31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2014

tal-1 ta’ Ottubru 2013

li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE teżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fejn jidħol it-tikkettar ta’ prodotti relatati mal-enerġija b’potenzjal sinifikanti li jiffrankaw l-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni b’funzjonalità ekwivalenti.

(2)

L-enerġija li jużaw il-fran tal-elettriku hija parti sinifikanti mid-domanda totali tal-enerġija fl-Unjoni. Apparti t-titjib li diġà ntlaħaq fl-effiċjenza enerġetika, għad hemm lok sostanzjali biex jibqa’ jonqos il-konsum tal-enerġija ta’ dan l-apparat.

(3)

Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tikkettar enerġetiku tal-fran tal-elettriku domestiċi mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE tat-8 ta’ Mejju 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikkettar li jindika l-konsum tal-enerġija tal-fran tal-elettriku domestiċi (2).

(4)

Tul l-aħħar snin sar żvilupp teknoloġiku mgħaġġel fil-qasam tal-apparat domestiku tat-tisjir. L-istudji preparatorji wrew li l-fran tal-gass domestiċi u l-estratturi tal-kukers għandhom potenzjal sinifikanti li jiffrankaw l-enerġija. Sabiex ikun żgurat li t-tikketti tal-enerġija jagħtu inċentivi dinamiċi lill-fornituri biex jibqgħu jtejbu l-effiċjenza enerġetika ta’ dan l-apparat u jħaffu l-bidla fis-suq għal teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE għandha titneħħa u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-fran tal-elettriku u tal-gass domestiċi, inkluż meta jkunu inkorporati fil-kukers, u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jdaħħal skala riveduta tal-effiċjenza enerġetika minn A+++ sa D għall-fran kollha kkonċernati u skala ġdida tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G bi “+” miżjuda fin-naħa ta’ fuq tal-iskala kull sentejn sa ma tintlaħaq il-klassi A+++ għall-estratturi tal-kukers domestiċi, dawn il-klassijiet ulterjuri għandhom jiżdiedu biex l-apparat effiċjenti ħafna jippenetra s-suq aktar malajr.

(7)

L-effett magħqud tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 (3) mistenni jwassal biex tiġi ffrankata 27 PJ/a ta’ enerġija primarja fl-2020, u sa 60 PJ/a sal-2030.

(8)

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss tal-estratturi tal-kukers domestiċi jista’ jkun fattur importanti li għandhom iqisu l-utenti aħħarin. L-informazzjoni dwar il-livelli tal-qawwa tal-ħoss għandha titqiegħed fuq it-tikketti tal-estratturi tal-kukers domestiċi biex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata.

(9)

L-informazzjoni li tingħata fuq it-tikketta għandha tinkiseb bi proċeduri tal-kejl u l-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aqwa metodi tal-kejl u l-kalkolu rikonoxxuti inkluż, meta disponibbli, l-istandards armonizzati li adottaw l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4).

(10)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti tal-fran domestiċi, anki meta jkunu inkorporati fil-kukers, u tal-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku.

(11)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda tat-tagħrif għall-fran domestiċi, anki meta jkunu inkorporati fil-kuker, u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet mhux domestiċi.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-informazzjoni li trid tingħata għal kull għamla ta’ bejgħ mill-bogħod, riklamar u materjal tekniku ta’ promozzjoni tal-fran domestiċi (anki meta jkunu inkorporati fil-kukers) u tal-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet li mhumiex domestiċi.

(13)

Jixraq ikun hemm provediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku, u b’mod partikolari l-effikaċja u l-adegwatezza ta’ dan l-approċċ segwit, sabiex jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-fran domestiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ appikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u d-dispożizzjoni tal-informazzjoni supplimentarja dwar il-prodott għall-fran tal-elettriku u tal-gass domestiċi (anki meta jkunu inkorporati fil-kukers) u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet li mhumiex domestiċi.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

fran li jużaw sorsi oħra tal-enerġija flok l-elettriku jew il-gass;

(b)

fran li joffru l-funzjoni li “jsaħħan bil-microwave”;

(c)

fran żgħar;

(d)

fran portabbli;

(e)

fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana;

