3.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Settembru 2014

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

(2014/692/UE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Novembru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Sal-31 ta' Marzu 2017, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Biex din tiġi rreġistrata adegwatament, talba magħmula minn membru tal-Kunsill skont l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36 għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali jew issir bil-fomm f'laqgħa tal-Coreper jew tal-Kunsill. Kwalunkwe talba magħmula bil-fomm għandha tiġi rreġistrata fil-minuti tal-laqgħa.

(3)

Għall-kalkolu ta' dawn il-persentaġġi, iċ-ċifri tal-popolazzjoni u l-persentaġġi li jirrappreżentaw fir-rigward tal-popolazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Regoli ta' Proċedura”).

(4)

Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura huma emendati kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jew, fejn mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-votazzjoni, tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, u l-għadd minimu ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stabbiliti fl-Anness III. Dawn iċ-ċifri għandhom ukoll japplikaw bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 fejn, skont l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, membru tal-Kunsill jitlob li att jiġi adottat skont il-maġġoranza kwalifikata kif definit fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu u membru tal-Kunsill jitlob li jiġi verifikat li l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni.”

.

(2)

Fl-Artikolu 11 il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   B'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu, skont id-data disponibbli lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Anness III. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(3)

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Iċ-ċifri rigward il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-persentaġġ tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni (× 1 000 )

Persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

Ġermanja

80 523,7

15,93

Franza

65 633,2

12,98

Renju Unit

63 730,1

12,61

Italja

59 685,2

11,81

Spanja

46 704,3

9,24

Polonja

38 533,3

7,62

Rumanija

20 057,5

3,97

Pajjiżi l-Baxxi

16 779,6

3,32

Belġju

11 161,6

2,21

Greċja

11 062,5

2,19

Repubblika Ċeka

10 516,1

2,08

Portugall

10 487,3

2,07

Ungerija

9 908,8

1,96

Svezja

9 555,9

1,89

Awstrija

8 451,9

1,67

Bulgarija

7 284,6

1,44

Danimarka

5 602,6

1,11

Finlandja

5 426,7

1,07

Slovakkja

5 410,8

1,07

Irlanda

4 591,1

0,91

Kroazja

4 262,1

0,84

Litwanja

2 971,9

0,59

Slovenja

2 058,8

0,41

Latvja

2 023,8

0,40

Estonja

1 324,8

0,26

Ċipru

865,9

0,17

Lussemburgu

537,0

0,11

Malta

421,4

0,08

Total

505 572,5

100”

Livell limitu 62 %

313 455,0

 

Livell limitu 65 %

328 622,1

 

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2014.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).