29.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/114 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ottubru 2014
li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019
(notifikata bid-dokument C(2014) 7809)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/746/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10a(13) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-irkant għandu jkun il-prinċipju ta' bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra lil operaturi ta' installazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Skambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet tal-Unjoni (“EU ETS”) mill-2013 'il quddiem. Madankollu, l-operaturi eliġibbli se jibqgħu jirċievu kwoti mingħajr ħlas bejn l-2013 u l-2020 skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2). |
(2) |
In-nuqqas ta' ftehim internazzjonali ambizzjuż fir-rigward tat-tibdil fil-klima li għandu l-għan li jillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 2 °C jista' jdgħajjef l-benefiċċju tal-azzjonijiet li jsiru mill-Unjoni. In-nuqqas ta' azzjoni vinkolanti fil-livell internazzjonali tista' twassal għal żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija ma tkunx suġġetta għal limitazzjonijiet tal-karbonju paragunabbli (“rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju”). Biex tindirizza dan ir-riskju tar-rilaxx tal-karbonju, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li, suġġett għar-riżultat tan-negozjati internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiddetermina lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju (“lista ta' setturi u subsetturi”). Dawk is-setturi u s-subsetturi għandhom jirċievu kwoti mingħajr ħlas sa 100 % tal-kwantità determinata fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE, suġġett għal fattur ta' korrezzjoni transsettorjali msemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u stabbilit fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (3). |
(3) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat sakemm il-pajjiżi terzi li jirrappreżentaw sehem deċiżiv tal-produzzjoni globali ta' prodotti f'setturi u subsetturi fil-Lista tar-Rilokazzjoni tal-Emissjonijiet ta' Karbonju, qegħdin jieħdu impenn qawwi biex inaqqsu l-emissjonijiet serra f'dawk is-setturi rilevanti, u jekk dawk l-impenji humiex komparabbli ma' dawk tal-Unjoni u humiex imwettqa fl-istess perjodu ta' żmien. Barra minn hekk, ġie eżaminat ukoll sa fejn l-effiċjenza tal-istallazzjonijiet li jinsabu f'dawk il-pajjiżi hija komparabbli mal-installazzjonijiet li jinsabu fl-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda komparabbiltà suffiċjenti ma tista' tiġi stabbilita fuq l-impenn li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u għalhekk il-komparabilità tal-effiċjenza tal-karbonju mhijiex rilevanti. |
(4) |
L-ewwel lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-2013 u l- 2014 ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (4) fl-2009. |
(5) |
Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq numru ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, u bbażata fuq dejta minn dawn l-aħħar tliet snin. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat id-dejta mis-snin 2009, 2010 u 2011, billi d-dejta mill-2012 kienet disponibbli għal biss ftit mill-parametri. |
(6) |
