20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/608


REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-1979, u b'mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton anness miegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" tistabbilixxi l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (il-"PAK") wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tiġi riformata b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Din ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (5). Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni tar-riforma, ikun adatt li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jiġi sostitwit b'test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll tagħmel id-dispożizzjonijiet rilevanti konformi u sempliċi.

(2)

Wieħed mill-objettivi ċentrali, u wieħed mir-rekwiżiti ewlenin, tar-riforma tal-PAK huwa t-tnaqqis fil-piż amministrattiv. Dan għandu jitqies sew meta jitfasslu d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-iskema ta’ appoġġ dirett.

(3)

L-elementi bażiċi kollha relatati mal-pagamenti f'appoġġ mill-Unjoni lill-bdiewa għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament li għandu wkoll jiffissa l-kondizzjonijiet ta' aċċess għall- pagamenti li huma intrinsikament marbuta ma' dawk l-elementi bażiċi.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan għandhom japplikaw b’rabta mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Biex ikun hemm konsistenza ma' strumenti legali oħra relatati mal-PAK, xi regoli li huma previsti bħalissa fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma issa stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'mod partikolari r-regoli sabiex jiggarantixxu l-konformità mal-obbligi stabbiliti b'dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti diretti, inklużi l-kontrolli u l-applikazzjoni ta' miżuri amministrattivi u ta' penalitajiet amministrattivi f'każ ta' nuqqas ta' konformità, ir-regoli relatati mal-kondizzjonalità bħar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, il-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' miżuri u r-regoli rilevanti relatati mal-ħlas tal-avvanzi u mal-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti.

(5)

Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jinkludi lista tal-iskemi ta' appoġġ ta' pagamenti diretti koperti minnu. Sabiex jieħu kont ta' leġislazzjoni ġdida dwar skemi ta' appoġġ li jistgħu jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta' dik il-lista.

(7)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa sabiex iwettqu l-obbligu li jżommu l-erja agrikola fi stat adatt għar-ragħa jew il-kultivazzjoni u l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f'erjas miżmuma b'mod naturali fi stat xieraq għar-ragħa jew kultivazzjoni kif ukoll il-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza għall-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor u li jiddeterminaw il-prattiki lokali stabbiliti fir-rigward tal-bwar permanenti u mergħa permanenti ("bwar permanenti").

(8)

Bil-għan li jkun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandu jsir aġġustament tal-livell ta' appoġġ dirett f'kull sena kalendarja kif previst taħt l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li jikkontribbwixxi fil-kisba tal-objettiv ta' distribuzzjoni aktar ibbilanċjata ta' pagamenti bejn benefiċjarji żgħar u kbar, l-aġġustament tal-pagamenti diretti għandu jkun applikat biss għal pagamenti li għandhom jingħataw lill-bdiewa f'aktar minn EUR 2 000 fis-sena kalendarja korrispondenti. Filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fil-Bulgarija, fil-Kroazja u fir-Rumanija fil-qafas tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ introduzzjoni progressiva għall-pagamenti diretti kollha mogħtija f’dawk l-Istati Membri, dan l-istrument ta’ dixxiplina finanzjarja għandu japplika biss fil-Bulgarija u fir-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2016, u fil-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2022. Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi fir-rigward ta' dak l-istrument ta' dixxiplina finanzjarja u ta' ċerti dispożizzjonijiet oħra fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi għal membri individwali d-drittijiet u l-obbligi li jkunu jitqabblu ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' impriża sabiex jissaħħu l-istrutturi agrikoli u jiġi promoss l-istabbiliment tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-aġġustament tal-pagamenti diretti fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli abbażi tal-kalkolu ta' tnaqqis li għandu jiġu applikat minn Stati Membri fuq bdiewa skont l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja.

(10)

L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx jew kienet biss marġinalment immirata lejn attività agrikola. Sabiex jiġi żgurat immirar aħjar tal-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jagħtu pagamenti diretti lil ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi sakemm tali persuni ma jkunux jistgħu juru li l-attività agrikola tagħhom mhix marġinali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll li ma jagħtux pagamenti diretti lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li l-attività agrikola tagħhom hija marġinali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu pagamenti diretti lil bdiewa part-time żgħar, billi dawk il-bdiewa jikkontribwixxu direttament għall-vitalità tal-erjas rurali. L-Istati Membri għandhom ukoll iżommu lura milli jagħtu pagamenti diretti lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-erjas agrikoli tagħhom huma prinċipalment erjas miżmuma b'mod naturali fi stat adatt għar-ragħa jew il-kultivazzjoni u li ma jwettqux ċertu attività minima.

(11)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istipular ta' kriterji sabiex jiġu determinati l-każijiet fejn erja agrikola ta' bidwi hija meqjusa bħala erja miżmuma b'mod naturali fi stat adatt għar-ragħa jew il-kultivazzjoni, tal-kriterji li jistabbilixxu d-distinzjoni bejn riċevuti li jirriżultaw minn attivitajiet agrikoli u minn attivitajiet mhux agrikoli u l-ammont ta' pagamenti diretti rilevanti għall-applikazzjoni tat-test ta' marġinalità, u tal-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa sabiex jagħtu prova li l-attività agrikola tagħhom ma tkunx marġinali.

(12)

Biex ikun evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta' pagamenti ta' ammonti żgħar, l-Istati Membri għandhom b'mod ġenerali jibqgħu lura milli jagħtu pagamenti diretti fejn l-ammont ikun anqas minn EUR 100, jew fejn l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha tintalab għajnuna tkun anqas minn ettaru. Madankollu, minħabba li l-istrutturi ta' biedja tal-Istati Membri jvarjaw konsiderevolment u jistgħu jkunu differenti b'mod sinifikanti mill-istruttura ta' biedja medja fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw livelli ta' limitu minimi li jirriflettu s-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Minħabba l-istruttura ta' biedja speċifika ħafna fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-gżejjer minuri tal-Eġew, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk f'dawk ir-reġjuni għandhomx japplikaw xi livell minimu ta' limitu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-implimentazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ tipi ta’ livell minimu ta’ limitu wara li jqisu l-partikolaritajiet tal-istrutturi tas-setturi tal-biedja tagħhom. Minħabba li pagament jista’ jingħata lill-bdiewa li jkollhom l-hekk imsejħin impriżi ‘mingħajr art’, l-applikazzjoni tal-livell minimu ta’ limitu abbażi ta’ ettaru tkun mingħajr effett. L-ammont minimu relatat mal-appoġġ għandu, għalhekk, japplika għal bdiewa bħal dawn. Biex ikun żgurat trattament indaqs ta’ bdiewa fil-Bulgarija, fil-Kroazja u fir-Rumanija li l-pagamenti diretti għalihom ikunu soġġetti għal introduzzjoni progressiva, il-livell minimu ta’ limitu għandu, f'dawk l-Istati Membri, ikun ibbażat fuq l-ammonti finali li għandhom jingħataw fi tmiem il-proċess ta’ introduzzjoni progressiva.

(13)

Id-distribuzzjoni ta' appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta' ammonti sproporzjonati ta' pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta' benefiċjarji kbar. Benefiċjarji akbar minħabba l-abbiltà tagħhom li jisfruttaw l-ekonomija tal-qies, ma jeħtiġux l-istess livell ta' appoġġ unitarju sabiex l-objettiv ta' appoġġ għad-dħul jintlaħaq b'mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b'livelli aktar baxxi ta' appoġġ unitarju. L-Istati Membri għandhom għalhekk inaqqsu b'mill-inqas 5 % l-parti tal-pagament bażiku skont l-erja li għandu jingħata lill-bdiewa li teċċedi l-EUR 150 000. Sabiex jiġu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b'ħafna impjegati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu kont tal-intensità tax-xogħol bil-paga meta japplikaw il-mekkaniżmu. Biex tali tnaqqis fil-livell ta' appoġġ ikun effettiv, ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ lil bdiewa li artifiċjalment joħolqu l-kondizzjonijiet biex jevitaw l-effetti tiegħu. Ir-rikavati mit-tnaqqis ta' pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa' fl-Istati Membri fejn kienu ġġenerati u għandu jkun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(14)

Limiti massimi netti għandhom jiġu determinati għal kull Stat Membru sabiex jillimitaw il-pagamenti li għandhom isiru lill-bdiewa wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti. Biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' appoġġ mill-PAK mogħti skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u l-fatt li dawn il-pagamenti diretti mhumiex soġġetti għal tnaqqis tal-pagamenti, il-limitu massimu nett għall-Istati Membri kkonċernati ma għandux jinkludi dawk il-pagamenti diretti.

(15)

Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi marbuta mal-ammonti massimi totali ta' pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu mill-Istati Membri dwar it-trasferimenti bejn l-ewwel u t-tieni pilastru u l-applikazzjoni tat-tnaqqis u, fejn applikabbli l-limitu massimu tal-pagamenti, kif ukoll dawk li jirriżultaw min-notifiki li għandhom isiru mill-Kroazja dwar l-art li tneħħewlha l-mini li reġgħet lura għall-użu ta' attivitajiet agrikoli, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattazzjoni tal-limiti massimi nazzjonali u netti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(16)

Għandu jiġi speċifikat li dawk id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jistgħu jwasslu għal imġiba ta' Stat Membru li tistà tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat huma esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, minħabba li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jinkludu kondizzjonijiet xierqa għall-għoti ta' appoġġ, jew jinkludu l-adozzjoni ta' tali kondizzjonijiet mill-Kummissjoni, sabiex jevitaw kwalunkwe distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni.

(17)

Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. L-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' din l-għodda, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirrieżaminaw id-deċiżjoni inizjali tagħhom darba, b'effett mis-sena ta' talba 2018, dment li kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq dan ir-rieżami ma jinvolvix kwalunkwe tnaqqis fl-ammonti assenjati għall-iżvilupp rurali.

(18)

Biex jinkisbu l-objettivi tal-PAK, l-iskemi ta' appoġġ jista' jinħtiġilhom ikunu adattati għal żviluppi li qed jinbidlu, jekk ikun meħtieġ f'limiti ta' żmien qosra. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista analiżi possibbli tal-iskemi ta' appoġġ, partikolarment fid-dawl ta' żviluppi ekonomiċi jew tas-sitwazzjoni baġitarja, bir-riżultat li l-benefiċjarji ma jistgħux jassumu li l-kondizzjonijiet għall-appoġġ jibqgħu ma jinbidlux.

(19)

Il-bdiewa fl-Istati Membri li ssieħbu mal- Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, irċevew pagamenti diretti wara li kien hemm mekkaniżmu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Atti ta' Adeżjoni rispettivi. Għall-Bulgarija u r-Rumanija, tali mekkaniżmu ikun għadu fis-seħħ fl-2015, u għall-Kroazja, ikun għadu fis-seħħ sal-2021. Barra minn hekk, dawk l-Istati Membri kienu tħallew jagħtu pagamenti diretti nazzjonali komplementari. Il-possibbiltà li jingħataw tali pagamenti għandha tinżamm għall-Kroazja u, biex tikkumplementa l-iskema ta' pagament bażiku għall-Bulgarija u għar-Rumanija sakemm ikunu ġew introdotti progressivament b'mod sħiħ. Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni lill-Kroazja li tagħti pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotti atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2011, jipprevedi riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini għall-Kroazja sabiex tiffinanzja, għal perijodu ta' għaxar snin wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni, l-allokazzjoni kull sena ta' drittijiet għall-pagament għall-art li minnha jitneħħew il-mini u li tingħata lura għall-użu agrikolu. Huwa adatt li jiġu stipulati r-regoli biex jiġu ddeterminati l-ammonti ddedikati għall-finanzjament ta’ appoġġ għal dik l-art fil-qafas tal-iskemi ta’ appoġġ previsti f'dan ir-Regolament u r-regoli għall-ġestjoni ta’ dik ir-riżerva. Sabiex jitqiesu l-ammonti li jirriżultaw min-notifiki li għandhom isiru mill-Kroazja fir-rigward tal-art li jkunu tneħħew il-mini minn fuqha u tkun ingħatat lura għall-użu agrikolu, il-Kummissjoni għandha tingħatha s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tar-rieżami ta’ ċerti dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja.

(21)

Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta' appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f'dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta' pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta' pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (10),u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta' appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta' pagamenti diretti diżakkoppjati. Pass bħal dan għandu, fil-prinċipju, iwassal għall-iskadenza ta' drittijiet għall-pagament miksubin skont dawk ir-Regolamenti u l-allokazzjoni ta' oħrajn ġodda. Dik l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament ġodda għandhatkun ibbażata, bħala regola ġenerali, fuq l-għadd ta' ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tal-bdiewa fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema. Madankollu, l-Istati Membri li attwalment joperaw l-iskema ta' pagament uniku fuq bażi reġjonali jew bażi reġjonali ibrida għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu d-drittijiet eżistenti tagħhom għall-pagament. Sabiex jiġi evitat li fi Stat Membru partikolari żieda fl-erja eliġibbli tnaqqas b'mod sproporzjonat l-ammont ta' pagament diretti għal kull ettaru u b'hekk taffettwa l-proċess ta' konverġenza interna, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi, meta jkunu qed iwettqu l-ewwel allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament, li japplikaw ċerti limitazzjonijiet bil-għan li jistabbilixxu l-għadd ta' drittijiet għall-pagament.

(22)

Minħabba l-integrazzjoni suċċessiva ta' diversi setturi fl-iskema ta' pagament uniku u l-perijodu ta' wara ta' aġġustament mogħti lill-bdiewa, sar dejjem iżjed diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-eżistenza ta' differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' appoġġ għal kull ettaru li jirriżulta mill-użu ta' referenzi storiċi. Għalhekk, l-appoġġ għad-dħul dirett għandu jkun imqassam b'mod iktar ekwu bejn l-Istati Membri, billi titnaqqas ir-rabta mar-referenzi storiċi u jiġi kkunsidrat il-kuntest kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni. Biex jiġi żgurat tqassim iktar ekwu tal-appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għad hemm fil-livelli salarjali u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli tal-appoġġ dirett għal kull ettaru għandhom jiġu aġġustati b'mod progressiv. L-Istati Membri b'pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni għandhom jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell attwali tagħhom u dan il-livell, fejn l-Istati Membri kollha għandhom jilħqu livell minimu sas-sena finanzjarja 2020. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b'mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha li għandhom livelli ta' pagamenti diretti 'l fuq mil-livell medju tal-Unjoni.

(23)

Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, id-drittijiet kollha għall-pagament attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f'reġjun għandu jkollhom valur ta' unità uniformi. Madankollu, sabiex jiġu evitati konsegwenzi finanzjarji ta' xkiel għall-bdiewa, l-Istati Membri għandhom jitħallew jikkunsidraw fatturi storiċi meta jikkalkulaw il-valur ta' drittijiet għall-pagament li l-bdiewa għandu jkollhom fl-2019, dment li l-ebda dritt għall-pagament fl-2019 ma jkollu valur aktar baxx minn 60 % tal-medja. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw din il-konverġenza billi jnaqqsu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li huma għandhom jistabbilixxu, il-valur tad-drittijiet għall-pagament li jaqbeż il-medja tal-2010. F'dan il-kuntest u sabiex jiġi evitat telf li jxekkel b'mod inaċċettabbli għal ċerti bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw dan it-tnaqqis għal 30 % tal-valur inizjali tad-drittijiet ikkonċernati, anke jekk tali limitazzjoni ma tippermettix li d-drittijiet għall-pagament kollha jilħqu 60 % tal-valur medju għall-2019. Ħlief għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu valur ta' unità uniformi sa mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema, din il-konverġenza għandha sseħħ f'passi ugwali. Il-konverġenza tad-drittijiet għall-pagament b'valur ogħla mill-medja għandha tieħu wkoll kont tar-riżorsi stmati disponibbli għad-drittijiet għall-pagament. Madankollu, għal dawk l-Istati Membri li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenzi u li diġà għażlu passi ta' konverġenza skont l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, dawk il-passi ta' konverġenza għandhom jiġu implimentati, fejn applikabbli, u l-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha għandhom jiġu aġġustati sabiex jittieħed kont tar-riżorsi stmati disponibbli għad-drittijiet għall-pagament.

