17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/22


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/109/UE

tal-10 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3)(b) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/40/UE jistipula li kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien sakemm mhux eżentati skont l-Artikolu 11. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom jinkludu, inter alia, waħda mit-twissijiet miktuba elenkati fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.

(2)

Barra minn hekk, id-Direttiva 2014/40/UE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi u tadatta l-librerija tal-istampi fl-Anness II filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2016. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-20 ta' Mejju 2016.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

Librerija tal-Istampi (ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien)

(imsemmija fl-Artikolu 10(1))

Is-sett 1

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Is-sett 2

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Is-sett 3

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image