31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li tikkonferma l-miżuri proposti mir-Renju Unit għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar fiż-żoni ta’ konservazzjoni ta' Haisborough Hammond & Winterton; Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone, u Land's end & Cape Bank

(notifikata bid-dokument C(2013) 9003)

(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2014/13/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 9 flimkien mal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2) tipprovdi għall-possibbiltà li jintgħażlu s-siti speċifiċi għall-konservazzjoni fil-livell tal-UE. Skont l-Artikoli 3 u 4, dik id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxu żoni speċjali ta’ konservazzjoni u, skont l-Artikolu 6 tagħha, li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu dawn is-siti mid-disturb u d-deterjorament.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/13/UE (3), iż-żoni msejħa Haisborough, Hammond & Winterton (UK0030369), Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone (UK0030373) u Land's End & Cape Bank (UK0030375) ġew inklużi fil-lista ta' Siti ta' Importanza għall-Komunità skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE.

(3)

Il-miżuri li jikkonċernaw il-konservazzjoni, l-immaniġġjar u l-isfruttar ta’ riżorsi akkwatiċi ħajjin huma suġġetti għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(4)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jippermetti lill-Istati Membri jieħdu miżuri mhux diskriminatorji biex inaqqsu kemm jista’ jkun l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku, sakemm l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw il-konservazzjoni u l-immaniġġjar speċifikament għal dik iż-żona. Id-Direttiva 92/43/KEE tirrikjedi l-istabbiliment ta' miżuri ta' konservazzjoni skont il-bżonn għal dawn is-siti. Il-miżuri tal-Istati Membri għandhom ikunu jaqblu mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u mhux inqas stretti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Jekk il-miżuri japplikaw għal bastimenti tas-sajd ta’ Stati Membri oħra, dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati u għandhom sussegwentement jiġu kkonfermati mill-Kummissjoni.

(5)

Fit-18 ta’ Novembru 2013, ir-Renju Unit innotifika l-miżuri li biħsiebu jieħu f’dawn it-tliet żoni ta' konservazzjoni lill-Belġju u lil Franza, li huma l-Istati Membri kkonċernati mill-miżuri, kif ukoll lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Ilmijiet tal-Majjistral u lill-Kummissjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri mressqa fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE mir-Renju Unit iqassmu f'żoni t-tliet żoni ta' konservazzjoni, u jipprojbixxu l-użu ta' kwalunkwe rkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni speċifikati f'kull waħda mit-tliet żoni ta' konservazzjoni magħżula. Għall-għanijiet tal-miżuri indirizzati b’din id-Deċiżjoni, ir-Renju Unit jiddefinixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ bħala kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jiġi mbuttat jew miġbud mill-ilma u li jmiss ma' qiegħ il-baħar. Dan jinkludi għeżula tat-tkarkir demersali, xbieki tat-tkarkir bit-travu u gangmi rmunkati u gangmi tal-ġbid bl-arja.

(7)

Il-miżuri proposti mir-Renju Unit għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva92/43/KEE u huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, b’mod partikolari mal-approċċ ta’ prekawzjoni li għandu jiġi segwit meta jittieħdu miżuri mfassla biex jipproteġu u jikkonservaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri proposti mir-Renju Unit għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar fiż-żoni ta’ konservazzjoni ta' Haisborough Hammond & Winterton; Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone, u Land's End & Cape Bank, kif stipulati fl-Anness huma b'dan ikkonfermati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Franċiża u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(3)  ĠU L 11, 13.1.2012, p. 1.


ANNESS

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA TA’ TLIET BYELAWS GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-IRKAPTU TAS-SAJD TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ F’ŻONI SPEĊIFIKATI FL-ILMIJIET TERRITORJALI TAR-RENJU UNIT

Notifika skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, (il-Ġurnal Uffiċjali L 358, 31.12.2002 p. 59).

KONTENUT

1.

Introduzzjoni

2.

Il-Qafas Legali tal-UE

3.

Il-Qafas Legali Ingliż

4.

L-approċċ rivedut għall-ġestjoni tas-sajd f’siti marittimi Ewropej (siti NATURA 2000)

5.

Il-miżuri proposti

6.

L-infurzar tal-miżuri

7.

Konsultazzjoni tal-Istati Membri relevanti, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, u l-Kummissjoni Ewropea

ANNESSI

Anness I:

Il-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żona speċifikata) ta' Land's End u Cape Bank, u tabella

Anness II:

Il-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone, u tabella

Anness III:

Il-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Haisborough, Hammond u Winterton, u tabelli

Anness IV:

Il-valutazzjoni tal-Impatt (VI) għall-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żona speċifikata) ta' Land's End u Cape Bank

Anness V:

Il-valutazzjoni tal-Impatt (VI) għall-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Start Point to Plymouth Sound u Eddystone.

Anness VI:

Il-valutazzjoni tal-Impatt (VI) għall-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Haisborough, Hammond u Winterton

1.   INTRODUZZJONI

Hija l-intenzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit li jieħu miżuri għall-projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ f’żoni speċifikati biex jipproteġu l-istrutturi tal-iskoll iddeżinjati tal-Anness I ta’ ċerti siti tal-baħar fir-Renju Unit ta' Natura 2000. Sabiex jiġu applikati dawn il-miżuri għall-bastimenti kollha, inklużi l-bastimenti tas-sajd ta’ Stati Membri oħra tal-UE, ir-Renju Unit qed issegwi l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2371/2002 tal-UE. Il-miżuri li r-Renju Unit biħsiebu jieħu, u l-Istati Membri rilevanti affettwati huma msemmija hawn taħt:

Il-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żona speċifikata) ta' Land's End u Cape Bank, — Franza u l-Belġju (l-Anness I)

Il-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone, — Franza u l-Belġju (l-Anness II)

iI-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-sit marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Haisborough, Hammond u Winterton, — il-Belġju (l-Anness III)

2.   IL-QAFAS LEGALI TAL-UE

2.1.   L-Artikolu 9 tar-Regolament 2371/2002 (ir-Regolament bażiku tal-Politika Komuni tas-Sajd)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jippermetti lill-Istati Membri jieħdu miżuri mhux diskriminatorji biex inaqqsu kemm jista’ jkun l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi, sakemm l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw il-konservazzjoni u l-immaniġġjar speċifikament għal dik iż-żona.

Il-miżuri tal-Istati Membri għandhom ikunu kompatibbli mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 u ma għandhomx ikunu inqas stretti mil-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità.

Jekk il-miżuri ta' Stat Membru aktarx se jaffettwaw lill-bastimenti ta' Stat Membru ieħor, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati biss wara li l-Kummissjoni, l-Istat Membru u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati ikunu ġew konsultati dwar abbozz tal-miżuri flimkien ma' memorandum ta' spjegazzjoni.

L-għan tal-miżuri proposti tar-Renju Unit huwa li jnaqqsu kemm jista' jkun l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar billi jipproteġu l-istrutturi tal-iskoll iddeżinjati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE mid-deterjorament minħabba l-impatt tal-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ.

Barra minn hekk, il-Komunità ma adottatx miżuri li jindirizzaw speċifikament il-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar għal dawn is-siti tal-baħar ta' Natura 2000.

2.2.   Aċċess għall-ilmijiet territorjali tar-Renju Unit

L-Anness I tar-Reg. 2371/2002 jistabbilixxi drittijiet ta' aċċess għall-ilmijiet territorjali Ingliżi (bejn 6 u 12-il mil nawtiku tal-linji bażi tal-1983) għal bastimenti minn Stati Membri oħra.

Il-bastimenti Franċiżi u Belġjani għandhom aċċess għas-sajd tal-ħut demersali f’żoni li jinkludu s-Sit ta’ Importanza Komunitarja (SIK) (1) ta' Land’s End u Cape Bank u s-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone. Barra minn hekk, Il-bastimenti Belġjani għandhom ukoll aċċess għas-sajd tal-ħut demersali fiż-żona li tinkludi s-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton.

3.   IL-QAFAS LEGALI INGLIŻ

3.1.   L-Att Dwar l-Aċċess għall-Baħar u L-Kosta 2009 (MaCCA)

It-Taqsimiet 129 sa 133 tal-MaCCA jagħtu lill-Marine Management Organisation (MMO) is-setgħa fl-Ingilterra li tagħmel byelaws sa distanza ta' 12-il mil nawtiku mil-linja bażi tar-Renju Unit bl-iskop tal-għanijiet ta' konservazzjoni taż-żoni ta' konservazzjoni marittima (ŻKM) (tip ta' żona protetta tal-baħar).

3.2.   Ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 (ir-Regolamenti dwar il-Ħabitats)

It-Taqsima 38 tar-Regolamenti dwar il-Ħabitats testendi s-setgħat tat-teħid ta' byelaws tal-MMO skont il-MaCCA biex jagħti s-setgħa lill-MMO li tagħmel byelaws għall-protezzjoni ta’ sit marittimu Ewropew (sit tal-baħar ta’ Natura 2000) fl-Ingilterra.

4.   L-APPROĊĊ RIVEDUT GĦALL-ĠESTJONI TAS-SAJD KUMMERĊJALI F’SITI MARITTIMI EWROPEJ (SITI NATURA 2000)

Fl-14 ta’ Awwissu 2012, id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali (Defra) ħabbar approċċ rivedut għall-ġestjoni tas-sajd kummerċjali fis-siti marittimi Ewropej (2) (siti tal-baħar ta' Natura 2000) fl-ilmijiet Ingliżi. L-approċċ rivedut ġie żviluppat u qed jiġi implimentat f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Implimentazzjoni tas-Sajd fis-Siti Marittimi Ewropej, li jinkludi rappreżentanti mill-industrija tas-sajd, NGOs ambjentali u konsulenti xjentifiċi tas-sajd u tal-baħar.

Skont dan l-approċċ rivedut, saret valutazzjoni tar-riskju ġenerika dwar l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali kollha u l-istrutturi ddeżinjati kollha tal-baħar ta' Natura 2000 fl-ilmijiet Ingliżi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni ġew miġbura flimkien u murija f’matriċi (3). F'din il-matriċi, l-interazzjonijiet bejn l-attività u l-istruttura ġew ikkategorizzati bħala ħomor, ambra, ħodor jew blu. Klassifikazzjoni 'ħamra' tindika riskju għoli ta’ deterjorament lill-karatteristika. Biex jiġi żgurat li r-riskju tad-deterjorament lill-istruttura jitneħħa u biex b’hekk tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (id-‘Direttiva dwar il-Ħabitats’), ir-regolaturi tar-Renju Unit għandhom jintroduċu miżuri ta' ġestjoni biex jipprojbixxu l-attività li tirriżulta f’dawn l-interazzjonijiet sa tmiem l-2013. Ir-riżultati tal-matriċi ġew soġġetti għal reviżjoni indipendenti mis-Centre for Environment, Fisheries, and Aquaculture Science (Cefas) (4).

Il-miżuri proposti inklużi f’din in-notifika, huma biex jiġu ġestiti l-interazzjonijiet ta' riskju għoli (jew aħmar). Għal dawk l-interazzjonijiet kklassifikati bħala ambra, hemm aktar inċertezza dwar ir-riskju u. għalhekk, se jkunu meħtieġa valutazzjonijiet fil-livell tas-sit biex ikun iddeterminat jekk hijiex meħtieġa l-ġestjoni ta' attività għall-protezzjoni tal-istrutturi. Il-valutazzjonijiet se jsiru bejn l-2014 u l-2016, u jekk ikunu meħtieġa xi miżuri ta’ ġestjoni, dawn se jiġu introdotti sa tmiem l-2016. Il-valutazzjoni tal-interazzjonijiet ambra għandhom iqisu l-effetti kkombinati mill-interazzjonijiet li, waħidhom, aktarx li ma jaffettwawx il-ksib tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-istruttura (dawn huma kategorizzati bħala 'ħodor' fil-matriċi). Il-kategorizzazzjoni 'blu' tindika li ma hemmx interazzjoni fattibbli u, għalhekk, ma hemmx bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.

5.   MIŻURI PROPOSTI

Il-miżuri proposti jipprojbixxu l-użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ f’żoni speċifikati (l-Annessi I-III). L-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ jinkludi kwalunkwe rkaptu tas-sajd imbuttat jew miġbud mill-ilma u li jmiss qiegħ il-baħar. Dan jinkludi għeżula tat-tkarkir demersali, xbieki tat-tkarkir bit-travu u gangmi rmunkati u gangmi tal-ġbid bl-arja.

L-interazzjonijiet bejn dawn l-istrutturi tal-iskoll u l-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ intgħażlu għall-protezzjoni għaliex ġie identifikat li huma ta' riskju għoli għad-deterjorament tal-istrutturi. Interazzjonijiet oħra li jseħħu f'dawn is-siti tal-baħar ta' Natura 2000 (pereżempju bejn l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ u l-bankijiet tar-ramel) se jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt sit sit (kif jingħad fid-dettall hawn fuq) u l-ġestjoni adatta għal dawn l-interazzjonijiet se tiġi introdotta sa tmiem l-2016,

Għal kull miżura proposta, tħejjiet valutazzjoni tal-impatt (VI) sabiex tidentifika kull impatt ekonomiku li jista' jirriżulta (l-Annessi IV-VI).

6.   L-INFURZAR TAL-MIŻURI

L-MMO se tieħu approċċ ta' infurzar immexxi mill-informazzjoni u bbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni tas-Siti Marittimi Ewropej.

Fejn l-informazzjoni miġbura tissuġġerixxi li hemm nuqqas ta’ konformità jew riskju ta’ nuqqas ta’ konformitàma' miżura tal-ġestjoni, l-MMO se tiżviluppa strateġija ta’ infurzar speċifika għall-ħtiġijiet ta' dak l-MPA u, fejn meħtieġ, tirrilaxxa r-riżorsi skont dawn il-ħtiġijiet. Dan jista’ jinkludi l-preżenza tal-forza navali, sorveljanza mill-ajru jew operazzjonijiet konġunti ma’ aġenziji oħra (pereżempju l-IFCAs, il-forza tal-fruntieri tar-Renju Unit, l-EA jew korpi regolatorji oħra tal-istat membru). L-MMO se tikkoordina l-operazzjonijiet konġunti u l-frekwenza u l-intensità tal-infurzar se jiġu ddeterminati skont ir-riskju u jistgħu jiġu utilizzati wkoll miżuri ta' monitoraġġ tal-informazzjoni li jirrikjedu lill-bastimenti li jirrapportaw il-pożizzjoni tagħhom.

Aktar informazzjoni dwar il-Proċess tal-Infurzar tal-MMO ibbażat fuq ir-Riskju tinsab fi: http://www.marinemanagement.org.uk/about/documents/risk-based-enforcement.pdf

Il-prinċipji li skonthom l-MMO se tirregola l-MPAs huma stipulati fl-Att tar-Riforma Leġiżlattiva u Regolatorja tal-2006 u l-Kodiċi tal-Konformità tar-Regolaturi u għandhom l-għan li jiżguraw li l-MMO tkun proporzjonata, responsabbli, konsistenti, trasparenti u mmirata f’kull azzjoni ta’ infurzar li tieħu. Jista' jinstab aktar tagħrif fl-istrateġija tal-konformità u l-infurzar tal-MMO: http://www.marinemanagement.org.uk/about/documents/compliance_enforcement.pdf

7.   KONSULTAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI RELEVANTI, IL-KUNSILLI KONSULTATTIVI REĠJONALI, U L-KUMMISSJONI EWROPEA

L-Istati Membri rilevanti għal dawn il-miżuri proposti huma Franza u l-Belġju. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (Regional Advisory Council, RAC) rilevanti huma r-RAC tal-Baħar tat-Tramuntana (għas-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton) u r-RAC tal-Ilmijiet tal-Majjistral (għas-SIK ta' Land’s End u Cape Bank u s-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone).

L-awtoritajiet tas-sajd ta’ Franza u l-Belġju ġew ikkuntattjati biex jiddiskutu proposti tar-Renju Unit f'konsultazzjoni informali. Iż-żewġ awtoritajiet tas-sajd, ir-rappreżentanti relevanti tal-industrija tas-sajd minn Franza u l-Belġju, u l-RACs relevanti kollha ġew ikkonsultati bħala parti mill-konsultazzjoni formali dwar dawn il-miżuri mill-10 ta' Settmebru sat-22 ta' Ottubru 2013.

7.1   Id-dati tal-konsultazzjoni

Il-prekonsultazzjoni informali dwar il-miżuri proposti saret mid-9 ta’ Ġunju sal-15 ta' Awwissu 2013. Il-konsultazzjoni pubblika dwar dawn il-miżuri, kif rikjest skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit saret mill-10 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru 2013. In-notifika formali, kif rikjest mill-artikolu 9 tar-Regolament 2371/2002 se ssir fit-18 ta' Novembru 2013.

Il-Marine Management Organisation (MMO) kitbet lill-awtoritajiet tas-sajd ta' Franza (Direction des pêches maritimes et de l'aquaculture, u Agence des aires marine protégées) u tal-Belġju (Dienst Zeevisserij) fis-7 ta' Ġunju 2013 biex titlob l-opportunità li tiddiskuti l-proposti tagħna mal-awtoritajiet u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd.

Saret laqgħa fit-12 ta' Lulju 2013 bejn l-MMO, Dienst Zeevisserij (l-awtoritajiet tas-sajd Belġjani), ir-Redescentrale (l-Organizzazzjoni Belġjana tal-Produtturi tal-Ħut) u r-rappreżentanti l-oħra tal-industrija tas-sajd Belġjana.

L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu lill-MMO fid-9 ta' Lulju 2013 u ssuġġerew li ssir laqgħa f'Settembru. Saret laqgħa fis-27 ta' Settembru 2013 bejn l-MMO, id-direction des pêches maritimes et de l'aquaculture (l-awtoritajiet tas-sajd Franċiżi), il-Comité National des Pêches Maritimes et des élevages marins (CNPMEM: ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd nazzjonali Franċiża) u bosta rappreżentanti tas-sajd reġjonali Franċiżi.

L-MMO kitbet liż-żewġ RACs fl-10 ta' Settembru 2013 fejn stednithom jikkumentaw dwar il-konsultazzjoni pubblika. It-telefonati ta' segwitu lis-segretarjat ta’ kull RAC indikaw li ż-żewġ RACs mhux se jagħtu tweġiba kkonsolidata għall-konsultazzjoni pubblika, iżda se jgħaddu d-dettalji tal-konsultazzjoni lill-Membri tagħhom sabiex iwieġbu individwalment jekk ikunu jixtiequ.

7.2   Tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika u Tweġibiet tal-MMO

Ma waslux tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika mill-awtoritajiet Franċiżi jew Belġjani jew mir-RACs rilevanti. Waslu tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika dwar bastimenti ta’ Stati Membri oħra mir-Redescentrale u CNPMEM.

7.3   Il-korrispondenza bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea

Defra kitbet lill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta' Ġunju biex tagħti aġġornament dwar il-miżuri proposti tal-MMO. Dan kien jinkludi mappa tal-istrutturi tal-Anness 1 li jeħtieġu l-protezzjoni. Saret laqgħa fit-18 ta' Settembru 2013 bejn Defra, l-MMO, u l-Kummissjoni Ewropea biex ikomplu jiddiskutu l-proposti tal-MMO.

ANNESS I

MARINE MANAGEMENT ORGANISATION (ORGANIZZAZZJONI GĦALL-ĠESTJONI TAL-BAĦAR)

L-ATT DWAR L-AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-KOSTA 2009 (2009 c.23)

IL-BYELAW DWAR L-IRKAPTU TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ FIS-SIT MARITTIMU EWROPEW (ŻONI SPEĊIFIKATI) TA' LANDS END U CAPE BANK

Il-Marine Management Organisation (5) fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament 38 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 (6) u t-Taqsima 129 tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 (7), u wara li:

poġġiet kopji tal-abbozz tal-byelaw f’postijiet konvenjenti bl-għan tal-ispezzjoni skont it-taqsima 130(3) ta’ dak l-Att;

ipprovdiet kopja tal-abbozz tal-byelaw lil kwalunkwe persuna li talbitha skont it-taqsima 130(4) ta’ dak l-Att;

ippubblikat avviż dwar il-proposta tagħha li ssir byelaw skont it-taqsimiet 130(6) u 130(7) ta’ dak l-Att;

ikkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern tar-Renju tal-Belġju, il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-ilmijiet tal-Majjistral u sussegwentement irċeviet konferma tal-abbozz tal-byelaw mill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 8(3), 9(1) u 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (8);

tagħmel din il-byelaw.

Interpretazzjoni

1.

F’din il-byelaw, “iż-żona speċifikata” tfisser Cape Bank kif definit fl-Iskeda.

Projbizzjoni

2.

L-ebda persuna ma għandha tuża kwalunkwe rkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żona speċifikata.

Eżenzjoni għal Funzjonijiet Xjentifiċi, ta' Stokkjar jew Tgħammir

3.

Din il-byelaw ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe persuna li twettaq att li kieku jikkostitwixxi offiża kontra din il-byelaw, jekk dak l-att ikun twettaq skont permess bil-miktub maħruġ mill-Marine Management Organisation li jippermetti dak l-att għal funzjonijiet xjentifiċi, ta' stokkjar jew tgħammir.

Ċitazzjoni

4.

Din il-byelaw tista' tiġi ċċitata bħala l-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Lands End u Cape Bank.

Magħmula taħt is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation

nhar [ ] jum ta' [ ] 2013

Ls

Is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation twaħħal ma’ din byelaw fil-preżenza ta’:

[isem]

Kap Eżekuttiv tal-Marine Management Organisation

Is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali fl-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lilu mit-taqsima 130(8) tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 jikkonferma l-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Lands End u Cape Bank magħmula mill-Marine Management Organisation nhar [ ] ta' [ ] 2013 u ddetermina li l-byelaw tidħol fis-seħħ nhar [ ] ta' [ ] 2013.

[isem]

[Kariga]

Impjegat għoli taċ-ċivl għal, u f’isem, is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

Data:

SKEDA

Definizzjoni ta' Cape Bank

Il-koordinati użati f’din l-Iskeda huma bbażati fuq WGS 84 datum, fejn ‘WGS 84’ tfisser World Geodetic System (is-sistema Ġeodetika Dinjija), irreveduta fl-1984.

“Cape Bank”, tfisser iż-żona magħluqa bil-linja minn:

 

Il-Punt A (50 Grad 19,969 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 43,216 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt B (50 Grad 16,913 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 48,820 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt C (50 Grad 8,500 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 47,338 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt D (50 Grad 4,747 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 48,929 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt E (50 Grad 11,468 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 57,977 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt F (50 Grad 19,129 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 52,099 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt H (50 Grad 21,159 Minuti Tramuntana, 5 Gradi 44,468 Minuti Punent) sa

u mbagħad mill-Punt G sal-Punt A.

Nota Spjegattiva

(Din in-nota mhijiex parti mill-byelaw)

Il-Marine Management Organisation għamlet din byelaw biex tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd jiġu ġestiti b’mod li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

Din il-byelaw tipproteġi l-komunitajiet tal-iskoll wieqaf 'il barra mill-kosta billi tipprojbixxi l-użu ta’ rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ f’żoni speċifikati ta' Lands End u Cape Bank.

Iż-żoni speċifikati huma definiti fil-paragrafu 1 u fl-Iskeda ta’ din il-byelaw.

Iż-żoni speċifikati huma identifikati, għal skopijiet illustrattivi biss, fuq il-mapep hawn taħt.

Image 1

Marine Management Organisation

SIK ta' Land's End & Cape Bank

Limiti ta' 6 mili nawtiċi (UKHO)

Limiti ta' 12-il mil nawtiku (UKHO)

Żona ġestita mill-MMO

Skoll wieqaf offshore Cape Bank

SIK ta' Land's End & Cape Bank

Żona ġestita mis-CIFCA

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Natural England Copyright 2008. © Crown Copyright. All rights reserved 2008. © Marine Management Organisation. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright [2013] and database right. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. Not to be used for navigation.

ANNESS II

MARINE MANAGEMENT ORGANISATION (ORGANIZZAZZJONI GĦALL-ĠESTJONI TAL-BAĦAR)

L-ATT DWAR L-AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-KOSTA 2009 (2009 c.23)

IL-BYELAW DWAR L-IRKAPTU TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ FIS-SIT MARITTIMU EWROPEW (ŻONI SPEĊIFIKATI) TA' START POINT SA PLYMOUTH SOUND U EDDYSTONE

Il-Marine Management Organisation (9), fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament 38 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 (10) u t-Taqsima 129 tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 (11), u wara li:

poġġiet kopji tal-abbozz tal-byelaw f’postijiet konvenjenti bl-għan tal-ispezzjoni skont it-taqsima 130(3) ta’ dak l-Att;

ipprovdiet kopja tal-abbozz tal-byelaw lil kwalunkwe persuna li talbitha skont it-taqsima 130(4) ta’ dak l-Att;

ippubblikat avviż dwar il-proposta tagħha li ssir byelaw skont it-taqsimiet 130(6) u 130(7) ta’ dak l-Att;

ikkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern tar-Renju tal-Belġju, il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Ilmijiet tal-Majjistral, u sussegwentement irċeviet konferma tal-abbozz tal-byelaw mill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 8(3), 9(1) u 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (12);

tagħmel din il-byelaw.

Interpretazzjoni

1.

F’din il-byelaw:

(a)

“il-linji ta' bażi tal-1983” tfisser il-linji ta’ bażi għall-kejl tal-wisa’ tal-baħar territorjali tar-Renju Unit kif kienu jeżistu fil-25 ta’ Jannar 1983 skont l-Ordni fil-Kunsill dwar l-ilmijiet territorjali tal-1964 (13);

(b)

“iż-żoni speċifikati” tfisser Hatt Rock u Brentons kif definit fl-Iskeda.

Projbizzjoni

2.

L-ebda persuna ma għandha tuża kwalunkwe rkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni speċifikati.

Eżenzjoni għal Funzjonijiet Xjentifiċi, ta' Stokkjar jew Tgħammir

3.

Din il-byelaw ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe persuna li twettaq att li kieku jikkostitwixxi offiża kontra din il-byelaw, jekk dak l-att ikun twettaq skont permess bil-miktub maħruġ mill-Marine Management Organisation li jippermetti dak l-att għal funzjonijiet xjentifiċi, ta' stokkjar jew tgħammir.

Ċitazzjoni

4.

Din il-byelaw tista' tiġi ċċitata bħala l-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Start Point to Plymouth Sound u Eddystone.

Magħmula taħt is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation

nhar [ ] jum ta' [ ] 2013

Ls

Is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation twaħħal ma’ din byelaw fil-preżenza ta’:

[isem]

Kap Eżekuttiv tal-Marine Management Organisation

Is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali fl-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lilu mit-taqsima 130(8) tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 jikkonferma l-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Start Point to Plymouth Sound u Eddystone magħmula mill-Marine Management Organisation nhar [ ] ta' [ ] 2013 u ddetermina li l-byelaw tidħol fis-seħħ nhar [ ] ta' [ ] 2013.

[isem]

[Kariga]

Impjegat għoli taċ-ċivl għal, u f’isem, is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

Data:

SKEDA

Definizzjonijiet ta’ Hatt Rock u Brentons

Il-koordinati użati f’din l-Iskeda huma bbażati fuq WGS 84 datum, fejn ‘WGS 84’ tfisser World Geodetic System (is-sistema Ġeodetika Dinjija), irreveduta fl-1984.

“Hatt Rock” tfisser iż-żona magħluqa bil-linja minn:

 

Il-Punt A (50 Grad 10,320 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 28,388 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt B (50 Grad 10,170 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 29,413 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt C (50 Grad 10,568 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 29,755 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt D (50 Grad 10,832 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 29,227 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt E (50 Grad 10,782 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 28,543 Minuti Punent) sa

u mbagħad mill-Punt E sal-Punt A.

“Brentons” tfisser iż-żona magħluqa bil-linja minn:

 

Il-Punt A (50 Grad 10,714 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 25,325 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt B (50 Grad 10,651 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 25,599 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt C (50 Grad 10,632 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 25,870 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt D (50 Grad 12,167 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 26,709 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt E (50 Grad 12,330 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 26,505 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt F (50 Grad 12,398 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 26,1972 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt G (50 Grad 12,750 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 25,251 Minuti Punent) sa

 

Il-Punt H (50 Grad 12,956 Minuti Tramuntana, 4 Gradi 24,723 Minuti Punent) sa

U mbagħad mill-punt H sal-Punt A b’linja miġbuda minn sitt mili nawtiċi lejn in-naħa tal-baħar tal-linji bażi tal-1983.

Nota Spjegattiva

(Din in-nota mhijiex parti mill-byelaw)

Il-Marine Management Organisation għamlet din il-byelaw biex tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd jiġu ġestiti b’mod li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

Din il-byelaw tipproteġi l-istrutturi tal-iskollijiet fuq il-qiegħ tal-blat billi tipprojbixxi l-użu ta’ rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ f’żoni speċifikati tas-Sit Marittimu Ewropew ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone

Iż-żoni speċifikati huma definiti fil-paragrafu 1 u fl-Iskeda ta’ din il-byelaw.

