26.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/64

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/83/UE

tal-25 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Ċerti partijiet tat-territorju tal-Portugall ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej). Il-Portugall ressaq informazzjoni li turi li l-Bemisia tabaci issa stabbilixxiet ruħha f'Madeira. Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. B'hekk il-Madeira m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Portugall fir-rigward tal-Bemisia tabaci. Il-partijiet B tal-Annessi I u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(2)

Ċerti partijiet tat-territorju ta' Spanja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Spanja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa hija stabbilita fil-komunità awtonoma ta' Aragón, il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana). Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-komunità awtonoma ta' Aragón, il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta ta' Spanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. Il-partijiet B tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(3)

It-territorju kollu tal-Irlanda ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. L-Irlanda ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-belt ta' Galway. Il-miżuri ttieħdu bejn l-2005 u l-2013, bil-għan li jinqered l-organiżmu ta' ħsara, iżda dawn ma kinux effettivi. Għalhekk, il-belt ta' Galway m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Irlanda fir-rigward tal-Erwinia amylovora. Il-partijiet B tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

It-territorju kollu tal-Litwanja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Il-Litwanja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Litwanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. Il-partijiet B tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovenja ressqet informazzjoni li turi li l- Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava. Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tas-Slovenja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. Il-partijiet B tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovakkja ressqet informazzjoni li turi li l- Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distrett lokali ta' Čenkovce (il-Kontea ta' Dunajská Streda). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distrett lokali ta' Čenkovce (il-Kontea ta' Dunajská Streda) m'għandhux jibqa' jiġi rikonoxxut bħala parti miż-żona protetta tas-Slovakkja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. Il-partijiet B tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

L-isem xjentifiku tal-organiżmu ta' ħsara Ceratocystis fimbriata f. spp. platani Walter għandu jiġi emendat b'konformità mad-denominazzjoni xjentifika riveduti tal-organiżmu, u għandha ssir referenza għalih bħala Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. L-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu allinjati.

(8)

Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. harr. issa qed jitfaċċa wkoll fl-Isvizzera. It-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV u l-punt I tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-qasam tat-tagħrif xjentifiku, għandu jiġi kkunsidrat li, fir-rigward tal-injam ta' Platanus L., it-tneħħija tal-qoxra taz-zokk ma teliminax ir-riskju fitosanitarju assoċjat mas-Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. It-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Fid-dawl tar-riskju li joħloq is-Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr., huwa teknikament ġustifikat, li dak l-organiżmu ta' ħsara jiġi inkluż fil-parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE sabiex il-produzzjoni u l-kummerċ ta' pjanti u prodotti tal-pjanti f'ċerti żoni fil-periklu jiġu mħarsa.

(11)

Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr.. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2010 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani sat-30 ta' April 2016 biss. Għalhekk, il-partijiet B tal-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, il-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A.II tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fiż-żoni protetti.

(12)

Għalhekk, l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tkun din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

ANNESS

(1)

L-Anness I, fl-intestatura (a) tal-Parti B, il-punt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej)

IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (id-distretti lokali ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), UK, S, FI”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-intestatura (c) tat-Taqsima II tal-Parti A, il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr.

Pjanti tal-Platanus L., maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, u injam tal-Platanus L., inkluż injam li ma żammx il-wiċċ ittundjat naturali tiegħu”

(b)

Fil-punt 2 tal-intestatura (b) tal-Parti B, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“E (bl-eċċezzjoni tal-komunitajiet awtonomi ta' Aragon, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, Murcia, Navarra u La Rioja, u l-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Korsika), IRL (bl-eċċezzjoni tal-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta' Parma u Piacenza), Lazio, Liguria, Lombardija (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Mantua u Sondrio), Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toskana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Rovigo u Venezja, id-distretti lokali ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT, (ħlief ir-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska u d-distretti lokali ta' Lendava u Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4)), SK (ħlief id-distretti lokali ta' Blahová, Čenkovce, Horné Mýto, Okoč, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Gżira ta' Man u ċ-Channel Islands).”

(c)

Fl-intestatura (c) tal-Parti B, il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt 0.1:

“0.0.1.

Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr.

Pjanti tal-Platanus L., maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, u injam tal-Platanus L., inkluż injam li ma żammx il-wiċċ ittundjat naturali tiegħu

UK”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1 tal-Parti B, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“E (bl-eċċezzjoni tal-komunitajiet awtonomi ta' Aragon, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, Murcia, Navarra u La Rioja, u l-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Korsika), IRL (bl-eċċezzjoni tal-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta' Parma u Piacenza), Lazio, Liguria, Lombardija (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Mantua u Sondrio), Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toskana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Rovigo u Venezja, id-distretti lokali ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT, (ħlief ir-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska u d-distretti lokali ta' Lendava u Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4)), SK (ħlief id-distretti lokali ta' Blahová, Čenkovce, Horné Mýto, Okoč, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Gżira ta' Man u ċ-Channel Islands).”

(b)

Fil-punt 2 tal-Parti B, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“E (bl-eċċezzjoni tal-komunitajiet awtonomi ta' Aragon, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, Murcia, Navarra u La Rioja, u l-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Korsika), IRL (bl-eċċezzjoni tal-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta' Parma u Piacenza), Lazio, Liguria, Lombardija (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Mantua u Sondrio), Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toskana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Rovigo u Venezja, id-distretti lokali ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT, (ħlief ir-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska u d-distretti lokali ta' Lendava u Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4)), SK (ħlief id-distretti lokali ta' Blahová, Čenkovce, Horné Mýto, Okoč, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Gzira ta' Man u ċ-Channel Islands).”

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima I tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Injam tal-Platanus, ħlief dak fil-forma ta' laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp, imma li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Stqarrija uffiċjali li l-injam għadda minn proċess ta' tnixxif fil-forn sakemm ikollu kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal tal-materja niexfa, u mikseb permezz ta' skeda xierqa ta' ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta' dan billi jkun hemm marka ‘kiln-dried’ (imnixxef fil-forn) jew ‘KD’, jew marka oħra li hija rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq kwalunkwe materjal ieħor użat għall-imballaġġ skont l-użu attwali.”

(ii)

Il-punt 7.1 għandu jinbidel b'dawn il-punti l-ġodda li ġejjin 7.1.1 u 7.1.2:

“7.1.1.

Kemm jekk imniżżel fil-Kodiċijiet NM elenkati fl-Anness V, Parti B, kif ukoll jekk le, injam fil-forma ta' laqx, partiċelli, serratura, ċana fdal tal-injam u skrapp miksub bis-sħiħ jew parzjalment minn:

Acer saccharum Marsh., li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada,

Populus L., li joriġina mill-kontinent Amerikan.

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

ġie prodott minn injam tond bla qoxra,

jew

(b)

ikun għadda minn proċess ta' tnixxif fil-forn sakemm ikollu kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa, miksub permezz ta' skeda xierqa ta' ħin/temperatura,

jew

(c)

għadda minn proċess xieraq ta' fumigazzjoni skont speċifikazzjoni approvata b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2). Għandu jkun hemm evidenza dwar il-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) jiġu indikati l-ingredjent attiv, it-temperatura minima tal-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' espożizzjoni (h),

jew

(d)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima tal-qalba ta' 56 °C għal mill-inqas 30 minuta konsekuttiva tul il-profil kollu tal-injam (inkluż fil-qalba tiegħu), u din tal-aħħar għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).

7.1.2.

Kemm jekk imniżżel fil-Kodiċijiet NM elenkati fl-Anness V, Parti B, kif ukoll jekk le, injam fil-forma ta' laqx, partiċelli, serratura, ċana fdal tal-injam u skrapp miksub bis-sħiħ jew parzjalment minn:

Platanus L. li joriġina mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

ikun għadda minn proċess ta' tnixxif fil-forn sakemm ikollu kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa, miksub permezz ta' skeda xierqa ta' ħin/temperatura,

jew

(b)

ikun għadda minn proċess xieraq ta' fumigazzjoni skont speċifikazzjoni approvata b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) Għandu jkun hemm evidenza dwar il-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) jiġu indikati l-ingredjent attiv, it-temperatura minima tal-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' espożizzjoni (h),

jew

(c)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima tal-qalba ta' 56 °C għal mill-inqas 30 minuta konsekuttiva tul il-profil kollu tal-injam (inkluż fil-qalba tiegħu), u din tal-aħħar għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

(iii)

Il-punt 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“12.

Pjanti tal-Platanus L., maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li joriġinaw mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Dikjarazzjoni uffiċjali li ma ġew osservati ebda sintomi ta' Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. fil-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu minn meta beda l-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni.”

(b)

It-Taqsima II tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Injam tal-Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ naturali tond tiegħu.

Stqarrija uffiċjali li:

(a)

l-injam joriġina minn żoni magħrufa bħala li huma ħielsa mis-Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr.,

jew

(b)

fuq l-injam jew fuq l-imballaġġ tiegħu għandu jkun hemm evidenza li l-injam ikun għadda minn proċess ta' tnixxif fil-forn, billi fuq l-injam jew fuq l-imballaġġ titqiegħed il-marka ‘kiln-dried’ (imnixxef fil-forn) jew ‘KD’, jew marka oħra rikonoxxuta internazzjonalment, biex jintwera li l-injam tnixxef bil-forn sakemm kien fih kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa fil-ħin tal-manifattura, miksub permezz ta' skeda adattata ta' ħin/temperatura.”

(ii)

Il-punt 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.

Pjanti tal-Platanus L., maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ

Stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti joriġinaw minn żona magħrufa bħala li hija ħielsa mis-Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr.,

jew

(b)

li ma ġew osservati ebda sintomi ta' Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. fil-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu minn meta beda l-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni.”

(c)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6.3:

“6.4.

Injam tal-Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Unjoni, mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-injam imniżżel fl-Anness IVA(I)5 u 7.1.2, u IVA(II)2, fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

l-injam joriġina minn żona magħrufa bħala li hija ħielsa mis-Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr., stabbilita b'konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, jew

(b)

fuq l-injam jew fuq l-imballaġġ tiegħu għandu jkun hemm evidenza li l-injam ikun għadda minn proċess ta' tnixxif fil-forn, billi fuq l-injam jew fuq l-imballaġġ titqiegħed il-marka ‘kiln-dried’ (imnixxef fil-forn) jew ‘KD’, jew marka oħra rikonoxxuta internazzjonalment, biex jintwera li l-injam tnixxef bil-forn sakemm kien fih kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa fil-ħin tal-manifattura, miksub permezz ta' skeda adattata ta' ħin/temperatura, jew

(c)

l-injam joriġina minn żona protetta elenkata fil-kolonna tal-lemin

UK”

(i)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12:

“12.1.

Pjanti tal-Platanus L., maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li joriġinaw mill-Unjoni, mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-Anness IVA(I)12 u IVA(II)8, fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti ġew imkabbra tul ħajjithom f'żona ħielsa mis- Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr., stabbilita b'konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, jew

(b)

il-pjanti ġew imkabbra tul ħajjithom f'żona protetta elenkata fil-kolonna tal-lemin.

UK”

(iii)

Fil-punt 21, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“E (bl-eċċezzjoni tal-komunitajiet awtonomi ta' Aragon, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, Murcia, Navarra u La Rioja, u l-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Korsika), IRL (bl-eċċezzjoni tal-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta' Parma u Piacenza), Lazio, Liguria, Lombardija (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Mantua u Sondrio), Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toskana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Rovigo u Venezja, id-distretti lokali ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (ħlief ir-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska u d-distretti lokali ta' Lendava u Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4)), SK (ħlief id-distretti lokali ta' Blahová, Čenkovce, Horné Mýto, Okoč, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Gzira ta' Man u ċ-Channel Islands).”

(iv)

Fil-punt 21.3, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

(v)

Fil-punt 24.1, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (id-distretti lokali ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), FI, S, UK”.

(vi)

Fil-punt 24.2, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (id-distretti lokali ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), FI, S, UK”.

(vii)

Fil-punt 24.3, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (id-distretti lokali ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), FI, S, UK”.

(5)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima II tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 1.2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.2.

Pjanti maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-Platanus L., Populus L. u Beta vulgaris L.”

(ii)

Fil-punt 1.10, il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

inkiseb kollu jew parzjalment minn koniferi (Coniferales), bl-esklużjoni ta' injam bla qoxra,

Castanea Mill., bl-esklużjoni ta' injam bla qoxra,

Platanus L., inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ naturali tond tiegħu;

kif ukoll”

(b)

Fil-punt (6)(a) tat-Taqsima I tal-Parti B, it-tieni inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

“—

Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika,”.