Sabiex tiġi stabbilita lista ta' setturi u subsetturi, il-Kummissjoni vvalutat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju ta' setturi u subsetturi fuq il-livell NACE-4 tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-livell NACE- 4 huwa l-livell bl-aħjar disponibbiltà tad-dejta li tiddefinixxi s-setturi b'mod preċiż. Settur huwa denotat fuq livell ta' 4-ċifri tal-klassifikazzjoni tan-NACE, u subsettur huwa denotat fis-CPA (6-ċifri), jew Prodcom (8-ċifri), jiġifieri, il-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għall-istatistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni, li ssegwi direttament mill-klassifika NACE. |
(7) |
Is-setturi kienu l-ewwel evalwati abbażi ta' kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 10a(15) u (16) tad-Direttiva 2003/87/KE. Biex tapplika dawn il-kriterji kwantitattivi, il-Kummissjoni kellha tiddetermina s-somma tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti mġarrba minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(8) |
L-ispejjeż addizzjonali diretti, minħabba l-kwantità tal-kwoti li settur ikun meħtieġ jixtri jekk ma jitqiesx li huwa espost għal riskju sinifikanti tal-emissjonijiet tal-karbonju, ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta' dejta dwar emissjonijiet diretti ta' CO2 fil-livell settorjali. Id-dejta fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (“EUTL”) hija kkunsidrata li hija l-aktar sors tad-dejta CO2 preċiż u trasparenti tal-emissjonijiet fil-livell ta' installazzjoni u għalhekk ġiet użata biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż diretti għas-setturi. Ma hemm l-ebda dejta dwar l-emissjonijiet fl-EUTL disponibbli għas-setturi u l-gassijiet serra koperti biss mill-ETS tal-UE mill-1 ta' Jannar 2013,. Għalhekk, f'dawk il-każijiet, il-Kummissjoni użat id-dejta dwar emissjonijiet diretti ta' CO2 pprovduta mill-Istati Membri fil-Miżuri ta' Implimentazzjoni Nazzjonali (NIMs) skont id- Deċiżjoni 2011/278/UE. |
(9) |
Sabiex tiddetermina l-ispejjeż addizzjonali indiretti, il-Kummissjoni ġabret dejta dwar il-konsum tal-elettriku fil-livell settorjali mill-Istati Membri, waqt li żgurat li l-ebda għadd doppju ta' elettriku kkunsmat ma seħħ bejn id-diversi kodiċijiet NACE. Sabiex tiddetermina l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku kkunsmati minn setturi differenti għal-lista ta' setturi u subsetturi fid-Deċiżjoni 2010/2/UE, il-Kummissjoni użat il-fattur medju tal-emissjonijiet meħud mit-taħlita totali tal-karburant għall-produzzjoni tal-elettriku billi kien ikkunsidrat li huwa bbażat fuq l-aktar dejta preċiża. L-istess fattur medju tal-emissjonijiet ntuża għall-valutazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Barra minn hekk, biex tiddetermina l-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti, il-Kummissjoni kellha tistima l-prezz medju tal-karbonju. Sabiex tiġi stabbilita l-ewwel lista ta' setturi u subsetturi, il-prezz tal-karbonju preżunt ta' EUR 30 għal kull tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 intuża għall-valutazzjonijiet. Fil-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/2/UE, kien hemm differenza sostanzjali bejn il-prezz tal-karbonju preżunt għall-valutazzjonijiet u l-prezz attwali tal-karbonju; dan tal-aħħar huwa konsiderevolment aktar baxx. Madankollu, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu mill-2020 sal-2030” (6) ipproponiet 40 % mill-mira ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990 u mira korrispondenti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tiġi stabbilta riżerva ta' stabbiltà tas-suq fl-UE ETS. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi, huwa mistenni li l-prezz tal-karbonju fil-ġejjieni se jkun determinat iktar mit-tnaqqis fl-emissjonijiet fuq perjodu ta' żmien medju u twil. Għalhekk huwa meqjus iġġustifikat li wieħed ikompli juża l-prezz tal-karbonju preżunt ta' EUR 30 għal kull tunnellata ta' CO2 ekwivalenti għall-valutazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din id-Deċiżjoni. |