Iż-żoni speċifikati huma identifikati, għal skopijiet illustrattivi biss, fuq il-mapep hawn taħt.

Image 2

Marine Management Organisation

SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone (Eddystone)

Limitu ta' 6 mili nawtiċi

L-istrutturi tal-iskoll

SIK ta' Start Pt sa Plymouth Sound & Eddystn

Żoni ta' ġestjoni

CIFCA

MMO

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee Not to be used for navigation.

ANNESS III

MARINE MANAGEMENT ORGANISATION (ORGANIZZAZZJONI GĦALL-ĠESTJONI TAL-BAĦAR)

L-ATT DWAR L-AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-KOSTA 2009 (2009 c.23)

IL-BYELAW DWAR L-IRKAPTU TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ FIS-SIT MARITTIMU EWROPEW (ŻONI SPEĊIFIKATI) TA' HAISBOROUGH HAMMOND U WINTERTON

Il-Marine Management Organisation (14), fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament 38 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 (15) u t-Taqsima 129 tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 (16), u wara li:

poġġiet kopji tal-abbozz tal-byelaw f’postijiet konvenjenti bl-għan tal-ispezzjoni skont it-taqsima 130(3) ta’ dak l-Att;

ipprovdiet kopja tal-abbozz tal-byelaw lil kwalunkwe persuna li talbitha skont it-taqsima 130(4) ta’ dak l-Att;

ippubblikat avviż dwar il-proposta tagħha li ssir byelaw skont it-taqsimiet 130(6) u 130(7) ta’ dak l-Att;

ikkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern tar-Renju tal-Belġju, u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, u sussegwentement irċeviet konferma tal-abbozz tal-byelaw mill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 8(3), 9(1) u 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (17);

tagħmel din il-byelaw.

Interpretazzjoni

1.

F’din il-byelaw, “iż-żoni speċifikati” tfisser iż-Żona 1 u ż-Żona 2 kif definit fl-Iskeda.

Projbizzjoni

2.

L-ebda persuna ma għandha tuża kwalunkwe rkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni speċifikati.

Eżenzjoni għal Funzjonijiet Xjentifiċi, ta' Stokkjar jew Tgħammir

3.

Din il-byelaw ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe persuna li twettaq att li kieku jikkostitwixxi offiża kontra din il-byelaw, jekk dak l-att ikun twettaq skont permess bil-miktub maħruġ mill-Marine Management Organisation li jippermetti dak l-att għal funzjonijiet xjentifiċi, ta' stokkjar jew tgħammir.

Ċitazzjoni

4.

Din il-byelaw tista' tiġi ċċitata bħala l-byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Haisborough Hammond u Winterton.

Magħmula taħt is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation

nhar [ ] jum ta' [ ] 2013

LS

Is-Siġill Komuni tal-Marine Management Organisation twaħħal ma’ din byelaw fil-preżenza ta’:

[isem]

Kap Eżekuttiv tal-Marine Management Organisation

Is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali fl-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lilu mit-taqsima 130(8) tal-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009 jikkonferma l-Byelaw dwar l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Sit Marittimu Ewropew (żoni speċifikati) ta' Haisborough Hammond u Winterton magħmula mill-Marine Management Organisation nhar [ ] ta' [ ] 2013 u ddetermina li l-byelaw tidħol fis-seħħ nhar [ ] ta' [ ] 2013.

[isem]

[Kariga]

Impjegat għoli taċ-ċivl għal, u f’isem, is-Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

Data:

SKEDA

Definizzjonijiet taż-Żona 1 u ż-Żona 2

Il-koordinati użati f’din l-Iskeda huma bbażati fuq WGS 84 datum, fejn ‘WGS 84’ tfisser World Geodetic System (is-sistema Ġeodetika Dinjija), irreveduta fl-1984 u għal darb'oħra fl-2004.

“Żona 1” tfisser iż-żona magħluqa bil-linja minn:

 

Il-Punt A (52 Grad 47,792 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,661 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt B (52 Grad 47,919 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,179 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt C (52 Grad 48,229 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,065 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt D (52 Grad 48,267 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,114 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt E (52 Grad 48,442 Minuti Tramuntana, 1 Grad 57,900 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt F (52 Grad 48,705 Minuti Tramuntana, 1 Grad 57,942 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt G (52 Grad 48,876 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,277 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt H (52 Grad 48,814 Minuti Tramuntana, 1 Grad 58,920 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt I (52 Grad 48,615 Minuti Tramuntana, 1 Grad 59,207 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt J (52 Grad 48,465 Minuti Tramuntana, 1 Grad 59,173 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt K (52 Grad 48,397 Minuti Tramuntana, 1 Grad 59,328 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt L (52 Grad 48,123 Minuti Tramuntana, 1 Grad 59,400 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt M (52 Grad 47,926 Minuti Tramuntana, 1 Grad 59,179 Minuti Lvant) sa

U mbagħad mill-Punt M sal-Punt A.

“Żona 2” tfisser iż-żona magħluqa bil-linja minn:

 

Il-Punt A (52 Grad 50,804 Minuti Tramuntana, 1 Grad 48,365 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt B (52 Grad 50,617 Minuti Tramuntana, 1 Grad 48,178 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt C (52 Grad 50,698 Minuti Tramuntana, 1 Grad 47,043 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt D (52 Grad 51,027 Minuti Tramuntana, 1 Grad 46,490 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt E (52 Grad 51,133 Minuti Tramuntana, 1 Grad 46,633 Minuti Lvant) sa

 

Il-Punt F (52 Grad 51,013 Minuti Tramuntana, 1 Grad 48,138 Minuti Lvant) sa

u mbagħad mill-Punt F sal-Punt A.

Nota Spjegattiva

(Din in-nota mhijiex parti mill-byelaw)

Il-Marine Management Organisation għamlet din byelaw biex tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd jiġu ġestiti b’mod li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

Din il-byelaw tipproteġi l-iskollijiet tad-dudu bijoġeniku ross (Sabellaria spinulosa) billi tipprojbixxi l-użu ta’ rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ f’żoni speċifikati fis-Sit Marittimu Ewropew ta’ Haisborough Hammond and Winterton.

Iż-żoni speċifikati huma definiti fil-paragrafu 1 u fl-Iskeda ta’ din il-byelaw.

Iż-żoni speċifikati huma identifikati, għal skopijiet illustrattivi biss, fuq il-mapep hawn taħt.

Image 3

Marine Management Organisation

SIK ta' HAISBOROUGH HAMMOND & WINTERTON

= 3.726533 sq km

Limitu ta' 6 mili nawtiċi (1983)

Limitu ta' 12-il mil nawtiku (1983)

Skoll tas-sabellaria

Linji tal-vidjow tal-ħabitat tal-iskoll

Żoni ġestiti mill-MMO

SIK Haisborough, Hammond & Winterton

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. © Marine Management Organisation. © ICES (http://geo.ices.dk/) Not to be used for navigation.

ANNESS IV

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

BAŻI TAL-EVIDENZA

1.   Introduzzjoni

1.1

Sit: SIK ta' Land’s End u Cape Bank (18).

1.2

Is-SIK ta' Land’s End u Cape Bank ġie ddeżinjat minħabba l-komunitajiet fl-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-sit. II-komunitajiet tal-iskollijiet fuq il-qiegħ tal-blat huma partijiet mill-blat li jisporġu 'l barra, u li jkunu kkolonizzati minn firxa ta’ flora u fawna. Jista' jkun hemm tranżizzjoni ta' komunitajiet miż-żona qrib il-wiċċ imdawla bix-xemx, iddominata mill-pjanti, bħal foresti tal-alka laminarja (kelp) u alka ħamra tal-baħar, għall-ilmijiet iktar fondi fejn varjetà ta’ fawna tgħix fl-iskollijiet fuq is-sottostrat tal-blat, inklużi l-ekinodermi, l-isponoż, il-qroll, l-anemoni, il-brijożoani u l-krustaċji (19).

1.3

L-iskollijiet tal-blat tal-qiegħ f'dan is-sit huma uħud mill-aktar skollijiet bijoloġikament diversi fil-pajjiż u għandhu rwol importanti fl-appoġġ ta' speċijiet li huma meqjusa rari jew li jseħħu fil-limiti tad-distribuzzjoni bijoġeografika tagħhom.

1.4

Id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali (DEFRA) introduċa approċċ revedut għall-ġestjoni tal-attività ta’ sajd f'EMS (ara t-taqsima 2.1). Dan irriżulta fil-ħtieġa biex l-MMO tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat mill-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir fil-qiegħ fis-SIK fil-limiti ta' bejn 6 u 12-il mil nawtiku biex tiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (20).

1.5

L-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ tfisser kull irkaptu tas-sajd li jiġi imbuttat jew miġbud fil-baħar u jmiss ma' qiegħ il-baħar. Dan jinkludi l-għeżula tat-tkarkir demersali u x-xbieki tat-tkarkir bit-travi u l-gangmi għall-krustaċji. Il-miżuri ta’ ġestjoni li jirrestrinġu dawn l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet u l-istrutturi huma għalhekk meħtieġa.

1.6

Din il-VI tħejjiet biex tispeċifika l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-byelaw tal-MMO proposta għall-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ għall-protezzjoni ta' dawn l-istrutturi. Il-VI tindika wkoll għaliex l-għażla li qed tiġi rrakkomandata hija dik ippreferuta għall-ġestjoni. Abbozz ta’ din il-VI kienet soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

1.7

Id-dejta u l-evidenza biex tinforma din il-VI nġabret minn Natural England (NE), l-IFCAs, u l-MMO. Barra minn hekk, l-MMO, flimkien mal-IFCA ta' Cornwall, organizzat sessjoni miftuħa f’Looe fl-10.6.2013 u flimkien mal-IFCA ta' Devon u Severn, fi Plymouth, fil-11.6.2013 biex tiltaqa' mal-partijiet interessati u biex dawn ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet diretti u biex hi tiġbor l-evidenza dwar l-impatti ekonomiċi taż-żoni pprojbiti proposti (ara l-Grafika 1) Fit-12.7.2013 saret laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd fil-Belġju u fis-27.9.2013 saret waħda mal-awtoritajiet Franċiżi u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd f’Pariġi. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża enfasizzaw l-użu tal-għeżula tat-tkarkir fiż-żona pprojbita proposta ta' Cape Bank u enfasizzaw il-ħtieġa li l-avvanzi teknoloġiċi fit-tipi ta’ rkaptu jiġu kkundsidrati fil-ġestjoni. L-informazzjoni u l-istqarrijiet minn intervisti mas-sajjieda kummerċjali ġew irreġistrati u inkorporati f’din il-VI bħala evidenza aneddottali.

1.8

Bħala parti mill-proċess statutorju tal-byelaw, l-abbozzi tal-byelaw proposta u tal-VI għal dan is-sit ġew ikkonsultati formalment mill-10.9.2013 sat-22.10.2013. Il-kummenti mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża kkonfermaw li l-attività tas-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ ma sseħħx fin-naħa tal-Punent taż-żona pprojbita proposta ta' Cape Bank. Ir-rispons tar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana kkonfermat ukoll li l-attività tas-sajd Belġjana fiż-żona tat-Tramuntana taż-żona pprojbita proposta ta' Cape Bank.

2.   Loġika għall-intervent

2.1

F’Awwissu 2012 Defra għamlet reviżjoni tal-ġestjoni tas-sajd fl-EMS sabiex tidentifika l-ġestjoni futura meħtieġa biex ikun żgurat li l-istrutturi tas-sit jinżammu f’kundizzjoni favorevoli. Dan irriżulta f’approċċ rivedut (21) għall-ġestjoni tas-sajd f’EMS.

2.2

L-approċċ rivedut qed jiġi implimentat abbażi tal-evidenza, bil-prijoritizzazzjoni tar-riskju u fuq bażi gradwali. Il-prijoritizzazzjoni tar-riskju huwa informat permezz ta’ matriċi (22) li tikkategorizza r-riskji mill-interazzjonijiet bejn l-attività tas-sajd u l-istrutturi ekoloġiċi. L-interazzjonijiet bejn l-attività u l-istruttura ġew ikkategorizzati bħala aħmar, ambra, aħdar jew blu. Dawk ikklassifikati bħala ħomor ġew ipprijoritizzati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni sal-aħħar tal-2013 (irrispettivament mil-livell effettiv ta’ attività) biex jiġi evitat id-deterjorament tal-istrutturi ddeżinjati f’konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-interazzjonijiet li huma kkategorizzati bħala ambra jirrikjedu valutazzjoni fil-livell tas-sit biex tiddetermina jekk il-ġestjoni ta’ attività hijiex meħtieġa għall-protezzjoni tal-istrutturi. L-interazzjonijiet li huma kategorizzati bħala ħodor wkoll jeħtieġu valutazzjoni fil-livell tas-sit jekk ikun hemm effetti kumulattivi. Il-kategorizzazzjoni blu tindika li ma hemmx interazzjoni fattibbli u, għalhekk, ma hemmx bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet (23).

2.3

Il-paragrafi 6(1) u 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (24) jirrikjedu li, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS), l-Istati Membri għandhom:

jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u l-ispeċijiet fl-Anness II preżenti fis-siti

jieħdu passi xierqa fid-dawl tad-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet kif ukoll tad-distub tal-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati ż-żoni

2.4

Ir-Regolament 8(1) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 jiddefinixxi EMS bħala (fost l-oħrajn) ŻSK, ŻPS u SIK. Il-Parti 6 ta’ dawn ir-regolamenti tistipula r-rekwiżiti għall-ġestjoni għall-EMS, skont l-Artikoli 6(2), 6(3) u 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

2.5

Is-SIK ta' Land’s End u Cape Bank fih strutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat li ġew ikkategorizzati bħala riskju aħmar fir-rigward tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ u, għalhekk, jinħtieġu miżuri ta’ ġestjoni biex jitneħħa dan ir-riskju. L-MMO hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-projbizzjoni tal-interazzjoni bejn l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u l-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ. L-interazzjoni ta’ tipi oħra ta' rkaptu tas-sajd mal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat se tiġi vvalutata matul il-proċess ta’ valutazzjoni ambra/aħdar.

2.6

Dan is-sit jinsab f'żewġ żoni amministrattivi: bejn 0 u 6 mili nawtiċi u bejn 6 u 12-il mil nawtiku. Hemm żewġ żoni prinċipali tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-sit, waħda fil-parti ta' Land's End u l-oħra fil-parti ta' Cape Bank. L-iskoll ta' Land’s End li jinsab ġewwa s-6 mili nawtiċi u se jiġi ġestit permezz ta’ byelaw tal-IFCA ta' Cornwall. L-iskoll ta' Cape Bank jinsab kemm ġewwa s-6 mili nawtiċi kif ukoll ġewwa ż-żona bejn 6 u 12-il mil nawtiku u se jiġi ġestit permezz ta’ byelaw tal-MMO.

2.7

Il-post u l-firxa speċifiċi tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat ġew ipprovduti minn Natural England (25). Iż-żona ta' lqugħ hija bbażata fuq l-abbozz tal-gwida ta' Natural England (26), li tirrakkomanda daqs taż-żona tal-lqugħ abbażi tal-fond tal-istruttura li qed tiġi protetta. L-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat f'dan is-sit testendi sa 100 metru ta' fond. Għal fond ta’ bejn 25 u 200 metru, il-gwida ta' Natural England tirrakkomanda żona ta' lqugħ ta' tliet darbiet il-fond tal-istruttura. Għalhekk, ġiet applikata żona ta' lqugħ ta’ 300 metru (100 metru għal tliet darbiet).

2.8.

L-intervent huwa meħtieġ biex jindirizza l-falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar bl-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa ta’ ġestjoni (eż. din il-byelaw) biex jikkonservaw l-istrutturi u jiżguraw li jitnaqqsu, jew jittaffew b'mod xieraq, l-esternalitajiet negattivi. L-implimentazzjoni ta' din il-byelaw se tiżgura li l-provvista tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar tissokta.

2.9

Il-fallimenti tas-suq iseħħu meta s-suq ma jagħtix riżultat effiċjenti (27). Fil-kuntest tal-ambjent tal-baħar dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiġi deskritti kif ġej:

Għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi — Għadd ta’ prodotti u servizzi pprovduti mill-ambjent tal-baħar bħalma huma r-regolazzjoni tal-klima u d-diversità bijoloġika huma ‘prodotti pubbliċi’ (ħadd ma jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċji tagħhom u l-konsum tas-servizz ma jipprekludix l-użu tas-servizz minn oħrajn). Il-karatteristiċi ta’ prodotti pubbliċi jfissru li l-individwi mhux neċessarjament ikollhom inċentiv ekonomiku biex jikkontribwixxu sforz jew flus minn jeddhom biex jassiguraw l-issuktar tal-eżistenza ta’ dawn il-prodotti u dan iwassal għal nuqqas ta’ provvista jew, f’dan il-każ, nuqqas ta' protezzjoni.

Esternalitajiet negattivi — L-esternalitajiet negattivi jseħħu meta l-ħsara lill-ambjent tal-baħar ma tiġix kompletament imġarrba mill-utenti li jikkawżaw il-ħsara. F’ħafna każijiet, ma hemmx prezz monetarju assoċjat mal-prodotti u s-servizzi tal-baħar u, għalhekk, l-ispiża tal-ħsara ma tiġix ipprezzata direttament mis-suq. Anki għal dawk l-oġġetti li jiġu nnegozjati (bħall-ħut selvaġġ), il-prezzijiet tas-suq ħafna drabi ma jirriflettux l-ispiża ekonomika sħiħa, u li finalment tiġġarrab minn individwi oħra u mis-soċjetà kollha kemm hi.

2.10

L-intervent mill-gvern huwa meħtieġ sabiex jindirizza dawn iż-żewġ sorsi ta’ falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar. Il-miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-istrutturi ddeżinjati tal-EMS se jiżguraw li l-esternalitajiet negattivi jitnaqqsu jew jittaffew b’mod xieraq. Il-miżuri ta’ ġestjoni se jappoġġaw ukoll l-issuktar tal-forniment tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar, pereżempju l-konservazzjoni tal-firxa tal-bijodiversità fl-ibħra tal-Ingilterra.

3.   Għanijiet politiċi u effetti intenzjonati

3.1

L-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta 2009 (28) (MaCAA) stabbilixxa l-MMO biex tmexxi, tippromwovi u ġġestixxi ambjent tal-baħar sostenibbli u sajd qrib il-kosta sostenibbli, billi tiżgura b’suċċess il-bilanċ xieraq bejn il-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi sabiex jiġu żgurati ibħra f’saħħithom, sajd sostenibbli u industrija vijabbli.

3.2

L-għan politiku pertinenti għal din il-VI huwa li l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit jitwessgħu iktar bil-protezzjoni tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat mir-riskju ta’ ħsara minn irkaptu rmunkat fil-qiegħ.

3.3

L-għan ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit huwa:

Soġġett għall-bidla naturali, li jiġu mħarsa:

Il-firxa tal-ħabitats tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u d-diversità tal-ħabitat u l-ispeċijiet komponenti tiegħu

L-istruttura komunitarja tal-ħabitat (eż. l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ speċijiet notevoli individwali u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim tal-ekosistema)

Il-kwalità ambjentali naturali (eż. il-kwalità tal-ilma, il-livelli tas-sediment sospiż, eċċ.);

Il-proċessi ambjentali naturali (eż. il-proċessi bijoloġiċi u fiżiċi li jseħħu b’mod naturali fl-ambjent, bħaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma u d-depożizzjoni tas-sediment, ma għandhomx jiddevjaw mil-linja ta’ bażi fil-mument tad-deżinjazzjoni)

3.4

L-effetti mixtieqa huma li r-riskju ta’ deterjorament tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat jitnaqqas u l-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jintlaħqu. Barra minn hekk, l-impatti ekonomiċi tal-intervent tal-ġestjoni se jkunu kemm jista' jkun żgħar.

4.   L-għażliet

4.1   Bħala parti mill-approċċ rivedut ta' Defra, l-għodod ta’ ġestjoni preferuti huma l-byelaws tal-MMO fi ħdan 6 sa 12nm, u li l-MMO tmexxi l-ġestjoni tas-siti li jinsabu fuq il-limitu tas-6nm. Wara diskussjonijiet bejn l-MMO u Cornwall IFCA, ġie miftiehem li, għalkemm dan is-SIK jaqsam il-limitu ta' 6nm, se jiġu stabbiliti byelaws tal-IFCA biex iġestixxu l-parti tas-sit fi ħdan is-6nm u byelaw tal-MMO se tintuża biex iġġestixxi l-parti tal-Cape Bank tas-sit bejn iż-0 u t-12-il nm. Għalhekk, byelaw tal-MMO għall-parti tas-SIK bejn iż-0 u t-12-il nm hija l-għażla rrakkomandata

4.1.1   Għażla 1: Ma jsir xejn

Din l-għażla ma tkunx tinvolvi l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni permanenti. Din l-għażla tkun tfisser li r-riskji għas-sit mill-attivitajiet ta' ħsara ma jiġux indirizzati u li l-obbligi skont il-metodu rivedut ta' Defra u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats ma jiġux sodisfatti.

4.1.2   Għażla 2: Ftehim volontarju

Din l-għażla tinvolvi l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ prattika volontarji biex jipproteġu l-istrutturi. L-MMO qieset din l-għażla fid-dawl tal-Prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar, li jeħtieġu li regolament ġdid jiġi introdott biss bħala l-aħħar possibbiltà, u tal-metodu rivedut ta' Defra, li skontu huwa mistenni li l-miżuri ta' ġestjoni għandu jkollhom natura regolatorja sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. L-approċċ rivedut ta' Defra jirrekjedi wkoll li jiġu implimentati miżuri biex jindirizzaw l-interazzjonijiet ta' riskju għoli (aħmar) bejn l-istrutturi deżinjati u l-irkaptu tas-sajd sal-aħħar ta’ Diċembru 2013. L-MMO tqis li minħabba l-bżonn tal-protezzjoni tal-istrutturi malajr kemm jista' jkun, u minħabba r-riskju li anke l-livelli baxxi ta’ interazzjoni jistgħu jwasslu għat-taħsir tal-istruttura, il-miżuri volontarji mhumiex xierqa f’dan il-każ.

4.1.3   Għażla 3: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-SIK kollha kemm hi (“għeluq sħiħ tas-sit”).

Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fil-parti sħiħa ta' Cape bank tas-SIK mhijiex meħtieġa biex tiġi mħarsa l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u tirriżulta f’telf ekonomiku bla bżonn għas-sajjieda li jużaw partijiet oħra tas-SIK. It-telf totali stmat fil-ħatt l-art kif dokumentat fit-tabella 1 ikun ta' GBP 15 971,20 minflok GBP 11 788,83 fil-każ tal-għażla ppreferuta u l-ispejjeż tal-infurzar għall-amministrazzjoni jkunu ferm ogħla.

4.1.4   Għażla 4: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

Din hija l-għażla ppreferuta u analiżi sħiħa ta’ din l-għażla hija inkluża hawn taħt

4.1.5   Ġestjoni tal-attività permezz ta’ strument statutorju, ordni regolatorja jew kundizzjoni tal-liċenzja tas-sajd

Dawn il-mekkaniżmi għall-ġestjoni mhumiex meqjusa xierqa f’dan il-każ. Is-setgħa tal-MMO li tagħmel il-byelaws kif iddeżinjati skont il-MaCAA hija aktar xierqa għax dawn ikunu mfassla biex jintużaw għall-ġestjoni tal-attività ġewwa żoni protetti tal-baħar u jipprovdu l-livell xieraq ta’ setgħa, flessibbiltà, konsultazzjoni u veloċità.

4.2   Għażla Rrakkomandata:

4.2.1   Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

4.2.2   Din l-għażla hija rrakkommandata minħabba li hija l-aktar għażla effikaċi f’termini ta’ spejjeż. L-MMO hija l-aktar awtorità xierqa biex tressaq il-miżuri għall-ġestjoni tas-sajd għall-istruttura tal-iskoll ta' Cape Bank bejn iż-0 u t-12-il nm billi għandha s-setgħat li tagħmel il-byelaws għal din iż-żona sħiħa għat-twettiq tal-għanijiet ta' konservazzjoni tas-SIK. Il-konfini taż-żona pprojbita proposta ġew determinati wara li tqieset l-aħjar evidenza eżistenti disponibbli tal-firxa tal-istruttura kif ukoll tal-ħtieġa għal “żona ta’ lqugħ” bejn l-istruttura u l-konfini tal-byelaw. Minħabba l-forma taż-żona pprojbita, tqiesu wkoll il-faċilità tal-infurzar u l-bżonn li jkun hemm demarkazzjoni ċara għall-promozzjoni tal-konformità.

5.   Bażi ta' evidenza

5.1   L-impatti tal-attività tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat:

5.1.1

L-evidenza disponibbli (29) li tikkonsisti minn studji empiriċi li jikkwantifikaw l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats fuq il-qiegħ tal-blat iebes hija limitata. Madankollu, huwa magħruf li l-irmunkar tax-xbieki tat-tkarkir minn fuq sottostrati tal-blat jikkawża l-ħsara jew il-mewt ta' proporzjon sinifikanti ta’ speċijiet kbar u weqfin imwaħħal bħall-isponoż u l-qroll (Løkkeborg 2005). 67 % tal-isponoż saritilhom il-ħsara wara li għaddiet xibka tat-tkarkir darba, fil-Golf tal-Alaska (Freese et al 1999). Speċijiet oħra bħall-idrojdi, anenomes, bryozoans, it-tunikati u l-ekinodermi huma vulnerabbli għall-irkaptu tas-sajd mobbli (McConnaughey et al 2000, Sewell u Hiscock 2005). It-tkarkir jista' wkoll inaqqas il-kumplessità tal-ħabitat billi l-blatiet u l-ġebel assoċjati mas-sottostrat iebes jiġu mċaqilqa 'l hemm u 'l hawn (Engel u Kvitek 2008, Freese et al 1999). Ir-reżistenza għall-ħsara fuq livell fiżiku tvarja skont it-tip ta’ sottostrat, u l-iskollijiet tat-tajn huma partikolarment vulnerabbli għall-ħsara strutturali (Attrill et al 2011). Jitqies li r-riskju ta’ impatt sinifikanti huwa biżżejjed biex jirrikjedi kategorizzazzjoni ta’ riskju 'aħmar' u, għalhekk, il-miżuri ta’ ġestjoni għandhom jiġu implimentati din is-sena.

5.2   Distribuzzjoni tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat

Il-Grafika 1 hawn taħt tidentifika fejn tinsab l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fil-parti ta' Cape bank tas-SIK.

Grafika 1

Sit u mappa tal-istruttura

Image 8

Marine Management Organisation

SIK ta' Land's End & Cape Bank

Limiti ta' 6 mili nawtiċi (UKHO)

Limiti ta' 12-il mil nawtiku (UKHO)

Żona ġestita mill-MMO

Skoll wieqaf offshore Cape Bank

SIK ta' Land's End & Cape Bank

Żona ġestita mis-CIFCA

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Natural England Copyright 2008. © Crown Copyright. All rights reserved 2008. © Marine Management Organisation. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright [2013] and database right. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. Not to be used for navigation.

6.   Setturi kkonċernati

6.1

L-industrija tas-sajd: Il-bastimenti ewlenin affettwati misll-projbizzjoni se jkunu l-bastimenti tat-tkarkir bit-travu, il-gangmi u l-bastimenti tax-xbieki tat-tkarkir demersali oħra li jinkludu primarjament il-bastimenti li jħottu l-ħut l-art f’Newlyn. Il-bastimenti Franċiżi u Belġjani għandhom id-drittijiet tal-aċċess għas-sajd tal-ispeċi tal-qiegħ; madankollu, il-maġġoranza ta’ din il-qabda ma tinħattx l-art fir-Renju Unit. Id-djalogu mal-partijiet interessati u mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana matul il-prekonsultazzjoni għal din il-miżura ta’ ġestjoni proposta, indikaw li l-attività tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ hija limitata. Għadd ta’ għeżula tat-tkarkir demersali Franċiżi jistadu fin-naħa tal-punent taż-żona pprojbita proposta f'Cape Bank u bosta bastimenti Belġjani jistadu fin-naħa tat-Tramuntana tal-istess żona. Mhuwiex mistenni li l-intervent ikollu impatt fuq setturi mhux tas-sajd.