(f)

fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom;

(g)

fran maħsubin biex jaħdmu biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“forn” tfisser apparat jew parti minnu li jkollhom kavità waħda jew aktar u biex jaħdmu jeħtieġu l-elettriku u/jew il-gass u fihom jitħejja l-ikel fil-modalità Konvenzjonali jew fil-modalità Fann mixgħul;

(2)

“kavità” tfisser kompartiment magħluq li t-temperatura ta’ ġo fih tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel;

(3)

“forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn b’żewġ kavitajiet jew aktar u kull waħda minnhom tissaħħan għaliha;

(4)

“forn żgħir” tfisser forn b’kull kavità tkun wiesgħa u fonda inqas minn 250 mm jew għolja inqas minn 120 mm;

(5)

“forn portabbli” tfisser forn b’massa tal-prodott inqas minn 18 kg, sakemm ma jkunx iddisinjat għal installazzjonijiet inkorporati;

(6)

“isaħħan bil-microwave” tfisser li jsaħħan l-ikel bl-enerġija elettromanjetika;

(7)

“modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità ta’ forn li jkun qed jaħdem biss bil-konvezzjoni naturali biex jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

(8)

“modalità Fann mixgħul” tfisser il-modalità ta’ forn meta l-fann inkorporat fih ikun qed jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

(9)

“ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standard f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet definiti;

(10)

“kuker” tfisser apparat li jkun fih forn u ħobb li jużaw il-gass jew l-elettriku;

(11)

“modalità Mħaddem” tfisser il-qagħda ta’ forn meta jkun qed jintuża;

(12)

“sors tas-sħana” tfisser forma ewlenija tal-enerġija biex jissaħħan il-forn;

(13)

“estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq il-ħobb, jew li jkun fih sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata ħdejn estratturi tat-tisjir, ħobbs jew prodotti simili fit-tisjir li jiġbdu l-fwar f’pajp tal-eġżost intern.

(14)

“modalità Funzjonament awtomatiku waqt il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers waqt il-perjodu tat-tisjir jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s), anki fejn jidħlu l-umdità, it-temperatura, eċċ;

(15)

“estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew funzjonijiet oħra jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s) matul il-ġurnata kollha anki waqt il-perjodu tat-tisjir;

(16)

“il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li jkollu effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur);

(17)

“effiċjenza tat-tidwil” (LEestrattur) tfisser il-proporzjon bejn il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku u l-enerġija tas-sistema tat-tidwil f’lux/W;

(18)

“effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet” (GFEestrattur) tfisser l-ammont relattiv ta’ grass li jinqabad fil-filters tal-grass tal-estratturi tal-kukers;

(19)

“modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(20)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-apparat ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, jiddependi fuq l-input tal-enerġija mill-mejnijiet tal-elettriku biex ikun jista’ jaħdem kif suppost u jagħti l-funzjoni biss ta’ riattivazzjoni, jew il-funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss li l-funzjoni ta’ riattivazzjoni hija attivata, u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus li tista’ ddum żmien indefinit;

(21)

“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, bi swiċċ mill-bogħod, inkluż il-kontroll mill-bogħod, senser intern, jew kronometru għal qagħda li tagħti funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(22)

“turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tagħti informazzjoni jew turi l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inklużi l-arloġġi;

(23)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih;

(24)

“post tal-bejgħ” tfisser post fejn jintwera l-apparat u/jew fejn jitqiegħed għall-bejgħ jew għall-kiri;

(25)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal mudell ieħor li l-istess manifattur jew importatur iqiegħed fis-suq b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Artikolu 3

Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

1.