(11) |
L-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti għandhom jiġu kkalkulati bħala proporzjon tal-valur miżjud gross. Fir-rigward l-istima tal-valur gross miżjud fil-livell settorjali, intużat id-dejta mill-Istatistiki Strutturali tan-Negozju tal-Eurostat. |
(12) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat l-intensità tal-kummerċ għal kull settur u subsettur fuq il-bażi tad-dejta miksuba mill-bażi tad-dejta tal-Eurostat Comext. |
(13) |
B'kollox, il-Kummissjoni vvalutat 245 settur industrijali u 24 subsettur kklassifikat taħt id-diviżjonijiet “Minjieri u barrieri” u “Manifattura” tal-klassifika NACE. Is-setturi u s-subsetturi mniżżla fil-punt 1 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(15) u (16) tad-Direttiva 2003/87/KE u għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju. |
(14) |
Twettqu valutazzjonijiet abbażi tal-kriterji kwalitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(17) tad-Direttiva 2003/87/KE fuq għadd ta' setturi li ma tqisux li huma esposti għar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju abbażi tal-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(15) u (16). Il-valutazzjoni kwalitattiva kienet imwettqa f'każijiet li ssodisfaw il-kriterji kwalitattivi fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-lista preċedenti, f'każijiet ta' setturi kkunsidrati li kienu qrib il-limitu, u fuq talba minn rappreżentanti tal-industrija. |
(15) |
Fil-każ tas-setturi “L-aħħar trattament fuq it-tessuti” (kodiċi NACE 1330), “Manifattura tal-briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni magħmula mit-tafal moħmi” (kodiċi NACE 2332), “Manifattura ta' prodotti tal-ġibs għall-kisi tal-ħitan għal skopijiet ta' bini” (kodiċi NACE 2362), “Tiswir tal-ħadid” (kodiċi NACE 2451) u “Tiswir ta' metalli ħfief” (2453), il-valutazzjonijiet kwalitattivi mwettqa fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-lista preċedenti ta' setturi u subsetturi, valida għall-2013 u l-2014, ġew aġġornati. Ġie konkluż li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw iż-żieda ta' dawk is-setturi għal-lista ta' setturi u subsetturi għadhom jeżistu. Għalhekk, dawk is-setturi għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju anke għall-perjodu mill-2015 sal-2019. |
(16) |
Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur ta' “Manifattura ta' xgħir” (kodiċi NACE 1106), peress li dan is-settur kien jirrappreżenta każ problematiku fir-rigward tal-Artikolu 10a(16b) tad-Direttiva 2003/87/KE. Filwaqt li qieset iż-żieda tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad- Direttiva 2003/87/KE, il-valutazzjoni wriet intensità kummerċjali għolja u tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tas-settur fl-Unjoni. Il-marġni ta' qligħ baxx jillimita l-kapaċità tal-istallazzjonijiet biex jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt flimkien ta' dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju. |
(17) |
Is-setturi elenkati fil-punt 2 tal-Anness għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju fuq il-bażi tal-kriterji kwalitattivi. |
