24.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 369/70


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-16 ta' Diċembru 2014

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(2014/949/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2014,

IDDEĊIEDA:

li jaħtar lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 293, 2.9.2014, p. 13.