Fir-rigward tat-tikketti, l-iskedi tat-tagħrif u d-dokumentazzjoni teknika

(a)

Għall-fran domestiċi:

(i)

kull forn domestiku jkollu tikketta/i stampata bl-informazzjoni fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III għal kull kavità tal-forn;

(ii)

kif jistabbilixxi l-punt A tal-Anness IV, tkun disponibbli skeda tat-tagħrif tal-prodott għall-fran domestiċi li jitqiegħdu fis-suq;

(iii)

kif jistipula l-punt A tal-Anness V, id-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jitolbuha;

(iv)

kull riklam ta’ mudell speċifiku ta’ forn domestiku jkun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(v)

xi materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ forn domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell;

(vi)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull kavità ta’ kull mudell tal-forn domestiku;

(vii)

skeda tat-tagħrif elettronika dwar il-prodott stabbilita fil-punt A tal-Anness IV tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-forn domestiku;

(b)

Għall-estratturi tal-kukers domestiċi:

(i)

kull estrattur tal-kukers domestiku jkollu tikketta/i stampata bl-informazzjoni fil-format stabbilit fil-punt 2 tal-Anness III;

(ii)

kif jistabbilixxi l-punt B tal-Anness IV, tkun disponibbli skeda tat-tagħrif tal-prodott għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq;

(iii)

kif jistipula l-punt B tal-Anness V, id-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jitolbuha;

(iv)

kull riklam ta’ mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(v)

xi materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell;

(vi)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-estrattur tal-kukers domestiku;

(vii)

skeda tat-tagħrif elettronika dwar il-prodott stabbilita fil-punt B tal-Anness IV tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-estrattur tal-kukers domestiku.

2.

Fir-rigward tal-klassijiet tal-effiċjenza:

(a)

Għall-fran domestiċi, għandha tinstab il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità tal-forn skont il-punt 1 tal-Anness I, u l-punt 1 tal-Anness II.

(b)

Għall-estratturi tal-kukers domestiċi,

(i)

għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika skont il-punt 2(a) tal-Anness I u l-punt 2.1. tal-Anness II;

(ii)

għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika skont il-punt 2(b) tal-Anness I u l-punt 2.2. tal-Anness II;

(iii)

għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil skont il-punt 2(c) tal-Anness I u l-punt 2.3. tal-Anness II;

(iv)

għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet skont il-punt 2(d) tal-Anness I u l-punt 2.4. tal-Anness II.

3.

Fir-rigward tal-formati tat-tikketti:

(a)

Għall-fran domestiċi, il-format tat-tikketta għall-kavità tal-forn għandu jkun kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness III, għall-apparat li se jitqiegħed fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015.

(b)

Għall-estratturi tal-kukers domestiċi, il-format tat-tikketta għandu jkun kif stipulat fil-punt 2 tal-Anness III, skont din l-iskeda taż-żmien:

(i)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A, B, C, D, E, F, u G, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.1 tal-Anness III (it-Tikketta 1) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.2 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 2);

(ii)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2016 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+, A, B, C, D, E, u F, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.2 tal-Anness III (it-Tikketta 2) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.3 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 3);

(iii)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2018 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++, A+, A, B, C, D, u E, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.3 tal-Anness III (it-Tikketta 3) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.4 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 4);

(iv)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2020 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, u D, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.4 tal-Anness III (it-Tikketta 4).

Artikolu 4

Ir-responsabbiltajiet tan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

1.

Għall-fran domestiċi:

(a)

kull forn ippreżentat fil-post tal-bejgħ ikollu t-tikketta għal kull kavità mogħtija mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) li tidher fuq quddiem jew fuq il-wiċċ tal-apparat, jew esposta sew fuq l-apparat ħalli tkun tidher ċara u tingħaraf bħala t-tikketta tal-mudell mingħajr il-bżonn li wieħed joqgħod jaqra l-isem tad-ditta jew in-numru tal-mudell fuq it-tikketta;

(b)

meta l-utent aħħari ma jkunx mistenni jara l-prodott muri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, il-fran għall-bejgħ jew għall-kiri jiġu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-parti A tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, ħlief meta l-offerta ssir bl-Internet u minflok ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

kull riklam ta’ kull għamla jew mezz ta’ bejgħ mill-bogħod u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mudell speċifiku ta’ forn ikollhom referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(d)

kull materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ forn ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

2.