(24)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta' limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta' appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali, jew għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu riżervi reġjonali. Tali riżervi nazzjonali jew reġjonali għandhom jintużaw, bħala kwistjoni ta' prijorità, biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom fl-iskema u għandhom jitħallew jintużaw biex jitqiesu ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi oħra. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta' drittijiet għall-pagament.

(25)

L-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 wriet li l-Istati Membri ma użawx l-ammont kollu tal-fondi disponibbli skont il-limiti nazzjonali stabbiliti f'dak ir-Regolament. Filwaqt li dan ir-Regolament inaqqas ir-riskju ta' fondi li ma jintużawx meta mqabbel mas-sistema taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri madankollu għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddistribwixxu d-drittijiet għall-pagament għal valur ogħla mill-ammont disponibbli għall-iskema tagħhom ta' pagament bażiku, sabiex ikun iffaċilitat użu aktar effiċjenti tal-fondi. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu, fi ħdan ċerti limiti komuni u b'rispett għal-limiti netti għal pagamenti diretti, jikkalkulaw l-ammont neċessarju li bih jista' jiżdid il-limitu massimu bażiku tagħhom ta' pagament.

(26)

Bħala regola ġenerali, kull erja agrikola tal-impriża, inklużi erjas li ma kinux f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 fl-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 li mal-adeżjoni għażlu li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, li tintuża għal attività agrikola li hija eliġibbli li tibbenefika minn pagament bażiku. Peress li attivitajiet mhux agrikoli jistgħu jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni fid-dħul tal-impriżi agrikoli u għall-vitalità ta' erjas rurali, erja agrikola ta' impriża li tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli għandha tkun ikkunsidrata eliġibbli bil-kondizzjoni li tintuża b'mod predominanti għal attivitajiet agrikoli. Għall-finijiet ta' vvalutar din il-predominanza, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-Istati Membri kollha. F'dan il-kuntest u sabiex jiġi żgurat immirar aħjar tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jfasslu, għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, lista ta' erjas li jintużaw b'mod predominanti għal attivitajiet mhux agrikoli u għalhekk mhux eliġibbli. Barra minn hekk, sabiex tinżamm l-eliġibbiltà ta' art li kienet eliġibbli bil-għan li tattiva drittijiet għas-serħan tal-artijiet qabel it-tneħħija tal-obbligu għas-serħan tal-artijiet, għandu jiġi previst li ċerti erjas afforestati, inklużi dawk afforestati taħt skemi nazzjonali konformi mar-regoli rilevanti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (11) jew ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jew erjas soġġetti għal ċerti impenji ambjentali jkunu eliġibbli li jibbenefikaw mill-pagament bażiku.

(27)

Sabiex jiġi evitat li fi Stat Membru partikolari żieda fl-erja eliġibbli tnaqqas b'mod sproporzjonat l-ammont ta' pagamenti diretti għal kull ettaru u b'hekk taffettwa l-proċess ta' konverġenza interna, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw koeffiċjent ta' tnaqqis biex jiddeterminaw l-erja eliġibbli ta'bwar permanenti fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor tradizzjonalment mhuwiex predominanti fl-erja tar-ragħa, iżda jifforma parti mill-prattiki lokali stabbiliti.

(28)

Fir-rigward tal-qanneb, għandhom jinżammu miżuri speċifiċi biex ikun żgurat li prodotti tal-uċuħ tar-raba' illegali ma jkunux jistgħu jinħbew qalb il-prodotti tal-uċuħ tar-raba' eliġibbli għall-pagament bażiku, u b'hekk tintlaqat b'mod ħażin is-suq tal-qanneb. Għalhekk, il-pagamenti għandhom ikomplu jingħataw biss għal erjas miżrugħin b'varjetajiet ta' qanneb li joffru ċerti garanziji fir-rigward tal-kontenut tiegħu ta' sustanzi psikotropiċi.

(29)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta' pagament bażiku għall-bdiewa, fil-każ ta' wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kiri, bidla fl-istatus jew denominazzjoni, trasferiment ta' drittijiet għall-pagament, u fil-każ ta' amalgamazzjoni jew diviżjoni tal-impriża u fil-każ ta' klawsola tal-kuntratt dwar id-dritt li jiġu riċevuti drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena ta' allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament. Barra minn hekk, id-delega tas-setgħa għandha tkopri wkoll regoli dwar il-kalkolu tal-valur u tan-numru jew dwar il-bidla fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f'rabta mal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament, inklużi r-regoli dwar il-possibbiltà ta' valur proviżorju u n-numru jew iż-żieda proviżorja tad-drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, fuq il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment tal-valur proviżorju u definittiv u n-numru ta' drittijiet għall-pagament u fil-każijiet fejn kuntratt ta' bejgħ jew kiri jista' jaffettwa l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament. Id-delega tas-setgħa għandha tkopri wkoll ir-regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u n-numru ta' drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali; ir-regoli dwar il-modifika tal-valur ta' unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta' frazzjonijiet tad-drittijiet għall-pagament u t-trasferiment tad-drittijiet għall-pagament mingħajr art. Id-delega tas-setgħa għandha tkopri wkoll il-kriterji għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament lil bdiewa li ma rċevewx pagament diretti fl-2013 jew skont l-użu tar-riżerva nazzjonali jew reġjonali; il-kriterji għall-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet fuq in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati; u l-kriterji biex jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' tnaqqis għall-konverżjoni ta' ċerti bwar permanenti għal ettari eliġibbli.

(30)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tad-drittijiet għall-pagament, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament.

(31)

Sabiex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika, is-setgħa biex jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta' regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti fuq kondizzjonijiet skont l-użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u li jistabbilixxu l-proċedura għad-determinazzjoni ta' varjetajiet ta' qanneb u għall-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom.

(32)

Fid-dawl tad-diffikultajiet amministrattivi, tekniċi u loġistiċi konsiderevoli li t-transizzjoni għall-iskema ta' pagament bażiku tirrappreżenta għall-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma għandhom jitħallew japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja bil-għan li jagħtu l-pagament bażiku għal perijodu ulterjuri ta' transizzjoni sa mhux aktar tard minn tmiem l-2020. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jintroduċi l-iskema ta' pagament bażiku sal-2018, huwa jista' jagħżel li jiddiferenzja l-pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont il-livell ta' ċerti pagamenti mogħtija fl-2014 taħt ir-reġim għal appoġġ speċifiku u pagamenti separati previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew, fil-każ ta' Ċipru, taħt il-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur għal għajnuna nazzjonali transitorja.

(33)

Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u sabiex jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta' regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja tal-bdiewa.

(34)

Fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja li tħallew jagħtu għajnuna nazzjonali transitorja, din l-għajnuna kellha rwol importanti fl-appoġġ tad-dħul tal-bdiewa f'setturi speċifiċi. Għal dik ir-raġuni, u sabiex jiġi evitat tnaqqis f'daqqa waħda u sostanzjali ta' appoġġ mill-2015 f'dawk is-setturi li jibbenifikaw, sal-2014, mill-għajnuna nazzjonali transitorja, huwa xieraq li jiġi pprevist, f'dawk l-Istati Membri, li jkun hemm il-possibbiltà li tingħata dik l-għajnuna biex tikkumplementa l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ mal-għajnuna nazzjonali transitorja li ngħatat s'issa, huwa xieraq li jiġu limitati l-kondizzjonijiet għal dawk applikabbli għal dik l-għajnuna fl-2013, jew fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija għal pagament nazzjonali diretti kumplementari, awtorizzati mill-Kummissjoni wara t-talbiet mill-Istati Membri. Huwa wkoll xieraq li jiġu limitati l-ammonti massimi skont is-settur ta' għajnuniet meta mqabbla mil-livelli tagħhom fl-2013, biex jiżguraw it-tnaqqis stabbli tal-livelli ta' għajnuniet u l-kompattibiltà tagħhom mal-mekkaniżmu ta' konverġenza.

(35)

Regoli speċifiċi għandhom jiġu previsti għall-ewwel allokazzjoni u għall-kalkolu tal-valur tad-drittijiet għall-pagament meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont dan ir-Regolament jintroduċu l-iskema ta' pagament bażiku. Sabiex tiġi żgurata transizzjoni mingħajr xkiel bejn dawk l-iskemi, is-setgħa ta' adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli ulterjuri dwar l-introduzzjoni ta' skema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.

(36)

B'kont meħud tal-ħtieġa li l-appoġġ unitarju għall-bdiewa b'impriżi iżgħar ikun biżżejjed sabiex jinkiseb l-objettiv tal-appoġġ tad-dħul b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jiddistribwixxu mill-ġdid l-appoġġ dirett bejn il-bdiewa billi jagħtuhom pagament żejjed għall-ewwel ettari.

(37)

Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib ta' prestazzjoni ambjentali permezz ta' komponent ta' “titjib ekoloġiku” obbligatorju ta' pagamenti diretti li għandu jkun ta' appoġġ għall-prattiki agrikoli li jkunu ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent applikabbli fl-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti sabiex jagħtu pagament annwali flimkien mal-pagament bażiku, li jista' jieħu kont tal-konverġenza interna fl-Istat Membru jew reġjun, għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta' politika kemm dwar il-klima kif ukoll dwar l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta' azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kondizzjonalità u li għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', il-manutenzjoni ta' bwar permanenti,inklużi ġonna tas-siġar tal-frott tradizzjonali fejn is-siġar tal-frott jitkabbru fi bwar permanenti b'densità baxxa, ul-istabbiliment ta' erjas ta' fokus ekoloġiku. Sabiex jinkisbu aħjar l-objettivi ta' "titjib ekoloġiku" u biex jippermettu amministrazzjoni effiċjenti u kontroll tiegħu, tali prattiki għandhom japplikaw għall-erja eliġibbli kollha tal-impriża. In-natura obbligatorja ta' dawk il-prattiki għandha tikkonċerna wkoll lill-bdiewa li l-azjendi tagħhom ikunu kompletament jew parzjalment f'erjas ta' “Natura 2000” koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (13) u bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jew erjas koperti bid-Direttiva jew f'erjas koperti mid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), sakemm dawk il-prattiki jkunu kompatibbli mal-objettivi ta' dawk id-Direttivi.

(38)

Minħabba l-benefiċċji ambjentali rikonoxxuti tas-sistemi ta' biedja organika, il-bdiewa għandhom, għal dawk l-unitajiet tal-azjenda tagħhom li fuqhom jissodisfaw b'mod sħiħ il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (16) jibbenefikaw mill-komponent ta' “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jkun meħtieġ li jissodisfaw xi obbligu ieħor.

(39)

In-nuqqas ta' ħarsien tal-komponent ta'"titjib ekoloġiku" għandu jwassal għal penali abbażi tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(40)

Sabiex tiġi akkomodata d-diversità tas-sistemi agrikoli u s-sitwazzjonijiet ambjentali differenti madwar l-Unjoni, huwa ġġustifikat li jiġu rikonoxxuti, b'żieda mat-tliet prattiki ta' titjib ekoloġiku stabbiliti f'dan ir-Regolament, prattiki koperti mill-miżuri jew skemi ta' ċertifikazzjoni agroambjentali klimatiċi li huma simili għat-titjib ekoloġiku u li jġibu livell ekwivalenti jew ogħla ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Għal raġunijiet ta' ċarezza legali dawn il-prattiki għandhom jitniżżlu f'Anness għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk joffrux lill-bdiewa l-possibbiltà li jużaw prattiki ekwivalenti u l-prattiki ta' titjib ekoloġiku stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex jitolbu lill-bidwi josserva l-aħjar prattiki li huma l-aktar adatti biex jiżguraw l-objettivi tal-miżura u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-prattiki koperti mill-miżuri ekwivalenti notifikati humiex koperti mill-Anness. Jekk il-Kummissjoni tqis li dan mhux il-każ, għandha tinnotifika lill-Istati Membri b'dan permezz ta' atta ta' implimentazzjoni adottat mingħar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Sabiex tippermetti implimentazzjoni aktar sempliċi ta' ekwivalenza u għal raġunijiet ta' kontrollabbiltà, għandhom jitniżżlu regoli fir-rigward tal-qasam kopert minn miżuri ekwivalenti, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tal-miżuri agriambjentali klimatiċi u tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prattiki ekwivalenti huma applikati kif suppost u li jkun evitat finanzjament doppju, is-setgħa ta' adozzjoni ta' ċerti atti għandha tkun delegata lill-Kummissjoni bil-għan li jiżdiedu prattiki mal-lista ta' prattiki ekwivalenti, li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali u, fejn meħtieġ, jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu tal-ammonti relatati.

(41)

L-obbligi rigward id-diversifikazzjoni ta' uċuħ tar-raba' għandhom ikunu applikati b'mod li jikkunsidra d-diffikultà għal azjendi agrikoli iżgħar li jiddiversifikaw, waqt li jkomplu jagħmlu progress lejn benefiċċju ambjentali msaħħaħ, u b'mod partikolari t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet għal azjendi agrikoli li diġà jissodisfaw l-objettivi tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' billi huma koperti b'medda sinifikanti bi bwar jew raba' mhux maħdum, għal azjendi agrikoli speċjalizzati li jdawru l-ħbula raba' kull sena jew għal azjendi agrikoli li minħabba l-lokalizzazzjoni ġeografika tagħhom jkollhom diffikultajiet eċċessivi fl-introduzzjoni tat-tielet wiċċ tar-raba'. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi msemmija fil-miżura ta' diversifikazzjoni ta' uċuħ tar-raba' jiġu applikati b'mod proporzjonat u mhux diskriminatorju u li jwassal għal protezzjoni ambjentali msaħħa, is-setgħa ta' adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' rikonoxximent ta' ġeneri u speċi ulterjuri u l-istabbiliment ta' regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' kalkolu preċiż ta' kwoti ta' uċuħ tar-raba' differenti.

(42)

F'ġieħ il-benefiċċji ambjentali tal-bwar permanenti u b'mod partikolari s-sekwestru tal-karbonju, għandha ssir dispożizzjoni għall-manutenzjoni tal-bwar permanenti. Din il-protezzjoni għandha tikkonsisti fi projbizzjoni tal-ħart u l-konversjoni tal-aktar erjas ambjentali sensittivi ta' “Natura 2000” koperti mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, u ta' salvagwardja aktar ġenerali, ibbażata fuq proporzjon ta' bwar permanenti, kontra l-konversjoni għal użu ieħor. L-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jiddelinjaw ulterjorment l-erjas ambjentalment sensittivi mhux koperti minn dawk id-Direttivi. Barra minn hekk, huma għandhom jagħżlu f'liema livell territorjali il-proporzjon għandu japplika. Sabiex tkun assigurata protezzjoni effiċjenti tal-bwar permanenti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-għan li tiddefinixxi l-qafas għad-desinjazzjoni, mill-Istati Membri, tal-bwar permanenti mhux koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE.

(43)

Sabiex ikun żgurat li l-proporzjon tal-bwar permanenti mal-erja totali agrikola huwa ddeterminat u miżmum b'mod korrett, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' metodi ddettaljati għad-determinazzjoni ta' dak il-proporzjoni, regoli dettaljati dwar il-manutenzjoni ta' bwar permanenti u l-perijodu rilevanti għal obbligu fuq bdiewa individwali li jikkonvertu l-art mill-ġdid.

