20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1372/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ressqu talbiet lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu emendati l-Annessi VIII u XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Annessi 1 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 sabiex dawk l-Annessi jkunu konformi mal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jew biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.

(2)

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom l-għan li jagħtu ħarsa ġenerali tal-Istati Membri li ma japplikawx il-kalkolu pro rata għall-pensjonijiet tal-irtirar u tas-superstiti u tad-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

(3)

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom l-għan li jagħtu ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-ftehimiet bilaterali li jibqgħu jew li jidħlu fis-seħħ u tal-Istati Membri li jiddeterminaw l-ammont massimu ta’ rimborż tal-benefiċċji għall-qgħad abbażi tal-ammont medju ta’ benefiċċji għall-qgħad provdut skont il-leġiżlazzjoni tagħhom fis-sena kalendarja preċedenti.

(4)

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet dwar l-emendi mitluba u għamlet proposti rilevanti lill-Kummissjoni għall-adattamenti tekniċi tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(5)

Il-Kummissjoni tista’ taqbel li tinkludi l-proposti għall-adattamenti tekniċi tal-Annessi msemmija fil-Premessa (4).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness VIII, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

fit-taqsima “L-AWSTRIJA”, il-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

Il-pensjonijiet tal-irtirar u l-pensjoni tas-superstiti derivata minnhom huma bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004;”;

(b)

wara t-taqsima “IL-BULGARIJA” tiżdied it-taqsima l-ġdida li ġejja:

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Il-pensjonijiet huma mħallsa mill-iskema tat-Tieni Pilastru stabbilita bl-Att Nru 426/2011 Coll., dwar it-tfaddil għall-pensjoni.”.

(2)

Fl-Anness XI, fit-taqsima “OLANDA”, jiddaħħal il-punt (fa) wara l-punt (f):

“(fa)

Skont l-Artikolu 69(1) taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) kull persuna li fl-aħħar ġurnata tax-xahar qabel dak ix-xahar li fih tagħlaq 65 sena tkun qed tirċievi pensjoni jew benefiċċju li, abbażi tal-paragrafu 1(f) ta’ din it-Taqsima tkun trattata bħala pensjoni mħallsa skont il-leġiżlazzjoni Olandiża, għandha titqies bħala pretendent tal-pensjoni kif imsemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament sakemm tilħaq l-età tal-pensjoni msemmija fl-Artikolu 7a tal-Algemene Ouderdomswet (l-Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tal-Età Anzjana).”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-taqsima “DANIMARKA-FRANZA” titħassar;

(b)

it-taqsima “DANIMARKA-OLANDA” titħassar;

(c)

it-taqsima “GREĊJA-OLANDA” titħassar;

(d)

it-taqsima “SPANJA-OLANDA” titħassar;

(e)

fit-taqsima “FRANZA-LUSSEMBURGU”:

(i)

il-punti (a) u (b) jitħassru;

(ii)

il-punti (c) u (d) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

Il-Ftehim tat-2 ta’ Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi pprovduti għalihom fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972

(b)

L-iskambju ta’ ittri tas-17 ta’ Lulju u tal-20 ta’ Settembru 1995 li jikkonċerna l-kondizzjonijiet dwar il-ftehim reċiproku fuq talbiet taħt l-Artikoli 93, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72”;

(f)

fit-taqsima “FRANZA-OLANDA”:

(i)

il-punti (b) u (c) jitħassru;

(ii)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Ftehim tat-28 ta’ April 1997 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi taħt l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72”;

(g)

it-taqsima “ITALJA-OLANDA” titħassar;

(h)

fit-taqsima “OLANDA-RENJU UNIT”:

(i)

il-punt (b) jitħassar;

(ii)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a) It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta’ Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Awwissu 1954”.

(2)

Fl-Anness 5, tiżdied it-taqsima ġdida “OLANDA” wara t-taqsima “ĠERMANJA”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.