1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ottubru 2014
li tikkonferma jew temenda l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2014) 7877)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Isvediż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2014/770/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, kull sena l-Kummissjoni hija meħtieġa tikkonferma l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni, kif ukoll għal kull konsorzju ta' manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(1) ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għall-2013 jiġu kkalkulati skont it-tieni paragrafu ta' dak l-Artikolu u jqisu 75 % mill-karozzi l-ġodda tal-manifattur irreġistrati matul dik is-sena. |
(3) |
Id-dejta ddettaljata li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-punt 1 tal-Parti A u fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri matul is-sena kalendarja ta' qabel. |
(4) |
L-Istati Membri kollha (minbarra l-Kroazja) ippreżentaw id-dejta tal-2013 sat-28 ta' Frar 2014 b'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Fejn, b'riżultat tal-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni, kien jidher li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta' dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata kif xieraq. F'każijiet fejn ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta' dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata. |
(5) |
Fit-30 ta' April 2014, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 84 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tagħhom fl-2013 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu n-notifika skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta' dak ir-Regolament u skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2). Ħames manifatturi aċċettaw id-dejta preliminari mingħajr korrezzjonijiet filwaqt li 42 manifattur bagħtu notifiki ta' żbalji sad-data ta' skadenza mogħtija. |
(6) |
Id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-valuri tal-emissjonijiet speċifiċi medji u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-37 manifattur l-ieħor li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta, jew li ma bagħtu l-ebda tweġiba oħra, għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti. |
(7) |
Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li ġew notifikati mill-manifatturi, u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi u s-settijiet tad-dejta ġew aġġustati kif rilevanti. |
(8) |
Fil-każ ta' rekords b'parametri ta' identifikazzjoni nieqsa jew mhux korretti, bħal pereżempju t-tip, il-varjant, il-kodiċi tal-verżjoni jew in-numru ta' approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords. Bħala konsegwenza, jixraq li f'dawk ir-rekords jiġi applikat marġni ta' żball lill-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa. |
(9) |
Il-marġni ta' żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira speċifika tal-emissjonijiet mogħtija bħala l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mnaqqsa mill-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ikkalkulat bl-inklużjoni u bl-esklużjoni ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta' żball għandu dejjem itejjeb il-pożizzjoni tal-manifattur imqabbel mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. |
(10) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, manifattur għandu jitqies li huwa konformi mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament meta l-valur medju tal-emissjonijiet tiegħu indikat f'din id-Deċiżjoni jkun inqas mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, valur mogħti bħala distanza negattiva mill-mira. F'każ li l-valur medju tal-emissjonijiet ta' manifattur jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, għandu jiġi impost fuqu primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sakemm il-manifattur ikkonċernat ma jibbenefikax minn eżenzjoni minn dik il-mira skont l-Artikolu 2(4) jew l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament, jew ikun membru ta' konsorzju, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u l-konsorzju jikkonforma mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. Abbażi ta' dan, żewġ manifatturi għandhom jitqiesu li jkunu qegħdin jaqbżu l-limitu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom għall-2013. |
(11) |
Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2013, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-manifatturi, kif ikkonfermati jew emendati għal kull manifattur ta' karozzi ħfief tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' dan it-tip, rigward is-sena kalendarja 2013 skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Il-valuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal kull manifattur ta' karozzi ħfief tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' dan it-tip għas-sena kalendarja 2013 ukoll huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament għall-manifatturi kkonċernati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi individwali u lill-konsorzji ta' manifatturi ffurmati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 elenkati hawn taħt:
(1) |
Alpina Burkard Bovensiepen GmbH & Co.,KG
|
(2) |
Aston Martin Lagonda Ltd.
|
(3) |
Audi AG
|
(4) |
Audi Hungaria Motor Kft.
|
(5) |
Automobiles Citroën
|
(6) |
Automobiles Peugeot
|
(7) |
AVTOVAZ JSC Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(8) |
Bentley Motors Ltd.
