24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/72


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/387/PESK

tat-23 ta' Ġunju 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

L-informazzjoni relatata ma' persuna elenkata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, tnax-il persuna għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċizjoni 2013/255/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

1.

L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fis-Sezzjoni A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

152.

Dr. Qadri (

Image

) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jameel)

 

Ex-Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, ex-Ministru tal-Kummerċ Domestiku u l-ħarsien tal-Konsumatur. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

2.

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fis-Sezzjoni A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

180.

Ahmad al-Qadri

Data tat-twelid: 1956

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

181.

Suleiman Al Abbas

 

Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

182.

Kamal Eddin Tu'ma

Data tat-twelid: 1959

Ministru tal-Industrija. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

183.

Kinda al-Shammat

(magħruf ukoll bħala Shmat)

Data tat-twelid: 1973

Ministru tal-Affarijiet Soċjali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

184.

Hassan Hijazi

Data tat-twelid: 1964

Ministru tax-Xogħol. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

185.

Ismael Ismael

(magħruf ukoll bħala Ismail Ismail, jew Isma'Il Isma'il)

Data tat-twelid: 1955

Ministru tal-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

186.

Dr Khodr Orfali

(magħruf ukoll bħala Khud/Khudr Urfali/Orphaly)

Data tat-twelid: 1956

Ministru tal-Ekonomija u n-Negozju Barrani. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

187.

Samir Izzat Qadi Amin

Data tat-twelid: 1966

Ministru tan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

188.

Bishr Riyad Yazigi

Data tat-twelid: 1972

Ministru tat-Turiżmu. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

189.

Dr Malek Ali

(magħruf ukoll bħala Malik)

Data tat-twelid: 1956

Ministru tal-Edukazzjoni Ogħla. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

190.

Hussein Arnous

(magħruf ukoll bħala Arnus)

Data tat-twelid: 1953

Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

191.

Dr Hassib Elias Shammas

(magħruf ukoll bħala Hasib)

Data tat-twelid: 1957

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014