6.2

L-ekonomiji lokali u s-soċjetà: Il-potenzjal għal spejjeż soċjali u ekonomiċi lill-komunitajiet lokali tar-Renju Unit, Franza u l-Belġju b'riżultat tat-telf potenzjali fil-ħatt l-art u l-impatt li jirriżulta fuq l-industrija tas-sajd lokali huwa baxx. Dan minħabba li hemm aċċessibbli postijiet tas-sajd alternattivi u, għalhekk, l-ispostament se jkun minimu. Aktarx ikun hemm impatti żgħar mill-għażla ppreferuta billi s-sajd predominanti huwa għall-irkaptu statiku tas-sajd minn bastimenti bbażati f’Newlyn, Mousehole, Sennen Cove, Penwith Coves oħrajn, St Ives uHayle. Il-benefiċċji usa' tal-ħarsien tal-iskollijiet fuq il-qiegħ tal-blat huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

6.3

Entitajiet ta’ infurzar: Ir-responsabbiltà ewlenija tal-infurzar fiż-żona pprojbita proposta fil-konfini ta' bejn 0 u 12-il nm se tkun tal-MMO u, għalhekk, l-ispiża addizzjonali se ġġarrabha l-MMO. Dawn l-ispejjeż stmati huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

7.   Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji

7.1   Spejjeż tal-għażla rrakkomandata

7.1.1   Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żona proposta tista’ tirriżulta f’l-ispejjeż li ġejjin:

Spiża diretta għall-industrija tas-sajd mit-tnaqqis tal-postijiet tas-sajd

Spejjeż għall-industrija tas-sajd assoċjati ma’ ċaqliq lejn postijiet oħra tas-sajd

Impatti ambjentali potenzjali relatati mal-possibilità ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats f'żoni oħrajn minħabba l-ispostament

Spejjeż għall-MMO għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-ġestjoni

7.1.2   L-ispejjeż għall-industrija tas-sajd, inkluż l-ispejjeż potenzjali għall-ispostament, u l-ispejjeż amministrattivi u tal-infurzar lill-MMO jistgħu jiġu mmonetizzati u dawn il-valuri stmati nġabru u ġew ippreżentati bħala parti minn din il-VI (it-Tabelli 1 u 2 hawn taħt). Huwa diffiċli li wieħed jistma l-ispejjeż ambjentali minħabba l-possibiltà ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats u, għalhekk, huma deskritti hawnhekk bħala spejjeż mhux monetizzati.

7.2   Analiżi tal-spejjeż tas-sajd

7.2.1   L-informazzjoni użata biex tevalwa l-impatti tal-għeluq propost ittieħdet minn:

Id-dejta tal-ħatt l-art għall-bastimenti mill-2008 sal-2011 meħuda minn dejta mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord u n-nota tal-bejgħ ipprovduta mill-istatistika tal-MMO

Id-dejta tal-ħatt l-art sal-livell tar-rettangolu tal-ICES. Analiżi ulterjuri għall-istima tal-qabdiet u l-ħatt l-art stimat għals-SIK u ż-żona tal-iskoll/lqugħ għar-Renju Unit u Stati Membri oħra (it-Tabelli 1 u 2)

Informazzjoni miġbura minn sajjieda matul il-prekonsultazzjoni, Ġunju-Awwissu 2013, mill-MMO

Informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni formali tal-MMO dwar il-byelaw, mill-10 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għarfien tal-uffiċjal kostali lokali tal-MMO u tal-IFCA.

7.3   Inċertezza u suppożizzjonijiet tad-dejta

7.3.1   L-estimi tal-ispiża medja ġew ibbażati fuq il-valuri tal-ħatt l-art fir-Renju Unit stmati fis-SIK fir-rettangoli tal-istatistika tal-ICES 29E4 (Ara l-Grafika 2). Mhux ċar liema proporzjon tal-valur totali tal-ħatt l-art kien tabilħaqq derivat direttament miż-żona pprojbita proposta li tifforma inqas minn 5,79 % ta’ rettangolu tal-ICES. L-istatistika ġiet prodotta bl-użu tal-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni tas-SIK definit. L-attività rrappurtata (il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art flimkien mad-dettalji tal-irkaptu involut) ittieħdet minn mill-bażi tad-dejta Ifish tal-MMO. L-informazzjoni dwar il-bastimenti Belġjani u Franċiżi ngħatat permezz ta' estratti tad-dejta tal-ħatt l-art irrappurtata mill-Istati Membri lill-grupp ta’ ħidma dwar ir-reġimi tal-isforz tas-sajd tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fl-Anness A u B hemm aktar deskrizzjonijiet tal-metodoloġiji użati għall-produzzjoni tal-istimi tal-ispejjeż tas-sajd dettaljati.

7.3.2   Il-valuri taż-żona pprojbita proposta deskritti fit-Tabella 1 inkisbu mill-valuri stmati ġewwa s-SIK u l-applikazzjoni ta' perċentwali bbażat fuq l-erja kwadrata pprojbita fis-SIK nnifisha. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-erja kwadrata taż-żoni pprojbiti proposti hija relattivament żgħira meta mqabbla mas-SIK kollha kemm hi. Għalhekk, l-istima dettaljata għandha tintuża bi prudenza billi ma tindikax il-valur veru attribwit liż-żona pprojbita proposta. Huwa rikonoxxut ukoll li ż-żieda possibbli fil-bijodiversità madwar l-iskoll tfisser li din iż-żona tista’ tkun post għas-sajd relattivament aktar abbundanti, u l-analiżi tista' tissottovaluta l-valur tal-post tas-sajd imnaqqas.

7.3.3   L-informazzjoni miġbura minn sajjieda u partijiet interessati oħra matul il-laqgħat ta’ prekonsultazzjoni tintuża biex issostni l-bażi ta’ evidenza u s-suppożizzjonijiet bir-riserva li din hija evidenza aneddottali biss. L-informazzjoni miġbura kienet opportunistika u hija biss ritratt mir-rispondenti li kienu disponibbli biex jagħtu l-kummenti dakinhar. L-għadd ta’ rispondenti jirrifletti biss dawk li indipendentement taw l-informazzjoni u mhux l-għadd ta' dawk kollha li neċessarjament jaqblu jew ma jaqblux ma' dikjarazzjoni.

7.3.4   Id-dejta tal-ħatt l-art ta' Stati Membri oħra hija limitata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-bastimenti ma jħottux l-art fir-Renju Unit. Madankollu, jistgħu jsiru wkoll xi suppożizzjonijiet mill-flotta ta' bastimenti ta' aktar minn 15-il metru ta' Stati Membri oħra permezz tal-VMS riċevuta fl-FMC tar-Renju Unit FMC.

Grafika 2

Mappa li turi r-rettangolu statistiku tal-ICES 29E4 u s-SIK ta' Land’s End u Cape Bank

Image 9

Marine Management Organisation

SIK ta' Land's End u Cape Bank (Rettangoli tal-Istatistika tal-ICES 29E4)

Limitu ta' 6 mili nawtiċi (UKHO)

Limitu ta' 12-il mil nawtiku (UKHO)

SIK ta' Land's End u Cape Bank

Skoll wieqaf offshore Cape Bank

Żona ġestita mill-MMO

Żona ġestita mis-CIFCA

Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. © ICES (http://geo.ices.dk/) © Marine Management Organisation. © Natural England Copyright 2008. © Crown Copyright. All rights reserved 2008. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Not to be used for navigation.

7.4   Attivitajiet tas-sajd fis-SIK ta' Land’s End u Cape Bank

7.4.1   Il-maġġoranza ta’ bastimenti tar-Renju Unit li operaw fi ħdan iż-żona ICES 29E4 huma taħt l-10 metri fit-tul u huma prinċipalment bastimenti tas-sajd bl-għeżula (165 bastiment), fuq l-idejn (146 bastiment), Potters (71 bastiment) u bastimenti tat-tkarkir demersali oħra (11-il bastiment). Hemm ukoll xi bastimenti tat-tkarkir bit-travu ta' iktar minn 15-il metru (25 bastiment).

7.4.2.   L-ispeċijiet ewlenin li jinħattu l-art huma l-ħut pelaġiċi, il-krustaċji, il-ħut tal-qiegħ u l-molluski.

7.4.3   Il-bastimenti Franċiżi u Belġjani għandhom drittijiet ta' aċċess fil-parti tas-SIK iktar 'il barra minn 6nm.

7.4.4.   Il-biċċa l-kbira tal-bastimenti Franċiżi u Belġjani li joperaw fiż-żoni tal-ICES huma itwal minn 15-il metru b'xi wħud li huma iżgħar minn 10 metri. Id-dejta tal-ħatt l-art ta' Stati Membri oħra hija limitata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-bastimenti ma jħottux l-art fir-Renju Unit. 7.4.5 Id-dejta tal-VMS (30) mill-flotta Franċiża u Belġjana turi ftit li xejn attività fiż-żoni pprojbiti proposti tas-SIK li għandhom aċċess għalihom (il-Grafiċi 3 u 4).

7.4.5   Saret laqgħa ta' prekonsultazzjoni mal-industrija tas-sajd Belġjana fit-12.7.2013 f’Ostende, bl-għajnuna tal-awtoritajiet tas-sajd Belġjani. Din saret biex jiġu mgħarrfa dwar il-ġestjoni potenzjali tas-sajd kummerċjali fis-SIK tal-Ingilterra fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess għas-sajd Belġjani f’ 6 sa 12nm. Ir-rappreżentanti mill-industrija li attendew għal-laqgħa fit-12 ta’ Lulju indikaw li l-miżuri attwali proposti biex jipproteġu l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-SIK ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-attività tagħhom. Dawn l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat kienu meqjusa bħala fil-biċċa l-kbira inospitabbli għall-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ. Saret laqgħa ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet Franċiżi u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd f'Pariġi fis-27.9.2013 li kkonfermat li kien hemm tnax il-bastiment tal-għeżula tat-tkarkir demersali ta' bejn 15 u 24 metru min-Normandija li kienu qegħdin jistadu fiż-żona pprojbita proposta ta' Cape Bank.

7.4.6   It-tweġibiet mill-konsultazzjoni formali mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana u Franċiża kkonfermaw li fiż-żona pprojbita proposta sseħħ xi attività tas-sajd.

Grafika 3

Rapporti pożizzjonali Franċiżi tal-VMS għall-2012

Image 10

Marine Management Organisation

VMS Franċiż tal-2012 (SIK ta' Land's End u Cape Bank)

Limitu ta' 6 mn (1983) (UKHO)

Limitu ta' 12-il mn (1983) (UKHO)

VMS Franċiż tal-2012 (12 + metri)

Veloċità (knots)

0.00 - 6.00

>=6.01

Żona ġestita mill-MMO

Skoll wieqaf offshore Cape Bank

SIK ta' Land's End u Cape Bank

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data. ©Marine Management Organisation. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. Not to be used for navigation.

Grafika 4

Rapporti pożizzjonali Belġjani tal-VMS għall-2012

Image 11

Marine Management Organisation

VMS Belġjan tal-2012 (SIK ta' Land's End u Cape Bank)

Limitu ta' 12-il mn (1983) (UKHO)

Limiu ta' 6mn (1983) (UKHO)

Żon aġestita mill-MMO

Skoll wieqaf offshore Cape Bank

SIK ta' Land's End u Cape Bank

VMS Belġjan tal-2012 (15+ metri)

Veloċità (knots)

0.00 - 6.00

>=6.01

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. ©Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. Contains UKHO Law of the Sea data ©Crown copyright and database right. ©Marine Management Organisation. Not to be used for navigation.

7.5   Valwazzjoni tal-ħatt l-art

Ir-Renju Unit

7.5.1   L-impatt dirett fuq il-bastimenti tas-sajd ikun tnaqqis fil-qbid u għalhekk tal-ħatt l-art mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żona pprojbita proposta. Sabiex jiġu stmati l-impatti potenzjali, ġiet analizzata d-dejta dwar il-ħatt l-art miġbura mill-MMO.

7.5.2   Il-kalkolu tal-ħatt l-art mir-rettangolu tal-istatistika taż-żona ICES 29E4 (għall-bastimenti tar-Renju Unit identifikati li jistadu fiż-żona minn Jannar 2008) jidher fit-Tabella 1. L-istimi fit-Tabella 1 huma bbażati fuq medja tal-ħatt l-art minn Jannar 2008 sa Diċembru 2011.

Tabella 1

Il-ħatt l-art miż-żona ICES 29E4 bħala medja kull sena u l-ħatt l-art medju stmat fis-SIK (Jannar 2008 — Diċembru 2011)

Tip ta’ Rkaptu

Piż tal-ħatt l-art

(tunnellati)

Valur mal-ICES 29E4

(GBP)

Valur fi ħdan is-SIK

(GBP)

Valur fi ħdan iż-żona pprojbita (73,813 % tas-SIK)

(GBP)

Bastimenti tat-tkarkir bit-travu

209

830 886

2 492,30

1 839,65

Gangmi (dredgers)

86

120 294

xejn

xejn

Xbiek nephrops

3

3 753

141,90

104,74

Bastimenti tat-tkarkir demersali oħra

161

342 297

13 337

9 844,44

Spiża totali

459

1 297 230

15 971,20

11 788,83

7.5.3   Il-valuri stmati tal-ħatt l-art fis-SIK ġew ikkalkulati bl-assoċjazzjoni tad-dejta disponibbli tal-ħatt l-art (ipprovduta minn kull bastiment tas-sajd fil-livell tar-rettangolu ICES) mad-dejta dwar l-attività tal-bastiment tas-sajd (ibbażata fuq ir-rapporti tal-VMS) ġewwa s-SIK. Dan l-approċċ japplika proporzjon tal-ħatt l-art għal kull rettangolu ICES mas-SIK, ibbażat fuq il-livell ta’ attività fi ħdan is-SIK.

Għas-SIK ta' Land’s End u Cape Bank, intużat id-dejta dwar il-ħatt l-art għar-rettangolu ICES (29E4), u ġiet ikkategorizzata skont id-daqs tal-bastiment (bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru, bastimenti ta' bejn 10 u 15-il metru u bastimenti taħt l-10 metri).

Il-valuri tal-ħatt l-art minn ġewwa ż-żona pprojbita proposta ġew imbagħad stmati bħala proporzjon, (abbażi tad-daqs taż-żona rispettiva) tal-valur stmat minn ġewwa s-SIK.

Jekk jogħġbok irreferi għat-tabelli supplimentari dwar l-istatistika tas-sajd mill-2008 sal-2011 għal analiżi sħiħa tal-attività fir-rettangoli tal-ICES assoċjati mas-SIK.

Huwa stmat li d-dħul annwali medju għall-flotot ta’ bastimenti tat-tkarkri bit-travi ta 'l fuq minn 15-il metru mis-SIK huwa ta’ GBP 2 434,6. Il-gangmi ta' ‘l fuq minn 15-il metru jingħataw bħala xejn u, bl-istess mod, il-bastimenti tat-tkarkir demersali oħra jidhru wkoll bħala xejn. Għall-flotta ta' bastimenti tat-tkarkir bit-travi ta' anqas minn 10 m, id-dħul annwali medju stmat huwa ta’ GBP 10,90. Id-dħul annwali medju stmat tal-flotta ta' bastimenti tat-tkarkir bit-travi ta' bejn 10 sa 15-il metru huwa ta’ GBP 46,80. (Jekk jogħġbok ara t-tabella 5 mit-tabelli tal-istatistika tas-sajd għall-2008 sal-2011 għal analiżi sħiħa).

Mil-laqgħa ta' prekonsultazzjoni mal-partijiet interessati ħareġ li l-impatt monetarju ewlieni mill-introduzzjoni ta’ din il-byelaw se tkun fuq it-tkarkir tal-qiegħ u t-tħammil għall-arzell.

7.5.4   Ġie stmat li fiż-żona pprojbita proposta (li hija 73,813% tas-SIK) it-telf totali fil-ħatt l-art se jkun ta' GBP 11 788,83

7.5.5   L-ispiża totali stmata aktarx li tkun sopravalutazzjoni billi l-ispostament ma tqiesx fil-valutazzjoni.

Franza u l-Belġju

7.5.6   Mill-analiżi tad-dejta tal-VMS, il-maġġoranza vasta tal-attività tas-sajd Belġjana fl-ICES 29E4, isseħħ barra mils-SIK stess. Fl-2012, 26 bastiment Belġjan operaw fil-partijiet tat-Tramuntana tal-ICES.

Il-maġġoranza tal-attività tas-sajd Franċiża fl-ICES 29E4, isseħħ barra mill-majjistral tas-SIK stess. Fl-2012, 46 bastiment Franċiżi rrapportaw pożizzjoni tal-VMS b’veloċità ta’ 1-6 knots fin-naħa tal-Punent tal-parti Cape Bank tas-SIK.

7.5.7   Is-sajd Belġjana primarjament tistad għal-lingwata f’din iż-żona u Franċiżi għall-merluzz u għall-bakkaljaw. Bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Anness B “Analiżi ta’ bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangoli tal-ICES”, ġie stmat li fl-2012:

Il-kwantità ta' tunnellati mħatta l-art mill-attività Belġjana fil-parti aċċessibbli tas-SIK hija stmata għal 0,44 tunnellati. Dan l-ammont għandu valur stmat ta' GBP 1 749

Il-kwantità ta' tunnellati mħatta l-art mill-attività Franċiżi fil-parti aċċessibbli tas-SIK hija stmata għal 24,98 tunnellati. Dan l-ammont għandu valur stmat ta' GBP 44 036

7.5.8   Madankollu, il-Grafiċi 3 u 4 jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-attività tas-sajd hija kkonċentrata fil-passaġġ tal-Majjistral tas-sit, li jinsab barra miż-żona pprojbita proposta (l-istruttura tal-iskoll u l-ilqugħ). Għalhekk, l-istima effettiva tat-telf tal-ħatt l-art jitqies li huwa ħafna aktar baxx mill-valuri stmati hawn fuq. Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness B għal aktar informazzjoni dwar l-attività tas-sajd mhux mir-Renju Unit fiż-żoni pprojbiti proposti u madwarhom.

7.6   L-effetti probabbli tal-għeluq fuq il-flotta tas-sajd

7.6.1   Billi t-telf stmat tal-ħatt l-art huwa mistenni li jkun sopravalutat (b'riżultat tal-attività tas-sajd limitata li tuża irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat), huwa mistenni li l-impatt fuq il-flotta tas-sajd minn dan l-għeluq se jkun limitat. Waqt il-laqgħat tal-prekonsultazzjoni, għadd ta’ sajjieda milquta iddikjaraw li l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ mhux qed jintuża fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat billi dan jista' jagħmel il-ħsara lill-irkaptu tagħhom. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża u Belġjana kkonfermaw li se jkun hemm telf ta’ postijiet tas-sajd madwar iż-żoni tal-Punent u tat-Tramuntana taż-żona pprojbita ta’ Cape Bank; madankollu, il-postijiet alternattivi tas-sajd huma aċċessibbli faċilment.

7.7   L-adattabilità

7.7.1   Sabiex jiġu evalwati l-effetti li aktarx ikollu l-għeluq propost tal-attivitajiet tas-sajd, jeħtieġ li jiġi vvalutat sa liema punt il-bastimenti se jkunu jistgħu jżommu l-valur tal-qabda jekk jiċċaqilqu lejn żoni oħra.

7.7.2   Is-sajjieda ntalbu jimlew kwestjonarju għall-informazzjoni ta' din il-valutazzjoni u ġew mistoqsija direttament rigward il-grad ta’ spostament lejn oqsma oħra mġarrab b'riżultat tal-għeluq propost, u l-kapaċità tagħhom li jistadu f'postijiet alternattivi u jadattaw sabiex iżommu l-valur tal-qabdiet. Għadd ta’ sajjieda milquta stqarrew li ma setgħux ibiddlu l-postijiet tas-sajd jew it-tip ta’ rkaptu iżda minħabba li din l-għażla proposta se tillimita biss l-attività tas-sajd fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u fiż-żona ta' lqugħ, allura l-potenzjal għall-ispostament se jkun minimu.

7.7.3   B'riżultat tal-introduzzjoni tal-alternattiva ppreferuta (byelaw dwar żona pprojbita speċifikata) minflok ma jingħalaq is-sit kollu, il-livell ta’ spostament minn bastimenti li jużaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ se jitnaqqas kemm jista' jkun. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża u Belġjana kkonfermaw matul il-prekonsultazzjoni u l-konsultazzjoni formali li fiż-żona pprojbita proposta sseħħ l-attività tas-sajd. Madankollu, ma sarux speċifikament kummenti dwar il-grad ta’ spostament u l-postijiet alternattivi ta’ sajd.

7.7.4   Huwa previst li l-provi tal-avvanzi fit-teknoloġija tal-irkaptu u l-impatt fuq l-istrutturi sensittivi għandhom ikunu kkunsidrati fil-proċess ambra/aħdar.

7.8   Spejjeż indiretti

7.8.1   Spejjeż ambjentali

Għall-għażla rrakkomandata, se jkun hemm potenzjal minimu għal żieda fl-ispejjeż f’termini ta’ fjuwil għall-bastimenti li jivvjaġġaw iktar 'il bogħod biex jaslu fil-postijiet tas-sajd alternattivi billi ħafna sajjieda indikaw li ma jistadux f’din iż-żona u li l-postijiet tas-sajd alternattivi huma aċċessibbli faċilment.

7.9   Spejjeż amministrattivi u ta’ infurzar

7.9.1   L-MMO se twettaq approċċ ta' infurzar immexxi mill-informazzjoni u bbażat fuq ir-riskju kif adottati minn għadd ta’ korpi regolatorji fil-gvern skont in-National Intelligence Model (31). Fejn l-informazzjoni miġbura tissuġġerixxi li hemm nuqqas ta’ konformità jew riskju ta’ nuqqas ta’ konformità, l-MMO se tiżviluppa strateġija ta’ infurzar speċifika għall-ħtiġijiet tal-MPA u, fejn meħtieġ, tirrilaxxa r-riżorsi skont dawn il-ħtiġijiet. Dan jista’ jinkludi l-preżenza tal-forza navali, sorveljanza mill-ajru jew operazzjonijiet konġunti ma’ aġenziji oħra (pereżempju l-IFCAs, il-forza tal-fruntieri tar-Renju Unit, jew l-EA). L-MMO se tikkoordina l-operazzjonijiet konġunti. Il-prinċipji li skonthom l-MMO se tirregola l-MPAs huma stipulati fl-Att tar-Riforka Leġiżlattiva u Regolatorja tal-2006 u l-Kodiċi tal-Konformità tar-Regolaturi u għandhom l-għan li jiżguraw li l-MMO tkun proporzjonata, responsabbli, konsistenti, trasparenti u mmirata f’kull azzjoni ta’ infurzar li tieħu (32).

7.9.2   L-infurzar tal-byelaw proposta se jaqa' taħt il-baġit kurrenti. Il-VMS tal-UE se jintuża bħala għodda ta’ ġestjoni għall-infurzar bil-baħar u bl-ajru ta’ bastimenti ta' aktar minn 12-il metru. B'riżultat tal-attività tas-sajd baxxa ġewwa s-sit, ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità se jkun minimu jew baxx (33). It-Tabella 2 tenfasizza l-ispejjeż tal-infurzar stmati għall-ġestjoni ta’ din l-għażla ppreferuta.

Tabella 2

Spejjeż addizzjonali annwali għall-infurzar tal-għażla rrakkomandata  (34)

Attività

Spiża għal kull unità

(GBP)

Għadd stmat ta’ unitajiet fis-sena

Spiża totali kull sena

(GBP)

Sorveljanza tal-wiċċ mir-Royal Navy għal kull sit

4 000 kuljum

1

4 000

Għassa ta' infurzar konġunta mal-SFC/IFCA lokali għal kull sit

Bejn 800-1 000 kuljum

5

4 000 -5 000

Sorveljanza mill-ajru għal kull sit

2 050 fis-siegħa

2

4 100

Investigazzjonijiet/prosekuzzjonijiet għal kull sit

10 375 għal kull każ

1

10 375

Spiża totali

 

9

22 475 – 23 475


Tabella 3

Profil annwali tal-ispejjeż monetizzati tal-għażla rakkomandata - (GBPm) prezzijiet kostanti

 

Y0

Y1

Y2

Y3

Y4

Y5

Y6

Y7

Y8

Y9

Spejjeż tat-tranżizzjoni

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

Spiża rikorrenti annwali — L-aħjar stima

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Baxxa

0,022475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Għolja

0,023475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Il-valur preżenti totali tal-ispejjeż annwali (*1)

GBP 0,2 m

7.10   Benefiċċji tal-għażla rakkomandata

7.10.1.   L-esklużjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ miż-żona pprojbita proposta tipprevjeni l-użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u twassal għall-benefiċċji li ġejjin:

Il-benefiċċji ambjentali tal-ħarsien tal-ħabitats tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat

Il-benefiċċji ambjentali huma deskritti hawnhekk bħala benefiċċji mhux monetizzati.

7.11   Benefiċċji ambjentali

7.11.1   L-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-SIK huwa wieħed mill-aktar skollijiet bijoloġikament diversi fil-pajjiż u għandhu rwol importanti fl-appoġġ ta' speċijiet li huma meqjusa rari jew li jseħħu fil-limiti tad-distribuzzjoni bijoġeografika tagħhom. Għalkemm l-iskollijiet individwali huma relattivament żgħar (kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq skala lokali), huma ekoloġikament diversi u jirrappreżentaw żona sinifikanti lokalment (f’termini tad-daqs tagħhom) ta' ħabitat ta' skoll 'il barra mill-kosta u permanentement taħt l-ilma (35).

7.11.2   Is-SIK hija magħmula minn żewġ żoni ewlenin tal-iskoll li huma magħmulin kważi kompletament mill-granit (Axelsson & Dewey, 2011; Birchenough et al., 2008); żona tal-iskoll mal-kosta (il-parti ta' Land's End tas-SIK – is-sottostruttura kostali wieqfa tal-iskoll) u żona ta' skoll wieqaf iktar 'il barra mill-kosta f'għamla ta' nofs qamar wiesgħa u fond li bejn wieħed u ieħor huwa allinjat mil-linja tal-kosta (il-parti ta' Cape Bank tas-SIK – is-sottostruttura wieqfa tal-iskoll 'il barra mill-kosta). L-iskoll wieqaf 'il barra mill-kosta se jiġi ġestit mill-MMO. Din iż-żona fiha assemblaġġi ddominati mill-alka laminarja (kelp), komunitajiet ta' brijożoani u idrojdi kif ukoll żoni fejn jirgħu l-ekinodermi flimkien mal-qroll Ross Pentapora fascialis, l-ekinoderma Echinus esculentus u l-isponża li tħaffer il-blat Cliona celata (Birchenough et al., 2008a). Il-moviment tal-ilma bil-kurrenti u l-mewġ jinkoraġġixxi wkoll tkabbir dens ta’ sponoż, Ascidiacea, anemoni u qroll artab (Irving, 1996) (36).

7.11.3   L-iskollijiet jipprovdu wkoll xi livell ta’ protezzjoni kostali u huma żoni importanti għar-riċiklaġġ tan-nutrijenti, l-iffissar tal-karbonju u n-nitroġenu u l-istabbilizzazzjoni tas-sediment.

7.11.4   Ħabitat ta' skoll protett huwa rifuġju naturali għall-ħolqien ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali.

7.11.5   Il-benefiċċji ta’ din il-byelaw huma li joffru protezzjoni xierqa u ħarsien tal-karatteristiċi ekoloġiċi li jistgħu possibbilment iwasslu għal iktar abbundanza tal-bijodiversità meta mqabbla mal-bqija tal-postijiet tas-sajd.

7.11.6   Il-benefiċċji ambjentali mill-introduzzjoni ta’ din il-byelaw se jkunu sinifikanti billi se tipproteġi l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-sit mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ. Din se iikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan taż-'żamma' tal-konservazzjoni. Se jkollha wkoll benefiċċju addizzjonali fuq l-istrutturi l-oħra fis-SIK u se tkun ta’ benefiċċju ġenerali għall-ħabitats tal-iskoll b'riżultat tal-projbizzjoni rrakkomandata. Dan jista' jippromwovi aktar użu rikreattiv fiż-żona bħal bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw l-ekonomija lokali

7.12   Benefiċċji soċjoekonomiċi

7.12.1   Hemm il-possibiltà li l-kundizzjoni miżmuma tal-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u tal-ħabitat tista' żżid l-attrazzjoni għall-utenti rikreazzjonali, inkluż il-bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd (S.E.Rees et al, 2013 (37); D.R. Chae et al, 2012 (38)). Dan jista’ wkoll iżid it-turiżmu fiż-żona u għalhekk jiżdied l-infiq fin-negozji lokali (S.E.Rees et al, 2013).

7.12.2   L-implimentazzjoni ta’ approċċ biż-żoni għall-ġestjoni minflok l-għeluq tas-sit kollu tillimita l-ispostament tal-bastimenti li joperaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

7.13   Distribuzzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji

7.13.1   Id-distribuzzjoni tal-ispejjeż soċjali u ekonomiċi hija fil-biċċa l-kbira fuq livell lokali tar-Renju Unit, Franza u l-Belġjiu (minbarra l-ispejjeż tal-infurzar) filwaqt li l-benefiċċji ambjentali ġenerali jkopru firxa usa’ u għandhom impatt aktar nazzjonali.