(18) |
Billi l-lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju li għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness għandha tkun valida għall-perjodu mill-2015 sal-2019, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015. |
(19) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza u kjarifikazzjoni legali, id-Deċiżjoni 2010/2/UE għandha tiġi rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
(20) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-setturi u s-subsetturi mniżżla fl-Anness għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/2/UE hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2013, p. 32.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta' Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tal-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(6) COM(2014) 15 finali/2 tat-28 ta' Jannar 2014.
ANNESS
Setturi u subsetturi li, skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE, meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju.
1. ABBAŻI TAL-KRITERJI STABBILITI FL-ARTIKOLU 10a(15) U (16) TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
1.1. Fuq il-livell NACE-4
Kodiċi NACE |
Deskrizzjoni |
Il-kriterji ssodisfati |
0510 |
Qtugħ ta' faħam iebes mill-minjieri |
C |
0610 |
Estrazzjoni ta' żejt mhux irraffinat |
C |
0620 |
Estrazzjoni ta' gass naturali |
C |
0710 |
Qtugħ ta' ħadid mill-minjieri |
C |
0729 |
Qtugħ ta' metall ieħor mhux ferruż mill-minjieri |
C |
0891 |
Qtugħ ta' minerali kimiċi u fertilizzanti mill-minjieri |
C |
0893 |
Estrazzjoni ta' melħ |
A |
0899 |
Minjieri u barrieri oħra n.e.c. |
A, C |
1020 |
Ipproċessar u priservar ta' ħut, krustaċji u molluski |
C |
1041 |
Manifattura ta' żjut u xaħmijiet |
C |
1062 |
Manifattura ta' lamti u prodotti oħra tal-lamtu |
A |
1081 |
Manifattura ta' zokkor |
A |
1086 |
Manifattura ta' preparazzjonijiet tal-ikel omoġenizzati u ikel dietetiku |
C |
1101 |
Distillazzjoni, rettifikazzjoni u taħlit ta' spirti |
C |
1102 |
Manifattura ta' inbid mill-għeneb |
C |
1104 |
Manifattura ta' xarbiet oħra ffermentati mhux iddistillati |
A |
1310 |
Tħejjija u għażil ta' fibri tat-tessuti |
C |
1320 |
Insiġ ta' tessuti |
C |
1391 |
Manifattura ta' drappijiet maħduma bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
C |
1392 |
Manifattura ta' oġġetti tat-tessuti maħduma, għajr ilbies |
C |
1393 |
Manifattura ta' twapet u twapet żgħar (rugs) |
C |
1394 |
Manifattura ta' ċwiemi, ħbula, spag u xbieki |
C |
1395 |
Manifattura ta' oġġetti mhux minsuġa u oġġetti oħra magħmula minn oġġetti mhux minsuġa, għajr lbies |
C |
1396 |
Manifattura ta' tessuti tekniċi u industrijali |
C |
1399 |
Manifattura ta' tessuti oħra n.e.c. |
C |
1411 |
Manifattura ta' ħwejjeġ tal-ġilda |
C |
1412 |
Manifattura ta' ħwejjeġ tax-xogħol |
C |
1413 |
Manifattura ta' ħwejjeġ oħra ta' fuq |
C |
1414 |
Manifattura ta' ħwejjeġ ta' taħt |
C |
1419 |
Manifattura ta' ħwejjeġ li jintlibsu u aċċessorji oħra |
C |
1420 |
Manifattura ta' oġġetti tal-fer |
C |
1431 |
Manifattura ta' maljerija maħduma bil-labar u bil-ganċ |
C |
1439 |
Manifattura ta' lbies maħdum bil-labar u bil-ganċ |
C |
1511 |
Tiswid u ggumar tal-ġilda; kunzatura u rfinar ta' fer |
C |
1512 |
Manifattura ta' bagalji, hendbegs u oġġetti bħal dawn, oġġetti tas-sarraġ u xedd |
C |
1520 |
Manifattura ta' xedd tas-saqajn |
C |
1622 |
Manifattura ta' art tal-parké mmuntata |
C |
1629 |
Manifattura ta' prodotti oħra ta' njam; manifattura ta' oġġetti ta' sufra, tiben u materjal għall-immaljar |
