28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/81


REGOLAMENTTA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 320/2014

tas-27 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57a(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 57a(9) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2014 biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2013. In-notifika kien fiha wkoll l-ammont baġitarju korrispondenti għas-snin tat-talba mill-2014 ‘l quddiem. Skont l-iskeda taż-żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat skont dan.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament hu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


ANNESS

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 2, fil-kolonna għas-sena 2014, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

(f’eluf ta’ EUR)

 

l-2014

“Il-Kroazja

114 180 ”

(2)

Fit-Tabella 3, fil-kolonna għas-sena 2014, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

(f’eluf ta’ EUR)

 

l-2014

“Il-Kroazja

114 180 ”