Anness A: Noti tal-istatistika tar-Renju Unit, estrazzjoni tad-dejta u tabelli

It-tabelli tad-dejta li jiġbru fil-qosor l-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni dettaljati definiti bħala żoni marittimi Ewropej jingħataw f'dettal fis-sit tal-internet tal-MMO. (39)

Dan il-livell ta’ dettall jirrifletti l-aħjar livell ta’ dettall disponibbli fid-dejta rappurtata disponibbli għall-amministrazzjonijiet tas-sajd tar-Renju Unit.

Din id-dejta tipprovdi l-informazzjoni dwar il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art mir-rettangoli li jkopru ż-żoni, flimkien mad-dettalji tal-bastimenti, l-irkaptu użat, u l-ispeċijiet maqbuda.

Minbarra din id-dejta tal-attività tas-sajd, il-bastimenti itwal minn 15-il metru jirrappurtaw il-pożizzjoni eżatta tagħhom kull sagħtejn bħala parti mis-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tar-Renju Unit.

Għal dawn il-bastimenti itwal minn 15-il metru, kien possibbli li tiġi kkombinata d-dejta spazjali relattivament mhux dettaljata mis-sistemi tar-rappurtar tal-attivitajiet mar-rapporti dettaljati tal-pożizzjoni mis-sistemi tal-VMS biex tkun tista' ssir stima tal-attività tas-sajd f'aktar dettall. Din ir-riformulazzjoni dettaljata tad-dejta tal-attività tippermetti l-istima tal-attività fi ħdan iż-żoni dettaljati tal-EMS għal bastimenti itwal minn 15-il metru.

Fejn disponibbli, dan id-dettall huwa ppreżentat fit-tabelli tad-dejta flimkien mal-attività ġenerali fir-rettangoli tal-ICES, għall-bastimenti itwal minn 15-il metru; il-proporzjon bejn dawn iż-żewġ settijiet ta' dejta mbagħad ġie applikat lid-dejta għal tulijiet oħrajn tal-bastimenti sabiex jinkisbu stimi approssimattivi tal-attività fiż-żona pprojbita proposta minn dawn il-bastimenti li huma inqas minn 15-il metru twal.

Jekk jogħġbok innota li ż-żona pprojbita proposta tinsab fl-ilmijiet qrib il-kosta, għalhekk l-użu tal-proporzjon tal-attività mwettqa minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru fiż-żoni biex issir stima tal-attività ta’ bastimenti oħra tar-Renju Unit jista’ ma jkunx preċiż billi l-bastimenti kbar għandhom it-tendenza li jistadu aktar 'il bogħod mill-kosta minn oħrajn, b’mod speċjali l-flotta ta' bastimenti itwal minn 10 metri.

Din id-data hija kulurita griż fit-tabelli biex tenfasizza li hija dejta stmata u għandha tintuża biss bi prudenza.

Din li ġejja hija lista taż-żoni kostali tal-EMS koperti minn din l-analiżi — xi rettangoli jkopru iktar minn qasam wieħed — dawn huma enfasizzati bl-isfar.

Din id-duplikazzjoni tfisser li l-kopertura potenzjali totali taż-żoni pprojbiti proposti ma tistax tiġi stmata billi jingħaddu flimkien l-analiżijiet taż-żoni individwali. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi dettalji tal-proporzjon tal-attività ġenerali fir-rettangoli tal-ICES involuti għal kull żona pprojbita propost li tirrelata ma’ bastimenti itwal minn 15-il metru (għal dawn il-bastimenti hija disponibbli dejta satellitari dettaljata).

Għalhekk, għal dawk il-bastimenti bi proporzjon kbir ta' kopertura tas-siti EMS, l-istimi għall-attività minn firxiet b'tulijiet oħrajn abbażi tal-attività relatata mal-VMS aktarx ikunu iktar affidabbli milli dawk għal siti bi proporzjon ta' kopertura baxx.

Anness B: Noti tad-dejta tal-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit

Dawn it-tabelli huma estratti tad-dejta tal-ħatt l-art irrappurtata mill-Istati Membri lill-grupp ta’ ħidma dwar ir-reġimi tal-isforz tas-sajd tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ dan il-grupp, inġabru diversi settijiet ta’ dejta inklużi d-dettalji għal kull Stat Membru tal-ħatt l-art ta’ speċijiet għal kull rettangolu tal-ICES bir-raggruppamenti tal-bastimenti assoċjati.

Dan is-sett tad-dejta huwa mibni biex jissodisfa l-ħtiġijiet STECF u, għalhekk, kellu jiġi pproċessat b’attenzjoni sabiex jiġi evitat l-għadd doppju tad-dejta tal-attività. Is-sett inġieb mis-sit tal-STECF (40)

It-totali tas-sommarji ġew ivverifikati mal-attività rreġistrata fuq is-sistemi FIDES tal-UE għal ċerti stokkijiet bil-kwota biex tiġi vvalidata d-data rrapportata.

Madankollu, għad hemm xi differenzi fit-totali bejn dawk irrappurtati għal kombinazzjonijiet ta' speċijiet/żona fil-fajls tad-dejta tal-STECF u dawk irrappurtati għal livelli simili ta’ dettall bħala parti mis-sistemi tar-rappurtar tal-qabda fuq FIDES għall-monitoraġġ tal-użu tal-kwoti. Għalhekk, dawn iċ-ċifri jindikaw il-livell ta’ attività fiż-żona mill-Istati Membri involuti u mhumiex dikjarazzjonijiet definittivi.

Il-valuri monetarji indikattivi ġew mibnija bl-użu tal-valur medju ta’ ħatt l-art minn bastimenti tar-Renju Unit mir-rettangolu tal-ICES ikkonċernat jew żoni simili.

Fejn id-dejta għas-snin tkun nieqsa, tista’ tkun indikattiva li ma kienx hemm attività rrappurtata iżda tista’ tkun minħabba li ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda dejta.

ANALIŻI TAL-ATTIVITÀ TAL-VMS MINN BASTIMENTI MHUX MIR-RENJU UNIT FIR-RETTANGOLI TAL-ICES LI JKOPRU S-SIK MARBUTA MA' DIN IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Il-metodoloġija użata:

Din l-analiżi hija r-riżultat tal-applikazzjoni tal-metodoloġija standard użata biex tidentifika jekk il-bastimenti tar-Renju Unit kinux attivi f’żona spazjali ddettaljata partikolari lill-informazzjoni li waslet għal bastimenti mhux mir-Renju Unit, b’mod partikolari dawk minn Franza u l-Belġju bi drittijiet storiċi ta’ aċċess għal ċertu parti tal-ilmijiet qrib il-kosta tar-Renju Unit.

Din tinvolvi l-istima tal-attività tas-sajd mid-dejta tal-VMS ibbażata fuq il-veloċità tal-bastiment kif irrapportata fil-messaġġi tal-VMS (“Pings”)

Id-dejta għal kull Ping tal-VMS li tasal minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati li jkopru ż-żona dettaljati jintgħażlu mis-sistema tal-VMS tar-Renju Unit, bl-estrazzjoni tad-dettalji dwar in-numru tal-identità tal-bastiment (CFR), il-pożizzjoni, il-veloċità u d-data u l-ħin tal-Ping.

Kull Ping tiġi vvalutata u kklassifikata bħala indikattiva tal-attività tas-sajd li tkun qed issir jekk il-veloċità tkun > = 1 jew < = 6 knots

Dawn il-pings tas-sajd mir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati mbagħad jiġu pproċessati fis-softwer GIS sabiex jiġi identifikat jekk il-pożizzjoni kinitx ġewwa jew barra d-dettalji taż-żona spazjali kkonċernata

Dan jippermetti l-kalkolu tal-proporzjon tal-pings tas-sajd irreġistrati għal kull Stat Membru fi ħdan ir-rettangolu li kienu ġewwa ż-żona dettaljata. Dan il-fattur imbagħad jiġi applikat lil-livell ġenerali tal-ħatt l-art li jkun hemm fis-settijiet tad-dejta tal-STECF għall-Istat Membru kkonċernat biex jippermettu li jsiru stimi ta’ attività minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fiż-żona spazjali dettaljata.

SOMMARJU TAL-ATTIVITÀ MILL-BASTIMENTI BELĠJANI U FRANĊIŻI FIR-RETTANGOLU TAL-ICES 29E4 LI JKOPRI S-SITI TA' LANDS END U CAPE BANK

Dan huwa sommarju tal-attività mill-bastimenti tal-Istat Membru f’termini tal-kwantità u tal-valur tal-ħut li nħatt l-art f’termini ta’:

(1)

Attività totali fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żona kkonċernata fejn intuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

(2)

Stimi tal-attività fiż-żona speċifika kkonċernata li tuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ

Parti A — it-tunnellaġġ totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (Tunnellati) fir-rettangolu tal-ICES 29E4

Attività (Tunnellati) stmata ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2010-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

BT2 (*2)

105,77

76,81

121,77

352,38

0,13

0,10

0,15

0,44

 

TR2 (*3)

0,00

0,00

0,00

0,35

0,00

0,00

0,00

0,00

 

29E4 Total

105,77

76,81

121,77

352,73

0,13

0,10

0,15

0,44

FRANZA

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

twil bejn 0 u 15-il metru

Travu

0,00

0,00

0,00

2,15

 

 

 

0,05

 

Xbiek tal-Qiegħ

0,00

0,00

3,00

0,17

 

 

0,07

 

 

Gangmu

0,00

0,00

9,63

0,00

 

 

0,23

 

Itwal minn 15-il metru

Xbiek tal-Qiegħ

0,00

0,00

940,59

1 055,57

 

 

22,21

24,93

 

Gangmu

0,00

0,00

13,26

0,00

 

 

0,31

 

 

29E4 Total

0,00

0,00

966,48

1 057,89

0,00

0,00

22,82

24,98


Parti B — valur totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (GBP) fir-rettangolu tal-ICES 29E4

Attività (GBP) stmata ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2009-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

BT2 (*4)

442 857

404 990

705 959

1 409 228

549

502

876

1 748

 

TR2 (*5)

0

0

0

522

0

0

0

1

 

29E4 Total

442 857

404 990

705 959

1 409 751

549

502

876

1 749

FRANZA

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

twil bejn 0 u 15-il metru

Travu

0

0

0

8 116

0

0

0

192

 

Xbiek tal-Qiegħ

0

0

4 898

1 452

0

0

116

34

 

Gangmu

0

0

15 722

0

0

0

371

0

Itwal minn 15-il metru

Xbiek tal-Qiegħ

0

0

1 804 373

1 855 331

0

0

42 607

43 810

 

Gangmu

0

0

21 648

0

0

0

511

0

 

29E4 Total

0

0

1 846 641

1 864 899

0

0

43 605

44 036

Jekk jogħġbok irreferi għall-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit għal sommarju sħiħ tal-attività.

L-ANNESS V

Image 12

Test ta 'immaġni

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni

BAŻI TAL-EVIDENZA

1.   Introduzzjoni

1.1

Sit: Is-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone. (41)

1.2

Is-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone ġie ddeżinjat għall-komunitajiet tal-iskollijiet tal-qiegħ tal-blat ġewwa s-sit. II-komunitajiet tal-iskollijiet fuq il-qiegħ tal-blat huma partijiet mill-blat li jisporġu 'l barra, u li jkunu kkolonizzati minn firxa ta’ flora u fawna. Jista' jkun hemm tranżizzjoni ta' komunitajiet miż-żona qrib il-wiċċ imdawla bix-xemx, iddominata mill-pjanti, bħal foresti tal-alka laminarja (kelp) u alka ħamra tal-baħar, għall-ilmijiet iktar fondi fejn varjetà ta’ fawna tgħix fl-iskollijiet fuq is-sottostrat tal-blat, inklużi l-ekinodermi, l-isponoż, il-qroll, l-anemoni, il-brijożoani u l-krustaċji (42).

1.3

L-iskollijiet tal-blat tal-qiegħ f'dan is-sit huma wħud mill-aktar skollijiet bijoloġikament diversi fil-pajjiż u għandhu rwol importanti fl-appoġġ ta' speċijiet li huma meqjusa rari jew li jseħħu fil-limiti tad-distribuzzjoni bijoġeografika tagħhom.

1.4

Id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali (DEFRA) introduċa approċċ revedut għall-ġestjoni tal-attività ta’ sajd f'EMS. Dan irriżulta fil-ħtieġa biex l-MMO tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat mill-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir fil-qiegħ fis-SIK fil-limiti ta' bejn 6 u 12-il mil nawtiku biex tiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (43).

1.5

L-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ tfisser kull irkaptu tas-sajd li jiġi imbuttat jew miġbud fil-baħar u jmiss ma' qiegħ il-baħar. Dan jinkludi l-għeżula tat-tkarkir demersali u x-xbieki tat-tkarkir bit-travi u l-gangmi għall-krustaċji. Il-miżuri ta’ ġestjoni li jirrestrinġu dawn l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet u l-istrutturi huma għalhekk meħtieġa.

1.6

Din il-VI tħejjiet biex tispeċifika l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-byelaw tal-MMO proposta għall-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ għall-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll. Il-VI tindika wkoll għaliex l-għażla li qed tiġi rrakkomandata hija dik ippreferuta għall-ġestjoni. Abbozz ta’ din il-VI kienet soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

1.7

Id-dejta u l-evidenza biex tinforma din il-VI fl-istadju tal-ġbir tal-evidenza nġabret minn Natural England (NE), l-IFCAs, u l-MMO. Barra minn hekk, l-MMO, flimkien mal-IFCA ta' Cornwall, organizzat sessjoni miftuħa f’Looe fl-10.6.2013 u flimkien mal-IFCA ta' Devon u Severn, fi Plymouth, fil-11.6.2013 biex tiltaqa' mal-partijiet interessati u biex dawn ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet diretti u biex hi tiġbor l-evidenza dwar l-impatti ekonomiċi taż-żoni pprojbiti proposti Fit-12.07.2013 saret laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd fil-Belġju u fis-27.9.2013 saret waħda mal-awtoritajiet Franċiżi u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd f’Pariġi. Il-kummenti li waslu mir-rappreżentattivi tal-industrija tas-sajd Belġjana ħareġ li filwaqt li hemm ftit li xejn użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni pprojbiti proposti, minbarra fiż-żoni ta’ lqugħ proposti, ikun hemm attività tas-sajd fil-kurituri bejn l-istrutturi tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat speċjalment bejn Eddystone u Hatt Rock li se tibqa' aċċessibbli. L-informazzjoni u l-istqarrijiet minn intervisti mas-sajjieda kummerċjali ġew irreġistrati u inkorporati f’din il-VI bħala evidenza aneddottali.

1.8

Bħala parti mill-proċess statutorju tal-byelaw, l-abbozzi tal-byelaw proposta u tal-VI għal dan is-sit ġew ikkonsultati formalment mill-10.9.2013 sat-22.10.2013. Il-kummenti mir-rappreżentanti tas-sajd Franċiżi kkonfermaw li l-attività tas-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ ma sseħħx fiż-żona pprojbita proposta ta' Hatt Rock. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana kkonfermaw li s-sajd Belġjan f’dan is-sit huwa limitat.

2.   Loġika għall-intervent

2.1

F’Awwissu 2012 Defra għamlet reviżjoni tal-ġestjoni tas-sajd fl-EMS sabiex tidentifika l-ġestjoni futura meħtieġa biex ikun żgurat li l-istrutturi tas-sit jinżammu f’kundizzjoni favorevoli. Dan irriżulta f’approċċ rivedut (44) għall-ġestjoni tas-sajd f’EMS.

2.2

L-approċċ rivedut qed jiġi implimentat abbażi tal-evidenza, bil-prijoritizzazzjoni tar-riskju u fuq bażi gradwali. Il-prijoritizzazzjoni tar-riskju huwa informat permezz ta’ matriċi (45) li tikkategorizza r-riskji mill-interazzjonijiet bejn l-attività tas-sajd u l-istrutturi ekoloġiċi. L-interazzjonijiet bejn l-attività u l-istruttura ġew ikkategorizzati bħala aħmar, ambra, aħdar jew blu. Dawk ikklassifikati bħala ħomor ġew ipprijoritizzati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni sal-aħħar tal-2013 (irrispettivament mil-livell effettiv ta’ attività) biex jiġi evitat id-deterjorament tal-istrutturi ddeżinjati f’konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-interazzjonijiet li huma kkategorizzati bħala ambra jirrikjedu valutazzjoni fil-livell tas-sit biex tiddetermina jekk il-ġestjoni ta’ attività hijiex meħtieġa għall-protezzjoni tal-istrutturi. L-interazzjonijiet li huma kategorizzati bħala ħodor ukoll jeħtieġu valutazzjoni fil-livell tas-sit jekk ikun hemm effetti kumulattivi. Il-kategorizzazzjoni blu tindika li ma hemmx interazzjoni fattibbli u, għalhekk, ma hemmx bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet (46).

2.3

Il-paragrafi 6(1) u 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (47) jirrikjedu li, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) (48), l-Istati Membri għandhom:

jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u l-ispeċijiet fl-Anness II preżenti fis-siti

jieħdu passi xierqa fid-dawl tad-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċijiet kif ukoll tad-distub tal-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati ż-żoni

2.4

Ir-Regolament 8(1) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 jiddefinixxi EMS bħala (fost l-oħrajn) ŻSK, ŻPS u SIK. Il-Parti 6 ta’ dawn ir-regolamenti tistipula r-rekwiżiti għall-ġestjoni għall-EMS, skont l-Artikoli 6(2), 6(3) u 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

2.5

Is-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystonefih strutturi tal-iskol fuq il-qiegħ tal-blat li ġew ikkategorizzati bħala riskju aħmar fir-rigward tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ u, għalhekk, jinħtieġu miżuri ta’ ġestjoni biex jitneħħa dan ir-riskju. L-MMO hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-projbizzjoni tal-interazzjoni bejn l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u l-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ. L-interazzjoni ta’ tipi oħra ta' rkaptu tas-sajd kif iddokumentat fil-matriċi mal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat se tiġi vvalutata matul il-proċess ta’ valutazzjoni ambra/aħdar.

2.6

Il-parti Eddystone tas-sit tinsab f'żewġ żoni amministrattivi: bejn 0 u 6 mili nawtiċi u bejn 6 u 12-il mil nawtiku. L-istruttura tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat 'il ġewwa minn 6 mili nawtiċi se tiġi ġestita permezz ta’ byelaw tal-IFCA ta' Cornwall u l-istrutturi tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat fiż-żona li tinsab bejn 6 u 12-il mil nawtoiku se tiġi ġestita permezz ta’ byelaw tal-MMO.

2.7

Il-post u l-firxa speċifiċi tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat ġew ipprovduti minn Natural England (49). Iż-żona ta' lqugħ hija bbażat fuq l-abbozz tal-gwida ta' Natural England (50), li tirrakkomanda daqs taż-żona tal-lqugħ abbażi tal-fond tal-istruttura li qed tiġi protetta. L-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat f'dan is-sit testendi għal madwar 60 metru ta' fond. Għal fond ta’ bejn 25 u 200 metru, il-gwida ta' Natural England tirrakkomanda żona ta' lqugħ ta' tliet darbiet il-fond tal-istruttura. Fond ta' 60 metru għal tliet darbiet jirriżulta f’żona ta' lqugħ ta’ 180 metru. Billi l-fond tal-istruttura mhuwiex magħruf preċiżament u jista’ jestendi kemxejn iktar minn 60 metru, ġiet applikata żona ta' lqugħ ta’ 200 metru. Il-konfini taż-żona tal-lqugħ imbagħad ġew modifikat biex jiffaċilitaw il-konformità u l-infurzar.

2.8.

L-intervent huwa meħtieġ biex jindirizza l-falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar bl-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa ta’ ġestjoni (eż. din il-byelaw) biex jikkonservaw l-istrutturi u jiżguraw li jitnaqqsu, jew jittaffew b'mod xieraq, l-esternalitajiet negattivi. L-implimentazzjoni ta' din il-byelaw se tiżgura li l-provvista tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar tissokta.

2.9

Il-fallimenti tas-suq iseħħu meta s-suq ma jagħtix riżultat effiċjenti (51). Fil-kuntest tal-ambjent tal-baħar dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiġi deskritti kif ġej:

Għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi — Għadd ta’ prodotti u servizzi pprovduti mill-ambjent tal-baħar bħalma huma r-regolazzjoni tal-klima u d-diversità bijoloġika huma ‘prodotti pubbliċi’ (ħadd ma jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċji tagħhom u l-konsum tas-servizz ma jipprekludix l-użu tas-servizz minn oħrajn). Il-karatteristiċi ta’ prodotti pubbliċi jfissru li l-individwi mhux neċessarjament ikollhom inċentiv ekonomiku biex jikkontribwixxu sforz jew flus minn jeddhom biex jassiguraw l-issuktar tal-eżistenza ta’ dawn il-prodotti u dan iwassal għal nuqqas ta’ provvista jew, f’dan il-każ, nuqqas ta' protezzjoni.

Esternalitajiet negattivi — L-esternalitajiet negattivi jseħħu meta l-ħsara lill-ambjent tal-baħar ma tiġix kompletament imġarrba mill-utenti li jikkawżaw il-ħsara. F’ħafna każijiet, ma hemmx prezz monetarju assoċjat mal-prodotti u s-servizzi tal-baħar u, għalhekk, l-ispiża tal-ħsara ma tiġix ipprezzata direttament mis-suq. Anki għal dawk l-oġġetti li jiġu nnegozjati (bħall-ħut selvaġġ), il-prezzijiet tas-suq ħafna drabi ma jirriflettux l-ispiża ekonomika sħiħa, u li finalment tiġġarrab minn individwi oħra u mis-soċjetà kollha kemm hi.

2.10

L-intervent mill-gvern huwa meħtieġ sabiex jindirizza dawn iż-żewġ sorsi ta’ falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar. Il-miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-istrutturi ddeżinjati tal-EMS se jiżguraw li l-esternalitajiet negattivi jitnaqqsu jew jittaffew b’mod xieraq. Il-miżuri ta’ ġestjoni se jappoġġaw ukoll l-issuktar tal-forniment tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar, pereżempju l-konservazzjoni tal-firxa tal-bijodiversità fl-ibħra tal-Ingilterra.

3.   Għanijiet politiċi u effetti intenzjonati

3.1

L-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta 2009 (52) (MaCAA) stabbilixxa l-MMO biex tmexxi, tippromwovi u ġġestixxi ambjent tal-baħar sostenibbli u sajd qrib il-kosta sostenibbli, billi tiżgura b’suċċess il-bilanċ xieraq bejn il-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi sabiex jiġu żgurati ibħra f’saħħithom, sajd sostenibbli u industrija vijabbli.

3.2

L-għan politiku pertinenti għal din il-VI huwa li l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit jitwessgħu iktar bil-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat mir-riskju ta’ ħsara minn irkaptu rmunkat fil-qiegħ.

3.3

L-għan ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit huwa:

Soġġett għall-bidla naturali, li jiġu mħarsa:

Il-firxa tal-ħabitats tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u d-diversità tal-ħabitat u l-ispeċijiet komponenti tiegħu

L-istruttura komunitarja tal-ħabitat (eż. l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ speċijiet notevoli individwali u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim tal-ekosistema)

Il-kwalità ambjentali naturali (eż. il-kwalità tal-ilma, il-livelli tas-sediment sospiż, eċċ.)

Il-proċessi ambjentali naturali (eż. il-proċessi bijoloġiċi u fiżiċi li jseħħu b’mod naturali fl-ambjent, bħaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma u d-depożizzjoni tas-sediment, ma għandhomx jiddevjaw mil-linja ta’ bażi fil-mument tad-deżinjazzjoni) (53)

3.4

L-effetti mixtieqa huma li r-riskju ta’ deterjorament tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat jitnaqqas u l-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jintlaħqu. Barra minn hekk, l-impatti ekonomiċi tal-intervent tal-ġestjoni se jkunu kemm jista' jkun żgħar.

4.   L-għażliet

4.1   Bħala parti mill-approċċ rivedut ta' Defra, l-għodod ta’ ġestjoni preferuti huma l-byelaws tal-MMO fi ħdan 6 sa 12-il mil nawtiku, u li l-MMO tmexxi l-ġestjoni tas-siti li jinsabu fuq il-limitu tas-6 mili nawtiċi. Wara diskussjonijiet bejn l-MMO, l-IFCA ta' Devon u Severn u l-IFCA ta' Cornwall, ġie miftiehem li, għalkemm dan is-SIK jaqsam il-limitu ta' 6 mili nawtiċi, se jiġu stabbiliti byelaws tal-IFCA biex iġestixxu l-parti tas-sit fi ħdan is-6 mili nawtiċi u byelaw tal-MMO se tintuża biex iġġestixxi l-parti tas-sit bejn 6 u 12-il mil nawtiku. Għalhekk, byelaw tal-MMO għall-parti tas-SIK bejn 6 u 12-il mil nawtiku hija l-għażla rrakkomandata

4.1.1   Għażla 1: Ma jsir xejn

Din l-għażla ma tkunx tinvolvi l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni permanenti. Din l-għażla tkun tfisser li r-riskji għas-sit mill-attivitajiet ta' ħsara ma jiġux indirizzati u li l-obbligi skont il-metodu rivedut ta' Defra u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats ma jiġux sodisfatti.

4.1.2   Għażla 2: Ftehim volontarju

Din l-għażla tinvolvi l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ prattika volontarji biex jipproteġu l-istrutturi. L-MMO qieset din l-għażla fid-dawl tal-Prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar, li jeħtieġu li regolament ġdid jiġi introdott biss bħala l-aħħar possibbiltà, u tal-metodu rivedut ta' Defra, li skontu huwa mistenni li l-miżuri ta' ġestjoni għandu jkollhom natura regolatorja sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. L-approċċ rivedut ta' Defra jirrekjedi wkoll li jiġu implimentati miżuri biex jindirizzaw l-interazzjonijiet ta' riskju għoli (aħmar) bejn l-istrutturi deżinjati u l-irkaptu tas-sajd sal-aħħar ta’ Diċembru 2013. L-MMO tqis li minħabba l-bżonn tal-protezzjoni tal-istrutturi malajr kemm jista' jkun, u minħabba r-riskju li anke l-livelli baxxi ta’ interazzjoni jistgħu jwasslu għat-taħsir tal-istruttura, il-miżuri volontarji mhumiex xierqa f’dan il-każ.

4.1.3   Għażla 3: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-SIK kollu kemm hu (“għeluq sħiħ tas-sit”).

Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-SIK sħiħ mhijiex meħtieġa biex jiġu mħarsa l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u tirriżulta f’telf ekonomiku bla bżonn għas-sajjieda li jużaw partijiet oħra tas-SIK. It-telf totali stmat fil-ħatt l-art kif dokumentat fit-tabella 1 ikun ta' GBP 80,671 minflok GBP 1,428 fil-każ tal-għażla preferuta u l-ispejjeż tal-infurzar għall-amministrazzjoni jkunu ferm ogħla.

4.1.4   Għażla 4: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll Sabellaria spinulosa bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

Din hija l-għażla ppreferuta u analiżi sħiħa ta’ din l-għażla hija inkluża hawn taħt

4.1.5   Għażla 5: Ġestjoni tal-attività permezz ta’ strument statutorju, ordni regolatorja jew kundizzjoni tal-liċenzja tas-sajd

Dawn il-mekkaniżmi għall-ġestjoni mhumiex meqjusa xierqa f’dan il-każ. Is-setgħa tal-MMO li tagħmel il-byelaws kif iddeżinjati skont il-MaCAA hija aktar xierqa għax dawn ikunu mfassla biex jintużaw għall-ġestjoni tal-attività ġewwa żoni protetti tal-baħar u jipprovdu l-livell xieraq ta’ setgħa, flessibbiltà, konsultazzjoni u veloċità.

4.2   Għażla Rakkomandata:

4.2.1   Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

4.2.2   Din l-għażla hija rrakkommandata minħabba li hija l-aktar għażla effikaċi f’termini ta’ spejjeż. L-MMO hija l-aktar awtorità xierqa biex tressaq il-miżuri għall-ġestjoni tas-sajd bejn 6 u 12-il mil nawtiku billi għandha s-setgħat li tagħmel il-byelaws għal din iż-żona sħiħa għat-twettiq tal-għanijiet ta' konservazzjoni tas-SIK. Il-konfini taż-żona pprojbita proposta ġew determinati wara li tqieset l-aħjar evidenza eżistenti disponibbli tal-firxa tal-istruttura kif ukoll tal-ħtieġa għal “żona ta’ lqugħ” bejn l-istruttura u l-konfini tal-byelaw. Minħabba l-forma taż-żona pprojbita, tqiesu wkoll il-faċilità tal-infurzar u l-bżonn li jkun hemm demarkazzjoni ċara għall-promozzjoni tal-konformità.