C |
1711 |
Manifattura ta' polpa |
A, C |
1712 |
Manifattura ta' karta u kartun |
A |
1724 |
Manifattura ta' karta tal-ħajt |
C |
1910 |
Manifattura ta' prodotti tal-forn tal-kokk |
A, C |
1920 |
Manifattura ta' prodotti tal-petroleum raffinati |
A |
2012 |
Manifattura ta' koloranti u pigmenti |
C |
2013 |
Manifattura ta' kimiċi bażiċi oħra mhux organiċi |
A, C |
2014 |
Manifattura ta' kimiċi bażiċi oħra organiċi |
A, C |
2015 |
Manifattura ta' fertilizzanti u taħlitiet tan-nitroġenu |
A, B |
2016 |
Manifattura ta' plastik f'forom primarji |
C |
2017 |
Manifattura ta' lasktu sintetiku f'forom primarji |
C |
2020 |
Manifattura ta' pestiċidi u prodotti oħra agrokimiċi |
C |
2042 |
Manifattura ta' fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta |
C |
2053 |
Manifattura ta' żjut essenzjali |
C |
2059 |
Manifattura ta' prodotti oħra kimiċi n.e.c. |
C |
2060 |
Manifattura ta' fibri magħmula mill-bniedem |
C |
2110 |
Manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi |
C |
2120 |
Manifattura ta' sustanzi farmaċewtiċi |
C |
2211 |
Manifattura ta' tajers u tubi tal-lasktu; riġenerazzjoni u rikostruzzjoni ta' tajers tal-lasktu |
C |
2219 |
Manifattura ta' prodotti oħra tal-lasktu |
C |
2311 |
Manifattura ta' ħġieġ ċatt |
A |
2313 |
Manifattura ta' ħġieġ imħaffer |
A |
2314 |
Manifattura ta' fibri tal-ħġieġ |
A/C (1) |
2319 |
Manifattura u ipproċessar ta' ħġieġ ieħor, inkluż oġġetti tal-ħġieġ tekniċi |
C |
2320 |
Manifattura ta' prodotti rifrattorji |
C |
2331 |
Manifattura ta' madum u ċangaturi taċ-ċeramika |
A, C |
2341 |
Manifattura ta'oġġetti tad-dar u tat-tiżjin magħmula miċ-ċeramika |
C |
2342 |
Manifattura ta' tagħmir sanitarju taċ-ċeramika |
C |
2343 |
Manifattura ta' iżolaturi u tagħmir iżolatur taċ-ċeramika |
C |
2344 |
Manifattura ta' prodotti oħra tekniċi taċ-ċeramika |
C |
2349 |
Manifattura ta' prodotti oħra taċ-ċeramika |
C |
2351 |
Manifattura ta' siment |
B |
2352 |
Manifattura ta' ġir u ġibs |
B |
2370 |
Qtugħ, iffurmar u rfinar ta' ġebel |
C |
2391 |
Produzzjoni ta' prodotti li joborxu |
C |
2410 |
Manifattura ta' ħadid u azzar bażiċi u ta' ligi tal-ħadid |
A |
2420 |
Manifattura ta' tubi, pajpijiet, profili vojta u tagħmir relatat, tal-azzar |
C |
2431 |
Ġbid ta' vireg bil-kiesaħ |
C |
2441 |
Produzzjoni ta' metalli prezzjużi |
C |
2442 |
Produzzjoni ta' aluminju |
A, C |
2443 |
Produzzjoni ta' ċomb, żingu u landa |
A |
2444 |
Produzzjoni ta' ram |
C |
2445 |
Produzzjoni ta' metall ieħor mhux tal-ħadid |
C |
2446 |
Proċessar ta' karburant nukleari |
A, C |
2540 |
Manifattura ta' armi u munizzjon |
C |
2571 |
Manifattura ta' pożati |
C |
2572 |
Manifattura ta' serraturi u ċappetti |
C |
2573 |
Manifattura ta' għodod |
C |
2594 |
Manifattura ta' ganċijiet u prodotti tal-magni li jinvitaw |
C |
2599 |
Manifattura ta' prodotti oħra tal-metall iffabbrikat n.e.c. |
C |
2611 |
Manifattura ta' komponenti elettroniċi |
C |
2612 |
Manifattura ta' bordijiet elettroniċi illowdjati |
C |
2620 |
Manifattura ta' kompjuters u tagħmir periferali |
C |
2630 |
Manifattura ta' tagħmir għal komunikazzjoni |
C |
2640 |
Manifattura ta' elettronika ta' konsum |
C |
2651 |
Manifattura ta' strumenti u għodod għall-kejl, ittestjar, navigar; |
C |
2652 |
Manifattura ta' arloġġi tal-idejn u arloġġi oħra |
C |
2660 |
Manifattura ta' tagħmir għall-irradjazzjoni, elettromediku u elettroterapewtiku |
C |
2670 |
Manifattura ta' strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku |
C |