(44)

Għandhom jiġu stabbiliti erjas ta' fokus ekoloġiku, b'mod partikolari, sabiex jissalvagwardjaw u jtejbu l-bijodiversità fl-azjendi agrikoli. L-erjas ta' fokus ekoloġiku għandhom għalhekk jikkonsistu f'erjas li jolqtu direttament il-biodiversità bħal art mistrieħa, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ, art imtarrġa, biċċiet ta' art ta' lqugħ, erjas afforestati u erjas ta' agrosilvikultura, jew li jolqtu indirettament il-biodiversità permezz ta' użu mnaqqas ta' inputs fl-azjenda agrikola, bħal erjas koperti minn uċuħ li jikbru malajr u kopertura veġetali tax-xitwa. L-obbligi stabbiliti fir-rigward tal-erja ta' fokus ekoloġiku għandhom ikunu applikati b'mod li jiġi evitat li jitpoġġa piż sproporzjonat fuq azjendi agrikoli iżgħar meta mqabbel mal-benefiċċju ambjentali addizzjonali msaħħaħ. Għandhom ikunu previsti eċċezzjonijiet għal azjendi agrikoli li diġà jissodisfaw l-objettivi ta' erjas ta' fokus ekoloġiku billi jkunu koperti b'medda sinifikanti minn bwar jew art mhux maħduma. Jistgħu ukoll isiru eċċezzjonijiet fil-każ ta' Stati Membri bi predominanza ta' foresti,għal bdiewa li jagħmlu attività agrikola f'erjas li qed jiffaċċjaw tfixkil naturali f'ċerti erjas bi predominanza ta' foresti fejn hemm riskju sinifikanti ta' art abbandunata. Barra minn hekk għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibbiltà li Stati Membri u bdiewa jimplimentaw f'livell reġjonali jew kollettiv il-livell ta' obbligi sabiex jiksbu erjas ta' fokus ekoloġiku biswithom li jkunu ta' benefiċċju akbar għall-ambjent. F'ġieħ is-simplifikazzjoni, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jistandardizzaw il-kejl tal-erjas ta' fokus ekoloġiku.

(45)

Sabiex tkun żgurata erjaa ta' fokus ekoloġiku jiġu stabbiliti b'mod effiċjenti u koerenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri, is-setgħa ta' adozzjoni ta' ċerti atti għandha tkun ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ulterjuri ta' kriterji għall-kwalifikazzjoni ta' erjas bħala erjas ta' fokus ekoloġiku; ir-rikonoxximent ta' tipi oħrajn ta' erjas ta' fokus ekoloġiku; l-istabbiliment ta' fatturi ta' konverżjoni u ta' ppeżar għal ċertu tip ta' erja ta' fokus ekoloġiku; l-istabbiliment ta' regoli għall-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, ta' parti mill-erja ta' fokus ekoloġiku fil-livell reġjonali; l-istabbiliment ta' regoli għall-implimentazzjoni kollettiva tal-obbligu li jinżammu fil-viċin ħafna erjas ta' fokus ekoloġiku minn impriżi; l-istabbiliment tal-qafas għall-kriterji, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri, għall-identifikazzjoni ta' tali viċinanza; u l-istabbiliment tal-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta' foresti ma' art agrikkola. Meta żżid tipi oħrajn ta' erjas b'fokus ekoloġiku, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma jkollhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impriża, b'mod partikolari fir-rigward tal-bijodiversità, it-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma, il-preservazzjoni tal-pajsaġġ u biex jintlaħqu l-objettivi ta' mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima.

(46)

Biex issir promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura f'erjas b'restrizzjonijiet naturali speċifiċi, l-Istati Membri għandhom ikun jistgħu jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali abbażi tal-erja flimkien mal-pagament bażiku, lill-bdiewa kollha li joperaw f'dawk l-erjas jew f'uħud minn dawk l-erjas, fejn ikun ġie deċiż mill-Istat Membru. Dak il-pagament ma għandux jissostitwixxi l-appoġġ mogħti taħt programmi ta' żvilupp rurali u ma għandux jingħata lil bdiewa f'erjas li ġew magħżula skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 iżda li ma ġewx magħżula skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(47)

Il-ħolqien u l-iżvilupp ta' attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ hija finanzjarjament ta' sfida u tikkostitwixxi element li għandu jitqies fl-allokazzjoni u fl-identifikazzjoni ta' pagamenti diretti. Dan l-iżvilupp huwa essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni u, għal dik ir-raġuni, għandu jkun stabbilit appoġġ għad-dħul għall-bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jibdew l-attivitajiet agrikoli tagħhom biex ikun iffaċilitat it-twaqqif inizjali tal-bdiewa żgħażagħ u jsir l-aġġustament strutturali tal-azjendi tagħhom wara t-twaqqif inizjali. L-Istati Membri għandhom jużaw għal dak il-għan parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti biex jagħtu lill-bdiewa żgħażagħ pagament annwali abbażi tal-erja, flimkien mal-pagament bażiku. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar metodu ta' kalkolu għal dak il-pagament u, jekk dak il-metodu jimplika obbligu li jistabbilixxi limitu fuq pagament għal kull bidwi, dan il-limitu għandu jiġi stabbilit fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Dak il-pagament għandu jingħata matul perijodu massimu ta' ħames snin, minħabba li għandu jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja tan-negozju u ma għandux isir għajnuna operattiva. Dan għandu jkun disponibbli għall-bdiewa żgħażagħ li jkunu ser jibdew l-attività agrikola tagħhom u li ma jkollhomx aktar minn 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt l-iskema tal-pagament bażiku jew taħt l-iskema tal-pagament uniku skont l-erja.

(48)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejniethom, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli li tirċievi l-pagament għal bdiewa żgħażagħ.

(49)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f'ċerti setturi jew reġjuni f'każijiet definiti b'mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri fis-setturi jew ir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 8 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ, jew 13 % fejn il-livell tagħhom ta' appoġġ akkoppjat jaqbeż il-5 % f'tal-inqas waħda mis-snin tal-perijodu 2010- 2014 jew, fejn japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja sal-31 ta' Diċembru 2014. Barra minn hekk, sabiex tinżamm l-awtonomija ta' settur tat-tgħammir ibbażat fuq il-proteini, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw tal-anqas 2 % tal-limiti nazzjonali tagħhom biex jagħtu appoġġ lill-produzzjoni ta' uċuħ tar-raba' tal-proteini għandhom jitħallew iżidu dawk il-perċentwali b'mhux aktar minn żewġ punti perċentwali. F'każijiet debitament ġustifikati fejn jintwerew ċerti ħtiġijiet sensittivi f'settur jew f'reġjun, u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom. Bħala alternattiva għal dawk il-perċentwali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw sa EUR 3 miljuni fis-sena għall-finanzjamenti tal-appoġġ akkopjat. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta' produzzjoni fis-setturi jew ir-reġjuni konċernati. Dak l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta' Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta' drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-għajnuna akkoppjata volontarja li jkun aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali ffissat għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(50)

Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex ikun evitat finanzjament doppju taħt strumenti ta' appoġġ simili, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna akkoppjata volontarja, kif ukoll ta' regoli dwar il-konsistenza tagħhom ma' miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

(51)

Parti mill-appoġġ għas-settur tal-qoton taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 kompliet tkun marbuta mal-kultivazzjoni tal-qoton permezz ta' pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għal kull ettaru eliġibbli biex ikun żgurat li ma jkunx hemm riskju ta' tfixkil fil-produzzjoni fir-reġjuni li jipproduċu l-qoton, filwaqt li tqiesu l-fatturi kollha lrilevanti. Din l-għażla għandha tinżamm skont l-objettivi stabbiliti fil-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż mal-Att ta' Adeżjoni tal-1979.

(52)

Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-raba' għall-qoton, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli u l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet bil-għan ta' pagament speċifiku għal uċuħ tar-raba' għall-qoton; ir-regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dak il-pagament, dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-prassi agronomika; il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali; l-obbligi għall-produtturi; u r-regoli ji jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax dawk il-kriterji.

(53)

Il-Kapitolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 (17) ppreveda li kull Stat Membru li jipproduċi l-qoton għandu jippreżenta lill-Kummissjoni jew kull erba' snin u għall-ewwel darba sal-1 ta' Jannar 2009 abbozz ta' programm ta' ristrutturar ta' erba' snin, jew sal- 31 ta' Diċembru 2009 abbozz uniku ta' programm ta' ristrutturar modifikat ta' tmien snin. L-esperjenza wriet li r-ristrutturar tas-settur tal-qoton ikun servut aħjar permezz ta' miżuri oħra, inklużi dawk ta' programmar ta' żvilupp rurali ffinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Tali miżuri jippermettu wkoll koordinazzjoni akbar ma' miżuri f'setturi oħra. Madankollu, għandhom jitħarsu d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi ta' impriżi diġà involuti fi programmi ta' ristrutturar. Għalhekk, il-programmi li għaddejjin ta' erba' jew tmien snin għandhom jitħallew ikomplu sat-tmiem tagħhom mingħajr possibilità ta' estensjoni. Fondi disponibbli mill-programi ta' erba' snin wara jkunu jistgħu jiġu integrati fil-fondi disponibbli tal-Unjoni għal miżuri taħt l-iżvilupp rurali mill-2014. Minħabba l-perijodu ta' programmar, il-fondi disponibbli wara tmiem il-programmi ta' tmien snin ma jkunux utli għal programmi ta' żvilupp rurali fl-2018 u jistgħu, għalhekk ikunu aktar utli jekk ikunu ttrasferiti għal skemi ta' appoġġ skont dan ir-Regolament, kif diġà previst fir-Regolament (KE) Nru 637/2008. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 ma għandux, għalhekk, jintuża aktar mill-1 ta' Jannar 2014 jew mill-1 ta' Jannar 2018 fir-rigward tal-Istati Membri li, rispettivament, ikollhom programmi ta' erba' jew tmien snin u għalhekk għandu jitħassar.

(54)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu jew pagament ta' ammont f'daqqa li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha, jew pagament ibbażat fuq l-ammont dovut lill-bdiewa kull sena. Għandhom jiġu introdotti regoli li jissimplifikaw il-formalitajiet permezz li jitnaqqsu, inter alia, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar, bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma' kundizzjonalità u ma' kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, waqt li jkun mifhum li l-leġislazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta' dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu, fil-prinċipju, ikun limitat għall-impriżi eżistenti. Il-parteċipazzjoni ta' bdiewa fl-iskema għandu jkun b'għażla. Madankollu, sabiex l-impatt tal-iskema jiżdied aktar f'termini ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jinkludu ċerti bdiewa fl-iskema b'mod awtomatiku bil-possibbiltà għalihom li joħorġu minnha.

(55)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' kondizzjonijiet għall -parteċipazzjoni fl-iskema tal-bdiewa żgħażagħ jekk is-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tinbidel.

(56)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f'dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta' appoġġ stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 228/2013. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament relatati mal-pagament bażiku u ma' pagamenti relatati, ma' appoġġ akkoppjat u mal-iskema għall-bdiewa żgħar ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni.

(57)

Huma meħtieġa notifiki mingħand l-Istati Membri għall-fini ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u għall-fini tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-ġestjoni ta' pagamenti diretti. […] Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u sabiex dawn in-notifiki ikunu rapidi, effiċjenti, preċiżi, kosteffettivi u kompatibbli mal-protezzjoni tad-data personali, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-miżuri meħtieġa rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jew bil-għan ta' ċċekkjar, ikkontrollar, monitoraġġ, evalwar u awditjar tal-pagamenti diretti u għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali, inkluż rekwiżiti ta' notifika taħt dawk il-ftehimiet u fir-rigward ta' regoli ulterjuri dwar in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, il-kategoriji tad-data li għandhom jiġu proċessati u l-perijodu massimu li jistgħu jinżammu, id-drittijiet ta' aċċess għall-informazzjoni jew is-sistemi u l-kondizzjonijiet ta' informazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

(58)

Data personali miġbura għall-fini tal-applikazzjoni ta' pagamenti diretti għandha tiġi pproċessata b'mod li jkun kompatibbli ma' dawk il-finijiet. Għandha wkoll issir anonima, tiġi aggregata meta pproċessata għal finijiet ta' monitoraġġ jew ta' evalwazzjoni u tiġi protetta skont il-liġi tal-Unjoni li tikkonċerna l-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u tal-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

(59)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ta opinjoni fl-14 ta' Diċembru 2011 (20).

(60)

Sabiex tiġi żgurata transizzjoni mingħajr xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-miżuri meħtieġa biex ikun protett kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattiva leġittima tal-bdiewa.

(61)

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tevita kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni fost il-bdiewa, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta': l-istipular tal-ammont li għandu jiġi inkluż fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja; l-iffissar tal-limiti massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku; l-adozzjoni ta' regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta' regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta' miżuri fir-rigward tar-riverżjoni tad-drittijiet għall-pagament mhux attivati għar-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta' modalitajiet tan-notifika ta' trasferiment tad-drittijiet għall-pagament lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dati ta' skadenza li fihom għandhom iseħħu notifiki bħal dawn; l-iffissar tal-limiti massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja; l-adozzjoni ta' regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament ppreżentati fis-sena ta' allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fejn l-Istati Membri jaqilbu għall-iskema ta' pagament bażiku; l-iffissar tal-limiti massimi annwali għall-pagament ridistributtiv. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(62)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex jiġu evitati kompetizzjoni mhux ġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta': l-adozzjoni ta' regoli dwar il-proċedura għan-notifiki tal-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki ekwivalenti; l-adozzjoni ta' ċerti limiti li fi ħdanhom l-obbligu li jinżammu bwar permanenti huwa kkunsidrat li huwa konformi; l-istabbilment tal-limitu massimu annwali għall-pagament għall-prattiki agrikoli li huma benefiċjali għall-klima u l-ambjent; l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali; l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(63)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex jiġu evitati kompetizzjoni mhux ġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta': l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-għajnuna akkoppjata volontarja; l-adozzjoni ta' regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u dwar in-notifiki għall-produtturi relatati mal-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton; l-adozzjoni ta' regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton; l-adozzjoni ta' regoli li jirrigwardaw rekwiżiti u metodi ġenerali ta' notifika; u l-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa u ġustifikabbli biex jissolvew problemi speċifiċi f'emerġenza. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(64)

Sabiex jissolvew problemi urġenti f'xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema ta' pagamenti diretti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament meta, f'każijiet iġġustifikati b'mod dovut f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jaffettwaw l-għoti ta' appoġġ u jipperikolaw l-implimentazzjoni effettiva tal-pagamenti taħt l-iskemi ta' appoġġ elenkati f'dan ir-Regolament.

(65)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba r-rabtiet bejn dan ir-Regolament u strumenti oħrajn tal-PAK, id-differenzi bejn diversi erjas rurali u r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri f'Unjoni mkabbra, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-garanzija pluriennali tal-finanzjament tal-Unjoni u permezz ta' konċentrazzjoni fuq prijoritajiet identifikati, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(66)

Billi r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jkompli japplika fl-2014, dan ir-Regolament għandu japplika b'mod ġenerali mill-1 ta' Jannar 2015. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-flessibilità bejn il-kolonni jistipulaw il-possibilità għal Stati Membri li jieħdu deċiżjonijiet u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Barra minn hekk, dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament jeħtieġu li tittieħed azzjoni fl-2014. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom għaldaqstant japplikaw mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(67)

Minħabba l-urġenza li titħejja l-implimentazzjoni mingħajr problemi tal-miżuri maħsuba, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

regoli komuni dwar il-pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa skont l-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I ("pagamenti diretti");

(b)

regoli speċifiċi dwar:

(i)

pagament bażiku għall-bdiewa ("l-iskema ta' pagament bażiku") u skema transizzjonali simplifikata, "l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja");

(ii)

għajnuna nazzjonali transitorja volontarja għall-bdiewa;

(iii)

pagament ridistributtiv volontarju;

(iv)

pagament għall-bdiewa li jħarsu prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent;

(v)

pagament volontarju għall-bdiewa f'erjas b'restrizzjonijiet naturali;

(vi)

pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom;

(vii)

skema ta' għajnuna akkoppjata volontarja;

(viii)

pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton;

(ix)

skema volontarja ssimplifikata għall-bdiewa żgħar;

(x)

qafas li fih il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jikkomplementaw l-pagamenti diretti.

Artikolu 2

Emenda tal-Anness I

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jemendaw il-lista ta' skemi ta' appoġġ imniżżla fl-Anness I, sa fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' kwalunkwe att leġislattiv ġdid dwar l-iskemi ta' appoġġ li jista' jiġi adottat wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Applikazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew

L-Artikolu 11 ma għandux japplika għar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 TFUE ("ir-reġjuni l-aktar imbiegħda") u għall-pagamenti diretti mogħtija fil-gżejjer minuri tal-Eġew skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013.

It-Titoli III, IV u V ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għar-reġuni ultraperiferiċi.