Għall-estratturi tal-kukers domestiċi:

(a)

kull forn ippreżentat fil-post tal-bejgħ ikollu t-tikketta għal kull kavità mogħtija mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) li tidher fuq quddiem jew fuq il-wiċċ tal-apparat, jew esposta sew fuq l-apparat ħalli tkun tidher ċara u tingħaraf bħala t-tikketta tal-mudell mingħajr il-bżonn li wieħed joqgħod jaqra l-isem tad-ditta jew in-numru tal-mudell fuq it-tikketta;

(b)

meta l-utent aħħari ma jkunx mistenni jara l-prodott muri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, l-estratturi tal-kukers domestiċi għall-bejgħ jew għall-kiri jiġu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-parti B tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; ħlief meta l-offerta ssir bl-Internet u minflok ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

kull riklam ta’ kull għamla jew mezz ta’ bejgħ mill-bogħod u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkollhom referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(d)

kull materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

Artikolu 5

Miżuri tal-kejl u l-kalkolu

L-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb bi proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi tal-kejl u l-kalkolu rikonoxxuti.

Artikolu 6

Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Meta jsiru l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness VIII.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Ilfran domestiċi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqiegħdu fis-suq jew li jkunu għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-1 ta’ Jannar 2015 għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/40/KE.

2.   Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(1)(b) għal fran speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.

3.   Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(2)(b) għal estratturi tal-kukers speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Madanakollu, l-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (v), l-Artikolu 3(1)(b)(iv) u (v), l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d), u l-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.

(3)  Ara paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(5)  Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).


ANNESS I

Klassijiet tal-effiċjenza

1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għal kull kavità skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. L-effiċjenza enerġetika tal-fran għandha tiġi stabbilita skont il-punt 1. tal-Anness II.

It-Tabella 1

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità)

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEIkavità < 45

A++

45 ≤ EEIkavità < 62

A+

62 ≤ EEIkavità < 82

A

82 ≤ EEIkavità < 107

B

107 ≤ EEIkavità < 132

C

132 ≤ EEIkavità < 159

D (l-inqas effiċjenti)

EEIkavità ≥ 159

2.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

(a)

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.1 tal-Anness II.

It-Tabella 2

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

Tikketta 1

Tikketta 2

Tikketta 3

Tikketta 4

A+++ (l-iktar effiċjenti)

 

 

 

EEIestrattur < 30

A++

 

 

EEIestrattur < 37

30≤ EEIestrattur < 37

A+

 

EEIestrattur < 45

37≤ EEIestrattur < 45

37≤ EEIestrattur < 45

A

EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

B

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

C

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

D

85≤ EEIestrattur < 100

85≤ EEIestrattur < 100

85≤ EEIestrattur < 100

EEIestrattur ≥ 85

E

100≤EEIestrattur< 110

100≤ EEIestrattur < 110

EEIestrattur ≥ 100

 

F

110≤EEIestrattur< 120

EEIestrattur ≥ 110

 

 

G (l-inqas effiċjenti)

EEIestrattur ≥ 120

 

 

 

(b)

Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza fluwidodinamika tiegħu (FDEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 3 li ġejja. L-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.2 tal-Anness II.

It-Tabella 3

Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika

Effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

A (l-iktar effiċjenti)

FDEestrattur > 28

B

23 < FDEestrattur ≤ 28

C

18 < FDEestrattur ≤ 23

D

13 < FDEestrattur ≤ 18

E

8 < FDEestrattur ≤ 13

F

4 < FDEestrattur ≤ 8

G (l-inqas effiċjenti)

FDEestrattur ≤ 4

(c)

Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tat-tidwil tiegħu (LEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 4 li ġejja. L-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.3 tal-Anness II.

It-Tabella 4

Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza tat-tidwil

Effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur)

A (l-iktar effiċjenti)

LEestrattur > 28

B

20 < LEestrattur ≤ 28

C

16 < LEestrattur ≤ 20

D

12 < LEestrattur ≤ 16

E

8 < LEestrattur ≤ 12

F

4 < LEestrattur ≤ 8

G (l-inqas effiċjenti)

LEestrattur ≤ 4

(d)

Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tiegħu (GFEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 5 li ġejja. L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.4 tal-Anness II.

