23.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/484/PESK

tat-22 ta' Lulju 2014

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK (1) biex jimplimenta r-Riżoluzzjoni (UNSC) 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Jinħtieġ li jkun hemm ċarezza fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta', il-persuni u entitajiet msemmija fl-Artikolu 2(b).

Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw bżonnijiet bażiċi tal-persuni msemmija fl-Artikolu 2(b), u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, mediċini u kura medika, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u imposti għal servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' miżati professjonali raġonevoli u rimborżi ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' miżati jew imposti għal servizzi, għaż-żamma jew il-manteniment regolari ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjes straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet għaliex hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK tas-7 ta' Lulju 2003 dwar l-Iraq u li tħassar Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK (ĠU L 169, 8.7.2003, p. 72).