Artikolu 4

Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet relatati

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom tkun fl-ambitu territorjali tat-Trattati, kif iddefinit fl-Artikolu 52 tat-TUE, flimkien mal-Artikoli 349 u 355 TFUE, u li jeżerċita attività agrikola;

(b)

"impriża" tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c)

"attività agrikola" tfisser:

(i)

il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta' biedja,

(ii)

iż-żamma ta' erja agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli tas-soltu, abbażi ta' kriterji stabbiliti mill-Istati Membri abbażi ta' qafas stabbilit mill-Kummissjoni, jew

(iii)

it-twettiq ta' attività minima,, definita mill-Istati Membri, fuq erjas agrikoli li huma miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;

(d)

"prodotti agrikoli" tfisser il-prodotti, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, elenkati fl-Anness I għat-Trattati kif ukoll il-qoton;

(e)

"erja agrikola" tfisser kull erja meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti u mergħat permanenti, jew uċuħ tar-raba’ permanenti;

(f)

"raba'" tfisser art li hija kkultivata għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' jew erjas disponibbli għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' iżda li hija mistrieħa, inklużi erjas mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, irrispettivament jekk l-art tinsabx taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli;

(g)

"uċuħ tar-raba' permanenti" tfisser uċuħ tar-raba' li mhumiex taħt sistema ta' rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet u msaġar b'rotazzjoni qasira;

(h)

"bwar permanenti u mergħat permanenti", (flimkien imsemmija "bwar permanenti") tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ kultivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew iktar; tista' tinkludi speċi oħra, bħal arbuxelli u/jew siġar li jista' jsir ir-ragħa fuqhom dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti kif ukoll, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, art li tista' tintuża għar-ragħa u li hija parti minn prattiki lokali stabbiliti, fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex tradizzjonalment predominanti f'erjas tar-ragħa;

(i)

"ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor" tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f'mergħat naturali u normalment inklużi f'taħlitiet ta' żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru, kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le;

(j)

"mixtliet" tfisser l-erjas li ġejjin ta' pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) li jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu band'oħra:

mixtliet ta' dwieli u għeruq,

mixtliet ta' siġar tal-frott u frott tal-bosk,

mixtliet ornamentali,

mixtliet kummerċjali ta’ siġar tal-foresti esklużi dawk għar-rekwiżiti tal-impriża stess imkabbra f’art imsaġġra,

mixtliet ta' siġar u sġajriet biex jitħawlu f'ġonna, parks, mat-toroq u fuq ċnut (pereżempju pjanti ta' sġajriet li jagħmlu sies, siġar tal-ward u sġajriet ornamentali oħrajn, koniferi ornamentali), inklużi fil-każijiet kollha z-zkuk tagħhom u n-nebbieta żgħar;

(k)

"msajġar ta' rotazzjoni qasira" tfisser erjas mħawlin b'dawk l-ispeċijiet ta' siġar tal-kodiċi NM 0602 90 41 li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri li jikkonsistu minn uċuħ tar-raba' għudin, perenni, li r-riżomi jew l-għeruq tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, b'rimjiet ġodda li joħorġu fl-istaġun ta' wara u b'ċiklu ta' ħsad massimu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri;

(l)

"bejgħ" tfisser il-bejgħ jew kwalunkwe trasferiment ieħor definittiv tal-proprjetà ta' art jew ta' drittijiet għall-ħlas, ma jinkludix il-bejgħ ta' art fejn l-art tkun ġiet trasferita lil awtoritajiet pubbliċi jew għall-użu fl-interess pubbliku u fejn it-trasferiment jitwettaq għal finijiet mhux agrikoli;

(m)

"kiri" tfisser ftehim tal-kiri jew transazzjoni temporanja simili;

(n)

"trasferiment" tfisser il-kiri jew il-bejgħ jew il-wirt proprju jew il-wirt antiċipat ta' art jew drittijiet għal pagamenti jew kwalunkwe trasferiment definittiv ieħor ta' dan; dan ma jkoprix ir-riverżjoni ta' drittijiet mal-iskadenza ta' kirja.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;

(b)

fejn applikabbli fi Stat Membru, jiddefinixxu l-attività minima li għandha titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;

(c)

jiddefinixxu l-ispeċijiet ta' siġar li jikkwalifikaw għal msajġar b'rotazzjoni qasira u jiddeterminaw iċ-ċiklu ta' ħsad massimu fir-rigward ta' dawk l-ispeċijiet ta' siġar, kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dik l-art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fl-erjas tar-ragħa, għandha tiġi kkunsidrata bħala bwar permanenti, kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

3.   Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxi:

(a)

il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;

(b)

il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitàminima li trid titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;

(c)

il-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor u l-kriterji biex jiġu determinati l-prattiki lokali stabbiliti msemmija fil- punt (h) tal-paragrafu 1.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR PAGAMENTI DIRETTI

KAPITOLU 1

Regoli komuni dwar il-pagamenti diretti

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan għandhom japplikaw għall-iskemi previsti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Limiti massimi nazzjonali

1.   Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-limitu massimu nazzjonali li jkun jinkludi l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament allokati kollha, tar-riżerva nazzjonali jew tar-riżervi reġjonali u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.

Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fl-Artikolu 22(2), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkulat skont dak il-paragrafu.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għal kull Stat Membru li japplika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u għal kull sena, il-limitu nazzjonali, li jinkludi l-limiti stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 36, 42, 47, 49, 51 u 53, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.

3.   Biex tqis l-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2), il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jadatta l-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Limiti massimi netti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw fi Stat Membru skont it-Titoli III, IV u V fir-rigward ta' sena kalendarja, wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 11, ma għandux ikun ogħla mil-limitu massimu korrispondenti stipulat fl-Anness III.

Fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw fi Stat Membru jkun ogħla mil-limitu massimu stabbilit fl-Anness III, dak l-Istat Membru għandu jwettaq tnaqqis lineari fl-ammonti tal-pagamenti diretti kollha bl-eċċezzjoni ta' pagamenti diretti mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013.

2.   Għal kull Stat Membru u għal kull sena kalendarja, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti imsemmi fl-Artikolu 11 (li jkun rifless fid-differenza bejn il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 58, u l-limitu massimu nett stabbilit fl-Anness III) għandu jsir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta' żvilupp rurali ffinanzjat skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.   Sabiex tqis l-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta' pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet magħmulin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jadattaw il-limiti massimi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8

Dixxiplina finanzjarja

1.   Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.

2.   B'riżultat tal-introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti previsti fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Bulgarija u r-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2016.

B'riżultat tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2022.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-aġġustamenti tal-pagamenti diretti fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu regoli abbażi tal-kalkolu ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri għall-bdiewa skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Artikolu 9

Bidwi attiv

1.   Ma għandu jingħata l-ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u li ma jwettqux l-attività minima definita mill-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(2) f'dawk iż-żoni.

2.   Ma għandu jingħata l-ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jħaddmu ajruporti, kumpanniji tal-ferrovija, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, kumpanniji li jbigħu l-proprjetà, postijiet permanenti fejn isiru sports u attivitajiet rikreattivi.

Fejn adegwat, l-Istati Membri għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi u-nondiskriminatorju, jiddeċiedu li jżidu mal-lista fl-ewwel subparagrafu kwalunkwe negozju jew attività simili oħra li mhix agrikola, u jistgħu sussegwentement jiddeċiedu li jneħħu kwalunkwe żieda bħal din.

Persuna jew grupp ta' persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu, madankollu, jitqies bħala bidwi attiv jekk dan jipprovdi evidenza verifikabbli, fil-forma meħtieġa mill-Istati Membri, li turi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

li l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa mill-inqas 5 % tal-irċevuti totali li kiseb minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar reċenti li għaliha hija disponibbli tali evidenza;

(b)

li l-attivitajiet agrikoli tiegħu mhumiex insinifikanti;

(c)

li l-objettivi prinċipali tan-negozju jew tal-kumpannija tiegħu jikkonsistu fl-eżerċitar ta' attività agrikola.

3.   Barra mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, li l-ebda pagament dirett ma għandu jingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi:

(a)

li l-attivitajiet agrikoli tagħhom ikunu biss jagħmlu parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom; u/jew

(b)

li l-attività prinċipali jew l-objettivi tal-kumpannija tagħhom ma jikkonsistux fl-eżerċizzju ta' attività agrikola.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal bdiewa li rċevew biss pagamenti diretti li ma jaqbżux ċertu ammont għas-sena ta' qabel. Tali ammont għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-karatteristiċi nazzjonali jew reġjonali tagħhom, u ma għandux ikun aktar minn EUR 5 000.

5.   Sabiex jiġi garantit il-ħarsien tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu:

(a)

kriterji biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn żona agrikola ta' bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;

(b)

kriterji biex tiġi stabbilita d-distinzjoni bejn riċevuti li jirriżultaw minn attivvitajiet agrikoli u mhux agrikoli;

(c)

kriterji biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ pagamenti diretti msemmija fil-paragrafi 2 u 4, speċjalment rigward pagamenti diretti fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll rigward pagamenti diretti għall-bdiewa żgħażagħ;

(d)

kriterji li għandhom jilħqu l-bdiewa biex għall-għanijiet tal-paragrafi 2 u 3 jagħtu prova li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex insinifikanti u li n-negozju ewlieni tagħhom jew l-oġġetti tal-kumpannija jikkonsistu mill-eżerċitazzjoni ta' attività agrikola.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 jew 4 u, f'każ li tiġi emendata, fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha tittieħed kwalunkwe deċiżjoni għall-emendar.

Artikolu 10

Rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu f'liema wieħed mill-każijiet li ġejjin, li ma jagħtux pagamenti diretti lil bidwi:

(a)

fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti mitlub jew li jkun imissu jingħata qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 f'sena kalendarja partikolari jkun anqas minn EUR 100;

(b)

fejn l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha jintalbu pagamenti diretti jew li jkun imisshom jingħataw qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tkun anqas minn ettaru.

2.   Biex iqisu l-istruttura tal-ekonomiji agrikoli tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livelli limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-limiti stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Meta Stat Membru jkun iddeċieda li japplika livell limitu għal żona skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, għandu madankollu japplika l-punt (a) ta' dak il-paragrafu għal dawk il-bdiewa li qed jirċievu l-appoġġ akkoppjat relatat mal-annimali msemmi fit-Titolu IV li għandhom anqas ettari mil-livell limitu għaż-żona.

4.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew.

5.   Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, għas-sena 2015, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-punt (a)_tal-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont rilevanti stabbilit fil-punt A tal-Anness V.

Fil-Kroazja, għas-snin 2015-2021, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont stabbilit fil-punt A tal-Anness VI.

Artikolu 11

Tnaqqis tal-pagamenti

1.   L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III għal sena kalendarja partikolari għall-inqas b'5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000.

2.   Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom inaqqsu s-salarji marbuta ma' attività agrikola li tkun fil-fatt tħallset jew ġiet iddikjarata mill-bidwi fis-sena kalendarja preċedenti, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjieg, mill-ammont tal-pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III f'sena kalendarja partikolari. Meta ma tkun disponibbli l-ebda data dwar is-salarji li fil-fatt tħallsu u ġew iddikjarati mill-bidwi fis-sena kalendarja ta' qabel, għandha tintuża l-aktar data reċenti disponibbli.

3.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ridistributtiv lill-bdiewa skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III u jużaw aktar minn 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II għal dak il-għan, huwa jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ridistributtiv lill-bdiewa skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III u l-applikazzjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 41(4) tipprevjenih milli juża aktar minn 5 % mil-limitu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II għal dak il-għan, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu.

4.   Ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ billi jiġi evitat it-tnaqqis għall-pagament favur bdiewa, li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li ħolqu artifiċjalment, wara t-18 ta' Ottubru 2011, il-kundizzjonijiet biex jevitaw l-effetti ta' dan l-Artikolu.

5.   Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu skont dan l-Artikolu u dwar kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin 2015 sa 2019.

Artikolu 12

Talbiet multipli

L-erja li tkun taqbel mal-għadd ta' ettari eliġibbli li fir-rigward tagħha tkun saret applikazzjoni għal pagament bażiku minn bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tista' tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal kwalunkwe pagament dirett ieħor kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna oħra mhux koperta b'dan ir-Regolament, ħlief kif espliċitament previst xort'oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Għajnuna mill-Istat

B’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmulin mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, sa 15 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2014 stipulata fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2015 sal-2019 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi f'dak is-subparagrafu, li jista' jvarja b'sena kalendarja.

L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena kalendarja 2014, sa 1 ta' Awwissu 2014, jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward is-snin kalendarji 2015 sa 2019 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 % jew, fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit, sa 25 % tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal kif imsemmi f'dak is-subparagrafu li jista' jvarja b'sena kalendarja.

L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2015 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward tas-snin finanzjarji 2016 sa 2020 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett għas-snin finanzjarji 2019 u 2020. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.

Artikolu 15

Reviżjoni

L-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja. Dik ir-reviżjoni tista' twassal għall-adozzjoni ta' atti leġislattivi, atti ddelegati taħt l-Artikolu 190 TFUE jew atti ta' implimentazzjoni taħt l-Artikolu 291 TFUE.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Bulgarija, għall-Kroazja u għar-Rumanija

Artikolu 16

Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija

Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-limiti massimi iffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51, 53 u 65 għandhom, għall-2015, jiġu stabbiliti abbażi tal-ammont stipulat fil-punt A tal-Anness V.

Artikolu 17

Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Kroazja

Fil-Kroazja, il-pagamenti diretti għandhom jiddaħħlu skont l-iskeda ta’ żidiet li ġejja, espressi bħala perċentwal tal-livell korrispondenti tal-pagamenti diretti, kif applikati mill-2022:

 

25 % fl-2013,

 

30 % fl-2014,

 

35 % fl-2015,

 

40 % fl-2016,

 

50 % fl-2017,

 

60 % fl-2018,

 

70 % fl-2019,

 

80 % fl-2020,

 

90 % fl-2021,

 

100 % mill-2022 'il quddiem.

Artikolu 18

Pagament dirett nazzjonali komplementari u pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija

1.   Fl-2015, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jużaw pagamenti diretti nazzjonali biex jikkomplementaw pagamenti mogħtija skont l-iskema ta' pagament bażiku msemmija fit-Taqsimiet 1, 2, u 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III. L-ammont totali ta' dawk il-pagamenti ma għandhomx jaqbżul-ammont rilevanti stipulat fil-punt B tal-Anness V.

2.   Fl-2015, il-Bulgarija tista' tuża pagamenti diretti nazzjonali biex tikkomplimenta pagamenti mogħtija skont il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. L-ammont totali ta' dawk il-pagamenti m'għandux jaqbeż l-ammont stabbiliti fil-punt C tal-Anness V.

3.   Il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari għandhom jingħataw skont kriterji oġġettivi u b'mod li jkun żgurat it-trattament indaqs tal-bdiewa u li jkunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

Artikolu 19

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja

1.   Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kroazja tista' tikkomplementa kwalunkwe waħda mill-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I, fejn rilevanti.

2.   L-ammont ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li jista' jingħata f'sena partikolari u għal skema ta’ appoġġ partikolari għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku. Dan il-pakkett għandu jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn:

(a)

l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-introduzzjoni sħiħa tal-pagamenti diretti f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja 2022, u

(b)

l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja kkonċernata.

3.   L-ammont totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari mogħtija ma għandux jaqbeż il-limitu massimu stipulat fil-punt B tal-Anness VI għal sena kalendarja korrispondenti.

4.   Il-Kroazja tista' tiddeċiedi, abbażi ta' kriterji oġġettivi u wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, dwar l-ammonti ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li għandha tingħata.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw il-pagamenti skont dan l-Artikolu, waqt li tispeċifika l-iskemi ta’ appoġġ rilevanti u tiddefinixxi sa liema livell jistgħu jitħallsu l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari.

Fir-rigward tal-pagamanti diretti nazzjonali komplementari maħsubin biex jikkumplementaw l-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi speċifiċi ta’ biedja jew is-setturi agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 52(3) li jistgħu jirrelataw magħhom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3).

