28.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2014
tas-27 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (sustanzi CMR)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-entrati 28 sa 30 tiegħu, jipprojbixxi l-bejgħ lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), fil-kategoriji 1 A jew 1B jew tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f’konċentrazzjoni ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Is-sustanzi inkwistjoni huma elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 mal-Anness XVII. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kien emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 (3) u (UE) Nru 944/2013 (4), għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, sabiex jiġu aġġornati jew inklużi għadd ta’ klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda tas-sustanzi CMR. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 618/2012 jistabbilixxi klassifikazzjoni armonizzata ġdida għas-sustanzi li ġejjin: fosfru tal-indju ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1B, fosfat tat-triksilil u 4-tert-aċidu butilbenżojku ġew ikklassifikati bħala tossiċi riproduttivi 1B. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 944/2013 jistabbilixxi klassifikazzjoni armonizzata ġdida għas-sustanzi li ġejjin: [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja] ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1 A; arsenur tal-gallju ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1B; [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja] ġie kklassifikat bħala mutaġenu 1B; [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja], epossikonażol (ISO), nitrobenżen, dieżil ftalat, N-etil-2-pirrolidon, ammonjupentadekafluworoottanoat, aċidu perfluworoottanojku u 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil ġew ikklassifikati bħala tossiċi riproduttivi 1B. |
(5) |
Peress li l-operaturi jistgħu japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f’data aktar bikrija, dawn għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament aktar kmieni, fuq bażi volontarja. |
(6) |
L-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont l-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.
L-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
L-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 179, 11.7.2012, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).
ANNESS I
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Appendiċi 2, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:
|
(2) |
Fl-Appendiċi 6, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fiha:
|
ANNESS II
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Appendiċi 2, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:
|
(2) |
Fl-Appendiċi 6, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:
|
ANNESS III
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Appendiċi 1, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:
|
(2) |
Fl-Appendiċi 2, titħassar l-entrata li ġejja:
|
(3) |
Fl-Appendiċi 4, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fiha:
|
(4) |
Fl-Appendiċi 6, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:
|