It-Tabella 5

Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet

Effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (f’perċentwali)

A (l-iktar effiċjenti)

GFEestrattur > 95

B

85 < GFEestrattur ≤ 95

C

75 < GFEestrattur ≤ 85

D

65 < GFEestrattur ≤ 75

E

55 < GFEestrattur ≤ 65

F

45 < GFEestrattur ≤ 55

G (l-inqas effiċjenti)

GFEestrattur ≤ 45


ANNESS II

Il-kejl u l-kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.

1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).

Għal kull kavità ta’ forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:

għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:

Formula

Formula
(f’kWh);

għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:

Formula

Formula
(f’MJ)

fejn:

—   EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, f’perċentwali, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   V= il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

—   ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.

2.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

2.1.   Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

fejn:

SAECestrattur huwa l-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

AECestrattur huwa l-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:

(i)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi:

Formula

(ii)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha:

Formula

fejn:

tL huwa l-ħin medju tat-tidwil ta’ kuljum, mogħti f’minuti (tL = 120);

tH huwa l-ħin medju tal-użu ta’ kuljum tal-estratturi tal-kukers domestiċi, mogħti f’minuti (tH = 60);

Po huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Mitfi, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Ps huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Stennija, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

f huwa l-fattur ta’ żieda fil-ħin, ikkalkulat kif ġej u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

2.2.   Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

fejn:

QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.3.   Kalkolu tal-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur)

L-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-proporzjon tal-luminazzjoni medja meta mqabbla mal-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil. Din għandha tiġi kkalkulata f’lux għal kull Watt kif ġej u għandha titqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

Formula

fejn:

Emedja hija l-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’kundizzjonijiet standard, mogħtija f’lux u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.4.   Kalkolu tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur)

L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-ammont relattiv ta’ grass maqbud mill-filtri tal-grass tal-estrattur tal-kukers. Din għandha tiġi kkalkulata kif ġej u għandha titqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

fejn:

—   wg = il-massa taż-żejt fil-filtru tal-grass, inklużi l-partijiet kollha li jservu ta’ għata li jistgħu jinqalgħu, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   wr = il-massa taż-żejt maqbuda fil-pajpijiet tal-arja tal-estrattur tal-kukers, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   wt = il-massa taż-żejt maqbuda fil-filtru assolut, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.5.   L-istorbju

Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.


ANNESS III

It-tikketta

1.   IT-TIKKETTA GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1.1.   Il-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

1.1.1.   Il-preżentazzjoni tat-tikketta – għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku

Image 1

1.1.2.   Tagħrif fuq it-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III.

is-sors tal-enerġija tal-forn domestiku;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher l-ittra ta’ indikazzjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-volum tal-kavità li jista’ jintuża, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VI.

il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, mogħti f’kWh għal kull ċiklu (il-konsum tal-elettriku), għall-funzjoni(jiet) tat-tisħin tal-kavità (konvenzjonali u jekk disponibbli, bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata) abbażi ta’ tagħbija standard stabbilita skont il-proċeduri tat-testijiet, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali (ECkavità tal-elettriku ).

1.1.3.   Id-disinn tat-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

Id-disinn tat-tikketta għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

Image 2

fejn:

(i)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 85 millimetru u għolja mill-inqas 170 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii)

L-isfond għandu jkun abjad.

(iii)

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

Image 3

Il-linja tal-bordura: 4 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri.

Image 4

Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image 5

Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00; pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 70 millimetru, għoli: 14-il millimetru.

Image 6

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – tul: 70 millimetru.

Image 7

L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġeġ: għoli: 5,5 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1) – kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

Il-kliem: Calibri tipa grassa 18-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 8

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġġa: wisa’: 20 millimetru, għoli: 10 millimetri, 100 % iswed;

Il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 18-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 9

Il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu

Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa grassa 19-il pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image 10

Il-volum

Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa grassa 20 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image 11

L-asterisk: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed.

Image 12

In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 10 pt, 100 % iswed.

Image 13

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

Image 14

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image 15

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 70 bi 13-il millimetru.