6.   Il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja għandhom ikunu identiċi dawk għall-appoġġ skont skemi ta’ appoġġ korrispondenti, kif stipulat f'dan ir-Regolament.

7.   Pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba żviluppi fil-PAK. Huma għandhom jingħataw skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa, u b'mod li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

8.   Il-Kroazja għandha tressaq rapport li jipprovdi tagħrif dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari sat-30 ta' Ġunju tas-sena wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:

(a)

kull bdil fis-sitwazzjoni li tkun taffettwa l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari;

(b)

għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji u l-ammont totali ta' pagamenti dirett nazzjonali komplementari mogħti, kif ukoll l-ettari u l-għadd ta' annimali, jew unitajiet oħra li għalihom ingħata dak il-pagament dirett nazzjonali kumplimentari;

(c)

rapport dwar il-miżuri ta’ kontroll applikati b'rabta mal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari mogħtija.

Artikolu 20

Riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja

1.   Mill-2015 'il quddiem, il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, biż-żoni li jkunu ġew identifikati skont l-Artikolu 57a(10) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ngħataw lura għall-użu agrikolu, fis-sena kalendarja ta' qabel.

Il-Kroazja għandha tinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' drittijiet għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel, kif ukoll l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data.

Fejn applikabbli, in-notifiki previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom isiru għal kull reġjun, kif iddefinit skont l-Artikolu 23(1) ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta tadatta l-Anness II skont l-Artikolu 6(3), il-Kummissjoni għandha tikkalkula kull sena l-ammont li għandu jiżdied mal-ammonti stipulati għall-Kroazja f'dak l-Anness, għall-finanzjament tal-appoġġ li għandu jingħata skont l-iskemi elenkati fl-Anness I għaż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan l-ammont għandu jiġu kkalkulat abbażi tad-data nnotifikata mill-Kroazja f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-istima tal-pagament dirett medju għal kull ettaru fil-Kroazja għas-sena kkonċernata.

L-ammont massimu li għandu jiżdied skont l-ewwel subparagrafu, abbażi taż-żoni kollha nnotifikati mill-Kroazja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sal-2022, għandu jkun ta’ EUR 9 600 000, u għandu jkun, soġġett għall-iskeda tal-introduzzjoni tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 17. L-ammonti annwali massimu li jirriżultaw huma stipulat fl-Anness VII.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw is-sehem tal-ammont li għandu jiżdied skont il-paragrafu 2 li l-Kroazja għandha tinkludi fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini, sabiex jiġu allokati drittijiet ta’ pagamenti għaż-żona msemmija fil-paragrafu 1. Dak is-sehem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-livell massimu tal-iskema ta' pagament bażiku u l-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II qabel iż-żieda tal-limitu massimu nazzjonali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

4.   Għas-snin 2015 sal-2022, il-Kroazja għandha tuża r-riżerva speċjali nazzjonali għat- tneħħija tal-mini biex talloka d-drittijet għall-pagament lill-bdiewa abbażi tal-art li minnha jkunu tneħħew il-mini, iddikjarati mill-bdiewa fis-sena inkwistjoni fejn:

(a)

tali art tikkonsisti f'ettari eliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 32(2) sa (5);

(b)

l-art inkwistjoni ngħatat lura għall-użu agrikolu tul is-sena kalendarja ta’ qabel u

(c)

l-art tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti skont dan l-Artikolu għandu jkun il-valur medju nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għall-pagament fis-sena tal-allokazzjoni, fil-limiti tal-ammont disponibbli fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini.

6.   Sabiex jittieħed kont tal-konsegwenzi ta' meta l-art li minnha jkunu tneħħew il-mini terġa' tibda tintuża għal attivitajiet agrikoli kif innotifikat mill-Kroazja f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 biex jiġu adattati l-ammonti stabbiliti fl-Anness VI.

TITOLU III

SKEMA TA' PAGAMENT BAŻIKU, SKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA U PAGAMENTI RELATATI

KAPITOLU I

Skema ta' pagament bażikuu skema ta' pagament uniku skont l-erja

Taqsima 1

Stabbiliment tal-iskema ta’ pagament bażiku

Artikolu 21

Drittijiet għall-pagament

1.   Għandu jkun disponibbli appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa:

(a)

li jakkwistaw drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta' allokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 20(4), permezz tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 39, permezz ta' allokazzjoni mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali skont l-Artikolu 30 jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 34; jew

(b)

li jkunu konformi mal-Artikolu 9 u li għandhom bi sjieda jew b'kirja drittijiet għall-pagament fi Stat Membru li ddeċieda, f'konformità mal-paragrafu 3, li jżomm id-drittijiet għall-pagament eżistenti tiegħu.

2.   Id-drittijiet għall-pagament miksubin skont l-iskema ta' pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2014.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li stabbilixxew l-iskema ta' pagament uniku skont it-Taqsima I tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III jew il-Kapitolu 6 tat-Titolu III tar-Regolament (KE)Nru 1782/2003 jew il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti. Huma għandhom jinnotifikaw kwalunkwe tali deċiżjoni lill-Kummissjoni sa dik id-data.

4.   Fir-rigward ta' Stati Membri li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3, meta l-għadd ta' drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jkollu bidwi fid-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jaqbeż l-għadd ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni għall-għajnuna f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-2015 u li huma disponibbli għalih f'data stabbilita mill-Istat Membru, li m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendi tal-imsemmija applikazzjoni għall-għajnuna, l-għadd ta' drittijiet għall-pagament li jaqbżu l-għadd ta' ettari eliġibbli għandhom jiskadu fl-aħħar data.

Artikolu 22

Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu għal kull Stat Membru, il-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali li jinsab fl-Anness II l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

2.   Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal- Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku skont lil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 bil-perċentwal annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.

4.   Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti u r-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali annwali rispettiv stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

5.   Jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ikun differenti minn dak tas-sena ta’ qabel, bħala riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni li ttieħdet minn dak l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 14(1), it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 14(2), l-Artikolu 42(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1), jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali

1.   Sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F'dawk il-każijiet huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u soċjoekonomiċi tagħhom, il-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom.

L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 jistgħu jieħdu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.

2.   L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagamanet bażiku msemmi fl-Artikolu 22(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 30(2) għandhom jagħmlu dik id-diviżjoni wara li japplikaw it-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 30(1).

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu soġġetti għal modifiki progressivi annwali f'konformità mal-istadji annwali stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji bħall-potenzjonal agrikolu jew kriterja ambjentali.

4.   Sakemm ikun meħtieġ għall-ħarsien tal-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f'kull wieħed mir-reġjuni rilevanti.

5.   L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 jista' jiddeċiedi li jwaqqaf l-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fil-livell reġjonali minn data li għandha tiġi stabbilita minnhom.

6.   L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Awwissu 2014.

L-Istati Membri li japplikaw it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Awwissu tas-sena rilevanti.

L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu 24

L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament

1.   Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati għal pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:

(a)

japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-2015 li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b'eċċezzjoni fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; u

(b)

jkunu intitolati li jirċievu pagamenti, qabel kull tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transitorja jew għal pagamenti diretti nazzjonali komplementari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u li:

(a)

ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li, fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (22) għas-sena ta' talba 2013:

(i)

fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku:

kienu qed jipproduċu frott, ħaxix, patata għall-konsum, patata taż-żriegħ jew pjanti ornamentali, u għamlu dan fuq erja minima f'termini ta' ettari jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jadotta tali rekwiżit, jew

kienu qed jikkultivaw vinji; jew

(ii)

fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjonijiet agrikoli tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

fl-2014, jiġu allokati drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-Artikolu 41 jew 57 tar-Regolament (KE)Nru73/2009; jew

(c)

qatt ma kellhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li ppreżentaw evidenza verfikabbli li fid-data stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba 2013, huma pproduċew, rabbew jew kabbru prodotti agrikoli, inkluż permezz tal-ħsad, it-taħlib, it-tgħammir tal-annimali u ż-żamma ta' annimali għal skopijiet ta' trobbija. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-objettiv addizzjonali tagħhom stess u kriterji ta' eliġibbiltà nondiskriminatorji għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.

2.   Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi fl-2015 għandu jkun ugwali għan-numru ta’ ettari eliġibbli, li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-2015 u li huma għad-dispożizzjoni tiegħu f'data stabbilita mill-Istat Membru. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendar ta' tali applikazzjoni għall-għajnuna.

3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw waħda jew aktar mil-limitazzjonijiet, kif stabbilit fil-paragrafi 4 sa 7, fuq in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati taħt il-paragrafu 2:

4.   Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li n-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandu jiġi allokat għandu jkun ugwali jew għan-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi ddikjara skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013, jew in-numru ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, skont liema numru jkun l-iżgħar. Għall-Kroazja, l-użu ta' din l-għażla għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament għall-ettari li tneħħewlhom il-mini f'konformità mal-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament.

5.   Fejn in-numru totali ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ddikjarat fi Stat Membru jirriżulta f'żieda ta' aktar minn 35 % tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2009, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati fl-2015 għal minimu ta' jew 135 % jew 145 % tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2009, jew, fil-każ tal-Kroazja tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2013, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament(KE)Nru 73/2009.

Meta tintuża din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jallokaw għadd imnaqqas ta' drittijiet għall-pagament lill-bdiewa. Dak l-għadd għandu jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni ta' tnaqqis proporzjonali għall-għadd addizzjonali ta' ettari eliġibbli ddikjarati minn kull bidwi fl-2015 meta mqabbel man-numru ta' ettari eliġibbli skont is-sens tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE)Nru73/2009 li dak il-bidwi ddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna fl-2011, jew fil-każ tal-Kroazja, fl-2013, mingħajr preġudizzju għall-ettari li tneħħewlhom il-mini li għalihom għandhom jiġu allokati drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw, għall-fini tal-istabbiliment ta' għadd ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lill-bidwi, koeffiċjent ta' tnaqqis għal dawk l-ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 li jikkonsistu minn bwar permanenti f'żoni b'kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, speċjalment minħabba l-altitudini tagħhom, u restrizzjonijiet naturali oħrajn bħal kwalità fqira ta' ħamrija, l-inklinazzjoni tal-art u l-provvista tal-ilma;

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għadd ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lill-bidwi għandhom ikunu ugwali għan-numru ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li ma kinux ettari ta' vinji fid-data stabbilita mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba 2013 jew ettari ta' raba' b'serer permanenti.

8.   Fil-każ tal-bejgħ jew kiri tal-azjenda tagħhom jew parti minnha, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel id-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-2015 li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jittrasferixxu d-dritt li jirċievu drittijiet għall-pagament f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil bidwi wieħed jew aktar sakemm dan tal-aħħar jikkonforma mal-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

9.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi daqs minimu għal kull impriża, espress f’termini ta’ ettari eliġibbli li fir-rigward tiegħu l-bidwi jista' japplika għal allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Dak id-daqs minimu ma għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) flimkien mal-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.

10.   L-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu sal-1 ta' Awwissu 2014.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagament fejn dawk id-drittijiet għall-pagamenti ma jkunux għandhom jistgħu jiġu stabbiliti b'mod definittiv u fejn dik l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 25

Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza

1.   Fl-2015, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-valur ta' unità tad-drittijiet għall-pagament billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal kull sena rilevanti jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-2015 fil-livell nazzjonali jew reġjonali, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.

Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità ma', rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-2015wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali għall-2015 stabbilit fl-Anness II. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi ma' numru ta' ettari.

2.   Permezz ta' deroga mill-metodu ta' kalkolu msemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddifferenzjaw il-valur tad-drittjiet għall-pagament fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015, għal kull sena rilevanti abbażi tal-valur ta' unità inizjali tagħhom kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26.

3.   Mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fejn jiġi applikat l-Artikolu 23, f’reġjun għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, Stati Membru jista' jiddeċiedi li d-drittijiet għall-pagament b'valur ta' unità inizjali t kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26 li jkun aktar baxx minn 90 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, għandu jkollhom, mhux aktar tard mis-sena ta' talba 2019, il-valur ta' unità tagħhom miżjud tal-inqas b'terz tad-differenza bejn il-valur ta' unità inizjali tagħhom u b'90 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-perċentwal msemmi fl-ewwel subparagrafu f'livell ogħla minn 90 % iżda mhux ogħla minn 100 %.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li, tal-anqas għas-sena ta' talba 2019, l-ebda dritt għal pagament ma għandu jkollu valur ta' unità anqas minn 60 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, sakemm dan ma jirriżultax fl-Istati Membri li jappliaw il-limitu msemmi fil-paragrafu 7, fi tnaqqis massimu li jaqbeż dak il-limitu. F'dawn il-każijiet, il-valur ta' unità minimu għandu jkun stabbilit fil-livell meħtieġ li jirrispetta dak il-limitu.

5.   Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limiti massimu nazzjonali jiġi diviż stabbilit fl-Anness II, jew tal-limitu massimu reġjonali, għas-sena kalendarja 2019, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-2015 fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, jew bil-limitu massimu reġjonali, għall-2015.

6.   Il-limiti massimi reġjonali msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu kkalkulati billi jiġi applikat perċentwal fiss għal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena 2019. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limiti massimi reġjonali rispettivi, stabbilit skont l-Artikolu 23(2) għas-sena 2015, jiġu diviżi bil-limitu massimu nazzjonali li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 22(1) għas-sena 2015, wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 30(1) meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2).

7.   Sabiex jiġu ffinanzjati ż-żidiet fil-valur tad-drittijiet għall-pagament imsemmijin fil-paragrafu 4, meta d-drittijiet għall-pagament jkollhom valur ta’ unità inizjali ogħla mill-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, id-differenza bejn il-valur ta' unità inizjali tagħhom u l-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 għandha titnaqqas abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu tal-valur tal-unità inizjali ta' 30 %.

8.   Meta jkun qed jiġi applikat il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tranżizzjoni mill-valur ta' unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26 għall-valur ta' unità finali tagħhom fl-2019 kif stabbilit skont il-paragrafu 3 jew il-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'passi ugwali sa mill-2015

Sabiex tiġi żgurata konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament b'valur ta' unità nazzjonali li huwa ogħla mill-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 għandu jiġi aġġustat.

9.   B'deroga mill-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, fejn l-Istati Membri li, skont l-Artikolu 21(3), jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet eżistenti tagħhom japplikaw il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tranżizzjoni mill-valur tal-unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif stabbilit skont l-Artikolu 26(5) għall-valur tal-unità finali tagħhom fl-2019 kif stabbilit skont il-paragrafu 3 u l-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandha, fejn applikabbli, issir billi jiġu applikati l-passi deċiżi nazzjonalment skont l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha għandu jiġi aġġustat b'mod lineari.

10.   Fl-2015, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa bil-valur tad-drittijiet għall-pagament tagħhom kif ikkalkolati skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 u 27 għal kull sena tal-perijodu kopert b'dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Kalkolazzjoni tal-valur tal-unità inizjali

1.   Il-valur ta' unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 25(2) fi Stati Membri li japplikaw l-iskema għall-pagament uniku fis-sena kalendarja 2014 u li għadhom ma ddeċiedux li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti tagħhom skont l-Artikolu 21(3) għandu jiġi stabbilit skont wieħed mill-metodistipulati fil-paragrafi 2 jew 3.

2.   Perċentwal fiss tal-pagamenti li l-bidwi rċieva għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku, skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, jiġi diviż bin-numru tad-drittijiet għall-pagament li huwa allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.

Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bl-ammont ta' pagamenti għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoni previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

3.   Perċentwal fiss tal-valur tad-drittijiet, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu fl-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku, skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament tiegħu li huwa allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.

Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivamentm, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet kollha, inklużi d-drittijiet speċjali, fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat għall-2014, taħt l-iskema ta' pagament uniku.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, bidwi għandu jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-2014, fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti lilu definittivament sa dik id-data.

4.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja fis-sena kalendarja 2014 għandhom jikkalkolaw il-valur tal-unità inizjali tad-drittijiet ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament billi l-perċentwal fiss tal-valur totali tal-għajnuna li l-bidwi jkun irċieva fl-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u taħt l-Artikolu 132 u 133a ta' dak ir-Regolament qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament li hu ġie allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.

Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bit-total tal-valur tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u taħt l-Artikolu 132 u 133a ta' dak ir-Regolament għall-2014 fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoniijiet previsti fil-Kapitoku 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku fis-sena kalendarja 2014 u li, skont l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regoloment, jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti għandhom jikkalkulaw il-valur ta' unità inizjali ta' dritt għall-pagament msemmi fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament billi jimmultiplikaw il-valur ta' unità tad-drittijiet b'perċentwal fiss. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1, jew fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bl-ammont ta' pagamenti għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoni previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

6.   Għall-finijiet tal-metodi tal-kalkolazzjoni għal dan l-Artikolu, dment li s-setturi rilevanti ma jirċievu l-ebda għajnuna akkopjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu kont tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 taħt skema waħda jew aktar skont l-Artikoli 52, l-Artikolu 53(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, fir-rigward ta'Stati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skont il-punt (c) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikoli 126, 127 u 129 ta' dak ir-Regolament.

Stati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-għajnuna akkopjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, jistgħu jieħu kont tad-differenzi bejn il-livell ta' għajnuna mogħtija fis-sena kalendarja 2014 u l-livell ta' għajnuna li għandha tingħata skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament meta japplikaw metodu ta' kalkolazzjoni għal dan l-Artikolu, dment li:

(a)

l-għajnuna akkoppjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament tiġi mogħtija għal settur li jkun ingħata appoġġ fis-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 52, l-Artikolu 53(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 68(1) u, għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, skont il-punt (c) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u

(b)

l-ammont għal kull unità tal-appoġġ akkoppjat volontarju huwa inqas mill-ammont għal kull unità tal-appoġġ fl-2014.

Artikolu 27

Inklużjoni tar-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini

Għall-Kroazja, kull referenza fl-Artikoli 25 u 26 għar-riżerva nazzjonali għandha tinftiehem li tinkludi r-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini msemmija fl-Artikolu 20.

Barra minn hekk, l-ammont li jirriżulta mir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini għandu jitnaqqas mil-limiti massimi tal-iskema tal-pagament bażiku msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1), fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu u l-Artikolu 26.

Artikolu 28

Profitt mhux mistenni

Għall-finijiet tal-Artikolu 25(4) sa (7) u l-Artikolu 26, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' żoni agrikoli wara d-data stabbilita skont l-Artikolu 35 jew l-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data stabbilita skont l-Artikolu 33(1) ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi kkonċernat.

Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:

(a)

tul ta' żmien minimu għall-kirja; u

(b)

il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.

Artikolu 29

Notifiki dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament u konverġenza

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunke deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 28 sal-1 ta' Awwissu 2014.

Taqsima 2

Riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali

Artikolu 30

Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Sabiex jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jipproċedu fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, għal tnaqqis lineari tal-perċentwal tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla fl-Artikolu 23(1) jistgħu jistabbilixxu riżervi reġjonali. Sabiex jagħmlu dan l-Istati Membri għandhom jipproċedu, fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku għal tnaqqis lineari tal-perċentwal tal-limitu massimu rilevanti tal-iskema ta' pagamenti f'livell reġjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2).

3.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 m'għandux ikun ikbar minn 3 %, sakemm ma jkun meħtieġ perċentwal ogħla, biex ikopri kwalunkwe ħtieġa ta' allokazzjoni skont il-paragrafu 6 jew il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 għas-sena 2015 jew, għall-Istati Membri li qed japplikaw l-Artikolu 36, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.

4.   L-Istati Membri għandhom jallokaw drittijiet għall-pagament mir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom skont kriterji oġġettivi u b'mod li jkun żgurat it-trattament indaqs tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

5.   Id-drittijiet għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu allokati biss lil bdiewa intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9.

6.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lil bdiewa żgħażagħ u lil bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom.

7.   L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom biex:

(a)

jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex l-art ma titħalliex tiġi abbandunata, inkluż f'żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku;

(b)

jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex jikkumpensawhom għal żvantaġġi speċifiċi;

(c)

jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma setgħux jiġu allokati lilhom drittijiet għall-pagament taħt dan il-Kapitolu b'riżultat ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali;

(d)

jallokaw, f'każijiet fejn huma japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li n-numru ta' ettari eliġibbli tagħhom li ddikkjarw fl-2015 skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li huma disponibbli għalihom f'data stabbilita mill-Istat Membru li m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru biex issir emenda għall-imsemmija applikazzjoni għall-għajnuna tkun ogħla min-numru ta' drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li huma jkollhom fid-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013,

(e)

iżidu b’mod lineari fuq bażi permanenti, l-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali jew reġjonali rilevanti taqbeż 0,5 % tal-limitu massimu annwali nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku, bil-kondizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet kollha taħt il-paragrafu 6, taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u taħt il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu;

(f)

ikopru l-ħtiġijiet annwali għall-pagamenti li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 51(2) u l-Artikolu 65(1), (2) u (3) ta' dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet bejn l-użu differenti msemmi hawnhekk.

8.   Meta jiġu applikati l-paragrafu 6, u l-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 7, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa fil-medja nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni.

Il-valur medju nazzjonali jew reġjonali għandu jiġi kkalkulat billi jinqasmu l-limiti nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għas-sena tal-allokazzjoni, eskluż l-ammont tar-riżerva nazzjonali jew tar-riżervi reġjonali u, fil-każ tal-Kroazja, ir-riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini, min-numru ta' drittijiet għall-pagament allokati.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu passi għall-modifiki progressivi annwali tal-valur ta' drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali b'kont meħud tal-modifiki għal-limiti massimi nazzjonali u reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament mal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet fil-livell ta' livelli massimi nazzjonali stabbiliti taħt l-Anness II.

9.   Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 u 33.

10.   Meta jkunu qed japplikaw il-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 u l-paragrafu 9, l-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet ġodda jew iżidu l-valur ta' unità tal-pagament eżistenti kollha ta' bidwi, sal-valur tal-medja nazzjonali jew reġjonali.

11.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

'bdiewa żgħażagħ' tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2) u, fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 50(3) u (11);

(b)

'il-bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom' tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola, ma kienu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhomx ikunu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika; L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kriterji ta' eliġibbiltà oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali tagħhom għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.

Artikolu 31

Riforniment tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali

1.   Ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali għandhom jerġgħu jiġu fornuti b'ammonti li jirriżultaw minn:

(a)

drittijiet għall-pagament li ma jagħtux dritt għall-pagamenti matul sentejn konsekuttivi minħabba l-applikazzjoni ta':

(i)

Artikolu 9,

(ii)

Artikolu 10(1), jew

(iii)

Artikolu 11(4) ta' dan ir-Regolament;

(b)

għadd ta' drittijiet għall-pagament ekwivalenti għall-għadd totali ta' drittijiet għall-pagament li ma kinux attivati minn bdiewa f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament għal perijodu ta' sentejn konsekuttivi, b'eċċezzjoni fejn l-attivazzjoni tagħhom ġiet impeduta minn force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; meta jiġu stabbiliti d-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja li jkollu bidwi li għandhom jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali, prijorità għandha tingħata lil dawk id-drittijiet li għandhom l-aktar valur baxx;

(c)

drittijiet għall-pagament volontarji li l-bdiewa jroddu lura;

(d)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament;

(e)

drittijiet għall-pagament indebitament allokati skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(f)

tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali fejn ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali mhumiex biżżejjed biex tkopri l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(9) ta' dan ir-Regolament;

(g)

Lfejn l-Istati Membri jqisu meħtieġ tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet msemmija fl-Artikolu 30(6) ta' dan ir-Regolament;

(h)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 34(4) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw miżuri meħtieġa fir-rigward tat-treġġigħ lura ta' drittijiet għall-pagament mhux attivati għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Taqsima 3

Implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku

Artikolu 32

Attivazzjoni ta' drittijiet għall-pagament

1.   L-appoġġ skont l-iskema ta' pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa, permezz ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 33(1), mal-attivazzjoni ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dixxiplina finanzjarja, ta' tnaqqis ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 u ta' tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7, l-Artikolu 51(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

2.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, 'ettaru eliġibbli' tfisser:

(a)

kull żona agrikola tal-impriża, inklużi erjas li ma kinux f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 fl-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 li mal-adeżjoni ddeċidew li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, li tintuża għal attività agrikola jew, fejn l-erja tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; jew

(b)

kull żona li tkun tat dritt għall-pagamenti fl-2008 skont l-iskema ta’ pagament uniku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbiliti, rispettivament, fit-Titoli III u IVA tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li:

(i)

ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta' 'ettaru eliġibbli' skont il-punt (a) bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(ii)

għat-tul iż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; jew

(iii)

għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2:

(a)

fejn erja agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik iż-żona għandha titqies li għandha tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet agrikoli jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr ma jkunu mfixklin b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attivitajiet mhux agrikoli;

(b)

l-Istati Membri jistgħu jfasslu lista ta' erjas li jintużaw b'mod predominanti għall-attivitajiet mhux agrikoli.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu fit-territorju tagħhom.

4.   L-erjas għandhom jitqiesu bħala ettari eliġibbli biss jekk ikunu konformi mad-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli tul is-sena kalendarja kollha, ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

5.   Għall-fini li jiġi ddeterminat 'ettaru eliġibbli', l-Istati Membri li jkunu ħadu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), jistgħu japplikaw koeffiċjent ta' tnaqqis biex jikkonvertu l-ettari kkonċernati f''ettari eliġibbli'.

6.   L-erjas użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,2 %.

Artikolu 33

Dikjarazzjoni dwar ettari eliġibbli

1.   Għall-finijiet tal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament previsti fl-Artikolu 32(1), il-bidwi għandu jiddikjara l-ħbula tal-art li jkunu jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull dritt għall-pagament. Ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-ħbula tal-art iddikjarati għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi f'data ffissata mill-Istat Membru li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data ffissata f'dak l-Istat Stat Membru biex tkun emendata l-applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

2.   L-Istati Membri jistgħu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, jawtorizzaw lill-bidwi jimmodifika d-dikjarazzjoni tiegħu bil-kondizzjoni li huwa jżomm tal-anqas in-numru ta' ettari li jkunu jikkorrispondu mad-drittijiet għall-pagament tiegħu u jħares il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-pagament skont l-iskema tal-pagament bażiku għall-erja kkonċernata.

Artikolu 34

Trasferiment ta' drittijiet għall-pagament

1.   Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jkunu ttrasferiti biss lil bidwi intitolat li jingħata pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 stabbilit fl-istess Stat Membru, ħlief fil-każ ta' trasferiment b'wirt attwali jew antiċipat.

Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat, jistgħu jiġu attivati biss fl-Istat Membru fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.

2.   Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla fl-Artikolu 23(1), id-drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu ttrasferiti jew attivati biss fl-istess reġjun, minbarra fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat.

Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat jistgħu jiġu attivati biss fir-reġjun fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.

3.   L-Istati Membri li ma jeżerċitawx l-għażla fl-Artikolu 23(1) jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament jiġu ttrasferiti jew attivati biss fl-istess reġjun, minbarra fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat.

Reġjunijiet bħal dawn għandhom jiġu definiti fil-livell territorjali adatt f'konformità ma' kriterji oġġettivi u b'mod li jiżgura t-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitai d-distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.

4.   Fejn id-drittijiet għall-pagament huma trasferiti mingħajr l-art, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mid-drittijiet għall-pagament ttrasferita tmur lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali jew li l-valur tal-unità tagħhom jitnaqqas favur ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali. Tnaqqis bħal dan jista' jiġi applikat għal tip wieħed jew aktar mit-tipi ta' trasferiment.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati li jirregolaw in-notifika mill-bdiewa ta' trasferiment tad-drittijiet għall-pagament lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dati ta' skadenza li fihom għandha sseħħ notifika bħal din. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 35

Setgħat delegati

1.   Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 dwar:

(a)

regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess, fir-rigward tal-iskema ta' pagament bażiku tal-bdiewa, f'każ ta' wirt u wirt antiċipat, ta' wirt soġġett għal kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni, trasferiment ta' drittijiet għall-pagament, fużjoni jew qasma tal-impriża, u fl-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 24(8);

(b)

regoli dwar il-kalkolu tal-valur u n-numru jew dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tad-drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont kull dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inklużi regoli:

(i)

dwar il-possibbiltà ta' valur u numru provviżorji jew żieda provviżorja ta' drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi,

(ii)

dwar il-kondizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u n-numru provviżorji u definittivi tad-drittijiet għall-pagament,

(iii)

dwar il-każijiet fejn kuntratt ta' bejgħ jew kirja jista' jolqot l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament.

(c)

regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u n-numru ta' drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali;

(d)

regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta' frazzjonijiet ta' drittijiet għall-pagament u fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 34(4);

(e)

kriterji għall-applikazzjoni tal-għażliet taħt il-punti (a), (b) u (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(1);

(f)

kriterji għall-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet skont in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati skont l-Artikolu 24(4) sa (7);

(g)

kriterji għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 30(6) u (7);

(h)

kriterji għall-istabbiliment tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 32(5).

2.   Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni adegwata tad-drittijiet għall-pagament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistipula regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament.

3.   Sabiex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistipula regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-kondizzjoni ta' użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni ta' varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmi fl-Artikolu 32(6).

Taqsima 4

Skema ta’ pagament uniku skont l-erja

Artikolu 36

Skema ta’ pagament uniku skont l-erja

1.   L-Istati Membri li japplikaw fl-2014 l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jiddeċiedu li jkomplu japplikaw dik l-iskema sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom u dwar id-data ta' tmiem tal-applikazzjoni ta' dik l-iskema sal-1 ta' Awwissu 2014.

Matul il-perijodu tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-Taqsimiet 1, 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri, għajr it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6) kif ukoll l-Artikolu 32(2) u (6).

2.   Il-pagament uniku skont l-erja għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat mill-bidwi skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 Għandu jkun kkalkulat kull sena billi l-pakkett finanzjarju annwali stabbilit skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jiġi diviż bin-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-Isat Membru kkonċernat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jużaw, għall-perijodu li matulu japplikaw dan l-Artikolu, sa 20 % tal-pakkett finanzjarju annwali msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jiddifferenzjaw il-pagament uniku skont l-erja għal kull ettaru.

Meta jagħmlu hekk, għandhom jieħdu kont tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 taħt waħda jew aktar mill-iskemi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 68(1), u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Ċipru,tista' tiddifferenzja l-għajnuna b'kont meħud tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur stabbilit fl-Anness XVIIa tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li titnaqqas bi kwalunkwe għajnuna mogħtija lill-istess settur settur skont l-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għal kull Stat Membru, il-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja billi tnaqqas mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-limiti massimi stabbiliti skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

5.   Ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, l-ettari msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi f'data stabbilita mill-Istat Membru li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Stat Membru biex tkun emendata l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 rigward regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess tal-bdiewa għall-iskema ta’ pagament uniku.

Artikolu 37

Għajnuna nazzjonali transitorja

1.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja f'konformità mal-Artikolu 36 jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali transitorja fil-perijodu 2015-2020.

2.   L-għajnuna nazzjonali transitorja tista' tingħata lill-bdiewa fis-setturi li fir-rigward tagħhom din l-għajnuna, jew fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, pagamenti diretti nazzjonali komplementari kienet ingħatat fl-2013.

3.   Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna nazzjonali transitorja għandhom ikunu identiċi għal dawk awtorizzati għall-għoti tal-pagamenti skont l-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-2013, bl-eċċezzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 132(2) flimkien mal-Artikoli 7 u 10 ta' dak ir-Regolament.

4.   L-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali transitorja li tista' tingħata lill-bdiewa fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għall-perċentwal segwenti tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur skont is-settur kif awtorizzati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013:

75 % fl-2015,

70 % fl-2016,

65 % fl-2017,

60 % fl-2018,

55 % fl-2019,

50 % fl-2020.

Għal Ċipru, il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pakketti finanzjari speċifiċi għas-settur kif jinsabu fl-Anness XVIIa għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

5.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pakkett finanzjarju speċifiku għas-settur;

(b)

ir-rata massima ta' għajnuna nazzjonali transitorja, fejn xieraq.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 4, dwar l-ammonti tal-għajnuna nazzjonali transitorja li għandha tingħata.