|
(9) |
Bayerische Motoren Werke AG
|
(10) |
BMW M GmbH
|
(11) |
Bugatti Automobiles S.A.S.
|
(12) |
Caterham Cars Ltd.
|
(13) |
CECOMP S.p.A.
|
(14) |
Chevrolet Italia S.p.A.
|
(15) |
Chrysler Group LLC Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(16) |
CNG-Technic GmbH
|
(17) |
Automobile Dacia SA
|
(18) |
Daihatsu Motor Co Ltd.
|
(19) |
Daimler AG
|
(20) |
Donkervoort Automobielen BV
|
(21) |
DR Motor Company S.p.A.
|
(22) |
Ferrari S.p.A.
|
(23) |
Fiat Group Automobiles S.p.A.
|
(24) |
Fisker Automotive and Technology Group LLC
|
(25) |
Ford Motor Company
|
(26) |
Ford Werke GmbH
|
(27) |
Fuji Heavy Industries Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(28) |
General Motors Company
|
(29) |
GM Korea Company
|
(30) |
Great Wall Motor Company Ltd Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(31) |
Honda Automobile (China) Co., Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(32) |
Honda Motor Co., Ltd.
|
(33) |
Honda Turkiye A.S. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(34) |
Honda of the UK Manufacturing Ltd.
|
(35) |
Hyundai Motor Company Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(36) |
Hyundai Motor Manufacturing Czech S.r.o.
|
(37) |
Hyundai Motor India Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(38) |
Hyundai Assan Otomotiv Sanayi Ve Ticaret A.S. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(39) |
Jaguar Land Rover Ltd.
|
(40) |
Jiangling Motor Holding Co Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(41) |
KIA Motors Corporation
|
(42) |
KIA Motors Slovakia S.r.o.
|
(43) |
KTM-Sportmotorcycle AG
|
(44) |
LADA Automobile GmbH
|
(45) |
LADA France S.A.S.
|
(46) |
Automobili Lamborghini S.p.A.
|
(47) |
Lotus Cars Ltd.
|
(48) |
Magyar Suzuki Corporation Ltd.
|
(49) |
Mahindra & Mahindra Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(50) |
Maruti Suzuki India Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(51) |
Maserati S.p.A.
|
(52) |
Mazda Motor Corporation
|
(53) |
McLaren Automotive Ltd.
|
(54) |
Mercedes-AMG GmbH
|
(55) |
MG Motor UK Ltd.
|
(56) |
Mia Electric S.A.S.
|
(57) |
Mitsubishi Motors Corporation MMC
|
(58) |
Mitsubishi Motors Europe B.V. MME
|
(59) |
Mitsubishi Motors Thailand Co., Ltd. MMTh Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(60) |
Morgan Motor Co.,Ltd.
|
(61) |
Nissan International SA
|
(62) |
Adam Opel AG
|
(63) |
PERODUA Manufacturing Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(64) |
Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG
|
(65) |
Perushaan Otomobil Nasional Sdn Bhd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(66) |
Qoros Automotive Co., Ltd.
|
(67) |
Quattro GmbH
|
(68) |
Radical Motorsport Ltd.
|
(69) |
Renault S.A.S.
|
(70) |
Renault Trucks
|
(71) |
Rolls-Royce Motor Cars Ltd.
|
(72) |
Seat S.A.
|
(73) |
Secma S.A.S.
|
(74) |
Skoda Auto A.S.
|
(75) |
Ssangyong Motor Company Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(76) |
Suzuki Motor Corporation Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(77) |
Tata Motors Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(78) |
Tazzari GL S.p.A.
|
(79) |
Tesla Motors Ltd. Irrappreżentata fl-UE minn:
|
(80) |
Toyota Motor Europe NV/SA
|
(81) |
Vehicules Electriques Pininfarina Bollore S.A.S.