1.2.   Il-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass

1.2.1.   Il-preżentazzjoni tat-tikketta – għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass

Image 16

1.2.2.   Tagħrif fuq it-tikketta

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III.

is-sors tal-enerġija tal-forn domestiku;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher l-ittra ta’ indikazzjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-volum tal-kavità li jista’ jintuża, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VI.

il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, mogħti f’MJ għal kull ċiklu u f’kWh għal kull ċiklu (1) (il-konsum tal-gass), għall-funzjoni(jiet) tat-tisħin tal-kavità (konvenzjonali u jekk disponibbli, bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata) abbażi ta’ tagħbija standard stabbilita skont il-proċeduri tat-testijiet, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali (ECkavità tal-gass ).

1.2.3.   Id-disinn tat-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass

Id-disinn tat-tikketta għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

Image 17

fejn:

(i)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 85 millimetru u għolja mill-inqas 170 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii)

L-isfond għandu jkun abjad.

(iii)

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

Image 18

Il-linja tal-bordura: 4 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri.

Image 19

Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image 20

Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00; pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 70 millimetru, għoli: 14-il millimetru.

Image 21

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – tul: 70 millimetru.

Image 22

L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġeġ: għoli: 5,5 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1) – kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

Il-kliem: Calibri tipa grassa 18-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 23

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġġa: wisa’: 20 millimetru, għoli: 10 millimetri, 100 % iswed;

Il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 18-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 24

Il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu

Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa grassa 19-il pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image 25

Il-volum

Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa grassa 20 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image 26

L-asterisk: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed.

Image 27

In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 10 pt, 100 % iswed.

Image 28

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

Image 29

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image 30

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 70 bi 13-il millimetru.

2.   IT-TIKKETTA GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

2.1.   Il-formati tat-tikketta

2.1.1.   L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 1)

Image 31

2.1.2.   L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 2)

Image 32

2.1.3.   L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A++ sa E tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 3)

Image 33

2.1.4.   L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A+++ sa D tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 4)

Image 34

2.2.   Tagħrif fuq it-tikketta – għall-estratturi tal-kukers domestiċi

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-estrattur tal-kukers domestiku, stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-estrattur tal-kukers domestiku għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont l-Anness II, mogħti f’kWh u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

V.

il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, stabbilita skont l-Anness I;

VI.

il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, stabbilita skont l-Anness I;

VII.

il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, stabbilita skont l-Anness I;

VIII.

il-livell ta’ storbju, stabbilit skont il-punt 2.5. tal-Anness II u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

2.3.   Id-disinn tat-tikketta – għall-estratturi tal-kukers domestiċi

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

Image 35

fejn:

(i)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 60 millimetru u għolja mill-inqas 120 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii)

L-isfond għandu jkun abjad.

(iii)

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

Image 36

Il-linja tal-bordura: 3 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2 millimetri.

Image 37

Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image 38

Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 51 millimetru, għoli: 10 millimetri.

Image 39

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 51 millimetru.

Image 40

L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġeġ: għoli: 4 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 millimetru – kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

Il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 7 pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 41

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Il-vleġġa: wisa’: 15-il millimetru, għoli: 8 millimetri, 100 % iswed;

Il-kliem: Calibri tipa grassa 17-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

Image 42

Il-konsum annwali tal-enerġija

Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa grassa 21 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 8 pt, 100 % iswed.

Image 43

L-effiċjenza fluwidodinamika

Il-pittogramma kif murija;

Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

Image 44

L-effiċjenza tat-tidwil

Il-pittogramma kif murija;

Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

Image 45

L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet

Il-pittogramma kif murija;

Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 14-il pt, 100 % iswed.

Image 46

Il-livell ta’ storbju

Il-pittogramma kif murija;

Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

Image 47

In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 8 pt, 100 % iswed.

Image 48

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

Image 49

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image 50

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 51 b’9 millimetri.


(1)  1 kWh għal kull ċiklu = 3,6 MJ għal kull ċiklu.


ANNESS IV

L-iskeda tat-tagħrif

A.   L-ISKEDA TAT-TAGĦRIF GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-fran domestiċi msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) għandu jingħata kif iddefinit hawn taħt u fl-ordni mogħtija hawn taħt, u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, li tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-forn domestiku (il-punt 1 tal-Anness III);

(c)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għal kull kavità tal-mudell, ikkalkulat skont il-punt 1 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat m’għandux jaqbeż l-indiċi rrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell għal kull kavità, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e)

il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f)

l-għadd ta’ kavitajiet, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità u l-volum ta’ kull kavità.