Taqsima 5

Implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja

Artikolu 38

Implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja

Għajr jekk previst mod ieħor f'din it-Taqsima, dan it-Titolu għandu japplika għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.

L-Artikoli 24 sa 29 m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri.

Artikoli 39

L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament

1.   Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:

(a)

huma japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, u

(b)

kienu intitolati jirċievu pagamenti, qabel kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titiolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajuna għal pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transizzjonali jew għal pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.

L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajnuna kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba tal-2013, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Minbarra fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, in-numru ta' drittijiet għall-pagament allokati lil kull bidwi fil-ewwel sena ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' pagament bażiku għandu jkun ugwali għan-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni għal għajnuna tiegħu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku u li huma għad-dispożizzjoni tiegħu f'data stabbilita mill-Istati Membru. Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendar ta' tali applikazzjoni għall-għajnuna.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li tistipula aktar regoli rigward l-introduzzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagament fejn dawk id-drittijiet għall-pagamenti ma jkunux għadhom jistgħu jiġu stabbiliti b'mod definittiv u fejn dik l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 40

Valur tad-drittijiet għall-pagament

1.   Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament billi jiddividu b'perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal kull sena rilevanti, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali.

Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi għal numru ta' ettari.

2.   Permezz ta' deroga mill-metodu ta' kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddifferenzjaw il-valur ta' drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali, għal kull sena rilevanti, abbażi tal-valur tal-unità inizjali tagħhom.

3.   Il-valur tal-unità inizjali ta' drittijiet għall-pagament imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit billi perċentwal fiss tal-valur totali tal-għajnuna, eskluża għajnuna skont l-Artikoli 41, 43, 48 u 50, u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, irċevuta minn bidwi f'konformità ma' dan ir-Regolament għas-sena kalendarja li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament allokat lil dak il-bidwi fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali.

Dak il-perċentwal fiss għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-valur totali ta' għajnuna, eżkluża għajnuna skont l-Artikoli 41, 43, 48 u 50 u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, mogħtija għas-sena kalendarja li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

4.   Meta jkun applikat il-paragrafu 2, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-passi li għandhom jittieħdu u l-metodu ta' kalkolu li għandu jintuża u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarhom sal-1 ta' Awwissu tas-sena li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tal-valur inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 3 f'konformità ma' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jibdew mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.

Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa bil-valur tad-drittijiet tagħhom ikkalkolati skont dan l-Artikolu għal kull sena tal-perijodu kopert b'dan ir-Regolament.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data stabbilita skont l-Artikolu 36(5) u qabel id-data stabbilita skont l-Artikolu 33(1), li ż-żieda, jew parti minnha, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat titreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi kkonċernat.

Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:

(a)

tul ta' żmien minimu għall-kirja;

(b)

il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.

KAPITOLU 2

Pagament ridistributtiv

Artikolu 41

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari, li jagħtu, mis-sena ta' wara, pagament annwali lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku msemmi fit-Taqsimiet 1, 2 u 5 tal-Kapitolu 1 jew taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 ("il- Pagament ridistributtiv").

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri li jkunu ddeċiedew li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell regjonali skont l-Artikolu 23 jistgħu japplikaw il-pagament ridistributtiv fil-livell reġjonali.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, ta' tnaqqis ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 taż tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagament ridistributtiv għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bidwi, jew fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, mad-dikjarazzjoni ta' ettari eliġibbli mill-bidwi.

4.   Il-pagament ridistributtiv għandu jkun ikkalkulat kull sena mill-Istati Membri billi ċ-ċifra li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun ogħla minn 65 % tal-pagament medju nazzjonali jew regjonali għal kull ettaru, tiġi multiplikata bin-numru ta' drittijiet għall-pagament attivati mill-bidwi skont l-Artikolu 33(1) jew bin-numru ta' ettari eliġibbli iddikjarati mill-bidwi skont l-Artikolu 36(2). In-numru ta' tali drittijiet għall-pagament jew ettari m'għandux jaqbeż massimu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri li m'għandux ikun ogħla minn 30 ettaru jew id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif hemm stabbilit fl-Anness VIII jekk dak id-daqs medju jaqbeż 30 ettaru fl-Istat Membru kkonċernat.

5.   Dment li jiġu rispettati l-limiti massimi stabbiliti fil-paragafu 4, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fil-livell nazzjonali, gradwazzjoni fl-għadd ta' ettari kif stabbilit skont dak il-paragrafu, u dan għandu japplika b'mod identiku għall-bdiewa kollha.

6.   Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015.

Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri billi jintuża sehem mil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat fir-reġjun ikkonċernat skont l-Artikolu 33(1) fl-2015. Għal kull reġjun, din il-parti għandha tkun ikkalkulata billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn ma jkunx applikat il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst f'dan il-Kapitolu lil bdiewa li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li, wara t-18 ta' Ottubru 2011, huma jkunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’dak il-qsim.

8.   Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw in-numru massimu ta' drittijiet għall-pagament jew ettari msemmijin fil-paragrafu 4 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' impriża, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Sabiex jiffinanzjaw il-pagament ridistributtiv, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sad-data msemmija fl-Artikolu 41(1) li jużaw sa 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.

2.   Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament ridistributtiv fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

KAPITOLU 3

Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent

Artikolu 43

Regoli ġenerali

1.   Bdiewa intitolati għal pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament għal erja waħda għandhom josservaw fuq l-ettari eliġġibli kollha tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 32(2) sa (5), il-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew il-prattiki ekwivalenti msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba';

(b)

iż-żamma ta' bwar permanenti eżistenti; u

(c)

l-eżistenza ta' żona b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola.

3.   Il-prattiki ekwivalenti għandhom ikunu dawk li jinkludu prattiki simili li jagħtu benefiċċju ekwivalenti jew ta' livell ogħla għall-klima u l-ambjent meta mqabbla ma' waħda jew diversi mill-prattiki msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-prattiki ekwivalenti u l-prattika jew prattiki msemmija fil-paragrafu 2 li huma ekwivalenti għaliha huma elenkati fl-Anness IX u għandhom ikunu koperti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

impenji mwettqa skont jew l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)

skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali, inkluż dawk għaċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-leġislazzjoni ambjentali nazzjonali, li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi relatati mal-kwalità tal-ħamrija u l-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għal dan. Dawk l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jistgħu jinkludu l-prattiki elenkati fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament, il-prattiki msemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew taħlita tagħhom.

4.   Il-prattiki ekwivalenti msemmijin fil-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu s-suġġett ta' finanzjament doppju.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, inkluż meta adatt, fil-livell reġjonali, li jirrestrinġu l-għażla tal-bdiewa biex jużaw l-għażliet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, inklu' fejn adatt, fil-livell reġjonali, li bdiewa għandhom iwettqu l-obbligi rilevanti tagħhom kollha skont il-paragrafu 1 f'konformità ma' skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

7.   Suġġett għad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri msemmijin fil-paragrafi 5 u 6, bidwi jista' jsegwi waħda jew aktar mill-prattiki msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 3 biss jekk dawn jissostitwixxu kompletament il-prattika jew prattiki relatati imsemmijin fil-paragrafu 2. Bidwi jista' juża skemi ta' ċertifikazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 3 biss jekk dawn ikopru l-obbligu kollu msemmi fil-paragrafu 1.

8.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 5 u 6 u dwar l-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi li huma biħsiebhom japplikaw bħala prattiki ekwivalenti skont it-tifsira tal-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-prattiki inklużi fl-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi humiex koperti mil-lista fl-Anness IX u jekk tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, tinnotifika lill-Istati Membri kif adatt permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3). Fejn il-Kummissjoni tinnotifika lil Stat Membru li dawk il-prattiki mhumiex koperti mil-lista fl-Anness IX, dak l-Istat Membru m'għandux jirrikonoxxi bħala prattiki ekwivalenti fit-tifsira tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu l-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi koperti min-notifika tal-Kummissjoni.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 10 u 11 ta' dan l-Artikolu, għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja u tat-tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament u tal-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu lill-bdiewa li josservaw il-prattiki msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huma rilevanti għalihom, u sal-punt li dawk il-bdiewa jikkonformaw mal-Artikoli 44, 45 u 46 ta' dan ir-Regolament.

Dan il-pagament għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2), li l-ammont tiegħu għandu jiġi kkalkolat annwalment billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47 jiġi diviż bin-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati, f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 25(2) jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu bħala perċentwal tal-valur totali tad-drittijiet għall-pagament li l-bidwi jkun attiva skont l-Artikolu 33(1) għal kull sena rilevanti.

Għal kull sena u għal kull Stat Membru jew reġjun, dak il-perċentwal għandu jiġi ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet ta' pagament kollha attivati skont l-Artikolu 33(1) f'dak l-Istat Membru jew reġjun.

10.   Il-bdiewa b'impriżi li jkunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f'erjas koperti bid-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, jew 2009/147/KE, għandhom ikunu intitolati għall-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu dment li huma jirrispettaw il-prattiki msemmija f'dan il-Kapitolu safejn dawk il-prattiki jkunu kompatibbli fl-impriża kkonċernata mal-objettivi ta' dawk id-Direttivi.

11.   Il-bdiewa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta' impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

12.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 sabiex:

(a)

iżżid prattiki ekwivalenti mal-lista li tinsab fl-Anness IX;

(b)

tistabbilixxi rekwiżiti adatti applikabbli għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-livell ta' assigurazzjoni li għandha tingħata minn dawk l-iskemi;

(c)

tistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-prattiki msemmijin fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u l-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX għal dan ir-Regolament, u kwalunkwe prattika ekwivalenti oħra miżjuda għal dak l-Anness skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għaliha jinħtieġ kalkolu speċifiku sabiex jiġi evitat finanzjament doppju.

13.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura għan-notifiki, inkluż dwar skedi ta' żmien għall-preżentazzjoni tagħhom, u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 44

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'

1.   Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri bejn 10 u 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas żewġ uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba’ ewlieni m'għandux ikopri aktar minn 75 % tar-raba’ li tinħarat.

Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri aktar minn 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas tliet uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba' ewlieni m'għandux ikopri aktar minn 75 % ta' dik ir-raba' li tinħarat u ż-żewġ uċuħ tar-raba' ewlenin flimkien m'għandhomx ikopru aktar minn 95 % ta' dik ir-raba' li tinħarat.

2.   Mingħajr preġudizzju għan-numru ta' uċuħ tar-raba' meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-limiti massimi stabbiliti fihom m'għandhomx japplikaw għal azjendi agrikoli fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew art li titħalla tistrieħ kompletament ikopri aktar minn 75 % tal-art li tinħarat. F'dawn il-każijiet, il-wiċċ tar-raba' ewlieni fuq il-kumplament tal-erja li tinħarat m'għandhiex tkopri aktar minn 75 % ta' dik l-art li tinħarat li fadal minbarra fejn din l-erja li fadal hija koperta minn ħaxix jew foraġġ erbaċew jew art li titħalla tistrieħ kompletament.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal impriżi:

(a)

fejn aktar minn 75 % tal-art li tinħarat tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix u foraġġ erbaċew, hija art li titħalla tistrieħ kompletament, jew hija soġġetta għal taħlita ta' dawn l-użijiet, bil-kondizzjoni li l-art li tinħarat mhix koperta minn dawn l-użijiet ma taqbiżx it-30 ettaru;

(b)

fejn aktar minn 75 % tal-erja agrikola eliġibbli hija bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', jew hija soġġetta għal taħlita ta' dawn l-użijiet, bil-kondizzjoni li l-art li tinħarat li mhix koperta minn dawn l-użijiet ma taqbiżx it-30 ettaru;

(c)

fejn aktar minn 50 % tal-erjas ta' art li tinħarat iddikjarata ma ġietx iddikjarata mill-bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għal għajnuna tas-sena preċedenti u, meta abbażi ta' paragrun tal-applikazzjonijiet ta' għajnuna ġeo-spazjali, l-art li tinħarat kollha qed tiġi kkultivata b'uċuħ tar-raba' differenti meta mqabbla ma' dawk tas-sena kalendarja preċedenti;

(d)

li jinsabu f'żoni fit-tramuntana tat-62 parallel jew f'ċerti żoni ħdejhom. Fejn ir-raba’ li tinħarat ta' tali impriżi tkopri aktar minn 10 ettari, għandu jkun hemm minn tal-anqas żewġ uċuħ tar-raba’ differenti f'dik ir-raba' li tinħarat u lebda wieħed minn dawn l-uċuħ tar-raba’ m'għandu jkopri aktar minn 75 % tar-raba’ li tinħarat, sakemm l-uċuħ tar-raba' ewlenin mhumiex ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew art li titħalla tistrieħ kompletament.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “wiċċ” tfisser kwalunkwe waħda minn dan li ġej:

(a)

koltivazzjoni ta' xi wieħed mill-genera differenti ddefiniti fil-klassifikazzjoni botanika tal-uċuħ;

(b)

kolitvazzjoni ta' xi waħda mill-ispeċijiet fil-każ ta' Brassicaceae, Solanaceae u Cucurbitaceae;

(c)

art li titħalla tistrieħ kompletament;

(d)

ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor.

Uċuħ tar-raba' tax-xitwa u l-uċuħ tar-raba' tar-rebbiegħa għandhom jitqiesu bħala uċuħ tar-raba' distinti anke jekk ikunu jagħmlu parti mill-istess ġeneru.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70:

(a)

tirrikonoxxi tipi oħra ta' ġeneru u speċijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u

(b)

tistipula r- regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba' differenti.

Artikolu 45

Bwar permanenti

1.   L-Istati Membri għandhom jindikaw il-bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi f'erjas koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, inkluż artijiet tal-pit u dawk mistagħdra li jinsabu f'dawn l-erjas u li jeħtieġu ħarsien strett sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dawk id-Direttivi.

Sabiex jiżguraw il-ħarsien ta' bwar permanenti li huma ambjentalment importanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jindikaw erjas sensittivi li jinsabu barra mill-erjas koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, inkluż bwar permanenti fuq ħamrija b'livell għoli ta' karbonju.

Il-bdiewa m'għandhomx jibdlu jew jaħartu bwar permanenti li jinsabu f'erjas indikati mill-Istati Membri taħt l-ewwel subparagrafu u, fejn applikabbli, it-tieni subparagrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proporzjon ta' erjas ta' art bi bwar permanenti meta mqabbel mal-erja agrikola totali ddikjarata mill-bdiewa f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma jonqosx b'aktar minn 5 % meta mqabbel ma' proporzjon ta' referenza li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fl-2015 billi jiddividu l-erjas ta' art bi bwar permanenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu bl-erja agrikola totali imsemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu:

Bil-għan li jiġi stabbilit il-proporzjon ta' referenza msemmi fil-ewwel subparagrafu:

(a)

"erjas ta' bwar permanenti" tfisser l-art b'mergħat permanenti ddikjarata fl-2012, jew fl-2013 fil-każ tal-Kroazja, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu, kif ukoll l-erja ta' bwar permanenti ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu li ma ġewx iddikjarati bħala art b'mergħa permanenti fl-2012 jew, fil-każ tal-Kroazja, fl-2013;

(b)

"erja agrikola totali" tfisser l-erja agrikola ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu.

Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid f'każijiet fejn bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għandhom obbligu li jikkonvertu mill-ġdid erja f'bur permanenti fl-2015 jew fl-2016 f'konformità mal-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. F'dawn il-każijiet dawn l-erjas għandhom ikunu miżjuda mal-erjas ta' bwar permanenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi stabbilit kull sena abbażi tal-erjas iddikjarati mill-bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għal dik is-sena f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

L-obbligu taħt dan il-paragrafu għandu japplika fil-livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali adatt. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw obbligu li bur permanenti jinżamm fil-livell tal-impriża sabiex jiġi żgurat li l-proporzjoni ta' bwar permanenti ma jonqosx b'aktar minn 5 %. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2014.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-proporzjon ta' referenza u l-proporzjon imsemmi f'dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.