5.   Bażi tal-Evidenza

5.1   L-impatti tal-attività tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istruttura fuq il-qiegħ tal-blat

5.1.1

L-evidenza disponibbli (54) li tikkonsisti minn studji empiriċi li jikkwantifikaw l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats fuq il-qiegħ tal-blat iebes hija limitata. Madankollu, huwa magħruf li l-irmunkar tax-xbieki tat-tkarkir minn fuq sottostrati tal-blat jikkawża l-ħsara jew il-mewt ta' proporzjon sinifikanti ta’ speċijiet kbar u weqfin imwaħħal bħall-isponoż u l-qroll (Løkkeborg 2005). 67 % tal-isponoż saritilhom il-ħsara wara li għaddiet xibka tat-tkarkir darba, fil-Golf tal-Alaska (Freese et al 1999). Speċijiet oħra bħall-idrojdi, anemoni, brijożoani, it-tunikati u l-ekinodermi huma vulnerabbli għall-irkaptu tas-sajd mobbli (McConnaughey et al 2000, Sewell u Hiscock 2005). It-tkarkir jista' wkoll inaqqas il-kumplessità tal-ħabitat billi l-blatiet u l-ġebel assoċjati mas-sottostrat iebes jiġu mċaqilqa 'l hemm u 'l hawn (Engel u Kvitek 2008, Freese et al 1999). Ir-reżistenza għall-ħsara fuq livell fiżiku tvarja skont it-tip ta’ sottostrat, u l-iskollijiet tal-ġebel tat-tajn huma partikolarment vulnerabbli għall-ħsara strutturali (Attrill et al 2011). Jitqies li r-riskju ta’ impatt sinifikanti huwa biżżejjed biex jirrikjedi kategorizzazzjoni ta’ riskju 'aħmar' u, għalhekk, il-miżuri ta’ ġestjoni għandhom jiġu implimentati din is-sena.

5.2   Distribuzzjoni tal-istruttura tal-iskoll

Il-grafika 1 hawn taħt tidentifika fejn jinsabu l-istrutturi tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat fis-SIK.

Grafika 1

Sit u mappa tal-istruttura

Image 16

Marine Management Organisation

SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone (Eddystone)

6 mili nawtiċi (1983) (UKHO)

Strutturi tal-iskoll

SIK Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone

Żoni ta' Ġestjoni

CIFCA

MMO

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Ordnance Survey Licence No. 100049981. Reproduced with permission of Natural England / Joint Nature Conservation Committee. Not to be used for navigation.

6.   Setturi kkonċernati

6.1

L-industrija tas-sajd: Il-bastimenti ewlenin affettwati huma l-gangmi tal-arzell, bastimenti tat-tkarkir bit-travu u bastimenti tat-tkarkir lokali li primarjament jinkludu l-bastimenti li jħottu l-ħut l-art fi Plymouth u Looe u, okkażjonalment, f'portijiet bħal Brixham u Teignmouth. Il-bastimenti Franċiżi u Belġjani għandhom id-drittijiet tal-aċċess għas-sajd tal-ispeċi tal-qiegħ; madankollu, il-maġġoranza ta’ din il-qabda ma tinħattx l-art fir-Renju Unit. Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ Franċiżi jistadu fiż-żona pprojbita proposta ta' Hatt Rock. L-industrija tas-sajd Belġjana twettaq attività tas-sajd limitata f’din iż-żona. Id-djalogu mal-partijiet interessati matul il-prekonsultazzjoni għal din il-miżura ta' ġestjoni proposta indika li l-attività tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ isseħħ l-aktar fil-kurituri bejn l-istrutturi tal-iskoll fuq qiegħ tal-blat u ż-żoni ta' lqugħ proposti. Mhuwiex mistenni li l-intervent ikollu impatt fuq setturi mhux tas-sajd.

6.2

L-ekonomiji lokali u s-soċjetà: Il-potenzjal għal spejjeż soċjali u ekonomiċi lill-komunitajiet lokali b'riżultat tat-telf potenzjali fil-ħatt l-art u l-impatt li jirriżulta fuq l-industrija tas-sajd lokali huwa baxx. Dan minħabba li hemm aċċessibbli postijiet tas-sajd alternattivi u, għalhekk, l-ispostament se jkun minimu. Il-portijiet ewlenin li jistgħu jiġu affettwati huma Plymouth u Looe. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża enfasizzaw li hemm il-potenzjal ta' impatt fuq is-servizzi tas-sajd f’żoni li jiddependu fuq l-attività tas-sajd fiż-żoni kostali. Il-benefiċċji usa' tal-ħarsien tal-iskollijiet fuq il-qiegħ tal-blat huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

6.3

Entitajiet ta’ infurzar: Ir-responsabbiltà ewlenija tal-infurzar fiż-żona pprojbita proposta tkun tal-MMO u, għalhekk, l-ispiża addizzjonali ġġarrabha l-MMO. Dawn l-ispejjeż stmati huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

7.   Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji

7.1   Spejjeż tal-għażla rakkomandata

7.1.1   Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fl-erja proposta tista’ tirriżulta f’l-ispejjeż li ġejjin:

Spiża diretta għall-industrija tas-sajd mit-tnaqqis tal-postijiet tas-sajd

Spejjeż għall-industrija tas-sajd assoċjati ma’ ċaqliq lejn postijiet oħra tas-sajd

Impatti ambjentali potenzjali relatati mal-possibilità ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats f'żoni oħrajn minħabba l-ispostament

Spejjeż għall-MMO għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-ġestjoni

7.1.2   L-ispejjeż għall-industrija tas-sajd, inkluż l-ispejjeż potenzjali għall-ispostament, u l-ispejjeż amministrattivi u tal-infurzar lill-MMO jistgħu jiġu mmonetizzati u dawn il-valuri stmati nġabru u ġew ippreżentati bħala parti minn din il-VI (it-Tabelli 1 u 2 hawn taħt). Huwa diffiċli li wieħed jistma l-ispejjeż ambjentali minħabba l-possibiltà ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats u, għalhekk, huma deskritti hawnhekk bħala spejjeż mhux monetizzati.

7.2   Analiżi tal-spejjeż tas-sajd

7.2.1   L-informazzjoni użata biex tevalwa l-impatti tal-għeluq propost ittieħdet minn:

Id-dejta tal-ħatt l-art għall-bastimenti mill-2008 sal-2011 meħuda minn dejta mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u n-nota tal-bejgħ ipprovduta mill-istatistika tal-MMO;

Id-dejta tal-ħatt l-art sal-livell tar-rettangolu tal-ICES. Analiżi ulterjuri għall-istima tal-qabdiet u l-ħatt l-art stimat għas-SIK u ż-żona tal-iskoll/lqugħ għar-Renju Unit u Stati Membri oħra (it-Tabelli 1 u 2);

Informazzjoni miġbura minn sajjieda matul il-prekonsultazzjoni, Ġunju-Awwissu 2013, mill-MMO;

Informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni formali tal-MMO dwar il-byelaw, mill-10 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 2013;

Għarfien tal-uffiċjal kostali lokali tal-MMO u tal-IFCA.

7.3   Inċertezza u suppożizzjonijiet tad-dejta

7.3.1   L-estimi tal-ispiża medja ġew ibbażati fuq il-valuri tal-ħatt l-art fir-Renju Unit stmati fis-SIK fir-rettangoli tal-istatistika tal-ICES 29E5 u 29E6 (Ara l-Grafika 2). Mhux ċar liema proporzjon tal-valur totali tal-ħatt l-art kien tabilħaqq derivat direttament miż-żona pprojbita proposta li tifforma inqas minn 0,16 % ta’ rettangolu tal-ICES. L-istatistika ġiet prodotta bl-użu tal-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni tas-SIK definit. L-attività rrappurtata (il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art flimkien mad-dettalji tal-irkaptu involut) ittieħdet mill-bażi tad-dejta Ifish tal-MMO. L-informazzjoni dwar il-bastimenti Belġjani u Franċiżi ngħatat permezz ta' estratti tad-dejta tal-ħatt l-art irrappurtata mill-Istati Membri lill-grupp ta’ ħidma dwar ir-reġimi tal-isforz tas-sajd tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fl-Anness A u B hemm aktar deskrizzjonijiet tal-metodoloġiji użati għall-produzzjoni tal-istimi tal-ispejjeż tas-sajd dettaljati.

7.3.2   Il-valuri taż-żona pprojbita proposta deskritti fit-Tabella 1 inkisbu mill-valuri stmati ġewwa s-SIK u l-applikazzjoni ta' persentaġġ ibbażat fuq l-erja kwadrata pprojbita fis-SIK nnifsu. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-erja kwadrata taż-żoni pprojbiti proposti huma relattivament żgħar meta mqabbla mas-SIK kollu kemm hu. Għalhekk, l-istima dettaljata għandha tintuża bi prudenza billi ma tindikax il-valur veru attribwit liż-żona pprojbita proposta. Huwa rikonoxxut ukoll li ż-żieda possibbli fil-bijodiversità madwar l-iskoll tfisser li din l-erja tista’ tkun post għas-sajd relattivament aktar abbundanti, u l-analiżi tista' tissottovaluta l-valur tal-post tas-sajd imnaqqas.

7.3.3   L-informazzjoni miġbura minn sajjieda u partijiet interessati oħra matul il-laqgħat ta’ prekonsultazzjoni tintuża biex issostni l-bażi ta’ evidenza u s-suppożizzjonijiet bir-riserva li din hija evidenza aneddottali biss. L-informazzjoni miġbura kienet opportunistika u hija biss ritratt mir-rispondenti li kienu disponibbli biex jagħtu l-kummenti dakinhar. L-għadd ta’ rispondenti jirrifletti biss dawk li indipendentement taw l-informazzjoni u mhux l-għadd ta' dawk kollha li neċessarjament jaqblu jew ma jaqblux ma' dikjarazzjoni.

7.3.4   Jistgħu jsiru wkoll xi suppożizzjonijiet mill-flotta ta' bastimenti ta' aktar minn 15-il metru ta' Stati Membri oħra permezz tal-VMS riċevuta fl-FMC tar-Renju Unit FMC, mogħtija fid-dettall fil-punt 7.4.

Id-dejta tal-ħatt l-art għall-bastimenti mill-2008 sal-2011 meħuda minn dejta mdaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u n-nota tal-bejgħ ipprovduta mill-istatistika tal-MMO;

Id-dejta tal-ħatt l-art sal-livell tar-rettangolu tal-ICES. Analiżi ulterjuri għall-istima tal-qabdiet u l-ħatt l-art stmat għas-SIK u ż-żona tal-iskoll/lqugħ għar-Renju Unit u Stati Membri oħra (it-Tabelli 1 u 2);

Informazzjoni miġbura minn sajjieda matul il-prekonsultazzjoni, Ġunju-Awwissu 2013, mill-MMO;

Għarfien tal-uffiċjal kostali lokali tal-MMO u tal-IFCA.

7.4   Attivitajiet tas-sajd fis-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone

7.4.1   Il-maġġoranza ta’ bastimenti tar-Renju Unit li operaw fi ħdan iż-żona ICES 29E4 huma taħt l-10 metri fit-tul u huma prinċipalment bastimenti tas-sajd bl-għeżula (261 bastiment), fuq l-idejn (126 bastiment), u potters (72 bastiment). Hemm ukoll xi bastimenti tat-tkarkir bit-travu ta' iktar minn 15-il metru (25 bastiment).

7.4.2   L-ispeċijiet prinċipali maqbuda huma l-arzell, il-granċijiet, il-laċċ ikħal u s-sardin.

7.4.3   Il-bastimenti Franċiżi u Belġjani għandhom drittijiet ta' aċċess fil-parti tas-SIK iktar 'il barra minn 6 mili nawtiċi.

7.4.4.   Il-biċċa l-kbira tal-bastimenti barranin li joperaw fiż-żoni tal-ICES, huma itwal minn 15-il metru b'xi wħud li huma bastimenti iżgħar minn 10 metri. Id-dejta tal-ħatt l-art ta' bastimenti Franċiżi u Belġjani hija limitata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-bastimenti ma jħottux l-art fir-Renju Unit. L-istatistika dettaljata intalbet minn Franza u l-Belġju u, ladarba tingħata, id-dejta se tidaħħal fil-VI finali.

7.4.5   Id-dejta tal-VMS (55) mill-flotta Franċiża u Belġjana turi ftit li xejn attività fiż-żoni pprojbiti proposti tas-SIK li għandhom aċċess għalihom (il-Grafiċi 3 u 4).

7.4.6   Saret laqgħa ta' prekonsultazzjoni mal-industrija tas-sajd Belġjana fit-12.7.2013 f’Ostende, bl-għajnuna tal-awtoritajiet tas-sajd Belġjani. Din saret biex jiġu mgħarrfa dwar il-ġestjoni potenzjali tas-sajd kummerċjali fl-EMS tal-Ingilterra fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess għas-sajd Belġjani f’ 6 sa 12-il mil nawtiku. Ir-rappreżentanti mill-industrija li attendew għal-laqgħa fit-12 ta’ Lulju indikaw li l-miżuri attwali proposti biex jipproteġu l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-SIK ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-attività tagħhom. Dawn l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat kienu meqjusa bħala fil-biċċa l-kbira inospitabbli għall-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ. Saret laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet Franċiżi u r-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd f’Pariġi fis-27.9.2013. Ir-rappreżentanti iddikjaraw li l-aċċess bejn Eddystone u Hatt Rock huwa rotta ta' aċċess importanti għall-bastimenti Franċiżi.

7.4.7   It-tweġibiet mill-konsultazzjoni formali mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana kkonfermaw li din iż-żona jkollha attività tas-sajd Belġjana limitata. Madankollu, ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża kkonfermaw xi attività tas-sajd speċjalment fiż-żona ta' Hatt Rock.

Grafika 2

Mappa li turi r-rettangoli statistiċi tal-ICES 29E5 u 29E6 u s-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone

Image 17

Marine Management Organisation

SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone

Rettangoli tal-Istatistika tal-ICES 29E5, 29E6

6 mili nawtiċi (UKHO)

12-il mil nawtiku (UKHO)

Rettangoli tal-istatistika tal-ICES

SIK Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone

Strutturi tal-iskoll

Żoni tal-Ġestjoni

CIFCA

MMO

Sources: Esri, DeLorme, NAVTEQ, USGS, Intermap, iPC, NRCng KoAN, Esri Japan, METI, Esri (Thailand), TomTom, 2012. © Natural England Copyright 2008. © Crown Copyright. All rights reserved 2008. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data© ICES (http://geo.ices.dk/). ©Marine management Organisation. Not to be used for navigation.

Grafika 3

Rapporti pożizzjonali Franċiżi tal-VMS għall-2012

Image 18

Marine Management Organisation

VMS Franċiż tal-2012

(SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone (Eddystone))

Limitu ta' 6 mili nawtiċi (UKHO)

SIK Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone

Żoni ta' Ġestjoni

CIFCA

MMO

VMS Franċiż tal-2012 (15+ metri)

Veloċità (knots)

0.00 - 6.00

>=6.01

Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. © British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. ©Marine Management Organisation. Natural England Copyright 2008 © Crown Copyright. All rights reserved 2008. Not to be used for navigation.

Grafika 4

Rapporti pożizzjonali Belġjani tal-VMS għall-2012

Image 19

Marine Management Organisation

VMS Belġjan tal-2012

(SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound & Eddystone (Eddystone))

6 mili nawtiċi (UKHO)

Strutturi tal-iskoll

SIK Start Point sa Plymouth Sound & Eddyst

Żoni tal-Ġestjoni

CIFCA

MMO

VMS Belġjan (15+ metri)

Veloċità (knots)

0.00 - 6.00

>= 6.01

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. ©Marine Management Organisation. Not to be used for navigation.

7.5   Valwazzjoni tal-ħatt l-art

Ir-Renju Unit

7.5.1   L-impatt dirett fuq il-bastimenti tas-sajd ikun tnaqqis fil-qbid u għalhekk tal-ħatt l-art mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fil-erja pprojbita proposta. Sabiex jiġu stmati l-impatti potenzjali, ġiet analizzata d-dejta dwar il-ħatt l-art miġbura mill-MMO.

7.5.2   Il-kalkolu tal-ħatt l-art mir-rettangoli taż-żona ICES 29E5 u 29E6 (għall-bastimenti tar-Renju Unit identifikati li jistadu fiż-żona minn Jannar 2008) jidher fit-Tabella 1. L-istimi fit-Tabella 1 huma bbażati fuq medja tal-ħatt l-art minn Jannar 2008 sa Diċembru 2011.

Tabella 1

Il-ħatt l-art miż-żona ICES 29E5 u 29E6 bħala medja kull sena u l-ħatt l-art medju fis-SIK (Jannar 2008 — Diċembru 2011)

Tip ta’ Rkaptu

Piż tal-ħatt l-art

(tunnellati)

Valur

(GBP)

Valur fi ħdan is-SIK

(GBP)

Valur fi ħdan l-erja pprojbita (1.77 % tas-SIK)

(GBP)

Bastimenti tat-tkarkir bit-travu

1 429

3 844 049

2 693

47,67

Gangmi (dredgers)

2 589

4 149 690

7 368

130,43

Xbiek nephrops

7

4 873

0

0

Bastimenti tat-tkarkir demersali oħra

3 211

7 334 338

70 610

1 249,78

Spiża totali

7 236

15 332 950

80 671

1 428

7.5.3   Il-valuri stmati tal-ħatt l-art fis-SIK ġew ikkalkulati bl-assoċjazzjoni tad-dejta disponibbli tal-ħatt l-art (ipprovduta minn kull bastiment tas-sajd fil-livell tar-rettangolu ICES) mad-dejta dwar l-attività tal-bastiment tas-sajd (ibbażata fuq ir-rapporti tal-VMS) ġewwa s-SIK. Dan l-approċċ japplika proporzjon tal-ħatt l-art għal kull rettangolu ICES mas-SIK, ibbażat fuq il-livell ta’ attività fi ħdan is-SIK.

Għas-SIK ta' Start Point sa Plymouth Sound u Eddystone, intużat id-dejta dwar il-ħatt l-art għar-rettangoli ICES (29E5 u 29E6), u ġiet ikkategorizzata skont id-daqs tal-bastiment (bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru, bastimenti ta' bejn 10 u 15-il metru u bastimenti taħt l-10 metri).

Il-valuri tal-ħatt l-art minn ġewwa l-erja pprojbita proposta ġew imbagħad stmati bħala proporzjon, (abbażi tad-daqs tal-erja rispettiva) tal-valur stmat minn ġewwa s-SIK.

Jekk jogħġbok irreferi għat-tabelli supplimentari dwar l-istatistika tas-sajd mill-2008 sal-2011 għal analiżi sħiħa tal-attività fir-rettangoli tal-ICES assoċjati mas-SIK.

Huwa stmat li d-dħul annwali medju tal-flotot tat-tkarkir bit-travu ta' ‘l fuq minn 15-il metru mis-SIK huwa ta’ GBP 2 551, tal-gangmi ta' aktar minn 15-il metru GBP 2 683 u tal-flotta tat-tkarkir demersali ta' 'l fuq minn 15-il metru GBP 6 547. Għall-flotta ta' bastimenti tat-tkarkir demersali ta' anqas minn 10 m, id-dħul annwali medju stmat huwa ta’ GBP 15 237. Għall-flotta ta' bastimenti tat-tkarkir demersali ta' bejn l-10 u l-15-il metru, id-dħul annwali medju stmat huwa ta’ GBP 54 408. (Jekk jogħġbok ara t-tabella 5 mit-tabelli tal-istatistika tas-sajd għall-2008 sal-2011 għal analiżi sħiħa). Mil-laqgħa ta' prekonsultazzjoni mal-partijiet interessati ħareġ li l-impatt monetarju ewlieni mill-introduzzjoni ta’ din il-byelaw se tkun fuq it-tkarkir tal-qiegħ u t-tħammil għall-arzell.

7.5.4   Ġie stmat li fiż-żona pprojbita proposta tal-MMO (li hija 1,77 % tal-erja kwadrata tas-SIK) it-telf totali fil-ħatt l-art se jkun ta' GBP 1 428.

7.5.5   L-ispiża totali stmata aktarx li tkun sopravalutazzjoni billi l-ispostament ma tqiesx fil-valutazzjoni.

Franza u l-Belġju

7.5.6   Mill-analiżi tad-dejta tal-VMS, il-maġġoranza vasta tal-attività tas-sajd Belġjana fl-ICES 29E5 u 29E6, isseħħ 'il bogħod mis-sit innifsu. Fl-2010, 20 bastiment biss operaw fiż-żewġ rettangoli tal-ICES. Il-biċċa l-kbira tal-attività tas-sajd Franċiż fl-ICES 29E5 U 29E6 isseħħ jew lejn il-Punent tas-sit jew bejn Hatt Rock u l-Brentons. Fl-2012, sitt bastimenti Franċiżi rrappurtaw pożizzjoni tal-VMS b’veloċità ta’ 1-6 knots fil-parti ta' Eddystone tas-SIK.

7.5.7   L-industrija tas-sajd Belġjana primarjament tistad għall-barbun tat-tbajja' f’din iż-żona u l-Franċiżi għall-merluzz tal-linja sewda u għall-merlangu. Bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Anness B “Analiżi ta’ bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangoli tal-ICES”, ġie stmat li fl-2012:

Il-kwantità ta' tunnellati mħatta l-art mill-attività Belġjana fil-parti aċċessibbli tas-SIK hija stmata għal 0,15 tunnellati. Dan huwa daqs valur stmat ta' GBP 339

Il-kwantità ta' tunnellati mħatta l-art mill-attività Franċiżi fil-parti aċċessibbli tas-SIK hija stmata għal 4,20 tunnellati. Dan huwa daqs valur stmat ta' GBP 5 929

Madankollu, mhux fiż-żona sħiħa se jkun ipprojbit l-aċċess, u l-Grafiċi 3 u 4 jindikaw li l-attività tas-sajd isseħħ fil-kurituri barra ż-żona pprojbita proposta (l-istruttura tal-iskoll u l-ilqugħ). Għalhekk, l-istima effettiva tat-telf tal-ħatt l-art jitqies li huwa ħafna aktar baxx mill-valuri murija hawn fuq.

Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness B għal aktar statistika mhux mir-Renju Unit.

7.6   L-effetti probabbli tal-għeluq fuq il-flotta tas-sajd

7.6.1   Billi t-telf stmat tal-ħatt l-art huwa baxx, huwa mistenni li l-impatt fuq il-flotta tas-sajd tar-Renju Unit u tal-Belġju minn dan l-għeluq se jkun limitat. Għadd ta’ sajjieda milquta ddikjaraw waqt il-laqgħat ta’ prekonsultazzjoni tal-MMO li ma jintużax irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat, iżda jista' jkun hemm potenzjalment telf ta’ qligħ fiż-żoni ta' lqugħ madwar l-istrutturi tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat. Dan ġie stmat fit-Tabella 3. Il-konsultazzjoni formali mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana kkonfermaw li s-sajd Belġjan f’dan is-sit huwa limitat. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Franċiża kkonfermaw li se jkun hemm xi telf ta’ postijiet tas-sajd madwar iż-żona pprojbita ta' Hatt Rock; madankollu, il-postijiet alternattivi tas-sajd huma aċċessibbli faċilment.

7.7   L-adattabilità

7.7.1   Sabiex jiġu evalwati l-effetti li aktarx ikollu l-għeluq propost tal-attivitajiet tas-sajd, jeħtieġ li jiġi vvalutat sa liema punt il-bastimenti se jkunu jistgħu jżommu l-valur tal-qabda jekk jiċċaqilqu lejn żoni oħra.

7.7.2   Is-sajjieda ntalbu jimlew kwestjonarju għall-informazzjoni ta' din il-valutazzjoni u ġew mistoqsija direttament rigward il-grad ta’ spostament lejn oqsma oħra mġarrab b'riżultat tal-għeluq propost, u l-kapaċità tagħhom li jistadu f'postijiet alternattivi u jadattaw sabiex iżommu l-valur tal-qabdiet. Għadd ta’ sajjieda milquta stqarrew li ma setgħux ibiddlu l-postijiet tas-sajd jew it-tip ta’ rkaptu iżda minħabba li din l-għażla proposta se tillimita biss l-attività tas-sajd fuq l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u fiż-żona standard ta' lqugħ, allura l-potenzjal għall-ispostament se jkun minimu.

7.7.3   B'riżultat tal-introduzzjoni tal-alternattiva ppreferuta (byelaw dwar żoni pprojbiti speċifikati) minflok ma jingħalaq is-sit kollu, il-livell ta’ spostament minn bastimenti li jużaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ se jitnaqqas kemm jista' jkun. Mill-involviment mal-industrija tas-sajd fil-prekonsultazzjoni, il-kwistjoni ewlenija tal-ispostament li tqajmet kienet l-impatt tal-għeluq sħiħ tas-sit bi preferenza għal kurituri bejn l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat. Intqal li l-interazzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ ma seħħx fuq l-istrutturi iżda sseħħ fiż-żoni ta’ lqugħ proposti.

7.7.4   Huwa previst li l-provi tal-avvanzi fit-teknoloġija tal-irkaptu u l-impatt fuq l-istrutturi sensittivi għandhom ikunu kkunsidrati fil-proċess ta' valutazzjoni ambra/aħdar.

7.8   Spejjeż indiretti

7.8.1   Spejjeż ambjentali

7.8.2   Se jkun hemm potenzjal minimu għal żieda fl-ispejjeż f’termini ta’ spejjeż tal-fjuwil għall-bastimenti li jivvjaġġaw iktar 'il bogħod biex jaċċessaw postijiet tas-sajd alternattivi, u biex jingħata kumpens għat-telf potenzjali tal-qabda minħabba ż-żona pprojbita proposta. Dan għaliex is-sajjieda aktarx li jkomplu jistadu fil-kurituri bejn iż-żoni pprojbiti.

7.8.3   Hemm potenzjal għal żieda fl-isforz ta’ sajd fil-kurituri fiż-żoni spazjali pprojbiti li jista’ jkollha effett fuq il-bijodiversità u l-ħabitats (S.E.Rees et al, 2013 (56)).

7.9   Spejjeż amministrattivi u ta’ infurzar

7.9.1   L-MMO se twettaq approċċ ta' infurzar immexxi mill-informazzjoni u bbażat fuq ir-riskju kif adottati minn għadd ta’ korpi regolatorji fil-gvern skont in-National Intelligence Model (57). Fejn l-informazzjoni miġbura tissuġġerixxi li hemm nuqqas ta’ konformità jew riskju ta’ nuqqas ta’ konformità, l-MMO se tiżviluppa strateġija ta’ infurzar speċifika għall-ħtiġijiet tal-MPA u, fejn meħtieġ, tirrilaxxa r-riżorsi skont dawn il-ħtiġijiet. Dan jista’ jinkludi l-preżenza tal-forza navali, sorveljanza mill-ajru jew operazzjonijiet konġunti ma’ aġenziji oħra (pereżempju l-IFCAs, il-forza tal-fruntieri tar-Renju Unit, jew l-EA). L-MMO se tikkoordina l-operazzjonijiet konġunti. Il-prinċipji li skonthom l-MMO se tirregola l-MPAs huma stipulati fl-Att tar-Riforma Leġiżlattiva u Regolatorja tal-2006 u l-Kodiċi tal-Konformità tar-Regolaturi u għandhom l-għan li jiżguraw li l-MMO tkun proporzjonata, responsabbli, konsistenti, trasparenti u mmirata f’kull azzjoni ta’ infurzar li tieħu (58).

7.9.2   L-infurzar tal-byelaw proposta se jaqa' taħt il-baġit kurrenti. Il-VMS tal-UE se jintuża bħala għodda ta’ ġestjoni għall-infurzar bil-baħar u bl-ajru ta’ bastimenti ta' aktar minn 12-il metru. B'riżultat tal-attività tas-sajd baxxa ġewwa s-sit, ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità se jkun minimu jew baxx (59). It-Tabella 2 tenfasizza l-ispejjeż tal-infurzar stmati għall-ġestjoni ta’ din l-għażla ppreferuta.