2680 |
Manifattura ta' mezzi manjetiċi u ottiċi |
C |
2711 |
Manifattura ta' muturi tal-elettriku, ġeneraturi u trasformaturi |
C |
2712 |
Manifattura ta' apparat għat-tqassim u l-kontroll tal-elettriku |
C |
2720 |
Manifattura ta' batteriji u kumulaturi |
C |
2731 |
Manifattura ta' kejbils tal-fibre optic |
C |
2732 |
Manifattura ta' wajers u kejbils oħra elettroniċi u elettriċi |
C |
2733 |
Manifattura ta' għodod għall-wajers |
C |
2740 |
Manifattura ta' tagħmir tad-dawl elettriku |
C |
2751 |
Manifattura ta' apparat domestiku tal-elettriku |
C |
2752 |
Manifattura ta' apparat domestiku mhux tal-elettriku |
C |
2790 |
Manifattura ta' tagħmir għad-dawl elettriku |
C |
2811 |
Manifattura ta' magni u turbini, għajr inġenji tal-ajru, magni tal-vetturi u tal-muturi |
C |
2812 |
Manifattura ta' tagħmir idrawliku għall-enerġija |
C |
2813 |
Manifattura ta' pompi u kumpressuri oħra |
C |
2814 |
Manifattura ta' viti u valvi oħra |
C |
2815 |
Manifattura ta' berings, gerijiet, elementi tal-gerijiet u tas-sewqan |
C |
2821 |
Manifattura ta' fran, fuklari u berners tal-fuklari |
C |
2822 |
Manifattura ta' tagħmir biex jittellgħu l-oġġetti u għall-immaniġġar |
C |
2823 |
Manifattura ta' magni u tagħmir għall-uffiċċji (għajr kompjuters u tagħmir periferali) |
C |
2824 |
Manifattura ta' għodod tal-idejn li jaħdmu bl-elettriku |
C |
2825 |
Manifattura ta' tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni |
C |
2829 |
Manifattura ta' magni oħra għal għanijiet ġenerali n.e.c. |
C |
2830 |
Manifattura ta' magni tal-agrikoltura u tal-forestrija |
C |
2841 |
Manifattura ta' magni għall-iffurmar tal-metall |
C |
2849 |
Manifattura ta' għodod oħra tal-magni |
C |
2891 |
Manifattura ta' makkinarju għall-metallurġija |
C |
2892 |
Manifattura ta' makkinarju għall-minjieri, il-barrieri u l-kostruzzjoni |
C |
2893 |
Manifattura ta' makkinarju għall-ipproċessar ta' ikel, xorb u tabakk |
C |
2894 |
Manifattura ta' makkinarju għall-produzzjoni ta' tessuti, lbies u ġilda |
C |
2895 |
Manifattura ta' makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun |
C |
2896 |
Manifattura ta' makkinarju tal-plastik u l-lasktu |
C |
2899 |
Manifattura ta' makkinarju ieħor għal għanijiet speċjali n.e.c. |
C |
2910 |
Manifattura ta' vetturi bil-mutur |
C |
2931 |
Manifattura ta' tagħmir elettriku u elettroniku għal vetturi bil-mutur |
C |
3011 |
Bini ta' dgħajjes u strutturi għal fuq wiċċ l-ilma |
C |
3012 |
Bini ta' dgħajjes tad-divertiment u tal-isport |
C |
3030 |
Manifattura ta' inġenji tal-ajru u tal-ispazju u makkinarju relatat |
C |
3091 |
Manifattura ta' muturi |
C |
3092 |
Manifattura ta' roti u siġġijiet bir-roti |
C |
3099 |
Manifattura ta' tagħmir ieħor għat-trasport n.e.c. |
C |
3109 |
Manifattura ta' għamara oħra |
C |
3211 |
Muniti ta' metall prezzjuż |
C |
3212 |
Manifattura ta' ġojjellerija u oġġetti relatati |
C |
3213 |
Manifattura ta' ġojjellerija ta' imitazzjoni u oġġetti relatati |
C |
3220 |
Manifattura ta' strumenti mużikali |
C |
3230 |
Manifattura ta' oġġetti tal-isport |
C |
3240 |
Manifattura ta' logħob u ġugarelli |
C |
3250 |
Manifattura ta' strumenti u provvisti mediċi u tad-dentistrija |
C |
3291 |
Manifattura ta' xkupi u xkupilji |
C |
3299 |
Manifatturar ieħor n.e.c. |
C |
1.2. Fuq il-livell CPA jew il-livell Prodcom
CPA jew Prodcom |
Deskrizzjoni |
Il-kriterji ssodisfati |
081221 |
Kawlina u tafal ieħor bil-kawlina |
C |
08122250 |