|
(82) |
Volkswagen AG
|
(83) |
Volvo Car Corporation
|
(84) |
Wiesmann GmbH
|
(85) |
Il-konsorzju ta': BMW Group BMW
|
(86) |
Il-konsorzju ta': Daimler AG
|
(87) |
Il-konsorzju ta': Fiat Group Automobiles S.p.A.
|
(88) |
Il-konsorzju ta': Ford -Werke GmbH
|
(89) |
Il-konsorzju għal: General Motors
|
(90) |
Il-konsorzju ta': Honda Motor Europe Ltd.
|
(91) |
Il-konsorzju ta': Mitsubishi Motors
|
(92) |
Il-konsorzju tar-Renault
|
(93) |
Il-konsorzju tas-Suzuki
|
(94) |
Il-konsorzju ta': Tata Motors Ltd., Jaguar Cars Ltd., Land Rover
|
(95) |
Il-konsorzju ta': Toyota -Daihatsu Group
|
(96) |
Il-konsorzju ta': VW Group PC
|
Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).
ANNESS
It-Tabella numru 1
Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
Isem il-manifattur |
Konsorzji u derogi |
Għadd ta' reġistrazzjonijiet |
Medja tal-emissjonijiet ta' Co2 (75 %) ikkoreġuta |
Mira ta' emissjonijiet speċifiċi |
Distanza mill-mira |
Distanza mill-mira aġġustata |
Valur medju tal-massa |
Medja tal-emissjonijiet ta' Co2 (100 %) |
ALPINA BURKARD BOVENSIEPEN GMBH E CO KG |
DMD |
444 |
169,820 |
|
|
|
1 876,43 |
183,032 |
ASTON MARTIN LAGONDA LTD |
D |
1 579 |
313,688 |
318,000 |
– 4,312 |
– 4,312 |
1 813,29 |
326,017 |
AUDI AG |
P12 |
650 919 |
121,881 |
138,319 |
– 16,438 |
– 16,438 |
1 554,03 |
133,277 |
AUDI HUNGARIA MOTOR KFT |
P12 |
7 132 |
141,911 |
133,391 |
8,520 |
8,520 |
1 446,20 |
150,909 |
AUTOMOBILES CITROEN |
|
587 504 |
106,856 |
129,275 |
– 22,419 |
– 22,419 |
1 356,14 |
116,461 |
AUTOMOBILES PEUGEOT |
|
723 633 |
105,652 |
128,934 |
– 23,282 |
– 23,282 |
1 348,68 |
115,040 |
AVTOVAZ JSC |
D |
1 295 |
215,429 |
201,000 |
14,429 |
14,429 |
1 277,78 |
217,830 |
BENTLEY MOTORS LTD |
P12 |
1 952 |
288,711 |
181,440 |
107,271 |
107,151 |
2497,60 |
308,795 |
BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG |
P1 |
758 080 |
123,541 |
138,592 |
– 15,051 |
– 15,179 |
1 560,00 |
133,866 |
BMW M GMBH |
P1 |
4 307 |
239,855 |
153,566 |
86,289 |
85,498 |
1 887,67 |
253,097 |
BUGATTI AUTOMOBILES SAS |
P12 |
11 |
539,000 |
161,670 |
377,330 |
377,330 |
2 065,00 |
544,182 |
CATERHAM CARS LIMITED |
DMD |
85 |
162,714 |
|
|
|
662,06 |
171,776 |
CECOMP S,P,A, |
|
566 |
0,000 |
123,282 |
– 123,282 |
– 123,282 |
1 225,00 |
0,000 |
CHEVROLET ITALIA SPA |
P5 |
746 |
112,021 |
119,423 |
– 7,402 |
– 7,402 |
1 140,56 |
117,095 |
CHRYSLER GROUP LLC |
P3 |
46 131 |
183,732 |
161,282 |
22,450 |
22,398 |
2 056,51 |
194,511 |
CNG-TECHNIK GMBH |
P4 |
85 |
19,235 |
137,855 |
– 118,620 |
– 118,620 |
1 543,89 |
64,165 |
AUTOMOBILE DACIA S,A, |
P8 |
289 149 |
119,365 |
122,143 |
– 2,778 |
– 2,779 |
1 200,08 |
126,644 |
DAIHATSU MOTOR CO LTD |
P11 |
487 |
148,923 |
124,189 |
24,734 |
24,734 |
1 244,85 |
156,561 |
DAIMLER AG |
P2 |
661 318 |
119,834 |
139,386 |
– 19,552 |