Tabella 2

Spejjeż annwali għall-infurzar tal-għażla rakkomandata  (60)

Attività

Spiża għal kull Unità

(GBP)

Għadd stmat ta’ unitajiet fis-sena

Spiża totali kull sena

(GBP)

Sorveljanza tal-wiċċ mir-Royal Navy għal kull sit

4 000 kuljum

1

4 000

Għassa ta' infurzar konġunta mal-IFCA lokali għal kull sit

Bejn 800 u 1 000 kuljum

5

4 000 -5 000

Sorveljanza mill-ajru għal kull sit

2 050 fis-siegħa

2

4 100

Investigazzjonijiet/prosekuzzjonijiet għal kull sit

10 375 għal kull każ

1

10 375

Spiża totali

 

9

22 475 – 23 475


Tabella 3

Profil annwali tal-ispejjeż monetizzati tal-għażla rakkomandata - (GBPm) prezzijiet kostanti

 

Y0

Y1

Y2

Y3

Y4

Y5

Y6

Y7

Y8

Y9

Spejjeż tat-tranżizzjoni

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

Spiża rikorrenti annwali — L-aħjar stima

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Baxxa

0,022475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Għolja

0,023475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Il-valur preżenti totali tal-ispejjeż annwali (*6)

GBP 0,2 m

7.10.   Benefiċċji tal-għażla rakkomandata

7.10.1   L-esklużjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ miż-żoni pprojbiti proposti tipprevjeni l-użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u twassal għall-benefiċċji li ġejjin:

Il-benefiċċji ambjentali tal-ħarsien tal-ħabitats tal-iskoll tal-qiegħ tal-blat

Il-benefiċċji ambjentali huma deskritti hawnhekk bħala benefiċċji mhux monetizzati.

7.11   Benefiċċji ambjentali

7.11.1   L-iskoll tal-qiegħ tal-blat fis-SIK huwa wieħed mill-aktar skollijiet bijoloġikament diversi fil-pajjiż u għandhu rwol importanti fl-appoġġ ta' speċijiet li huma meqjusa rari jew li jseħħu fil-limiti tad-distribuzzjoni bijoġeografika tagħhom. Għalkemm l-iskollijiet individwali huma relattivament żgħar (kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq skala lokali), huma ekoloġikament diversi u jirrappreżentaw erja sinifikanti lokalment (f’termini tad-daqs tagħhom) ta' ħabitat ta' skoll 'il barra mill-kosta u permanentement taħt l-ilma (61).

7.11.2   L-iskollijiet max-xatt jinkludu skoll kostali assoċjat mal-estensjoni tal-ekoloġija terrestri esposta fiż-żoni sublittorali u żoni kbar qiegħ tal-blat kbar li jisporġi, blatiet u ġebel fil-firxiet 'il bogħod mix-xatt taż-żona. Eddystone u l-iskollijiet tal-madwar jirrappreżentaw strutturi mhux tas-soltu fiż-żoni tal-istudju għaliex jinsabu fl-ilma fond u jogħlew rapidament, u fil-każ ta’ Eddystone, jisporġu fuq wiċċ l-ilma. Dawn jospitaw komunità bijoloġika rikka li teżibixxi żonazzjoni klassika tal-blat mill-ilma fond għall-ilma baxx. Hawnhekk tinstab firxa wiesgħa ta’ speċijiet, inkluż il-qroll artab, ħjar tal-baħar, rizzi, sponoż, jewel anemones, sea squirts u foresti tal-alka laminarja (kelp). Ġew osservati l-anemone mrewħa tal-baħar u l-qroll sunset cup (it-tnejn li huma speċijiet rari fil-livell nazzjonalment) u l-imrewħa roża tal-baħar (Axelsson et al, 2006; Royal Haskoning, 2008; University of Plymouth, 2011) (62).

7.11.3   L-iskollijiet jipprovdu wkoll xi livell ta’ protezzjoni kostali u huma żoni importanti għar-riċiklaġġ tan-nutrijenti, l-iffissar tal-karbonju u n-nitroġenu u l-istabbilizzazzjoni tas-sediment.

7.11.4   Ħabitat ta' skoll protett huwa rifuġju naturali għall-ħolqien ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali.

7.11.5   Il-benefiċċji ta’ din il-byelaw huma li joffru protezzjoni xierqa u ħarsien tal-karatteristiċi ekoloġiċi li jistgħu possibbilment iwasslu għal iktar abbundanza tal-bijodiversità meta mqabbla mal-bqija tal-postijiet tas-sajd.

7.11.6   Il-benefiċċji ambjentali mill-introduzzjoni ta’ din il-byelaw se jkunu sinifikanti billi se tipproteġi l-istruttura tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat fis-sit mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ. Din se iikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan taż-'żamma' tal-konservazzjoni. Se jkollha wkoll benefiċċju addizzjonali fuq l-istrutturi l-oħra fis-SIK u se tkun ta’ benefiċċju ġenerali għall-ħabitats tal-iskoll b'riżultat tal-projbizzjoni rrakkomandata. Dan jista' jippromwovi aktar użu rikreattiv fiż-żona bħal bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw l-ekonomija lokali.

7.12   Benefiċċji soċjoekonomiċi

7.12.1   Hemm il-possibiltà li l-kundizzjoni miżmuma tal-istrutturi tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat u tal-ħabitat tista' żżid l-attrazzjoni għall-utenti rikreazzjonali, inkluż il-bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd (S.E.Rees et al, 2013 (63); D.R. Chae et al, 2012 (64)). Dan jista’ wkoll iżid it-turiżmu fiż-żona u għalhekk jiżdied l-infiq fin-negozji lokali (S.E.Rees et al, 2013).

7.12.2   L-implimentazzjoni ta’ approċċ biż-żoni għall-ġestjoni minflok l-għeluq tas-sit kollu tillimita l-ispostament tal-bastimenti li joperaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

7.13   Distribuzzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji

7.13.1   Id-distribuzzjoni tal-ispejjeż soċjali u ekonomiċi hija fil-biċċa l-kbira fuq livell lokali tar-Renju Unit u Franza (minbarra l-ispejjeż tal-infurzar) filwaqt li l-benefiċċji ambjentali ġenerali jkopru firxa usa’ u għandhom impatt aktar nazzjonali.

Anness A: Noti tal-istatistika tar-Renju Unit, estrazzjoni tad-dejta u tabelli

It-tabelli tad-dejta li jiġbru fil-qosor l-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni dettaljati definiti bħala żoni marittimi Ewropej jingħataw f'dettal fis-sit tal-internet tal-MMO (65).

Dan il-livell ta’ dettall jirrifletti l-aħjar livell ta’ dettall disponibbli fid-dejta rappurtata disponibbli għall-amministrazzjonijiet tas-sajd tar-Renju Unit.

Din id-dejta tipprovdi l-informazzjoni dwar il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art mir-rettangoli li jkopru ż-żoni, flimkien mad-dettalji tal-bastimenti, l-irkaptu użat, u l-ispeċijiet maqbuda.

Minbarra din id-dejta tal-attività tas-sajd, il-bastimenti itwal minn 15-il metru jirrappurtaw il-pożizzjoni eżatta tagħhom kull sagħtejn bħala parti mis-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tar-Renju Unit.

Għal dawn il-bastimenti itwal minn 15-il metru, kien possibbli li tiġi kkombinata d-dejta spazjali relattivament mhux dettaljata mis-sistemi tar-rappurtar tal-attivitajiet mar-rapporti dettaljati tal-pożizzjoni mis-sistemi tal-VMS biex tkun tista' ssir stima tal-attività tas-sajd f'aktar dettall. Din ir-riformulazzjoni dettaljata tad-dejta tal-attività tippermetti l-istima tal-attività fi ħdan iż-żoni dettaljati tal-EMS għal bastimenti itwal minn 15-il metru.

Fejn ikun disponibbli, dan id-dettall jiġi ppreżentat fit-tabelli tad-dejta flimkien mal-attività globali fir-rettangoli tal-ICES, għall-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru; il-proporzjon bejn dawn iż-żewġ settijiet ta’ dejta mbagħad tiġi applikata għad-dejta għal bastimenti b'tulijiet oħra sabiex jiġu kkalkulati l-estimi approssimattivi tal-attività fiż-żona pprojbita proposta minn dawn il-bastimenti ta’ inqas minn 15-il metru tul b’kollox.

Jekk jogħġbok innota li ż-żoni pprojbiti proposti jinsabu fl-ilmijiet qrib ix-xatt, għalhekk l-użu tal-proporzjon tal-attività mwettqa minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru fiż-żoni biex issir stima tal-attività ta’ bastimenti oħra tar-Renju Unit jista’ ma jkunx preċiż billi l-bastimenti kbar għandhom it-tendenza li jistadu aktar 'il bogħod mill-kosta minn oħrajn, b’mod speċjali l-flotta ta' bastimenti itwal minn 10 metri.

Din id-dejta hija kulurita griż fit-tabelli biex tenfasizza li hija dejta stmata u għandha tintuża biss bi prudenza.

Din li ġejja hija lista taż-żoni kostali tal-EMS koperti minn din l-analiżi — xi rettangoli jkopru iktar minn qasam wieħed — dawn huma enfasizzati bl-isfar.

Din id-duplikazzjoni tfisser li l-kopertura potenzjali totali taż-żoni pprojbiti proposti ma tistax tiġi stmata billi jingħaddu flimkien l-analiżijiet taż-żoni individwali. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi dettalji tal-proporzjon tal-attività ġenerali fir-rettangoli tal-ICES involuti għal kull żona pprojbita propost li tirrelata ma’ bastimenti itwal minn 15-il metru (għal dawn il-bastimenti hija disponibbli dejta satellitari dettaljata).

Għalhekk, għal dawk il-bastimenti bi proporzjon kbir ta' kopertura tas-siti EMS, l-istimi għall-attività minn firxiet b'tulijiet oħrajn abbażi tal-attività relatata mal-VMS aktarx ikunu iktar affidabbli milli dawk għal siti bi proporzjon ta' kopertura baxx.

Anness B: Noti tad-dejta tal-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit

Dawn it-tabelli huma estratti tad-dejta tal-ħatt l-art irrappurtata mill-Istati Membri lill-grupp ta’ ħidma dwar ir-reġimi tal-isforz tas-sajd tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ dan il-grupp, inġabru diversi settijiet ta’ dejta inklużi d-dettalji għal kull Stat Membru tal-ħatt l-art ta’ speċijiet għal kull rettangolu tal-ICES bir-raggruppamenti tal-bastimenti assoċjati. Dan is-sett tad-dejta huwa mibni biex jissodisfa l-ħtiġijiet STECF u, għalhekk, kellu jiġi pproċessat b’attenzjoni sabiex jiġi evitat l-għadd doppju tad-dejta tal-attività. Is-sett inġieb mis-sit tal-STECF. (66)

It-totali tas-sommarji ġew ivverifikati mal-attività rreġistrata fuq is-sistemi FIDES tal-UE għal ċerti stokkijiet bil-kwota biex tiġi vvalidata d-dejta rrappurtata.

Madankollu, għad hemm xi differenzi fit-totali bejn dawk irrappurtati għal kombinazzjonijiet ta' speċijiet/żona fil-fajls tad-dejta tal-STECF u dawk irrappurtati għal livelli simili ta’ dettall bħala parti mis-sistemi tar-rappurtar tal-qabda fuq FIDES għall-monitoraġġ tal-użu tal-kwoti. Għalhekk, dawn iċ-ċifri jindikaw il-livell ta’ attività fiż-żona mill-Istati Membri involuti u mhumiex dikjarazzjonijiet definittivi.

Il-valuri monetarji indikattivi ġew mibnija bl-użu tal-valur medju ta’ ħatt l-art minn bastimenti tar-Renju Unit mir-rettangolu tal-ICES ikkonċernat jew żoni simili.

Fejn id-dejta għas-snin tkun nieqsa, tista’ tkun indikattiva li ma kienx hemm attività rrappurtata iżda tista’ tkun minħabba li ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda dejta.

ANALIŻI TAL-ATTIVITÀ TAL-VMS MINN BASTIMENTI MHUX MIR-RENJU UNIT FIR-RETTANGOLI TAL-ICES LI JKOPRU S-SIK MARBUT MA' DIN IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Il-metodoloġija użata:

Din l-analiżi hija r-riżultat tal-applikazzjoni tal-metodoloġija standard użata biex tidentifika jekk il-bastimenti tar-Renju Unit kinux attivi f’żona spazjali ddettaljata partikolari lill-informazzjoni li waslet għal bastimenti mhux mir-Renju Unit, b’mod partikolari dawk minn Franza u l-Belġju bi drittijiet storiċi ta’ aċċess għal ċertu parti tal-ilmijiet qrib il-kosta tar-Renju Unit.

Din tinvolvi l-istima tal-attività tas-sajd mid-dejta tal-VMS ibbażata fuq il-veloċità tal-bastiment kif irrapportata fil-messaġġi tal-VMS (“Pings”)

Id-dejta għal kull Ping tal-VMS li tasal minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati li jkopru ż-żona dettaljati jintgħażlu mis-sistema tal-VMS tar-Renju Unit, bl-estrazzjoni tad-dettalji dwar in-numru tal-identità tal-bastiment (CFR), il-pożizzjoni, il-veloċità u d-data u l-ħin tal-Ping.

Kull Ping tiġi vvalutata u kklassifikata bħala indikattiva tal-attività tas-sajd li tkun qed issir jekk il-veloċità tkun >=1 jew <=6 knots

Dawn il-pings tas-sajd mir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati mbagħad jiġu pproċessati fis-softwer GIS sabiex jiġi identifikat jekk il-pożizzjoni kinitx ġewwa jew barra d-dettalji taż-żona spazjali kkonċernata

Dan jippermetti l-kalkolu tal-proporzjon tal-pings tas-sajd irreġistrati għal kull Stat Membru fi ħdan ir-rettangolu li kienu ġewwa ż-żona dettaljata. Dan il-fattur imbagħad jiġi applikat lil-livell ġenerali tal-ħatt l-art li jkun hemm fis-settijiet tad-dejta tal-STECF għall-Istat Membru kkonċernat biex jippermetti li jsiru stimi ta’ attività minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fiż-żona spazjali dettaljata.

SOMMARJU TAL-ATTIVITÀ MILL-BASTIMENTI BELĠJANI U FRANĊIŻI FIR-RETTANGOLI TAL-ICES 29E5 u 29E6 LI JKOPRU S-SIT TA' PLYMOUTH SOUND, START POINT U EDDYSTONE

Dan huwa sommarju tal-attività mill-bastimenti tal-Istat Membru f’termini tal-kwantità u tal-valur tal-ħut maħtut l-art f’termini ta’:

(1)

Attività totali fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żona kkonċernata fejn intuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

(2)

Stimi tal-attività fiż-żona speċifika kkonċernata li tuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ

Parti A — it-tunnellaġġ totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (Tunnellati) fir-rettangolu tal-ICES 29E5 & 29E6

Attività (Tunnellati) stmat ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2010-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

BT2 (*7)

52,05

47,86

157,01

180,61

0,04

0,03

0,11

0,13

 

GANGMU

0,00

0,00

0,21

2,90

0,00

0,00

0,00

0,00

 

TR2 (*8)

0,00

1,55

11,06

30,58

0,00

0,00

0,01

0,02

 

Total 29E5&6

52,05

49,41

168,27

214,09

0,04

0,03

0,12

0,15

FRANZA

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

twil bejn 0 u 15-il metru

Xbiek tat-Tkarkir tal-Qiegħ

0,00

0,00

5,25

1,06

0,00

0,00

0,02

0,00

 

Gangmu

0,00

0,00

3,60

0,93

0,00

0,00

0,02

0,00

Itwal minn 15-il metru

Xbiek tat-Tkarkir tal-Qiegħ

0,00

0,00

1 033,43

960,35

0,00

0,00

4,50

4,18

 

Gangmu

0,00

0,00

8,61

2,40

0,00

0,00

0,04

0,01

 

Total 29E5&6

0,00

0,00

1 050,89

964,74

0,00

0,00

4,57

4,20


Parti B — valur totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (GBP) fir-rettangolu tal-ICES 29E5 & 29E6

Attività (GBP) stmat ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2009-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

BT2 (*9)

150 193

141 065

472 999

388 618

106

99

332

273

 

GANGMU

0

0

2 363

5 776

0

0

2

4

 

TR2 (*10)

0

3 462

30 241

87 690

0

2

21

62

 

Total 29E5&6

150 193

144 527

505 603

482 083

106

102

355

339

FRANZA

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

twil bejn 0 u 15-il metru

Xbiek tat-Tkarkir tal-Qiegħ

0

0

24 412

4 117

0

0

106

18

 

Gangmu

0

0

5 877

1 902

0

0

26

8

Itwal minn 15-il metru

Xbiek tat-Tkarkir tal-Qiegħ

0

0

1 482 281

1 351 906

0

0

6 453

5 885

 

Gangmu

0

0

14 055

3 995

0

0

61

17

 

Total 29E5&6

0

0

1 526 624

1 361 920

0

0

6 646

5 929

Jekk jogħġbok irreferi għall-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit għal sommarju sħiħ tal-attività.

ANNESS VI

Image 20

Test ta 'immaġni

Image 21

Test ta 'immaġni

Image 22

Test ta 'immaġni

Image 23

Test ta 'immaġni

BAŻI TAL-EVIDENZA

Introduzzjoni

1.1

Sit: Is-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton (67).

1.2

Is-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton ġiet iddeżinjata għall-iskoll (Sabellaria spinulosa) u l-bankijiet tar-ramel (Xtut imrammla li huma mgħottija kemm kemm mill-ilma baħar il-ħin kollu.) L-istrutturi tal-iskoll Sabellaria spinulosa għandhom għadd ta' effetti importanti fuq l-ambjent fiżiku: ħafna drabi jistabilizzaw ir-ramel, iż-żrar u l-ġebel; il-qxur jew it-tubi tal-organiżmi stess jipprovdu sottostrat iebes biex jaqbdu miegħu l-organiżmi sessili; jistgħu jipprovdu diversità ta’ xquq, uċuħ u sedimenti għall-kolonizzazzjoni; u l-feċi, psewdofeċi u sedimenti oħrajn akkumulati jistgħu jkunu sors importanti tal-ikel għal organiżmi oħra (Holt et al., 1998; Hendricks et al., 2011; Limpenny et al., 2010). Għal dawn ir-raġunijiet, ħafna skollijiet bijoġeniċi għandhom fawna u flora rikka assoċjata magħhom li, għallinqas f’termini ta’ makrofawna, spiss tkun ħafna aktar rikka u diversa miż-żoni tal-madwar (Holt et al., 1998; Hendrick et al., 2011; Pearce et al., 2007) (68).

1.3

Id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali (DEFRA) introduċa approċċ revedut għall-ġestjoni tal-attività ta’ sajd f'EMS (ara t-taqsima 2.1). Dan irriżulta fil-ħtieġa biex l-MMO tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll Sabellaira spinulosa mill-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir fil-qiegħ fis-SIK fil-limiti ta' bejn 6 u 12-il mil nawtiku biex tiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (69).

1.4

L-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ tfisser kull irkaptu tas-sajd li jiġi imbuttat jew miġbud fil-baħar u jmiss ma' qiegħ il-baħar. Dan jinkludi l-għeżula tat-tkarkir demersali u x-xbieki tat-tkarkir bit-travi u l-gangmi għall-krustaċji. Il-miżuri ta’ ġestjoni li jirrestrinġu dawn l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet u l-istrutturi huma għalhekk meħtieġa.

1.5

Din il-VI tħejjiet biex tispeċifika l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-byelaw tal-MMO proposta għall-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ għall-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll. Il-VI tindika wkoll għaliex l-għażla li qed tiġi rrakkomandata hija dik ippreferuta għall-ġestjoni. Abbozz ta’ din il-VI kienet soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

1.6

Id-dejta u l-evidenza biex tinforma din il-VI nġabret minn Natural England (NE), l-IFCAs, u l-MMO. Barra minn hekk, l-MMO, flimkien mal-IFCA tal-Lvant, organizzat sessjonijiet miftuħa f’King’s Lynn fil-11.6.2013 u f'Boston fis-17.6.2013 fbiex tiltaqa' mal-partijiet interessati u biex dawn ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet diretti u biex hi tiġbor l-evidenza dwar l-impatti ekonomiċi taż-żoni pprojbiti proposti. Saret laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani u mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd fil-Belġju nhar it-12.07.2013. Il-kummenti li waslu mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana ħareġ li filwaqt li hemm ftit li xejn użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni pprojbiti proposti, L-informazzjoni u l-istqarrijiet minn intervisti mas-sajjieda kummerċjali ġew irreġistrati u inkorporati f’din il-VI bħala evidenza aneddottali.

1.7

Bħala parti mill-proċess statutorju tal-byelaw, l-abbozzi tal-byelaw proposta u tal-VI għal dan is-sit ġew ikkonsultati formalment mill-10.9.2013 sat-22.10.2013. Il-kummenti mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana indikaw li hemm xi attività tas-sajd Belġjana fl-EMS iżda ma kkonfermawx speċifikament jekk l-attività sseħħx fiż-żoni pprojbiti proposti,

2.   Loġika għall-intervent

2.1

F’Awwissu 2012 Defra għamlet reviżjoni tal-ġestjoni tas-sajd fl-EMS sabiex tidentifika l-ġestjoni futura meħtieġa biex ikun żgurat li l-istrutturi tas-sit jinżammu f’kundizzjoni favorevoli. Dan irriżulta f’approċċ rivedut (70) għall-ġestjoni tas-sajd f’EMS.

2.2

L-approċċ rivedut qed jiġi implimentat abbażi tal-evidenza, bil-prijoritizzazzjoni tar-riskju u fuq bażi gradwali. Il-prijoritizzazzjoni tar-riskju huwa informat permezz ta’ matriċi (71) li tikkategorizza r-riskji mill-interazzjonijiet bejn l-attività tas-sajd u l-istrutturi ekoloġiċi. L-interazzjonijiet bejn l-attività u l-istruttura ġew ikkategorizzati bħala aħmar, ambra, aħdar jew blu. Dawk ikklassifikati bħala ħomor ġew ipprijoritizzati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni sal-aħħar tal-2013 (irrispettivament mil-livell effettiv ta’ attività) biex jiġi evitat id-deterjorament tal-istrutturi tal-Anness I f’konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-interazzjonijiet li huma kkategorizzati bħala ambra jirrikjedu valutazzjoni fil-livell tas-sit biex tiddetermina jekk il-ġestjoni ta’ attività hijiex meħtieġa għall-protezzjoni tal-istrutturi. L-interazzjonijiet li huma kategorizzati bħala ħodor wkoll jeħtieġu valutazzjoni fil-livell tas-sit jekk ikun hemm effetti kumulattivi. Il-kategorizzazzjoni blu tindika li ma hemmx interazzjoni fattibbli u, għalhekk, ma hemmx bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet (72).

2.3

Il-paragrafi 6(1) u 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jirrikjedu li, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS), l-Istati Membri għandhom:

jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u l-ispeċijiet fl-Anness II preżenti fis-siti;

jieħdu passi xierqa fid-dawl tad-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet kif ukoll tad-disturb tal-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati ż-żoni.

2.4

Ir-Regolament 8(1) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Ħabitats u l-Ispeċijiet tal-2010 jiddefinixxi EMS bħala (fost l-oħrajn) ŻSK, ŻPS u SIK. Il-Parti 6 ta’ dawn ir-regolamenti tistipula r-rekwiżiti għall-ġestjoni għall-EMS, skont l-Artikoli 6(2), 6(3) u 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

2.5

Is-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton fih strutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa li ġew ikkategorizzati bħala ħomor fir-rigward tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ u, għalhekk, jinħtieġu miżuri ta’ ġestjoni biex jitneħħa dan ir-riskju. L-MMO hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-projbizzjoni tal-interazzjoni bejn l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa u l-irkaptu tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ. L-interazzjoni ta’ tipi oħra ta' rkaptu tas-sajd mal-istrutturi tal-iskoll ftas-Sabellaria spinulosa u l-interazzjonijiet bejn it-tipi kollha tal-irkaptu tas-sajd u l-bankijiet tar-ramel taħt il-livell tal-marea se tiġi vvalutata matul il-proċess ta’ valutazzjoni ambra/aħdar..

2.6

Dan is-sit jinsab fi tliet żoni amministrattivi: 0 sa 6 mili nawtiċi, 6 sa 12-il mil nawtiku u 'l barra minn 12-il mil nawtiku mix-xatt. Għall-fini tal-ġestjoni tas-sajd, japplikaw il-Limiti tal-Industrija tas-Sajd Britannika. Hemm tliet żoni identifikati tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa fis-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton. Iż-żoni tal-iskoll wieħed u tnejn jaqgħu fiż-żona ta' bejn 6 u 12-il mil nawtiku u se jkunu ġestiti permezz ta’ byelaw tal-MMO. Iż-żona tal-iskoll numru tlieta tinsab iktar minn 12-il mil nawtiku 'l barra mix-xatt u, għalhekk, se tiġi ġestita mill-Kummissjoni Ewropea.

2.7

Il-post u l-firxa speċifiċi tal-istruttura tal-iskoll ġew ipprovduti minn Natural England (73). Iż-żoni ta' lqugħ huma bbażati fuq l-abbozz tal-gwida ta' Natural England (74), li tirrakkomanda daqs taż-żona tal-lqugħ abbażi tal-fond tal-istruttura li qed tiġi protetta. Għaż-Żona 1, Sabellaria spinulosa ġiet identifikata bħala preżenti iżda l-firxa tagħha għadha ma ġietx identifikata. Iż-żona ta' lqugħ għaż-Żona 1 hija ta' 650 metru abbażi ta' 500 metru b’żieda ta’ tliet darbiet il-fond (kif irrakkomandat għall-ilqugħ dejta tal-punt) ta’ 50 metru. Iż-żona ta' lqugħ għaż-Żona 2 hi ta' 150 metru abbażi ta' tliet darbiet il-fond ta’ 50 metru. Il-konfini taż-żoni tal-lqugħ imbagħad ġew modifikati biex jiffaċilitaw il-konformità u l-infurzar.

2.8.

L-intervent huwa meħtieġ biex jindirizza l-falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar bl-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa ta’ ġestjoni (eż. din il-byelaw) biex jikkonservaw l-istrutturi u jiżguraw li jitnaqqsu, jew jittaffew b'mod xieraq, l-esternalitajiet negattivi. L-implimentazzjoni ta' din il-byelaw se tiżgura li l-provvista tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar tissokta.

2.9

Il-fallimenti tas-suq iseħħu meta s-suq ma jagħtix riżultat effiċjenti (75). Fil-kuntest tal-ambjent tal-baħar dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiġi deskritti kif ġej:

Għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi — Għadd ta’ prodotti u servizzi pprovduti mill-ambjent tal-baħar bħalma huma r-regolazzjoni tal-klima u d-diversità bijoloġika huma ‘prodotti pubbliċi’ (ħadd ma jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċji tagħhom u l-konsum tas-servizz ma jipprekludix l-użu tas-servizz minn oħrajn). Il-karatteristiċi ta’ prodotti pubbliċi jfissru li l-individwi mhux neċessarjament ikollhom inċentiv ekonomiku biex jikkontribwixxu sforz jew flus minn jeddhom biex jassiguraw l-issuktar tal-eżistenza ta’ dawn il-prodotti u dan iwassal għal nuqqas ta’ provvista jew, f’dan il-każ, nuqqas ta' protezzjoni.

Esternalitajiet negattivi — L-esternalitajiet negattivi jseħħu meta l-ħsara lill-ambjent tal-baħar ma tiġix kompletament imġarrba mill-utenti li jikkawżaw il-ħsara. F’ħafna każijiet, ma hemmx prezz monetarju assoċjat mal-prodotti u s-servizzi tal-baħar u, għalhekk, l-ispiża tal-ħsara ma tiġix ipprezzata direttament mis-suq. Anki għal dawk l-oġġetti li jiġu nnegozjati (bħall-ħut selvaġġ), il-prezzijiet tas-suq ħafna drabi ma jirriflettux l-ispiża ekonomika sħiħa, u li finalment tiġġarrab minn individwi oħra u mis-soċjetà kollha kemm hi.

2.10

L-intervent mill-gvern huwa meħtieġ sabiex jindirizza dawn iż-żewġ sorsi ta’ falliment tas-suq fl-ambjent tal-baħar. Il-miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-istrutturi ddeżinjati tal-EMS se jiżguraw li l-esternalitajiet negattivi jitnaqqsu jew jittaffew b’mod xieraq. Il-miżuri ta’ ġestjoni se jappoġġaw ukoll l-issuktar tal-forniment tal-prodotti pubbliċi fl-ambjent tal-baħar, pereżempju l-konservazzjoni tal-firxa tal-bijodiversità fl-ibħra tal-Ingilterra.

3.   Għanijiet politiċi u effetti intenzjonati

3.1

L-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta 2009 (76) (MaCAA) stabbilixxa l-MMO biex tmexxi, tippromwovi u tiġġestixxi tal-ambjent tal-baħar sostenibbli u sajd qrib il-kosta, billi tiżgura b’suċċess il-bilanċ xieraq bejn il-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi sabiex jiġu żgurati ibħra f’saħħithom, sajd sostenibbli u industrija vijabbli.

3.2

L-għan politiku pertinenti għal din il-VI huwa li l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit jitwessgħu iktar bil-protezzjoni tal-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa mir-riskju ta’ ħsara minn irkaptu tat-tkarkir fil-qiegħ.

