġġett hija magħmula minn drapp minsuġ (100 % poliester), in-naħa l-oħra hija magħmula minn drapp innittjat tal-filpa (100 % poliester). L-oġġett huwa għall-użu minn annimali żgħar tad-dar.

(ara r-ritratti A u B) (*)

6307 90 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, l-oġġett huwa baskett tat-tessut imfassal biex jagħti kumdità għal annimali tad-dar żgħar.

Il-klassifikazzjoni bħala għamara taħt l-intestatura 9403 hija eskluża minħabba li din l-intestatura tkopri prodotti ta' natura differenti li jintużaw għal djar privati, lukandi, uffiċċji, skejjel, knejjes, ħwienet, laboratorji, eċċ. (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 9403 tas-SA).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9404 hija eskluża wkoll minħabba basktijiet tat-tessuti mhumiex simili għal oġġetti ta' friex u tagħmir simili. Barra minn hekk, l-oġġett ma għandux elementi addizzjonali li juru l-użu tiegħu bħala oġġett għall-friex.

L-oġġett huwa meqjus bħala oġġett tat-tessut iffabbrikat skont it-tifsira tal-intestatura 6307 .

Il-parti ta' ġewwa u kif ukoll dik ta' barra huma ugwalment essenzjali għall-oġġett, minħabba l-fatt li l-oġġett jista' jinqaleb ta' ġewwa barra u jintuża fiż-żewġ modi. Billi ma jistax jiġi stabbilit jekk id-drapp innittjat tal-filpa (li jwassal għal klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 6307 90 10 ) jew id-drapp minsuġ (li jwassal għal klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 6307 90 98 ) jagħtix lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu skont it-tifsira ta' GIR 3(b), l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li f'ordni numerika tiġi l-aħħar fost dawk li jixirqilhom li jkunu kkunsidrati bl-istess mod.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 6307 90 98 .


Image

Image

A

B


(*)  Ir-ritratt huwa purament għal skopijiet ta' informazzjoni.