– 19,570 |
1 577,38 |
136,551 |
DONKERVOORT AUTOMOBIELEN BV |
DMD |
8 |
178,000 |
|
|
|
865,00 |
178,000 |
DR MOTOR COMPANY SRL |
DMD |
424 |
125,075 |
|
|
|
1 202,23 |
134,627 |
FERRARI SPA |
D |
2 049 |
304,561 |
303,000 |
1,561 |
1,561 |
1 722,29 |
323,199 |
FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA |
P3 |
646 554 |
110,620 |
119,633 |
– 9,013 |
– 9,026 |
1 145,15 |
116,263 |
FISKER AUTOMOTIVE INC |
|
90 |
47,650 |
181,778 |
– 134,128 |
– 134,128 |
2 505,00 |
49,867 |
FORD MOTOR COMPANY |
P4 |
2 |
194,000 |
164,526 |
29,474 |
29,474 |
2 127,50 |
194,000 |
FORD-WERKE GMBH |
P4 |
891 562 |
111,513 |
128,620 |
– 17,107 |
– 17,109 |
1 341,80 |
121,603 |
FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD |
ND |
26 962 |
151,086 |
164,616 |
– 13,530 |
– 13,530 |
1 564,99 |
159,492 |
GENERAL MOTORS COMPANY |
P5 |
2 301 |
82,392 |
149,866 |
– 67,474 |
– 67,474 |
1 806,71 |
194,112 |
GM KOREA COMPANY |
P5 |
135 377 |
124,192 |
131,530 |
– 7,338 |
– 7,338 |
1 405,47 |
135,875 |
GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED |
DMD |
448 |
164,583 |
|
|
|
1 180,63 |
165,531 |
HONDA AUTOMOBILE CHINA CO LTD |
P6 |
14 183 |
124,104 |
119,617 |
4,487 |
4,487 |
1 144,79 |
125,345 |
HONDA MOTOR CO LTD |
P6 |
61 983 |
122,335 |
130,626 |
– 8,291 |
– 8,291 |
1 385,70 |
133,795 |
HONDA TURKIYE AS |
P6 |
1 743 |
154,271 |
126,797 |
27,474 |
27,474 |
1 301,92 |
155,089 |
HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD |
P6 |
53 052 |
134,040 |
137,886 |
– 3,846 |
– 3,846 |
1 544,57 |
145,122 |
HYUNDAI MOTOR COMPANY |
|
44 551 |
134,693 |
143,242 |
– 8,549 |
– 8,549 |
1 661,77 |
146,184 |
HYUNDAI MOTOR MANUFACTURING CZECH SRO |
|
220 348 |
130,549 |
132,489 |
– 1,940 |
– 1,940 |
1 426,46 |
138,081 |
HYUNDAI MOTOR INDIA LTD |
|
72 184 |
108,201 |
114,154 |
– 5,953 |
– 5,953 |
1 025,25 |
111,015 |
HYUNDAI ASSAN OTOMOTIV SANAYI VE |
|
62 241 |
110,201 |
117,953 |
– 7,752 |
– 7,752 |
1 108,38 |
112,343 |
JAGUAR LAND ROVER LIMITED |
P10/ND |
131 530 |
164,623 |
178,025 |
– 13,402 |
– 13,402 |
2 049,30 |
181,647 |
JIANGLING MOTOR HOLDING CO LTD |
DMD |
23 |
140,000 |
|
|
|
1 378,48 |
143,652 |
KIA MOTORS CORPORATION |
|
285 334 |
117,620 |
127,633 |
– 10,013 |
– 10,013 |
1 320,21 |
127,981 |
KIA MOTORS SLOVAKIA SRO |
|
53 230 |
131,814 |
132,382 |
– 0,568 |
– 0,568 |
1 424,13 |
140,012 |
KTM-SPORTMOTORCYCLE AG |
DMD |
31 |
187,652 |
|
|
|
896,77 |
189,290 |
LADA AUTOMOBILE GMBH |
DMD |
386 |
225,000 |
|
|
|
1 285,00 |
225,000 |
LADA FRANCE |
P8 |
13 |
179,000 |
129,452 |
49,548 |
49,548 |
1 360,00 |
179,000 |
AUTOMOBILI LAMBORGHINI SPA |
P12 |
404 |
340,558 |
144,718 |
195,840 |
195,840 |
1 694,06 |
349,171 |
LOTUS CARS LIMITED |
D |
491 |
197,899 |
280,000 |
– 82,101 |
– 82,101 |
1 228,42 |
207,505 |
MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD |
P9/ND |
98 295 |
118,793 |
123,114 |
– 4,321 |
– 4,321 |
1 151,00 |
125,554 |
MAHINDRA & MAHINDRA LTD |
DMD |
231 |
181,017 |
|
|
|
1 917,84 |
182,987 |
MARUTI SUZUKI INDIA LTD |
P9/ND |
26 564 |
98,182 |
123,114 |
– 24,932 |
– 24,933 |
932,05 |
99,438 |
MASERATI SPA |
P3 |
1 356 |
266,367 |
158,264 |
108,103 |
105,464 |
1 990,46 |
289,532 |
MAZDA MOTOR CORPORATION |
ND |
133 180 |
126,281 |
129,426 |
– 3,145 |
– 3,145 |
1 421,75 |
134,115 |
MCLAREN AUTOMOTIVE LIMITED |
D |
185 |
275,920 |
285,000 |
– 9,080 |
– 9,080 |
1 542,06 |
276,703 |
MERCEDES-AMG GMBH |
P2 |
1 930 |
177,115 |
147,147 |
29,968 |
28,048 |
1 747,20 |
212,777 |
MG MOTOR UK LIMITED |
D |
488 |
147,645 |
151,600 |
– 3,955 |
– 3,955 |
1 437,34 |
154,408 |
MIA ELECTRIC SAS |
|
257 |
0,000 |
108,278 |
– 108,278 |
– 108,278 |
896,68 |
0,000 |
MITSUBISHI MOTORS CORPORATION (MMC) |
P7 |
54 367 |
89,125 |
140,783 |
– 51,658 |
– 51,658 |
1 607,95 |
128,371 |
MITSUBISHI MOTORS EUROPE BV MME |
P7 |
6 648 |
118,295 |
121,228 |
– 2,933 |
– 2,933 |
1 180,06 |
126,313 |
MITSUBISHI MOTORS THAILAND CO LTD MMTH |
P7 |
9 816 |
93,898 |
110,407 |
– 16,509 |
– 16,509 |
943,26 |
97,292 |
MORGAN MOTOR CO LTD |
DMD |
426 |
168,746 |
|
|
|
1 104,34 |
189,455 |
NISSAN INTERNATIONAL SA |
|
411 671 |
115,711 |
131,240 |
– 15,529 |
– 15,529 |
1 399,14 |
130,854 |
ADAM OPEL AG |
P5 |
804 072 |
122,121 |
133,249 |
– 11,128 |
– 11,128 |
1 443,09 |
132,096 |
PERODUA MANUFACTURING SDN BHD |
DMD |
200 |
137,000 |
|
|
|
1 011,84 |
138,180 |
DR ING HCF PORSCHE AG |
P12 |
41 854 |
190,087 |
150,634 |
39,453 |
39,453 |
1 823,52 |
200,960 |
PERUSAHAAN OTOMOBIL NASIONAL SDN BHD |
D |
3 |
157,000 |
181,000 |
– 24,000 |
– 24,000 |
1 380,00 |
158,333 |
QOROS AUTOMOTIVE CO LTD |
DMD |
12 |
146,000 |
|
|
|
1 485,00 |
146,000 |
QUATTRO GMBH |
P12 |
4 282 |
234,695 |
153,137 |
81,558 |
81,558 |
1 878,27 |
247,434 |
RADICAL MOTOSPORT LTD |
DMD |
4 |
229,000 |
|
|
|
850,00 |
229,000 |
RENAULT SAS |
P8 |
793 038 |
96,384 |
124,965 |
– 28,581 |
– 28,583 |
1 261,83 |
109,981 |
RENAULT TRUCKS |
DMD |
18 |
193,000 |
|
|
|
2 130,56 |
199,056 |
ROLLS-ROYCE MOTOR CARS LTD |
P1 |
420 |
324,203 |
181,767 |
142,436 |
141,929 |
2 504,75 |
330,490 |
SEAT SA |
P12 |
280 310 |
111,316 |
123,574 |
– 12,258 |
– 12,361 |
1 231,39 |
118,771 |
SECMA SAS |
DMD |
39 |
131,000 |
|
|
|
658,00 |
131,000 |
SKODA AUTO AS |
P12 |
480 729 |
115,924 |
125,226 |
– 9,302 |
– 9,332 |
1 267,54 |
124,653 |
SSANGYONG MOTOR COMPANY |
D |
4 937 |
171,485 |
180,000 |
– 8,515 |
– 8,515 |
1 856,76 |
182,062 |
SUZUKI MOTOR CORPORATION |
P9/ND |
21 742 |
158,668 |
123,114 |
35,554 |
35,501 |
1 337,48 |
166,586 |
TATA MOTORS LIMITED |
P10/ND |
883 |
130,428 |
178,025 |
– 47,597 |
– 47,597 |
1 339,85 |
140,574 |
TAZZARI GL SPA |
DMD |
2 |
0,000 |
|
|
