14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013

tat-13 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1709/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1296/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (2) jistabbilixxi regoli komuni għan-notifika tal-informazzjoni u tad-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, dawn ir-regoli jkopru l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni li għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi wkoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi tal-informazzjoni sabiex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul iż-żmien, u jipprevedi l-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi previst f’kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta’ notifika.

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema tal-informazzjoni li biha jistgħu jitmexxew id-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha stess u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(3)

Bosta obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ notifika jistgħu jintlaħqu permezz ta’ dik is-sistema, b’mod partikolari dawk previsti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1709/2003 (3), (KE) Nru 1345/2005 (4), (KE) Nru 972/2006 (5), (KE) Nru 341/2007 (6), (KE) Nru 1454/2007 (7), (KE) Nru 826/2008 (8), (KE) Nru 1296/2008 (9), (KE) Nru 1130/2009 (10), (UE) Nru 1272/2009 (11) u (UE) Nru 479/2010 (12).

(4)

Għal amministrazzjoni effiċjenti u biex titqies l-esperjenza miksuba, uħud mill-komunikazzjonijiet u min-notifiki għandhom ikunu ssimplifikati jew speċifikati.

(5)

Sabiex jittejjeb il-monitoraġġ tal-qagħda tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u titqies l-esperjenza miksuba f’dan il-qasam, jeħtieġ li jiġu ċċarati ċerti obbligi ta’ notifika tal-Istati Membri mniżżlin fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. Għal dan l-għan, għandha tiżdied il-frekwenza tal-għoti ta’ stima tal-produzzjoni u l-konsum taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll il-ħażniet tal-aħħar iżda l-obbligu ta’ notifika għandu jkun limitat għall-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa. L-emenda għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 peress li dik hi d-data mistennija tal-applikazzjoni tal-organizzazzjoni komuni l-ġdida tas-swieq.

(6)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1709/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1296/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 479/2010 għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1709/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri ta’ produtturi tar-ross jew imtieħen tar-ross għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

qabel il-15 ta’ Novembru, dwar l-informazzjoni li tidher fl-Annessi I u II li tirriżulta minn taqsira tad-dejta provduta fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1(a) u 2;

(b)

qabel il-15 ta’ Diċembru, dwar l-informazzjoni tal-Anness III, li tirriżulta minn taqsira tad-dejta provduta fid-dikjarazzjonijiet tal-uċuħ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 1(b) u l-istima tal-produzzjoni ta’ ħbub sħaħ imbassra għall-ħsad.

Id-dejta notifikata tista’ tiġi emendata sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u fl-Artikolu 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

(*)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(2)

Fl-Annessi I, II u III, fil-frażi introduttorja, jitħassru l-kelmiet “f’dan l-indirizz tal-posta elettronika, skont l-Artikolu 3(2): AGRI-C2-RICE-STOCKS@CEC.EU.INT”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1345/2005, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).

Artikolu 3

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma wara rifjut, dwar il-kwantitajiet li għalihom ġew rifjutati l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross Basmati, b’indikazzjoni tad-data tar-rifjut u tar-raġunijiet, il-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, kif ukoll l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(b)

sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma wara l-għoti tagħhom, il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross Basmati, b’indikazzjoni tad-data, il-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, kif ukoll l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(c)

meta titħassar liċenzja, sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma minn meta titħassar, il-kwantitajiet li għalihom tħassru l-liċenzji, u l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi tal-liċenzji mħassra;

(d)

fl-aħħar jum ta’ ħidma ta’ kull xahar wara x-xahar meta tinħareġ għal ċirkolazzjoni libera, il-kwantitajiet li effettivament inħarġu għal ċirkolazzjoni libera, b’indikazzjoni tal-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità.

In-notifiki għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).

Artikolu 4

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Notifiki u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni”.

(2)

Titneħħa l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2.

(3)

Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   In-notifiki u l-komunikazzjonijiet għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).

(****)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 5

Fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   In-notifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.”

(2)

Fl-Anness III, il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

jitħassar it-tieni paragrafu tal-punt (b).

(b)

il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

Minn Ottubru sa Mejju ta’ kull sena tas-suq, sa mhux iktar tard mill-15-il jum tax-xahar, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(i)

stima tal-kwantitajiet ta’ kull xahar taż-żejt taż-żebbuġa prodott mill-bidu tas-sena tas-suq sa u inkluż ix-xahar ta’ qabel;

(ii)

stima tal-produzzjoni kollha u l-konsum intern kollu taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena kollha tas-suq u stima tal-ħażniet fi tmiem is-sena tas-suq.”

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu IV jiżdied l-Artikolu 21a li ġej:

“Artikolu 21a

In-notifiki msemmija fl-Artikoli 3, 14 u 16 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******).

(******)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(2)

Fl-Anness I, jitħassru l-kelmiet “(formola li trid tintbagħat f’dan l-indirizz: agri-cl@ec.europa.eu)”.

Artikolu 8

Fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1130/2009 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 7 u f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*******).

Artikolu 9

L-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 58

Il-metodu li japplika għall-obbligi ta’ notifika

1.   In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikoli 16(7), 18, 45, 56(3) u 56(4) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********).

2.   In-notifiki msemmija fl-Artikoli 16(7), 18, 45, 56(3) u 56(4) għandhom isiru b’mezzi elettroniċi permezz tal-formola li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti skont mudelli jew metodi li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u l-metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li jkunu ġew notifikati kif xieraq il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti konċernati. In-notifiki għandhom isiru fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jagħżlu l-Istati Membri.

Artikolu 10

Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7 jitħassar il-paragrafu 3.

(2)

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   In-notifiki msemmija fl-Artikoli 1, 3, 5 u 7 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*********).

2.   In-notifiki msemmija fl-Artikoli 2, 4 u 6 għandhom jagħmluhom l-Istati Membri b’mezzi elettroniċi permezz tal-formula li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti skont mudelli jew metodi li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u l-metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li jkunu ġew notifikati kif xieraq il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(*********)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.

Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2014, l-Artikolu 6(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1709/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba’ u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħażniet ta’ ross (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 92).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57):

(10)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26).