2.

Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-iskema tal-ekotikketta tal-UE, meta mudell ikun ingħata ekotikketta tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, tista’ tiżdied kopja ta’ dik l-ekotikketta (1).

3.

Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-fran domestiċi fornuti mill-istess fornitur.

4.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta ta’ kull kavità, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

B.   L-ISKEDA TAT-TAGĦRIF GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-estratturi tal-kukers domestiċi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b)(ii) għandu jingħata kif iddefinit hawn taħt u fl-ordni mogħtija hawn taħt, u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, li tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-estrattur tal-kukers domestiku (il-punt 2 tal-Anness III);

(c)

il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e)

l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f)

il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(g)

l-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’lux għal kull Watt u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(h)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(i)

l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(j)

il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(k)

il-fluss tal-arja (mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ), fil-veloċità minima u massima tal-apparat waqt użu normali, mingħajr l-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(l)

jekk ikun disponibbli, il-fluss tal-arja (mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ), meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(m)

l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ), fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(n)

jekk ikunu disponibbli, l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ), meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(o)

jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi (Po), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(p)

jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija (Ps), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V.

2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-estratturi tal-kukers domestiċi fornuti mill-istess fornitur.

3.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS V

Id-dokumentazzjoni teknika

A.   ID-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(iii) għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat faċilment u mingħajr ambigwità, inkluż l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-forn domestiku (il-punt 1 tal-Anness III);

(c)

il-parametri tekniċi għall-kejl, kif ġej:

(i)

l-għadd ta’ kavitajiet, il-volum ta’ kull kavità, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità, u l-funzjoni (jew il-funzjonijiet) tat-tisħin għal kull kavità (konvenzjonali u/jew bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata);

(ii)

il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(iii)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għal kull kavità tal-forn domestiku, ikkalkulat skont il-punt 1 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(iv)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità tal-forn domestiku, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(d)

kopja tal-kalkolu u r-riżultati tal-kalkoli magħmulin skont l-Anness II;

(e)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(f)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(g)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur.

2.

Il-fornituri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali fi tmiem il-lista mogħtija hawn fuq.

B.   ID-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(b)(iii) għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat faċilment u mingħajr ambigwità, inkluż l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-estrattur tal-kukers domestiku (il-punt 2 tal-Anness III);

(c)

il-parametri tekniċi għall-kejl, kif ġej:

(1)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(2)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(3)

il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(4)

il-fattur ta’ żieda fil-ħin (f), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(5)

l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(6)

il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I;

(7)

ir-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima (QBEP), mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(8)

id-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima (PBEP), mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(9)

il-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejjel fil-punt tal-effiċjenza massima (WBEP), mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(10)

il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja), mogħtija f’lux u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(11)

il-konsum nominali tal-enerġija tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (WL), mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(12)

l-effiċjenza tat-tidwil imkejla (LEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’lux għal kull Watt u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(13)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I;

(14)

l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet imkejla (GFEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(15)

il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I;

(16)

jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi (Po), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(17)

jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija (Ps), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(18)

l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A, fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ;

(19)

l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A, meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ, jekk ikun hemm it-tali emissjonijiet;

(20)

il-valuri tal-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrbin għal ċifra wara l-punt deċimali;

(21)

il-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku meta dan ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali, jekk ikun hemm it-tali fluss;

(d)

kopja tal-kalkoli u r-riżultati tal-kalkoli magħmulin skont l-Anness II;

(e)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(f)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(g)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur.

2.

Il-fornituri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali.

ANNESS VI

It-tagħrif li għandu jingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

A.   IL-FRAN DOMESTIĊI

1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-identifikatur tal-mudell tal-forn domestiku speċifiku li għalih japplikaw iċ-ċifri mogħtija hawn taħt;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell għal kull kavità, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d)

il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e)

l-għadd ta’ kavitajiet, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità u l-volum ta’ kull kavità.

