15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/214/PESK

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-30 ta' April 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami regolari. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).