3.3

L-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit huma:

Soġġett għall-bidla naturali, li jiġu mħarsa jew irrestawrati (77):

Il-firxa tal-ħabitat (u l-elevazzjoni u l-uniformità għall-iskoll)

Id-diversità tal-ħabitat

L-istruttura komunitarja assoċjata mal-ħabitat (eż. l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ speċijiet notevoli individwali u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim tal-ħabitat)

Il-kwalità ambjentali naturali (eż. il-kwalità tal-ilma, il-livelli tas-sediment sospiż, eċċ.)

3.4

L-effetti mixtieqa huma li r-riskju ta’ deterjorament tal-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa jitnaqqas u l-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jintlaħqu. Barra minn hekk, l-impatti ekonomiċi tal-intervent tal-ġestjoni se jkunu kemm jista' jkun żgħar.

4.   L-għażliet

4.1   Bħala parti mill-approċċ rivedut ta' Defra, l-għodod ta’ ġestjoni preferuti huma l-byelaws tal-MMO fi ħdan 6 sa 12nm, u li l-MMO tmexxi l-ġestjoni tas-siti li jaqbżu l-limitu tas-6nm. Wara diskussjonijiet bejn l-MMO u l-IFCA tal-Lvant, ġie miftiehem li, byelaw tal-MMO se tintuża biex jiġu ġestiti l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa fi ħdan 0 sa 12-il mil nawtiku. Għalhekk, byelaw tal-MMO għall-parti tal-EMS bejn 0 u 12-il mil nawtiku hija l-għażla ppreferuta.

4.1.1   Għażla 1: Ma jsir xejn

Din l-għażla ma tkunx tinvolvi l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni permanenti. Din l-għażla tkun tfisser li r-riskji għas-sit mill-attivitajiet ta' ħsara ma jiġux indirizzati u li l-obbligi skont il-metodu rivedut ta' Defra u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats ma jiġux sodisfatti.

4.1.2   Għażla 2: Ftehim volontarju

Din l-għażla tinvolvi l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ prattika volontarji biex jipproteġu l-istrutturi. L-MMO qieset din l-għażla fid-dawl tal-Prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar, li jeħtieġu li regolament ġdid jiġi introdott biss bħala l-aħħar possibbiltà, u tal-metodu rivedut ta' Defra, li skontu huwa mistenni li l-miżuri ta' ġestjoni għandu jkollhom natura regolatorja sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. L-approċċ rivedut ta' Defra jirrekjedi wkoll li jiġu implimentati miżuri biex jindirizzaw l-interazzjonijiet ta' riskju għoli (aħmar) bejn l-istrutturi deżinjati u l-irkaptu tas-sajd sal-aħħar ta’ Diċembru 2013. L-MMO tqis li minħabba l-bżonn tal-protezzjoni tal-istrutturi malajr kemm jista' jkun, u minħabba r-riskju li anke l-livelli baxxi ta’ interazzjoni jistgħu jwasslu għat-taħsir tal-istruttura, il-miżuri volontarji mhumiex xierqa f’dan il-każ.

4.1.3   Għażla 3: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi rkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fis-SIK kollu kemm hu (“għeluq sħiħ tas-sit”).

Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fil-parti sħiħa ta' Cape bank tas-SIK mhijiex meħtieġa biex tiġi mħarsa l-istruttura tal-iskoll fuq il-blat tal-qiegħ u tirriżulta f’telf ekonomiku bla bżonn għas-sajjieda li jużaw partijiet oħra tas-SIK. It-telf totali stmat fil-ħatt l-art kif dokumentat fit-Tabella 1 ikun ta' GBP 2 559,30 minflok GBP 6,40 fil-każ tal-għażla ppreferuta u l-ispejjeż tal-infurzar għall-amministrazzjoni jkunu ferm ogħla.

4.1.4   Għażla 4: Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll Sabellaria spinulosa bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

Din hija l-għażla ppreferuta u analiżi sħiħa ta’ din l-għażla hija inkluża hawn taħt

4.1.5   Ġestjoni tal-attività permezz ta’ strument statutorju, ordni regolatorja jew kundizzjoni tal-liċenzja tas-sajd

Dawn il-mekkaniżmi għall-ġestjoni mhumiex meqjusa xierqa f’dan il-każ. Is-setgħa tal-MMO li tagħmel il-byelaws kif iddeżinjati skont il-MaCAA hija aktar xierqa għax dawn ikunu mfassla biex jintużaw għall-ġestjoni tal-attività ġewwa żoni protetti tal-baħar u jipprovdu l-livell xieraq ta’ setgħa, flessibbiltà, konsultazzjoni u veloċità.

4.2   Għażla Rakkomandata:

4.2.1   Byelaw tal-MMO li tipprojbixxi l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa bi lqugħ xieraq (‘ġestjoni biż-żoni’).

4.2.2   Din l-għażla hija rrakkommandata minħabba li hija l-aktar għażla effikaċi f’termini ta’ spejjeż. L-MMO hija l-aktar l-awtorità xierqa biex tmexxi ‘l quddiem il-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd bejn 0 u 12-il mil nawtiku. Il-konfini taż-żoni pprojbiti proposti ġew determinati wara li tqieset l-aħjar evidenza eżistenti disponibbli tal-firxa tal-istruttura kif ukoll tal-ħtieġa għal “żona ta’ lqugħ” bejn l-istruttura u l-konfini tal-byelaw. Minħabba l-forma taż-żona pprojbita, tqiesu wkoll il-faċilità tal-infurzar u l-bżonn li jkun hemm demarkazzjoni ċara għall-promozzjoni tal-konformità.

5.   Bażi tal-Evidenza

5.1   L-impatti tal-attività tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istruttura tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa

5.1.1

l-evidenza disponibbli (78) tenfasizza l-impatt tal-irkaptu tat-tkarkir demersali bħala theddida sinifikanti għall-iskoll tas-Sabellaria spp. Huwa rikonoxxut li rkapti tas-sajd differenti x’aktarx ikollhom livelli differenti ta’ impatt u ma tantx hemm dejta empirika riveduta bejn il-pari li turi xi jkunu l-impatti. Madankollu, dawn il-fatturi mhumiex meqjusa ikbar minn klassifikazzjoni prekawzjonarja ta' aħmar, partikolarment fil-kuntest tat-tnaqqis ta’ din l-istruttura fir-reġjun tal-OSPAR. Hemm rabtiet ċari bejn l-attivitajiet tal-bniedem u t-theddida lill-iskollijiet tas-Sabellaria spinulosa, l-aktar waħda sinifikanti fosthom hija l-ħsara fiżika kkawżata mill-irkaptu tat-tkarkir demersali (Jones et al. 2000, Holt et al. 1998 and OSPAR, 2010). L-impatt tal-irkaptu tat-tkarkif demersali huwa t-tkissir tat-tubi tad-dud li jirriżulta f’mortalità diretta (mewt) tad-dud u fit-tnaqqis tal-istruttura u l-kumplessità tal-ħabitat li ma jkunx jista' jkompli jospita l-komunitajiet assoċjati ta' annimali u pjanti (UK BAP 2000). Studju wieħed (Volberg 2000) imwettaq lil hinn mix-xtut ta’ Franza u fil-baħar Wadden, jisfida l-fehma li kull irkaptu tat-tkarkir jikkostitwixxi riskju kbir lill-iskollijiet tas-Sabellaria spp.; madankollu, is-sejbiet tal-istudju huma marbuta esklussivament mal-effetti fuq terminu qasir wara disturb ta' darba u jikkonkludu li l-possibbiltà tal-ħsara bit-tkarkir għall-gambli f’medda medja jew twila ma tistax tiġi eliminata fil-każ tas-sajd intensiv, minkejja l-piż relattivament ħafif tal-irkaptu użat (79).

5.2   Distribuzzjoni tal-iskoll

Il-Grafika 1 hawn taħt tidentifika fejn jinsabu l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa fis-SIK.

Grafika 1

Sit u Mappa tal-Istruttura

Image 24

Marine Management Organisation

SIK ta' HAISBOROUGH HAMMOND & WINTERTON

= 3.726533 sq km

Limitu ta' 6 mili nawtiċi (1983)

Limitu ta' 12-il mil nawtiku (1983)

Skoll tas-sabellaria

Linji tal-vidjow tal-ħabitat tal-iskoll

Żoni ġestiti mill-MMO

SIK Haisborough, Hammond & Winterton

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. ©Marine Management Organisation. © ICES (http://geo.ices.dk/) Not to be used for navigation.

6.   Setturi kkonċernati

6.1

L-industrija tas-sajd: Il-bastimenti ewlenin affettwati huma l-bastimenti tat-tkarkir bit-travu li jinkludu primarjament il-bastimenti li jħottu l-art f’Lowestoft u Great Yarmouth. Ġie indikat mid-djalogu mal-partijiet interessati waqt il-prekonsultazzjoni li l-miżura ta' ġestjoni proposta se jkollha impatt żgħir fuq l-industrija tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ. Il-bastimenti Belġjani għandhom drittijiet tal-aċċess biex jistadu għall-ħut demersali f’din iż-żona sal-limitu ta' 6 mili nawtiċi tal-1983. Madankollu, il-maġġoranza ta’ din il-qabda ma tinħattx l-art fir-Renju Unit. Mid-djalogu mal-awtoritajiet Belġjani u mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd, matul il-prekonsultazzjoni għal din il-miżura ta’ ġestjoni proposta, ġie kkonfermat li l-attività tas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ hija limitata. B'riżultat tal-konsultazzjoni formali, ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana enfasizzaw l-importanza tal-postijiet tas-sajd fl-EMS kollha iżda ma identifikawx b’mod speċifiku jekk isseħħx attività tas-sajd fiż-żoni pprojbiti proposti. Mhuwiex mistenni li l-intervent ikollu impatt fuq setturi mhux tas-sajd.

6.2

L-ekonomiji lokali u s-soċjetà: Il-potenzjal għal spejjeż soċjali u ekonomiċi lill-komunitajiet lokali tar-Renju Unit b'riżultat tat-telf potenzjali fil-ħatt l-art u l-impatt li jirriżulta fuq l-industrija tas-sajd lokali huwa baxx. Dan minħabba li hemm aċċessibbli postijiet tas-sajd alternattivi u, għalhekk, l-ispostament se jkun minimu. Il-benefiċċji usa' tal-ħarsien tal-iskollijiet tas-Sabellaria Spinulosa huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

6.3

Entitajiet ta’ infurzar: Ir-responsabbiltà ewlenija tal-infurzar fiż-żona pprojbita proposta tkun tal-MMO u, għalhekk, l-ispiża addizzjonali ġġarrabha l-MMO. Dawn l-ispejjeż stmati huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 7.

7.   Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji

7.1   Spejjeż tal-għażla rakkomandata

7.1.1   Il-projbizzjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fl-erja proposta tista’ tirriżulta f’l-ispejjeż li ġejjin:

Spiża diretta għall-industrija tas-sajd mit-tnaqqis tal-postijiet tas-sajd

Spejjeż għall-industrija tas-sajd assoċjati ma’ ċaqliq lejn postijiet oħra tas-sajd

Impatti ambjentali potenzjali relatati mal-possibilità ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats f'żoni oħrajn minħabba l-ispostament

Spejjeż għall-MMO għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-ġestjoni

7.1.2   L-ispejjeż għall-industrija tas-sajd, inkluż l-ispejjeż potenzjali għall-ispostament, u l-ispejjeż amministrattivi u tal-infurzar lill-MMO jistgħu jiġu mmonetizzati u dawn il-valuri stmati nġabru u ġew ippreżentati bħala parti minn din il-valutazzjoni tal-impatt (it-Tabelli 1 u 2 hawn taħt). Huwa diffiċli li wieħed jistma l-ispejjeż ambjentali minħabba l-possibiltà ta' żieda fil-ħsara lill-ħabitats u, għalhekk, huma deskritti hawnhekk bħala spejjeż mhux monetizzati.

7.2   Analiżi tal-spejjeż tas-sajd

7.2.1   L-informazzjoni użata biex tevalwa l-impatti tal-għeluq propost ittieħdet minn:

Id-dejta tal-ħatt l-art għall-bastimenti mill-2008 sal-2011 meħuda minn dejta mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord u n-nota tal-bejgħ ipprovduta mill-istatistika tal-MMO;

Id-dejta tal-ħatt l-art sal-livell tar-rettangolu tal-ICES. Analiżi ulterjuri għall-istima tal-qabdiet u l-ħatt l-art stimat għall-EMS u ż-żona tal-iskoll/lqugħ għar-Renju Unit u Stati Membri oħra

Informazzjoni miġbura minn sajjieda matul il-prekonsultazzjoni, Ġunju-Awwissu 2013 mill-MMO:

Informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni formali tal-MMO dwar il-byelaw, mill-10 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 2013:

Għarfien tal-uffiċjal kostali lokali tal-MMO u tal-IFCA.

7.3   Inċertezza u suppożizzjonijiet tad-dejta

7.3.1   L-estimi tal-ispiża medja ġew ibbażati fuq il-valuri tal-ħatt l-art fir-Renju Unit stmati fis-SIK fir-rettangoli tal-istatistika tal-ICES 35F1, 35F2, 34F1 u 34F2 (Ara l-Grafika 2). Mhux ċar liema proporzjon tal-valur totali tal-ħatt l-art kien tabilħaqq derivat direttament miż-żona magħluqa proposta li tifforma inqas minn 0,25 % tal-erba' rettangoli tal-istatistika tal-ICES. L-istatistika ġiet prodotta bl-użu tal-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni tas-SIK definit. L-attività rrappurtata (il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art flimkien mad-dettalji tal-irkaptu involut) ittieħdet mill-bażi tad-dejta Ifish tal-MMO. Ara l-Anness A għal aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija użata u t-tabelli tal-istatistika għal dan is-SIK.

7.3.2   Il-valuri taż-żona pprojbita proposta deskritti fit-Tabella 1 inkisbu mill-valuri stmati ġewwa s-SIK u l-applikazzjoni ta' perċentwali bbażat fuq l-erja kwadrata pprojbita fis-SIK innifsu. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-erja kwadrata taż-żoni pprojbiti proposti hija relattivament żgħira meta mqabbla mas-SIK kollu kemm hu. Għalhekk, l-istima dettaljata għandha tintuża bi prudenza billi ma tindikax il-valur veru attribwit liż-żona pprojbita proposta. Huwa rikonoxxut ukoll li ż-żieda possibbli fil-bijodiversità madwar l-iskoll tfisser li din l-erja tista’ tkun post għas-sajd relattivament aktar abbundanti, u l-analiżi tista' tissottovaluta l-valur tal-post tas-sajd imnaqqas.

7.3.3   L-informazzjoni miġbura minn sajjieda u partijiet interessati oħra matul il-laqgħat ta’ prekonsultazzjoni tintuża biex issostni l-bażi ta’ evidenza u s-suppożizzjonijiet bir-riserva li din hija evidenza aneddottali biss. L-informazzjoni miġbura kienet opportunistika u hija biss ritratt mir-rispondenti li kienu disponibbli biex jagħtu l-kummenti dakinhar. L-għadd ta’ rispondenti jirrifletti biss dawk li indipendentement taw l-informazzjoni u mhux l-għadd ta' dawk kollha li neċessarjament jaqblu jew ma jaqblux ma' dikjarazzjoni.

7.3.4   Id-dejta tal-ħatt l-art ta' Stati Membri oħra hija limitata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-bastimenti ma jħottux l-art fir-Renju Unit. Jistgħu jsiru xi suppożizzjonijiet mill-flotta ta' bastimenti ta' aktar minn 15-il metru ta' Stati Membri oħra permezz tal-VMS riċevuta fl-FMC tar-Renju Unit, iddettaljata fil-punt 7.4.

Id-dejta tal-ħatt l-art għall-bastimenti mill-2008 sal-2011 meħuda minn dejta mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord u n-nota tal-bejgħ ipprovduta mill-istatistika tal-MMO;

Id-dejta tal-ħatt l-art sal-livell tar-rettangolu tal-ICES. Analiżi ulterjuri għall-istima tal-qabdiet u l-ħatt l-art stmat għas-SIK u ż-żona tal-iskoll/lqugħ għar-Renju Unit u Stati Membri oħra (it-Tabelli 1 u 2);

Informazzjoni miġbura minn sajjieda matul l-involviment tagħhom fil-prekonsultazzjoni, Ġunju-Awwissu 2013, mill-għarfien tal-uffiċjali kostali tal-MMO u tal-IFCA;

L-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni formali tal-MMO dwar il-byelaw, mill-10 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 2013;

Għarfien tal-uffiċjal kostali lokali tal-MMO u tal-IFCA.

7.4   Attivitajiet tas-sajd fis-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton

7.4.1   Il-bastimenti tar-Renju Unit u Belġjani joperaw fis-sit u jistadu għal speċijiet demersali. Il-bastimenti tal-Istati Membri l-oħra kollha għandhom drittijiet ta' aċċess fil-parti tas-SIK lil hinn mil-limitu ta' 12-il mil nawtiku tal-1983.

7.4.2   Il-maġġoranza tal-bastimenti tar-Renju Unit li joperaw fiż-żona ICES 35F1, 35F2, 34F1 u 34F2 huma taħt l-10 metri fit-tul u huma prinċipalment bastimenti tas-sajd bl-għeżula (28 bastiment), longliners (10 bastiment), u potters (22 bastiment). Hemm ukoll xi bastimenti tat-tkarkir bit-travu ta' iktar minn 15-il metru (4 bastimenti).

7.4.3.   Il-biċċa l-kbira tal-bastimenti barranin li joperaw fiż-żona tal-ICES huma itwal minn 15-il metru b'xi wħud li huma bastimenti iżgħar minn 10 metri. Id-dejta tal-ħatt l-art ta' Stati Membri oħra hija limitata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-bastimenti ma jħottux l-art fir-Renju Unit.

7.4.4   L-ispeċijiet prinċipali li jinħattu l-art huma granċijiet, awwisti, bakkaljaw, rebekkini u raj, gattarell u spnott.

7.4.5   Id-dejta tal-VMS mill-flotta Belġjana ma turi ebda attività fis-SIK bejn 6 u 12-li mil nawtiku. Il-VMS mill-flotta ta' bastimenti itwal minn 15-il metru juru attività limitata fis-SIK (il-Grafika 3).

7.4.6   Saret laqgħa ta' prekonsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana fit-12.7.2013 f’Ostende, bl-għajnuna tal-awtoritajiet tas-sajd Belġjani. Din saret biex jiġu mgħarrfa dwar il-ġestjoni potenzjali tas-sajd kummerċjali fl-EMS tal-Ingilterra fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess għas-sajd Belġjani f’ 6 sa 12nm. Ir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd li attendew il-laqgħa f'Ostende indikaw li l-miżuri attwali proposti għall-protezzjoni tal-istruttura tal-iskoll fl-EMS ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-attività tagħhom.

7.4.7   Ir-risponsi għall-konsultazzjoni formali mir-rappreżentanti tal-industrija tas-sajd Belġjana kkonfermaw l-importanza tal-postijiet tas-sajd fl-EMS kollha iżda mhux speċifikament fiż-żoni pprojbiti proposti.

Grafika 2

Mappa li turi r-rettangoli statistiċi tal-ICES 34F1, 34F2, 35F1 u 35F2 u s-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton

Image 25

Marine Management Organisation

SIK ta' Haisborough, Hammond & Winterton

Rettangoli tal-istatistika tal-ICES 34F1, 34F2, 35F1 & 35F2

Limitu ta' 12-il mn (1983) (UKHO)

Limitu ta' 6 mn (1983) (UKHO)

Żoni ta' ġestjoni ta' Haisborough

SIK, Haisborough, Ham & Winterto

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Ltd. All rights reserved. [SZ042010.001]. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown Copyright and database right [2013]. All rights reserved. Contains UKHO Law of the Sea data © Crown copyright and database right. ©Marine Management Organisation. © ICES (http://geo.ices.dk/) Not to be used for navigation.

Grafika 3

Rapporti pożizzjonali tal-VMS tal-Belġju għall-2012

Image 26

Marine Management Organisation

VMS Belġjan tal-2012 tas-SIK Haisborough, Hammond & Winterton

(postijiet tal-iskoll tas-Sabellaria spp.)

Limitu ta' 12-il mn (1983) (UKHO)

Limitu ta' 6mn (1983) (UKHO)

Postijiet tal-iskoll tas-Sabellaria spp.

Żoni ġestiti mill-MMO

SIK ta' Haisb, Hamm & Winterton

VMS Belġjan tal-2012 (15+ metri)

Veloċità (knots)

0.00 - 6.00

>= 6.01

© British Crown, NERC and SeaZone Solutions Limited, 2005. [SZ042010.001] All Rights Reserved. Contains UKHO Law of the Sea data. Reproduced with permission of the Joint Nature Conservation Commission. © Crown copyright and database right [2013]. All rights reserved. Ordnance Survey Licence No. 100049981. © Marine Management Organisation. Not to be used for navigation.

7.5   Valwazzjoni tal-ħatt l-art

Ir-Renju Unit

7.5.1   L-impatt dirett fuq il-bastimenti tas-sajd ikun tnaqqis fil-qbid u għalhekk tal-ħatt l-art mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fl-erja pprojbita proposta. Sabiex jiġu stmati l-impatti potenzjali, ġiet analizzata d-dejta dwar il-ħatt l-art miġbura mill-MMO.

7.5.2   Il-kalkolu tal-ħatt l-art mir-rettangoli taż-żona tal-ICES 35F1, 35F2, 34F1 u 34F2 (għall-bastimenti tar-Renju Unit identifikati li jistadu fiż-żona minn Jannar 2008) jidher fit-Tabella 1. L-istimi fit-Tabella 1 huma bbażati fuq medja tal-ħatt l-art minn Jannar 2008 sa Diċembru 2011.

Tabella 1

Il-ħatt l-art miż-żona tal-ICES 35F1, 35F2, 34F1 u 34F2 bħala medja kull sena u l-istima medja tal-ħatt l-art fl-EMS (Jannar 2008 – Diċembru 2011)

Tip ta’ Rkaptu

Piż tal-ħatt l-art

(tunnellati)

Valur fi 35F1, 35F2, 34F1 and 34F2

(GBP)

Valur fl-EMS

(GBP)

Valur Ġdid fiż-żona pprojbita (0.25 % tal-EMS)

(GBP)

Bastimenti tat-tkarkir bit-travu

127

336 914

32 175,29

80,44

Gangmi (dredgers)

601

1 548

147,84

0,37

Bastiment tat-tkarkir nephrops

1

1 643

156,90

0,40

Bastimenti tat-tkarkir demersali oħra

57

26 799

2 559,30

6,40

Spiża totali

786

366 904

35 039,33

87,61

7.5.3   Il-valuri stmati tal-ħatt l-art fis-SIK ġew ikkalkulati bl-assoċjazzjoni tad-dejta disponibbli tal-ħatt l-art (ipprovduta minn kull bastiment tas-sajd fil-livell tar-rettangolu ICES) mad-dejta dwar l-attività tal-bastiment tas-sajd (ibbażata fuq ir-rapporti tal-VMS) ġewwa s-SIK. Dan l-approċċ japplika proporzjon tal-ħatt l-art għal kull rettangolu ICES mas-SIK, ibbażat fuq il-livell ta’ attività fi ħdan is-SIK.

Għas-SIK ta' Haisborough, Hammond u Winterton, intużat id-dejta dwar il-ħatt l-art għar-rettangoli ICES (35F1, 35F2, 34F1 and 34F2 (80)), u ġiet ikkategorizzata skont id-daqs tal-bastiment (bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru, bastimenti ta' bejn 10 u 15-il metru u bastimenti taħt l-10 metri).

Il-valuri tal-ħatt l-art minn ġewwa l-erja pprojbita proposta ġew imbagħad stmati bħala proporzjon, (abbażi tad-daqs tal-erja rispettiva) tal-valur stmat minn ġewwa s-SIK.

Jekk jogħġbok irreferi għat-tabelli supplimentari dwar l-istatistika tas-sajd mill-2008 sal-2011 għal analiżi sħiħa tal-attività fir-rettangoli tal-ICES assoċjati mas-SIK.

Huwa stmat li d-dħul annwali medju għall-flotot ta’ bastimenti tat-tkarkir bit-travi itwal minn 15-il metru mir-rettangoli tal-ICES huwa ta’ GBP 323 155. Għall-flotta ta’ inqas minn 10 metri, it-tip ta' rkaptu li prinċipalment ikollu impatt se jkun fuq bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir demersali, li għandhom dħul annwali medju stmat ta’ GBP 228.

7.5.4   Ġie stmat li fiż-żona pprojbita proposta (li hija 0,25 % tas-SIK) it-telf totali fil-ħatt l-art se jkun ta' GBP 87,61.

7.5.5   L-ispiża totali stmata aktarx li tkun sopravalutazzjoni billi l-ispostament ma tqiesx fil-valutazzjoni.

Il-Belġju

7.5.6   Mill-analiżi tad-dejta tal-VMS, l-attività tas-sajd Belġjana fir-rettangoli ICES 34F1, 34F2, 35F1 u 35F2 isseħħ lil hinn mill-parti tas-SIK innifsu 'l barra mit-12-il mil nawtiku. Fl-2012, 6 bastimenti Belġjani operaw f’din il-parti tas-SIK u l-ebda attività tal-VMS ma kienet irreġistrata fil-viċinanza taż-żoni pprojbiti proposti. L-industrija tas-sajd Belġjana tistad primarjament għal-lingwat u l-barbun tat-tbajja’ f’din iż-żona.

7.5.7   Bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Anness B “Analiżi ta’ bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangoli tal-ICES”, ġie stmat li fl-2012:

Il-kwantità ta' tunnellati mħatta l-art mill-attività Belġjana fis-SIK hija stmata għal 5,73 tunnellati. Dan huwa daqs valur stmat ta' GBP 15 858

7.5.8   Madankollu, il-fatt li ż-żona pprojbita fiha daqs 0,25% tas-sit biss, u l-ebda attività tal-VMS ma ġiet irrappurtata fil-viċinanza tagħhom, l-istima effettiva tat-telf titqies li hija żgħira ħafna. Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness B għal aktar informazzjoni dwar l-attività tas-sajd mhux mir-Renju Unit fiż-żoni pprojbiti proposti u madwarhom.

7.6   L-effetti probabbli tal-għeluq fuq il-flotta tas-sajd

7.6.1   Billi t-telf stmat tal-ħatt l-art huwa baxx, huwa mistenni li l-impatt fuq il-flotta tas-sajd tar-Renju Unit minn din il-projbizzjoni se jkun limitat. Hemm attività okkażjonali tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ f’livelli baxxi minn bastimenti taħt il-15-il metru bbażati prinċipalment f'East Anglia. Dan kien indikat matul il-laqgħat ta' prekonsultazzjoni tal-MMO u mal-persunal kostali tal-MMO. L-effetti ta’ dan ġew stmati fit-Tabella 1.

7.6.2   Huwa mistenni li l-impatt fuq il-flotta tas-sajd Belġjana jkun baxx billi d-dejta tal-VMS tindika li l-attività fiż-żoni pprojbiti proposti hija limitata.

7.7   L-adattabilità

7.7.1   Sabiex jiġu evalwati l-effetti li aktarx ikollu l-għeluq propost tal-attivitajiet tas-sajd, jeħtieġ li jiġi vvalutat sa liema punt il-bastimenti se jkunu jistgħu jżommu l-valur tal-qabda jekk jiċċaqilqu lejn żoni oħra.

7.7.2   Is-sajjieda ntalbu jimlew kwestjonarju għall-informazzjoni ta' din il-valutazzjoni u ġew mistoqsija direttament rigward il-grad ta’ spostament lejn oqsma oħra mġarrab b'riżultat tal-għeluq propost, u l-kapaċità tagħhom li jistadu f'postijiet alternattivi u jadattaw sabiex iżommu l-valur tal-qabdiet. Il-biċċa l-kbira tas-sajjieda milquta stqarrew li ma setgħux ibiddlu l-postijiet tas-sajd jew it-tip ta’ rkaptu iżda minħabba li din l-għażla proposta se tillimita biss l-attività tas-sajd fuq l-istruttura tal-iskoll u fiż-żona standard ta' lqugħ, allura l-potenzjal għall-ispostament se jkun minimu.

7.7.3   B'riżultat tal-introduzzjoni tal-għażla ppreferuta (byelaw dwar żona pprojbita speċifikata li fiha żewġ żoni pprojbiti) minflok ma jingħalaq is-sit kollu, il-livell ta’ spostament minn bastimenti li jużaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ se jitnaqqas kemm jista' jkun.

7.7.4   Huwa previst li l-provi tal-avvanzi fit-teknoloġija tal-irkaptu u l-impatt fuq l-istrutturi sensittivi għandhom ikunu kkunsidrati fil-proċess ambra/aħdar.