2.

Meta jingħata wkoll tagħrif ieħor li jkun jinsab fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott, dan għandu jkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness IV.

3.

It-tagħrif kollu msemmi f’dan l-Anness għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

B.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-identifikatur tal-mudell tal-estrattur tal-kukers speċifiku li għalih japplikaw iċ-ċifri mogħtija hawn taħt;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d)

il-konsum annwali tal-enerġija tal-mudell f’kWh, kif iddefinit fil-punt 2.1. tal-Anness II; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e)

il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(g)

il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(h)

l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V.

2.

Meta jingħata wkoll tagħrif ieħor li jkun jinsab fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott, dan għandu jkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness IV.

3.

It-tagħrif kollu msemmi f’dan l-Anness għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

ANNESS VII

It-tagħrif li għandu jingħata fil-każ tal-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs fuq l-Internet

1.

Għall-għanijiet tal-punti 2 sa 5 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra;

(b)

“wiri ta’ ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċja viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

“skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem billi jintmiss bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate u tal-ismartfowns;

(d)

“test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li t-tagħrif jintwera b’mod mhux grafiku f’każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista’ juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għat-tagħrif, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

2.

It-tikketta x-xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(a)(vi) jew l-Artikolu 3(1)(b)(vi) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(3). Fil-każ tal-fran, għandha tintwera t-tikketta x-xierqa għal kull kavità tal-forn. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b’mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera billi jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra. F’dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa’ dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

3.

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta’ ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; u

(c)

tkun f’wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 51

Image 52

4.

Fil-każ tal-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu ta’ wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa’ dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5.

L-iskeda tat-tagħrif ix-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(a)(vii) jew l-Artikolu 3(1)(b)(vii) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tat-tagħrif għandu jkun tali li jidher u jinqara b’mod ċar. L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tista’ tintwera billi jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra. F’dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tat-tagħrif għandha tkun immarkata b’mod ċar u li jista’ jinqara bil-kliem “L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, l-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa’ dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.

ANNESS VIII

Proċedura biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-prodotti

Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli:

(a)

jekk il-valuri u l-klassijiet mogħtija fuq it-tikketta u fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika, inklużi fir-rapporti tat-testijiet, u

(b)

jekk it-testijiet tal-parametri rilevanti tal-mudell juru, filwaqt li jiġu applikati t-tolleranzi mniżżlin fit-Tabella 6, li hemm konformità fir-rigward ta’ dawk il-parametri kollha.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta’ mudell wieħed jew aktar li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala prodotti ekwivalenti.

5.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk it-testijiet tal-parametri rilevanti tal-mudell imniżżlin fit-Tabella 6 juru li hemm konformità fir-rigward ta’ dawk il-parametri kollha.

6.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness, li jirrappreżentaw id-differenzi permessi fir-riżultati tal-kejl miksubin mit-testijiet tal-verifika, għandhom japplikaw biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m’għandhomx jintużaw mill-fornitur huwa u jistabbilixxi l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika jew huwa u jinterpreta dawn il-valuri sabiex il-prodott jikseb livell ogħla fl-iskala tal-effiċjenza enerġetika għal fuq it-tikketta jew sabiex huwa jkun jista’ jgħid, bi kwalunkwe mod, li l-prodott għandu prestazzjoni aħjar.

It-Tabella 6

Tolleranzi tal-verifika

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Il-massa tal-forn (M)

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ M iddikjarat b’iktar minn 5 %.

Il-volum tal-kavità tal-forn (V)

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ V iddikjarat.

ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass iddikjarat b’iktar minn 5 %.

WBEP, WL

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ WBEP, WL iddikjarat b’iktar minn 5 %.

QBEP, PBEP

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ QBEP, PBEP iddikjarat.

Qmax

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ Qmax iddikjarat b’iktar minn 8 %.

Emedja

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ Emedja ddikjarat.

GFEestrattur

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ GFEestrattur iddikjarat.

Po, Ps

Il-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps , m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. Meta l-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps , ikun ta’ 1,00 W jew inqas, dan m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 0,10 W.

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat.