7.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/32

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/20/UE

tas-6 ta’ Frar 2014

li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE (2) introduċiet regoli li jikkonċernaw klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika.

(2)

L-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi rapidi fis-sistemi tal-produzzjoni tal-patata taż-żrigħ u ż-żieda fil-kummerċ b’patata taż-żrigħ fis-suq intern jwasslu li jkun mixtieq li dawk ir-regoli jiġu adottati. Fid-dawl tal-iżviluppi tas-settur, regoli bħal dawn għandhom ukoll japplikaw għal patata taż-żrigħ iċċertifikata.

(3)

Dawk ir-regoli għandhom jikkonċernaw in-nomina ta’ ismijiet ta’ klassi uniformi tal-Unjoni. Għandhom ukoll jinkludu kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ u lottijiet ta’ patata taż-żrigħ bħal kull klassi tal-Unjoni rispettiva. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw, kif xieraq, il-preżenza ta’ pesti, patata li tappartjeni għal varjetajiet oħra, u patata b’tebgħat, tikmix, ħamrija jew materjal minn barra.

(4)

Ir-rekwiżit li l-pjanta titkabbar fuq art ta’ produzzjoni fejn għaddew tliet snin mill-aħħar darba li tkun tkabbret il-patata, u li tkun suġġetta għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali, mhix aktar meħtieġa minħabba rekwiżiti aktar stretti għall-klassijiet tal-Unjoni stabbiliti f’din id-Direttiva.

(5)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2002/56/KE, ġie żviluppat għarfien xjentifiku li jikkonċerna r-rabta bejn in-numru ta’ ġenerazzjonijiet u l-livell ta’ preżenza ta’ pesti tal-patata taż-żrigħ. Il-limitazzjoni tan-numru ta’ ġenerazzjonijiet hija mezz neċessarju biex jiġi mmitigat ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq minn pesti f’forma latenti. Dik il-limitazzjoni hija meħtieġa għall-mitigazzjoni ta’ dak ir-riskju, u ma hemm disponibbli l-ebda miżura anqas stretta biex tissostitwixxiha. L-esperjenza wriet li għall-klassijiet tal-Unjoni S, SE u E għandhom jiġu permessi numri massimi ta’ ġenerazzjonijiet għal kull wieħed minnhom. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sostantivi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu kkunsidrati biss li għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ spezzjoni uffiċjali.

(6)

Id-Direttiva 93/17/KEE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni S” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness I; u wkoll

(b)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-patata taż-żrigħ bażika titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni SE” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness I; u wkoll

(b)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni E’jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness I; u wkoll

(b)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (3)(b) ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ iċċertifikata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata, tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni A” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness II; u wkoll

(b)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni B” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness II; u wkoll

(b)

permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Informazzjoni lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni safejn japplikaw il-klassijiet rispettivi tal-Unjoni meta jiċċertifikaw il-prodotti taghhom.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Revoka

Id-Direttiva 93/17/KEE hi mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE tat-30 ta’ Marzu 1993 li tistabbilixxi klassijiet ta’ patata taż-żrigħ bażika tal-Komunità, flimkien mal-kundizzjonijiet u marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 106, 30.4.1993, p. 7).

ANNESS I

Kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika

(1)

Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kundizzjonijiet rigward il-patata taż-żrigħ:

(i)

l-għadd ta’ xitel li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ xitel ta’ varjetà differenti, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 %;

(ii)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li huma affettwati mill-blackleg ma għandux jaqbeż iż-0,1 %

(iii)

fil-proġenija diretta, l-għadd ta’ xitel li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus ma għandux jaqbeż il-1,0 %;

(iv)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li juru sintomi tal-mużajk u l-għadd ta’ xitel li juru sintomi kkawżati minn virus tal-werqa kumplessivament ma għandhomx jaqbżu ż-0,2 %.”

(v)

l-għadd ta’ ġenerazzjonijiet, inkluż dawk prebażiċi fuq il-post u dawk bażiċi, għandu jkun restritt għal ħamsa;

(vi)

jekk il-ġenerazzjoni ma tkunx indikata fuq it-tikketta uffiċjali, il-patata kkonċernata għandha titqies li tappartjeni għall-ħames ġenerazzjoni.

(b)

tolleranzi applikabbli għal-lottijiet, fir-rigward tal-impuritajiet, it-tbajja’ u l-mard:

(i)

patata taż-żrigħ affettwata minn taħsir, barra minn taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandhiex taqbeż iż-0,5 % tal-massa, u li minnha l-patata taż-żrigħ affettwata minn taħsir imxarrab ma għandhiex taqbeż iż-0,2 % tal-massa;

(ii)

patata taż-żrigħ affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iii)

patata taż-żrigħ affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iv)

patata taż-żrigħ affettwata minn ġidri rmiedi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(v)

tuberi mkemmxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda, ma għandhomx jaqbżu l-1,0 % tal-massa.

(vi)

patata taż-żrigħ bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jitilfu l-għamla tagħhom jew li għandhom xi ħsara, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(vii)

il-preżenza ta’ ħamrija u materja barranija ma għandhiex taqbeż il-1,0 % tal-massa;

(viii)

il-perċentwal totali ta’ patata taż-żrigħ koperta minn tolleranzi, kif jissemma fil-punti (i) sa (vi), ma għandux jaqbeż is-6,0 % tal-massa.

(2)

Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kundizzjonijiet rigward il-patata taż-żrigħ:

(i)

l-għadd ta’ xitel li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ xitel ta’ varjetà differenti, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 %;

(ii)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li huma affettwati mill-blackleg ma għandux jaqbeż iż-0,5 %

(iii)

fil-proġenija diretta l-għadd ta’ xitel li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus ma għandux jaqbeż it-2,0 %;

(iv)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li juru sintomi tal-mużajk jew sintomi kkawżati minn virus tal-werqa ma għandux jaqbeż iż-0,5 %.”

(v)

l-għadd ta’ ġenerazzjonijiet, inkluż dawk prebażiċi fuq il-post u dawk bażiċi, għandu jkun restritt għal sitta;

(vi)

jekk il-ġenerazzjoni ma tkunx indikata fuq it-tikketta uffiċjali, il-patata kkonċernata għandha titqies li tappartjeni għas-sitt ġenerazzjoni.

(b)

tolleranzi applikabbli għal-lottijiet, fir-rigward tal-impuritajiet, it-tbajja’ u l-mard:

(i)

patata taż-żrigħ, affettwata minn taħsir, barra minn taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandhiex taqbeż iż-0,5 % tal-massa, u li minnha l-patata taż-żrigħ affettwata minn taħsir imxarrab ma għandhiex taqbeż iż-0,2 % tal-massa;

(ii)

patata taż-żrigħ affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iii)

patata taż-żrigħ affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iv)

patata taż-żrigħ affettwata minn ġidri rmiedi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(v)

tuberi mkemmxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda, ma għandhomx jaqbżu l-1,0 % tal-massa.

(vi)

patata taż-żrigħ bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jitilfu l-għamla tagħhom jew li għandhom xi ħsara, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(vii)

il-preżenza ta’ ħamrija u materja barranija ma għandhiex taqbeż il-1,0 % tal-massa;

(viii)

il-perċentwal totali ta’ patata taż-żrigħ koperta minn tolleranzi, kif jissemma fil-punti (i) sa (vi), ma għandux jaqbeż is-6,0 % tal-massa.

(3)

Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni E” għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kundizzjonijiet rigward il-patata taż-żrigħ:

(i)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ xitel ta’ varjetà differenti, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 %;

(ii)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li huma affettwati mill-blackleg ma għandux jaqbeż il-1,0 %

(iii)

fil-proġenija diretta l-għadd ta’ xitel li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus ma għandux jaqbeż l-4,0 %;

(iv)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru b’sintomi tal-mużajk jew sintomi kkawżati minn virus tal-werqa ma għandux jaqbeż iż-0,8 %,

(v)

l-għadd ta’ ġenerazzjonijiet, inkluż dawk prebażiċi fuq il-post u dawk bażiċi, għandu jkun restrett għal sebgħa;

(vi)

jekk il-ġenerazzjoni ma tkunx indikata fuq it-tikketta uffiċjali, il-patata kkonċernata għandha titqies li tappartjeni għas-seba’ ġenerazzjoni.

(b)

tolleranzi applikabbli għal-lottijiet, fir-rigward tal-impuritajiet, it-tbajja’ u l-mard:

(i)

patata taż-żrigħ, affettwata minn taħsir, barra minn taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandhiex taqbeż iż-0,5 % tal-massa, u li minnha l-patata taż-żrigħ affettwata minn taħsir imxarrab ma għandhiex taqbeż iż-0,2 % tal-massa;

(ii)

patata taż-żrigħ affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iii)

patata taż-żrigħ affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iv)

patata taż-żrigħ affettwata minn ġidri rmiedi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(v)

tuberi mkemmxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda, ma għandhomx jaqbżu l-1,0 % tal-massa.

(vi)

patata taż-żrigħ bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jitilfu l-għamla tagħhom jew li għandhom xi ħsara, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(vii)

il-preżenza ta’ ħamrija u materja barranija ma għandhiex taqbeż il-1,0 % tal-massa;

(viii)

il-perċentwal totali ta’ patata taż-żrigħ koperta minn tolleranzi, kif jissemma fil-punti (i) sa (vi), ma għandux jaqbeż is-6,0 % tal-massa.

ANNESS II

Kundizzjonijiet minimi għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata

(1)

Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ iċċertifikata ta’ “Klassi tal-Unjoni A” għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kundizzjonijiet rigward il-patata taż-żrigħ:

(i)

l-għadd ta’ xitel li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ xitel ta’ varjetà differenti, ma għandhomx jaqbżu ż-0,2 %;

(ii)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li huma affettwati mill-blackleg ma għandux jaqbeż it-2,0 %

(iii)

fil-proġenija diretta l-għadd ta’ xitel li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus gravi ma għandux jaqbeż it-8,0 %;

(iv)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li juru sintomi tal-mużajk jew l-għadd ta’ xitel li juru sintomi kkawżati minn virus tal-werqa ma għandhomx jaqbżu t-2,0 %.”

(b)

tolleranzi applikabbli għal-lottijiet, fir-rigward tal-impuritajiet, it-tbajja’ u l-mard li ġejjin:

(i)

patata taż-żrigħ, affettwata minn taħsir, barra minn taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandhiex taqbeż iż-0,5 % tal-massa, u li minnha l-patata taż-żrigħ affettwata minn taħsir imxarrab ma għandhiex taqbeż iż-0,2 % tal-massa;

(ii)

patata taż-żrigħ affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iii)

patata taż-żrigħ affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż il-5,0 % tal-massa;

(iv)

patata taż-żrigħ affettwata minn ġidri rmiedi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħha, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(v)

tuberi mkemmxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda, ma għandhomx jaqbżu l-1,0 % tal-massa.

(vi)

patata taż-żrigħ bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jitilfu l-għamla tagħhom jew li għandhom xi ħsara, ma għandhiex taqbeż it-3,0 % tal-massa;

(vii)

il-preżenza ta’ ħamrija u materja barranija ma għandhiex taqbeż it-2,0 % tal-massa;

(viii)

il-perċentwal totali ta’ patata taż-żrigħ koperta minn tolleranzi, kif imsemmi fil-punti (i) sa (vi), ma għandux jaqbeż it-8,0 % tal-massa.

(2)

Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata tal-“Klassi tal-Unjoni B” għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kundizzjonijiet rigward il-patata taż-żrigħ:

(i)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ xitel ta’ varjetà differenti, ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 %;

(ii)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li huma affettwati mill-blackleg ma għandux jaqbeż l-4,0 %

(iii)

fil-proġenija diretta l-għadd ta’ xitel li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus ma għandux jaqbeż l-10,0 %;

(iv)

l-għadd ta’ xitel li qegħdin jikbru u li juru sintomi ta’ mużajk u l-għadd ta’ xitel li juru sintomi kkawżati minn virus tal-werqa kumplessivament ma għandhomx jaqbżu s-6,0 %.”