|
735,00 |
0,000 |
TESLA MOTORS LTD |
|
1 671 |
0,000 |
166,426 |
– 166,426 |
– 166,426 |
2 169,07 |
0,000 |
TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA |
P11 |
512 761 |
102,194 |
127,386 |
– 25,192 |
– 25,724 |
1 314,81 |
116,431 |
VEHICULES ELECTRIQUES PININFARINA-BOLLORE SAS |
|
72 |
0,000 |
123,282 |
– 123,282 |
– 123,282 |
1 225,00 |
0,000 |
VOLKSWAGEN AG |
P12 |
1 486 188 |
115,735 |
130,442 |
– 14,707 |
– 14,827 |
1 381,67 |
127,279 |
VOLVO CAR CORPORATION |
|
203 065 |
107,012 |
145,012 |
– 38,000 |
– 38,000 |
1 700,48 |
130,764 |
WIESMANN GMBH |
DMD |
37 |
281,815 |
|
|
|
1 440,81 |
286,459 |
It-Tabella numru 2
Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-konsorzji kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
Isem il-konsorzju |
Konsorzju |
Għadd ta' reġistrazzjonijiet |
Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (75 %) ikkoreġuta |
Mira tal-emissjonijiet speċifiċi |
Distanza mill-mira |
Distanza mill-mira aġġustata |
Valur medju tal-massa |
Medja ta' CO2 (100 %) |
BMW GROUP |
P1 |
762 807 |
123,685 |
138,700 |
– 15,015 |
– 15,141 |
1 562,37 |
134,648 |
DAIMLER AG |
P2 |
663 248 |
119,873 |
139,409 |
– 19,536 |
– 19,555 |
1 577,88 |
136,773 |
FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA |
P3 |
694 041 |
111,31 |
122,477 |
– 11,167 |
– 11,197 |
1 207,38 |
121,803 |
FORD-WERKE GMBH |
P4 |
891 649 |
111,492 |
128,621 |
– 17,129 |
– 17,130 |
1 341,82 |
121,598 |
GENERAL MOTORS |
P5 |
942 497 |
121,937 |
133,032 |
– 11,095 |
– 11,095 |
1 438,34 |
132,778 |
HONDA MOTOR EUROPE LTD |
P6 |
130 961 |
126,154 |
132,324 |
– 6,170 |
– 6,170 |
1 422,85 |
137,752 |
MITSUBISHI MOTORS |
P7 |
70 831 |
89,973 |
134,738 |
– 44,765 |
– 44,765 |
1 475,67 |
123,871 |
POOL RENAULT |
P8 |
1 082 200 |
101,787 |
124,211 |
– 22,424 |
– 22,426 |
1 245,33 |
114,434 |
SUZUKI POOL |
P9/ND |
146 601 |
115,69 |
123,114 |
– 7,424 |
– 7,435 |
1 138,98 |
126,907 |
TATA MOTORS JAGUAR CARS LAND ROVER |
P10/ND |
132 413 |
164,303 |
178,025 |
– 13,722 |
– 13,722 |
2 044,57 |
181,373 |
TOYOTA -DAIHATSU GROUP |
P11 |
513 248 |
102,214 |
127,384 |
– 25,170 |
– 25,703 |
1 314,75 |
116,469 |
VW GROUP PC |
P12 |
2 953 781 |
116,868 |
131,039 |
– 14,171 |
– 14,254 |
1 394,74 |
128,793 |
Noti ta' spjega għat-Tabelli 1 u 2
Il-kolonna A:
It-tabella nru 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.
It-tabella nru 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.
Il-kolonna B:
“D” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur ta' volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b'effett għas-sena kalendarja 2013;
“ND” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur speċjalizzat skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b'effett għas-sena kalendarja 2013;