7.8   Spejjeż indiretti

7.8.1   Spejjeż ambjentali

7.8.2   Għall-għażla rrakkomandata, se jkun hemm potenzjal minimu għal żieda fl-ispejjeż f’termini ta’ fjuwil għall-bastimenti li jivvjaġġaw iktar 'il bogħod biex jaslu fil-postijiet tas-sajd alternattivi billi l-postijiet tas-sajd alternattivi huma aċċessibbli faċilment.

7.8.3   Hemm potenzjal għal żieda fl-isforz ta’ sajd barra miż-żoni spazjali pprojbiti li jista’ jkollha effett fuq il-bijodiversità u l-ħabitats (S.E.Rees et al, 2013).

7.9   Spejjeż amministrattivi u ta’ infurzar

7.9.1   L-MMO se twettaq approċċ ta' infurzar immexxi mill-informazzjoni u bbażat fuq ir-riskju kif adottati minn għadd ta’ korpi regolatorji fil-gvern skont in-National Intelligence Model (81). Fejn l-informazzjoni miġbura tissuġġerixxi li hemm nuqqas ta’ konformità jew riskju ta’ nuqqas ta’ konformità, l-MMO se tiżviluppa strateġija ta’ infurzar speċifika għall-ħtiġijiet tal-MPA u, fejn meħtieġ, tirrilaxxa r-riżorsi skont dawn il-ħtiġijiet. Dan jista’ jinkludi l-preżenza tal-forza navali, sorveljanza mill-ajru jew operazzjonijiet konġunti ma’ aġenziji oħra (pereżempju l-IFCAs, il-forza tal-fruntieri tar-Renju Unit, jew l-EA). L-MMO se tikkoordina l-operazzjonijiet konġunti. Il-prinċipji li skonthom l-MMO se tirregola l-MPAs huma stipulati fl-Att tar-Riforma Leġiżlattiva u Regolatorja tal-2006 u l-Kodiċi tal-Konformità tar-Regolaturi u għandhom l-għan li jiżguraw li l-MMO tkun proporzjonata, responsabbli, konsistenti, trasparenti u mmirata f’kull azzjoni ta’ infurzar li tieħu (82).

7.9.2   L-infurzar tal-byelaw proposta se jaqa' taħt il-baġit kurrenti. Il-VMS tal-UE se jintuża bħala għodda ta’ ġestjoni għall-infurzar bil-baħar u bl-ajru ta’ bastimenti ta' aktar minn 12-il metru. B'riżultat tal-attività tas-sajd baxxa fil-parti qrib ix-xatt tas-sit (ġewwa t-12-il mil nawtiku), ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità se jkun minimu jew baxx. It-Tabella 2 tenfasizza l-ispejjeż tal-infurzar stmati għall-ġestjoni ta’ din l-għażla ppreferuta.

Tabella 2

Spejjeż addizzjonali annwali għall-infurzar tal-għażla rrakkomandata  (83)

Attività

Spiża għal kull unità

(GBP)

Għadd stmat ta’ unitajiet fis-sena

Spiża totali kull sena

(GBP)

Sorveljanza tal-Wiċċ mir-Royal Navy għal kull sit

4 000 kuljum

1

4 000

Għassa ta' infurzar konġunta mal-IFCA lokali għal kull sit

Bejn 800 u 1 000 kuljum

5

4 000 -5 000

Sorveljanza mill-ajru għal kull sit

2 050 fis-siegħa

2

4 100

Investigazzjonijiet/prosekuzzjonijiet għal kull sit

10 375 għal kull każ

1

10 375

Spiża totali

 

9

22 475 – 23 475


Tabella 3

Profil annwali tal-ispejjeż monetizzati tal-għażla rakkomandata - (GBP m) prezzijiet kostanti

 

Y0

Y1

Y2

Y3

Y4

Y5

Y6

Y7

Y8

Y9

Spejjeż tat-tranżizzjoni

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

LE

Spiża rikorrenti annwali — L-aħjar stima

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Baxxa

0,022475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Għolja

0,023475

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

0,022975

Il-valur preżenti totali tal-ispejjeż annwali (*11):

GBP 0,2 m

7.10   Benefiċċji tal-għażla rrakkomandata

7.10.1   L-esklużjoni tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ miż-żoni pprojbiti proposti tipprevjeni l-użu tal-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ fuq l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa u twassal għall-benefiċċji li ġejjin:

Il-benefiċċji ambjentali tal-ħarsien jew ir-restawr tal-ħabitats tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa

Il-benefiċċji ambjentali huma deskritti hawnhekk bħala benefiċċji mhux monetizzati.

7.11   Benefiċċji ambjentali

7.11.1   L-iskollijiet tas-Sabellaria spinulosa jipprovdu sottostrat iebes importanti f'ambjent predominantement ta' sediment artab, u b'hekk jipprovdu kenn uniku għal ċerti speċijiet. L-iskollijiet bijoġeniċi jżidu l-eteroġeneità tal-ħabitat u lill-ispeċijiet assoċjati joffrulhom wiċċ li jkunu jistgħu jaqbdu miegħu (eż. tubeworms, idrojdi, brijożoani, sponoż u ascidians), u post fejn jistkennu mill-predazzjoni (Bruno & Bertness, 2001.)

7.11.2   L-iskollijiet tas-Sabellaria spinulosa jipprovdu wkoll xi livell ta’ protezzjoni kostali u huma żoni importanti għar-riċiklaġġ tan-nutrijenti, l-iffissar tal-karbonju u n-nitroġenu u l-istabbilizzazzjoni tas-sediment.

7.11.3   Ħabitat ta' skoll protett huwa rifuġju naturali għall-ħolqien ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali.

7.11.4   Il-benefiċċji ta’ din il-byelaw huma li joffru protezzjoni xierqa u ħarsien tal-karatteristiċi ekoloġiċi li jistgħu possibbilment iwasslu għal iktar abbundanza tal-bijodiversità meta mqabbla mal-bqija tal-postijiet tas-sajd.

7.11.5   Il-benefiċċji ambjentali mill-introduzzjoni ta’ din il-byelaw se jkunu sinifikanti billi se tipproteġi l-istrutturi tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa fis-sit mill-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ. Din se tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan taż-'żamma' jew 'ir-restawr' tal-konservazzjoni. Se jkollha wkoll benefiċċju addizzjonali fuq l-istrutturi l-oħra fis-SIK u se tkun ta’ benefiċċju ġenerali għall-ħabitats tal-iskoll b'riżultat tal-projbizzjoni rrakkomandata. Dan jista' jippromwovi aktar użu rikreattiv fiż-żona bħal bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw l-ekonomija lokali

7.12   Benefiċċji soċjoekonomiċi

7.12.1   Hemm il-possibiltà li l-kundizzjoni miżmuma jew restawrata tal-istrutturi u tal-ħabitat tal-iskoll tas-Sabellaria spinulosa tista' żżid l-attrazzjoni għall-utenti rikreazzjonali, inkluż il-bugħaddasa u d-dilettanti tas-sajd (S.E.Rees et al, 2013 (84); D.R. Chae et al, 2012 (85)). Dan jista’ wkoll iżid it-turiżmu fiż-żona u għalhekk jiżdied l-infiq fin-negozji lokali (S.E.Rees et al, 2013).

7.12.2   L-implimentazzjoni ta’ approċċ biż-żoni għall-ġestjoni minflok l-għeluq tas-sit kollu tillimita l-ispostament tal-bastimenti li joperaw l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

7.13   Distribuzzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji

7.13.1   Id-distribuzzjoni tal-ispejjeż soċjali u ekonomiċi hija fil-biċċa l-kbira fuq livell lokali tar-Renju Unit u l-Belġju (minbarra l-ispejjeż tal-infurzar) filwaqt li l-benefiċċji ambjentali ġenerali jkopru firxa usa’ u għandhom impatt aktar nazzjonali.

Anness A: Noti tal-istatistika tas-sajd, estrazzjoni tad-dejta u tabelli

It-tabelli tad-dejta li jiġbru fil-qosor l-attività rrappurtata fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żoni dettaljati definiti bħala żoni marittimi Ewropej jingħataw f'dettal fis-sit tal-internet tal-MMO (86).

Dan il-livell ta’ dettall jirrifletti l-aħjar livell ta’ dettall disponibbli fid-dejta rappurtata disponibbli għall-amministrazzjonijiet tas-sajd tar-Renju Unit.

Din id-dejta tipprovdi l-informazzjoni dwar il-kwantità u l-valur tal-ħatt l-art mir-rettangoli li jkopru ż-żoni, flimkien mad-dettalji tal-bastimenti, l-irkaptu użat, u l-ispeċijiet maqbuda.

Minbarra din id-dejta tal-attività tas-sajd, il-bastimenti itwal minn 15-il metru jirrappurtaw il-pożizzjoni eżatta tagħhom kull sagħtejn bħala parti mis-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tar-Renju Unit.

Għal dawn il-bastimenti itwal minn 15-il metru, kien possibbli li tiġi kkombinata d-dejta spazjali relattivament mhux dettaljata mis-sistemi tar-rappurtar tal-attivitajiet mar-rapporti dettaljati tal-pożizzjoni mis-sistemi tal-VMS biex tkun tista' ssir stima tal-attività tas-sajd f'aktar dettall. Din ir-riformulazzjoni dettaljata tad-dejta tal-attività tippermetti l-istima tal-attività fi ħdan iż-żoni dettaljati tal-EMS għal bastimenti itwal minn 15-il metru.

Fejn ikun disponibbli, dan id-dettall jiġi ppreżentat fit-tabelli tad-dejta flimkien mal-attività globali fir-rettangoli tal-ICES, għall-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru; il-proporzjon bejn dawn iż-żewġ settijiet ta’ dejta mbagħad tiġi applikata għad-dejta għal bastimenti b'tulijiet oħra sabiex jiġu kkalkulati l-estimi approssimattivi tal-attività fiż-żona pprojbita proposta minn dawn bastimenti ta’ inqas minn 15-il metru tul b’kollox.

Jekk jogħġbok innota li ż-żoni pprojbiti proposti jinsabu primarjament fl-ilmijiet qrib ix-xatt, għalhekk l-użu tal-proporzjon tal-attività mwettqa minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru fiż-żoni biex issir stima tal-attività ta’ bastimenti oħra tar-Renju Unit jista’ ma jkunx preċiż billi l-bastimenti kbar għandhom it-tendenza li jistadu aktar 'il bogħod mill-kosta minn oħrajn, b’mod speċjali l-flotta ta' bastimenti itwal minn 10 metri.

Din id-dejta hija kulurita griża fit-tabelli biex tenfasizza li hija dejta stmata u għandha tintuża biss bi prudenza.

Din li ġejja hija lista taż-żoni kostali tal-EMS koperti minn din l-analiżi — xi rettangoli jkopru iktar minn qasam wieħed — dawn huma enfasizzati bl-isfar.

Din id-duplikazzjoni tfisser li l-kopertura potenzjali totali taż-żoni pprojbiti proposti ma tistax tiġi stmata billi jingħaddu flimkien l-analiżijiet taż-żoni individwali. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi dettalji tal-proporzjon tal-attività ġenerali fir-rettangoli tal-ICES involuti għal kull żona pprojbita propost li tirrelata ma’ bastimenti itwal minn 15-il metru (għal dawn il-bastimenti hija disponibbli dejta satellitari dettaljata).

Għalhekk, għal dawk il-bastimenti bi proporzjon kbir ta' kopertura tas-siti EMS, l-istimi għall-attività minn firxiet b'tulijiet oħrajn abbażi tal-attività relatata mal-VMS aktarx ikunu iktar affidabbli milli dawk għal siti bi proporzjon ta' kopertura baxx.

Anness B: Noti tad-dejta tal-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit

Dawn it-tabelli huma estratti tad-dejta tal-ħatt l-art irrappurtata mill-Istati Membri lill-grupp ta’ ħidma dwar ir-reġimi tal-isforz tas-sajd tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ dan il-grupp, inġabru diversi settijiet ta’ dejta inklużi d-dettalji għal kull Stat Membru tal-ħatt l-art ta’ speċijiet għal kull rettangolu tal-ICES bir-raggruppamenti tal-bastimenti assoċjati.

Dan is-sett tad-dejta huwa mibni biex jissodisfa l-ħtiġijiet STECF u, għalhekk, kellu jiġi pproċessat b’attenzjoni sabiex jiġi evitat l-għadd doppju tad-dejta tal-attività. Is-sett inġieb mis-sit tal-STECF (87)

It-totali tas-sommarji ġew ivverifikati mal-attività rreġistrata fuq is-sistemi FIDES tal-UE għal ċerti stokkijiet bil-kwota biex tiġi vvalidata d-dejta rrappurtata.

Madankollu, għad hemm xi differenzi fit-totali bejn dawk irrappurtati għal kombinazzjonijiet ta' speċijiet/żona fil-fajls tad-dejta tal-STECF u dawk irrappurtati għal livelli simili ta’ dettall bħala parti mis-sistemi tar-rappurtar tal-qabda fuq FIDES għall-monitoraġġ tal-użu tal-kwoti. Għalhekk, dawn iċ-ċifri jindikaw il-livell ta’ attività fiż-żona mill-Istati Membri involuti u mhumiex dikjarazzjonijiet definittivi.

Il-valuri monetarji indikattivi ġew mibnija bl-użu tal-valur medju ta’ ħatt l-art minn bastimenti tar-Renju Unit mir-rettangolu tal-ICES ikkonċernat jew żoni simili.

Fejn id-dejta għas-snin tkun nieqsa, tista’ tkun indikattiva li ma kienx hemm attività rrappurtata iżda tista’ tkun minħabba li maa tkun ġiet ipprovduta l-ebda dejta.

ANALIŻI TAL-ATTIVITÀ TAL-VMS MINN BASTIMENTI MHUX MIR-RENJU UNIT FIR-RETTANGOLI TAL-ICES LI JKOPRU S-SIK MARBUT MA' DIN IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Il-metodoloġija użata:

Din l-analiżi hija r-riżultat tal-applikazzjoni tal-metodoloġija standard użata biex tidentifika jekk il-bastimenti tar-Renju Unit kinux attivi f’żona spazjali ddettaljata partikolari skont l-informazzjoni li waslet għal bastimenti mhux mir-Renju Unit, b’mod partikolari dawk mill-Belġju bi drittijiet storiċi ta’ aċċess għal ċertu parti tal-ilmijiet qrib il-kosta tar-Renju Unit.

Din tinvolvi l-istima tal-attività tas-sajd mid-dejta tal-VMS ibbażata fuq il-veloċità tal-bastiment kif irrapportata fil-messaġġi tal-VMS (“Pings”)

Id-dejta għal kull Ping tal-VMS li tasal minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati li jkopru ż-żona dettaljati jintgħażlu mis-sistema tal-VMS tar-Renju Unit, bl-estrazzjoni tad-dettalji dwar in-numru tal-identità tal-bastiment (CFR), il-pożizzjoni, il-veloċità u d-data u l-ħin tal-ping.

Kull Ping tiġi vvalutata u kklassifikata bħala indikattiva tal-attività tas-sajd li tkun qed issir jekk il-veloċità tkun >=1 jew <=6 knots

Dawn il-pings tas-sajd mir-rettangolu jew ir-rettangoli kkonċernati mbagħad jiġu pproċessati fis-softwer GIS sabiex jiġi identifikat jekk il-pożizzjoni kinitx ġewwa jew barra d-dettalji taż-żona spazjali kkonċernata

Dan jippermetti l-kalkolu tal-proporzjon tal-pings tas-sajd irreġistrati għal kull Stat Membru fi ħdan ir-rettangolu li kienu ġewwa ż-żona dettaljata. Dan il-fattur imbagħad jiġi applikat lil-livell ġenerali tal-ħatt l-art li jkun hemm fis-settijiet tad-dejta tal-STECF għall-Istat Membru kkonċernat biex jippermettu li jsiru stimi ta’ attività minn bastimenti mhux mir-Renju Unit fiż-żona spazjali dettaljata.

SOMMARJU TAL-ATTIVITÀ MILL-BASTIMENTI BELĠJANI FIR-RETTANGOLI TAL-ICES LI JKOPRU S-SIT TA' HAISBOROUGH HAMMOND U WINTERTON

Dan huwa sommarju tal-attività mill-bastimenti tal-Istat Membru f’termini tal-kwantità u tal-valur tal-ħut maħtut l-art f’termini ta’:

(1)

Attività totali fir-rettangoli tal-ICES li jkopru ż-żona kkonċernata fejn intuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ.

(2)

Stimi tal-attività fiż-żona speċifika kkonċernata li tuża l-irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ

Parti A — it-tunnellaġġ totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (Tunnellati) fir-rettangolu tal-ICES 34F1-F2, 35F1-F2

Attività (Tunnellati) stmata ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2010-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

TRAVU

201,39

205,30

137,13

62,24

16,95

17,28

11,54

5,24

 

XBIEK TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ

1,59

3,85

6,27

5,86

0,13

0,32

0,53

0,49

 

Spiża totali

202,97

209,15

143,40

68,10

17,08

17,60

12,07

5,73


Parti B — valur totali tal-attività

 

 

(1)

(2)

 

 

Attività (GBP) fir-rettangolu tal-ICES 34F1-F2, 35F1-F2

Attività (GBP) stmata ġewwa s-SIK abbażi tal-attività massima tal-VMS fl-2009-2012

IL-BELĠJU

Il-Kodiċi tal-Irkaptu

2009

2010

2011

2012

2009

2010

2011

2012

Itwal minn 15-il metru

BT2 (*12)

697 560

698 597

520 929

177 932

58 711

58 798

43 845

14 976

 

TR2 (*13)

3 150

3 264

10 519

10 476

265

275

885

882

 

Total

700 710

701 862

531 449

188 408

58 976

59 073

44 730

15 858

Jekk jogħġbok irreferi għall-istatistika tas-sajd mhux mir-Renju Unit għal sommarju sħiħ tal-attività.


(1)  Is-Siti ta’ Importanza Komunitarja (SIK) huma dawk li ntbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea biex jintgħażlu bħala żona speċjali ta' konservazzjoni (ŻSK), li jagħmlu parti mis-serje ta' siti tal-baħar ta' Natura 2000.

(2)  Dokument politiku ta' Defra: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/policy_and_delivery.pdf

(3)  Il-matriċi tas-sajd fis-siti marittimi Ewropej: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/populated_matrix3.xls

(4)  Ir-reviżjoni indipendenti tal-matriċi minn Cefas: http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/cefas_matrix_review.pdf

(5)  Il-Marine Management Organisation ġiet stabbilita bl-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009, it-taqsima 1.

(6)  S.I. 2010/490 emendat bi S.I. 2012/1927.

(7)  2009 c.29

(8)  ĠU L 358, 31.12.2002 p. 59: kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 192, 24.07.2007, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 30).

(9)  Il-Marine Management Organisation ġiet stabbilita bl-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009, it-taqsima 1.

(10)  S.I. 2010/490 emendat bi S.I. 2012/1927

(11)  2009 c.29

(12)  ĠU L 358, 31.12.2002 p. 59: kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 192, 24.07.2007, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 30).

(13)  1965 III p.6452A, emendat mill-Ordni fil-Kunsill dwar l-ilmijiet territorjali (Emenda) 1979, 1979 III p.2866.

(14)  Il-Marine Management Organisation ġiet stabbilita bl-Att dwar l-Aċċess għall-Baħar u l-Kosta tal-2009, it-taqsima 1.

(15)  S.I. 2010/490 emendat bi S.I. 2012/1927

(16)  2009 c.29

(17)  ĠU L 358, 31.12.2002 p. 59: kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 192, 24.07.2007, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 30).

(18)  Is-Siti ta’ importanza Komunitarja (SIK) huma siti li ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea iżda li għadhom ma ġewx iddeżinjati formalment bħala Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni (ŻSK) mill-Gvern tar-Renju Unit.

(19)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

(21)  Dokument politiku dwar is-sajd f’EMS: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/policy_and_delivery.pdf

(22)  Matriċi: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/populated_matrix3.xls

(23)  Reviżjoni tal-matriċi u evidenza ta' appoġġ tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS): http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/cefas_matrix_review.pdf

(24)  http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/guidance_en.htm

(25)  Ittra ta' parir formali ta' Natural England, 2013

(26)  Parir dwar iż-żona ta' lqugħ (abbozz) ta' Natural England, April 2013. Ikkuntattja lil Natural England għal aktar informazzjoni.

(27)  HMT Green Book (2003) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/220541/green_book_complete.pdf

(28)  www.legislation.gov.uk/ukpga/2009/23/contents/enacted

(29)  Verifika tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat taħt il-livell tal-marea: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/subtidalbedrock.pdf

(30)  Għandna wkoll dejta għall-2010 u l-2011 li tindika wkoll attività limitata

(31)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/risk-based-enforcement.pdf

(32)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/compliance_enforcement.pdf

(33)  Din il-klassifikazzjoni tar-riskju ġiet identifikata mis-sottomissjoni oriġinali għall-approċċ rivedut ta' Defra lill-ministru.

(34)  L-estimi tal-ispejjeż tal-infurzar mis-sottomossjoni oriġinali għall-approċċ rivedut ta' Defra lill-ministru.

(*1)  Għall-istma ntużat il-Kalkolatriċi tal-Valutazzjoni tal-Impatt (https://www.gov.uk/government/publications/impact-assessment-calculator–3) b'rata ta' skont ta' 3,5 %, perjodu ta' evalwazzjoni ta' 10 snin u l-2013 bħala s-sena bażi għall-prezz u l-valur attwali.

(35)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(36)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(37)  Rees, S.E., Attrill, M.J, Austen, M.C,.Mangi, S.C,. Rodwell, L.D (2013). A thematic cost-benefit analysis of a marine protected area. Journal of Environment management, 114, 476 – 485.

(38)  Chae, D., Wattage, P.,Pascoe,. S(2012). Recreational benefits from marine protected area: A travel cost analysis of Lundy. Tourism Management, 33, 971 – 977.

(39)  http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/ems-consultation.htm

(40)  STECF: http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/594796/2013_App+08+landings+by+rectangle+by+country.xlsx

(*2)  

BT2= Xbieki tat-tkarkir bit-travu - 80-119mm qisien tal-malju tax-xibka

(*3)  

TR2= Xbieki tat-tkarkir demersali - 70-99mm qisien tal-malju tax-xibka

(*4)  

BT2= Xbieki tat-tkarkir bit-travu - 80-119mm qisien tal-malju tax-xibka

(*5)  

TR2= Xbieki tat-tkarkir demersali - 70-99mm qisien tal-malju tax-xibka

(41)  Is-Siti ta’ importanza Komunitarja (SIK) huma siti li ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea iżda li għadhom ma ġewx iddeżinjati formalment bħala Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni (ŻSK) mill-Gvern tar-Renju Unit.

(42)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(43)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

(44)  Dokument politiku dwar is-sajd f’EMS: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/policy_and_delivery.pdf

(45)  Matriċi: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/populated_matrix3.xls

(46)  Reviżjoni tal-matriċi u evidenza ta' appoġġ tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS): http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/cefas_matrix_review.pdf

(47)  http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/guidance_en.htm

(48)  Is-Siti ta’ importanza Komunitarja (SIK) huma siti li ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea iżda li għadhom ma ġewx iddeżinjati formalment bħala Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni (ŻSK) mill-Gvern tar-Renju Unit.

(49)  Ittra ta' parir formali ta' Natural England, 2013

(50)  Parir dwar iż-żona ta' lqugħ (abbozz) ta' Natural England, April 2013. Ikkuntattja lil Natural England għal aktar informazzjoni.

(51)  HMT Green Book (2003) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/220541/green_book_complete.pdf

(52)  www.legislation.gov.uk/ukpga/2009/23/contents/enacted

(53)  Parir formali fuq is-sit ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(54)  Verifika tal-iskoll fuq il-qiegħ tal-blat taħt il-livell tal-marea: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/subtidalbedrock.pdf

(55)  Hemm ukoll dejta għall-2010 u l-2011 li tindika wkoll attività limitata

(56)  Rees, S.E., Attrill, M.J, Austen, M.C,.Mangi, S.C,. Rodwell, L.D (2013). A thematic cost-benefit analysis of a marine protected area. Journal of Environment management, 114, 476 – 485.

(57)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/risk-based-enforcement.pdf

(58)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/compliance_enforcement.pdf

(59)  Din il-klassifikazzjoni tar-riskju ġiet identifikata mis-sottomissjoni oriġinali għall-approċċ rivedut ta' Defra lill-ministru.

(60)  L-estimi tal-ispejjeż tal-infurzar mis-sottomossjoni oriġinali għall-approċċ rivedut ta' Defra lill-ministru.

(*6)  Għall-istma ntużat il-Kalkolatriċi tal-Valutazzjoni tal-Impatt (https://www.gov.uk/government/publications/impact-assessment-calculator–3) b'rata ta' skont ta' 3,5 %, perjodu ta' evalwazzjoni ta' 10 snin u l-2013 bħala s-sena bażi għall-prezz u l-valur attwali.

(61)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(62)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(63)  Rees, S.E., Attrill, M.J, Austen, M.C,.Mangi, S.C,. Rodwell, L.D (2013). A thematic cost-benefit analysis of a marine protected area. Journal of Environment management, 114, 476 – 485.

(64)  Chae, D., Wattage, P.,Pascoe,. S(2012). Recreational benefits from marine protected area: A travel cost analysis of Lundy. Tourism Management, 33, 971 – 977.

(65)  http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/ems-consultation.htm

(66)  STECF: http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/594796/2013_App+08+landings+by+rectangle+by+country.xlsx

(*7)  

BT2= Xbieki tat-tkarkir bit-travu - 80-119mm qisien tal-malju tax-xibka

(*8)  

TR2= Xbieki tat-tkarkir demersali - 70-99mm qisien tal-malju tax-xibka

(*9)  

BT2= Xbieki tat-tkarkir bit-travu - 80-119mm qisien tal-malju tax-xibka

(*10)  

TR2= Xbieki tat-tkarkir demersali - 70-99mm qisien tal-malju tax-xibka

(67)  Is-Siti ta’ Importanza Komunitarja (SIK) huma siti li ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea iżda li għadhom ma ġewx formalment iddeżinjati bħala ŻSK mill-Gvern tar-Renju Unit.

(68)  Parir formali fuq is-sit ta' Natural England u JNCC: http://jncc.defra.gov.uk/pdf/HHW_Reg%2035_Conservation%20Advice_v6.0.pdf

(69)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

(70)  Dokument politiku dwar is-sajd f’EMS: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/policy_and_delivery.pdf

(71)  Ara l-matriċi: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/populated_matrix3.xls

(72)  Reviżjoni tal-matriċi u evidenza ta' appoġġ tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS): http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/cefas_matrix_review.pdf

(73)  Ittra ta' parir formali ta' Natural England, 2013

(74)  Parir dwar iż-żona ta' lqugħ (abbozz) ta' Natural England, April 2013. Ikkuntattja lil Natural England għal aktar informazzjoni.

(75)  HMT Green Book (2003) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/220541/green_book_complete.pdf

(76)  www.legislation.gov.uk/ukpga/2009/23/contents/enacted

(77)  Parir formali ta' Natural England: www.naturalengland.org.uk/ourwork/marine/mpa/ems/submitted.

(78)  Ara l-awditu tar-riskju Aħmar tas-Sabellaria spinulosa: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/sabellaria.pdf

(79)  Ara l-awditu tar-riskju Aħmar tas-Sabellaria spinulosa: www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/documents/ems_fisheries/sabellaria.pdf

(80)  Nota: Minħabba d-dejta limitata u d-dejta limitata tal-VMS, mhumiex possibbli fl-EMS speċifiku.

(81)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/risk-based-enforcement.pdf

(82)  www.marinemanagement.org.uk/about/documents/compliance_enforcement.pdf

(83)  L-estimi tal-ispejjeż tal-infurzar mis-sottomossjoni oriġinali għall-approċċ rivedut ta' Defra lill-ministru.

(*11)  Għall-istma ntużat il-Kalkolatriċi tal-Valutazzjoni tal-Impatt (https://www.gov.uk/government/publications/impact-assessment-calculator–3) b'rata ta' skont ta' 3,5 %, perjodu ta' evalwazzjoni ta' 10 snin u l-2013 bħala s-sena bażi għall-prezz u l-valur attwali.

(84)  Rees, S.E., Attrill, M.J, Austen, M.C,Mangi, S.C,. Rodwell, L.D (2013). A thematic cost-benefit analysis of a marine protected area. Journal of Environment management, 114, 476 – 485.

(85)  Chae, D., Wattage, P.,Pascoe,. S(2012). Recreational benefits from marine protected area: A travel cost analysis of Lundy. Tourism Management, 33, 971 – 977.

(86)  http://www.marinemanagement.org.uk/protecting/conservation/ems-consultation.htm

(87)  STECF: http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/594796/2013_App+08+landings+by+rectangle+by+country.xlsx

(*12)  

BT2= Xbieki tat-tkarkir bit-travu - 80-119mm qisien tal-malju tax-xibka

(*13)  

TR2= Xbieki tat-tkarkir demersali - 70-99mm qisien tal-malju tax-xibka