Tafal u shales komuni użati għall-kostruzzjoni (minbarra bentonite, tafal tat-tip fireclay, tafal hekk imsejjaħ “expanded”, kawlina u tafal tal-kawlina); andalusit, kjanit u sillimanit; mullit; trabijiet chamotte jew dinas |
C |
10311130 |
Patata ffriżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs-sajran fiż-żejt u imbagħad iffriżata; minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku) |
A |
10311300 |
Patata mqadda fl-għamla ta' dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni |
A |
10391725 |
Polpa u pejst tat-tadam, kkonċentrati |
C |
105121 |
Trab tal-ħalib xkumat |
C |
105122 |
Trab tal-ħalib intier |
C |
105153 |
Kaseina |
C |
105154 |
Laktows u ġulepp tal-laktows |
C |
10515530 |
Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, mrammel jew f'forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk jħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu) |
A, C |
108211 |
Pejst tal-kawkaw, bix-xaħam imneħħi jew le |
C |
108212 |
Butir tal-kawkaw, xaħam u żejt |
C |
108213 |
Trab tal-kawkaw, mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
C |
10891334 |
Ħmira tal-furnara |
C |
20111150 |
Idroġenu |
B |
20111160 |
Nitroġenu |
B |
20111170 |
Ossiġnu |
B |
203021 |
Pigmenti ppreparati, opacifiers u kuluri, żmaltijiet u glejżijiet li jistgħu jsiru ħġieġ, engobes (tafal maħlul), lostri likwidi u simili; taħlitiet ta' ramel u metall għall-ħġieġ (frit) |
C |
239914 |
Grafita artifiċjali; grafita kollojde jew semi kollojde; preparazzjonijiet ibbażati fuq il-grafita jew karbonju ieħor f'forma ta' oġġetti semi-manifatturati |
C |
23991910 |
Suf tal-kagazza, suf tal-blat u suf minerali simili u taħlit tiegħu bil-massa, folji jew rollijiet |
A |
23991920 |
Vermikulit sfoljat, tafal li espanda, kagazza bir-ragħwa u materjali minerali simili li espandew, u taħlit tagħhom |
A |
25501134 |
Partijiet tal-ħadid mikwija ta' dada miftuħa għal xaftijiet ta' trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet eċċ |
A, C |
Il-kriterji li fuqhom settur jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju huma dawn li ġejjin:
A |
: |
kriterju stabbilit fl-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE; |
B |
: |
kriterju stabbilit fl-Artikolu 10a(16)(a) tad-Direttiva 2003/87/KE; |
C |
: |
kriterju stabbilit fl-Artikolu 10a(16)(b) tad-Direttiva 2003/87/KE; |
2. ABBAŻI TAL-KRITERJI STABBILITI FL-ARTIKOLU 10a(17) TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
Kodiċi NACE |
Deskrizzjoni |
1106 |
Manifattura ta' xgħir |
1330 |
Irfinar ta' tessuti |
2332 |
Manifattura ta' briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni, magħmula mit-tafal moħmi |
2362 |
Manifattura ta' prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni |
2451 |
Tidwib ta' ħadid |
2453 |
Tidwib ta' metalli ħfief |
(1) Is-settur ta' “Manifattura tal-fibri tal-ħġieġ” huwa deskritt minn żewġ kodiċijiet CPA: “231411 Ħjut, ftietel, ħjut mibrumin u ħjut imqatta', tal-fibra tal-ħġieġ” u “231412 Folji irqaq (voiles), xbieki, saqqijiet, pannelli u oġġetti oħrajn tal-fibri tal-ħġieġ, minbarra tessuti minsuġa”. Ivvalutat fuq il-livell NACE-4, is-settur ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 10a(15) u (16) tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, is-subsettur 231411 jissodisfa l-kriterju stabbilit fl- Artikolu 10a(16)(b), u s-subsettur 231412 jissodisfa l-kriterju stabbilit fl- Artikolu 10a(15). Peress li ż-żewġ kodiċijiet CPA ikopru s-settur kollu “Manifattura tal-fibri tal-ħġieġ”, is-settur jiżdied mal-lista fuq il-livell NACE-4 biex jiffaċilità r-referenza.