“DMD” tfisser li tapplika deroga de minimis, dan ifisser li manifattur li, flimkien mal-intrapriżi kollha marbuta miegħu ħareġ inqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrata fl-2013, mhuwiex obligat li jilħaq mira tal-emissjonijiet speċifiċi;
“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta' konsorzju (elenkat fit-Tabella numru 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2013.
Il-kolonna C:
“Għadd ta' reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta' karozzi ġodda rreġistrati minn Stati Membri f'sena kalendarja, bl-esklużjoni ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma' rekords fejn il-valuri tal-massa u/jew tas-CO2 huma neqsin, u dawk ir-rekords li l-manifattur ma jirrikonoxxix. L-għadd ta' reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jinbidel għall-ebda raġuni oħra.
Il-kolonna D:
“Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (75 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi tal-75 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont l-ewwel inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 finali. Fejn hu rilevanti, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu tal-massa u tal-emissjonijiet ta' CO2.
Il-kolonna E:
“Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur, billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Il-kolonna F:
“Id-distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi mogħti fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna E. Meta l-valur mogħti fil-kolonna F ikun wieħed pożittiv, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi jkun jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi.
Il-kolonna G:
“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f'din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f'dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies il-marġni ta' żball. Il-marġni ta' żball jintuża biss jekk il-manifattur ikun innotifika lill-Kummissjoni b'xi rekords bil-kodiċi tal-iżbalji B, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 014/2010. Il-marġni ta' żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
Żball = il-valur assolut ta' [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]
AC1 |
= |
il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna D); |
TG1 |
= |
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna E); |
AC2 |
= |
il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli; |
TG2 |
= |
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli. |
Il-kolonna I:
“Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (100 %)” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta' 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn hu rilevanti, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2 iżda ma jqisux is-superkrediti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.