|
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/821/PESK
tal-4 ta' Novembru 2014
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1). |
|
(2) |
Fl-istess jum, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mal-Ukraina sabiex jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-missjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina. |
|
(3) |
Ġie nnegozjat ftehim dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni u l-Ukraina. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).