3.   Fejn jiġi stabbilit li l-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 2 naqas b'aktar minn 5 % fil-livell reġjonali jew subreġjonali jew fejn applikabbli fil-livell nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimponi obbligi fil-livell tal-azjenda agrikola biex l-art tiġi konvertita mill-ġdid f'art bi bwar permanenti għal dawk il-bdiewa li għandhom l-art għad-dispożizzjoni tagħhom li ġiet konvertita minn art bi bwar permanenti jew minn mergħat permanenti f'art għal użijiet oħra matul perijodu fil-passat.

Madankollu, fejn l-ammont ta' erjas ta' bwar permanenti f'termini assoluti stabbilit f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinżamm f'ċerti limiti, l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkunsidrat bħala li ġie sodisfatt.

4.   Il-paragrafi 3 m'għandux japplika fejn it-tnaqqis taħt il-limiti huwa r-riżultat ta' tisġir li huwa kompatibbli mal-ambjent u ma jinkludix pjantaġġuni ta' msajġar b'rotazzjoni qasira, siġar tal-Milied jew siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija.

5.   Sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-proporzjon ta' bwar permanenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxu aktar regoli dettaljati dwar il-manutenzjoni ta' bwar permanenti, inkluż regoli dwar il-konverżjoni mill-ġdid f'każ ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligu fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli li japplikaw għall-Istati Membri għall-istabbiliment ta' obbligi fil-livell ta' azjenda agrikola għall-manutenzjoni ta' bwar permanenti kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 u kwalunkwe aġġustament tal-proporzjon ta' referenza msemmi fil-paragrafu 2 li jista' jsir neċessarju.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:

(a)

li jistabbilixxu l-qafas għall-indikazzjonijiet ta' aktar żoni sensittivi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

li jistabbilixxu metodi dettaljati għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta' bwar permanenti u tal-erja agrikola totali li għandha tinżamm skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)

li jiddefinixxu l-perijodu li fil-passat issemma fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti msemmija fit-tieni subparagrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 46

Erja b'fokus ekoloġiku

1.   Meta r-raba' li tinħarat ta' impriża tkopri aktar minn 15-il ettaru, il-bdiewa għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2015, erja li tikkorrispondi għal mill-inqas 5 % tar-raba' li tinħarat tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u, jekk jitqiesu li huma erja b'fokus ekoloġiku mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inklużi l-erjas imsemmijin fil-punti (c), (d), (g) u (h) ta' dak il-paragrafu hija erja b'fokus ekoloġiku.

Il-perċentwali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiżdied minn 5 % sa 7 % soġġett għal att leġislattiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(2) tat-TFUE.

Sal-31 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu akkumpanjat, fejn adatt, minn proposta għal att leġislattiv kif imsemmi fit-tieni subparagrafu.

2.   Sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li waħda jew aktar minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku:

(a)

art li titħalla tistrieħ kompletament;

(b)

terrazzi;

(c)

karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż tali karatteristiċi li jmissu mar-raba' li tinħarat tal-impriża li permezz ta' deroga mill-Artikolu 43(1) ta' dan ir-Regolament, jistgħu jinkludu karatteristiċi tal-pajsaġġ li mhumiex inklużi fl-erja eliġibbli f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(d)

strixex ta' lqugħ, inkluż strixex ta' lqugħ koperti minn bwar permanenti, bil-kondizzjoni li dawn huma distinti mill-erja agrikola eliġibbli li tmiss magħhom;

(e)

ettari ta' agro-forestrija li jirċievu, jew li rċevew appoġġ skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u/jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(f)

strixex ta' ettari eliġibbli tul trufijiet tal-foresti;

(g)

erjas b'imsajġar b'rotazzjoni qasira bl-ebda użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti;

(h)

erjas afforestati msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 32(2) ta' dan ir-Regolament;

(i)

erjas bi prodotti ta' raba' li jikbru malajr, jew kopertura ekoloġika stabbilita bl-ippjantar u l-ġerminazzjoni ta' żrieragħ, soġġetti għall-applikazzjoni ta' fatturi ta' ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(j)

erjas bi pjanti li jiffissaw in-nitroġenu.

Għajr l-erjas tal-impriża msemmijin fil-punti (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-erja b' fokus ekoloġiku għandha tkun tinsab fuq ir-raba' li tinħarat tal-impriża. Fil-każ ta' erjas imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-erja b'fokus ekoloġiku tista' wkoll tkun tmiss mar-raba' li tinħarat tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.   Sabiex tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat il-kejl tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jikkalkolaw l-ettari totali rrappreżentati mill-erja b'fokus ekoloġiku tal-impriża, jagħmlu użu mill-fatturi ta' konverżjoni u/jew ppeżar li jinsabu fl-Anness X. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkunsidra bħala erja b'fokus ekoloġiku l-erja taħt il-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jew kwalunkwe erja oħra li hija soġġetta għal ippeżar ta' inqas minn 1, l-użu tal-fatturi ta' ppeżar li jinsabu fl-Anness X għandhom ikunu obbligatorji.

4.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi:

(a)

fejn aktar minn 75 % tal-art li tinħarat hija użata għall-produzzjoni ta' ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor, hija art li titħalla tistrieħ kompletament, hija użata għall-koltivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' leguminużi jew hija soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet, bil-kondizzjoni li l-art li tinħarat li mhix koperta minn dawk l-użijiet ma taqbiżx it-30 ettaru;

(b)

fejn aktar minn 75 % tal-erja agrikola eliġibbli hija bur permanenti, hija użata għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-koltivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba' jew hija soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet, bil-kondizzjoni li l-art li tinħarat li mhix koperta minn dawn l-użijiet ma taqbiżx it-30 ettaru.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw sa nofs tal-punti perċentwali tal-erjas b'fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 f'livell reġjonali sabiex jiksbu l-erjas b'fokus ekoloġiku ta' ħdejhom. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-erjas u l-obbligi tal-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li qed jipparteċipaw. L-għan tal-erjas magħżula u l-obbligi għandu jkun li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima u l-bijodiversità.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu qrib li jissodisfaw l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 kollettivament ("implimentazzjoni kollettiva") dment li l-erjas b'fokus ekoloġiku kkonċernati huma kontigwi. Sabiex l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima u l-bijodiversità tiġi msaħħa, l-Istati Membri jistgħu jindikaw l-erjas li fil-każ tagħhom hija possibbli l-implimentazzjoni kollettiva u jistgħu jimponu aktar obbligi fuq bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jipparteċipaw f'tali implimentazzjoni kollettiva.

Kull bidwi li jipparteċipa f'implimentazzjoni kollettiva għandu jiżgura li mill-inqas 50 % tal-erja soġġetta għall-obbligu fil-paragrafu 1 tinsab fl-art tal-impriża tiegħu u hija f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. In-numru ta' bdiewa li jipparteċipaw f'tali implimentazzjoni kollettiva m'għandux jaqbeż l-għaxra.

7.   L-Istati Membri li għandhom aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċje tal-art totali koperta minn foresti jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal impriżi li jinsabu f'erjas indikati minn dawk l-Istati Membri bħala erjas li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali f'konformità mal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dment li aktar minn 5 % tal-erja tas-superfiċje tal-art tal-unità msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija koperta minn foresta u li l-proporzjon ta' art forestali ma' art agrikola hija aktar minn 3:1.

L-erja koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola għandhom jiġu vvalutati fuq livell ta' erja ekwivalenti għal-livell LAU2 jew fil-livell ta' unità oħra delineata b'mod ċar li tkopri erja agrikola kontigwa ċara u unika li għandha kondizzjonijiet agrikoli simili.

8.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Awwissu 2014, u dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 3, 5, 6 jew 7 sal-1 ta' Awwissu tas-sena li tippreċedi l-applikazzjoni tagħhom.

9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:

(a)

li jistipulaw aktar kriterji għat-tipi ta' erjas imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jikkwalifikaw bħala erja b'fokus ekoloġiku;

(b)

li jżidu tipi oħrajn ta' erjas differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi rrispettat l-perċentwal imsemmi f'dak il-paragrafu;

(c)

li l-Anness X jiġi adattat sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' konverżjoni u ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 u sabiex jittieħed kont tal-kriterji u/jew tat-tipi ta' erjas li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)

li jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, inklużi r-rekwiżiti minimi dwar tali implimentazzjoni;

(e)

li jwaqqfu qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-impriżi sabiex ikunu kkunsidrati qrib sewwa ta' xulxin għall-finijiet tal-paragrafu 6;

(f)

li jwaqqfu l-metodi għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' erja totali tal-art koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola fil-paragrafu 7.

Artikolu 47

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-pagament imsemmi f’dan Kapitolu f’livell nazzjonali.

L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 23, jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-pagament f’livell reġjonali. F'każijiet bħal dawn, huma għandhom jużaw f'kull reġjun sehem mil-limitu massimu skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Għal kull reġjun, dan is-sehem għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv kif stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu mhuwiex applikat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-limiti massimi korrispondenti għall-pagament imsemmi f'dan Kapitolu fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

KAPITOLU 4

Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali

Artikolu 48

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom jinsabu għalkollox jew parzjalment f'erjas b'restrizzjonijiet naturali kklassifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ("pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali").

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali lill-erjas kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, jew li jirrestrinġu l-pagament li xi wħud minn dawk l-erjasabbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu,għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, tat-tnaqqis progressiv ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 u tat-tnaqqis lineari f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan l-Artikolu, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fl-erjas li għalihom Stat Membru ddeċieda li jagħti pagament skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Huwa għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fir-rigwar ta' dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat jew, fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament mad-dikjarazzjoni ta'dawk l-ettari eliġibbli mill-bidwi kkonċernat.

4.   Il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali,għal kull ettaru għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 49 ikun diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati f'konformità mal- Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2)li jinsabu fl-erjas li Stat Membru ddeċieda li jagħtihom pagament f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, jistabbilixxu wkoll numru massimu ta' ettari għal kull impriża li għaliha jista' jingħata appoġġ skont dan il-Kapitolu.

5.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali f'livell reġjonali skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu dment li huma identifikaw ir-reġjuni kkonċernati skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u, b'mod partikolari, il-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom inkluż is-serverità tar-restrizzjonijiet, u kondizzjonijiet agronomiċi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 49(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

Il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali f'livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fir-reġjun rispettiv f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) li jinsabu fl-erjas li Stat Membru jkun iddeċieda li jagħtihom pagament f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 49

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Sabiex jiffinanzjaw il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu 2014, li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.

Sal-1 ta' Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom u jemendawha b'effett mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2016.

2.   Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw l-limiti massimi korrispondenti għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

KAPITOLU 5

Pagament lill-bdiewa żgħażagħ

Artikolu 50

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 ("pagament lill-bdiewa żgħażagħ").

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, 'bdiewa żgħażagħ' tfisser persuni fiżiċi:

(a)

li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u

(b)

li m'għandhomx aktar minn 40 sena fis-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).

3.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiddefinixxu kriterji ta' eliġġibbiltà oġġettivi u nondiskriminatorji għal bdiewa żgħażagħ li qed japplikaw għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ fir-rigward ta' ħiliet u/jew rekwiżiti ta' taħriġ adatti.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, tat-tnaqqis progressiv tal-pagamenti skont l-Artikolu 11 u tat-tnaqqis lineari f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata kull sena mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bidwi jew fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, mad-dikjarazzjoni ta' ettari eliġibbli mill-bidwi.

5.   Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal kull bidwi għal perijodu massimu ta' ħames snin. Dak il-perijodu għandu jitnaqqas bin-numru ta' snin li jgħaddu bejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ.

6.   Kull sena, l-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 36 għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw in-numru ta' drittijiet attivati mill-bidwi f'konformità mal-Artikolu 32(1) b'ċifra li tikkorrispondi għal:

(a)

25 % tal-valur medju tad-drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja li għandu l-bidwi; jew

(b)

25 % ta' ammont ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru tal-ettari eliġibbli kollha ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1). Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ugwali għas-sehem tal-limitu massimu nazzjonali li għad fadal għall-iskema ta' pagament bażiku f'konformità mal-Artikolu 22(1) għall-2015.

7.   L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 għandhom kull sena jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-pagament uniku skont l-erja kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 36 bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).

8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 6 u 7, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru bin-numru ta' drittijiet li l-bidwi jkun attiva f'konformità mal-Artikolu 32(1) jew bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).

Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2).

9.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu massimu uniku applikabbli għan-numru ta' drittijiet għall-pagament attivati mill-bidwi jew in-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati mill-bidwi. Dak il-limitu m'għanduxikun inqas minn 25 jew iktar minn 90. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw dak il-limitu meta japplikaw il-paragrafi 6, 7 u 8.

10.   Minflok japplikaw il-paragrafi 6 sa 9, l-Istati Membri jistgħu jallokaw ammont f'daqqa annwali għal kull bidwi kkalkulat billi n-numru fiss ta' ettari jiġi mmultiplikat b'ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-pagament medju annwali għal kull ettaru kif stabbilit f'konformità mal-paragrafu 8.

In-numru fiss ta' ettari msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi n-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew, l-Artikolu 36(2) mill-bdiew żgħażagħ li japplikaw għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fl-2015, jiġi diviż bin-numru totali ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għal dak il-pagament fl-2015.

Stat Membri jista' jikkalkula mill-ġdid in-numru fiss ta' ettari f'kull sena wara l-2015 f'każ ta' bidliet sinifikanti fin-numru ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għall-pagament jew fid-daqs tal-impriżi tal-bdiewa żgħażagħ, jew it-tnejn.

L-ammont f'daqqa annwali li bidwi jista' jingħata ma għandux jaqbeż l-ammont totali tal-pagament bażiku tiegħu qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fis-sena partikolari.

11   Sabiex jiġi garantit il-ħarsien tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fosthom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar il-kondizzjonijiet li skonthom persuna ġuridika tista' tiġi kkunsidrata li hija eliġibbli biex tirċievi l-pagament għall-bdiewa żgħażagħ.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Biex jiffinanzjaw il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jużaw perċentwal, li m'għandux ikun ogħla minn 2 %, tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2014, bl-istima tal-perċentwal meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament.

Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu l-istima tal-perċentwal tagħhom b’effett mis-sena sussegwenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-perċentwal rivedut sal-1 ta' Awwissu tas-sena preċedenti l-applikazzjoni tiegħu.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn l-ammont totali tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn dak il-massimu, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw id-differenza billi japplikaw il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(7) fis-sena rilevanti, billi japplikaw tnaqqis lineari għall-pagamenti kollha li jkunu ser jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 32 jew mal-Artikolu 36(2), jew permezz taż-żewġ mezzi.

3.   Fejn l-ammont totali tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 50 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu.

4.   Fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fuq bażi annwali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

TITOLU IV

GĦAJNUNA AKKOPPJATA

KAPITOLU 1

Appoġġ akkoppjat volontarju

Artikolu 52

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu (f'dan il-Kapitolu msejjaħ "appoġġ akkoppjat").

2.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

3.   L-appoġġ akkoppjat jista' jingħata biss lil dawk is-setturi jew lil dawk ir-reġjuni ta' Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali jgħaddu minn ċerti diffikultajiet.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li:

(a)

fil-31 ta’ Diċembru 2014, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u

(b)

ma għandhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament.

5.   L-appoġġ akkoppjat jista' jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta' livelli attwali ta' produzzjoni fis-setturi jew fir-reġjuni kkonċernati.

6.   L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali u għandu jingħata f'limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq erjas u rendimenti fissi jew fuq numru fiss ta' annimali.

7.   Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-limiti msemmijin fil-paragrafu 6 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' impriża, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

8.   Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma' miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

9.   Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi evitat finanzjament doppju taħt strumenti ta' appoġġ simili, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:

(a)

il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ akkoppjat;

(b)

regoli dwar konsistenza ma' miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Sabiex jiffinanzjaw l-għajnuna akkoppjata, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' tali appoġġ, li jużaw sa 8 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II, bil-kondizzjoni li:

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2014:

(i)

ikunu japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(ii)

ikunu jiffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta' dak ir-Regolament, jew

(iii)

ikunu jkopru mid-deroga prevista fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta' Malta, fl-Artikolu 69(1) ta' dak ir-Regolament; u/jew

(b)

ikunu jallokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010-2014, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:

(i)

tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(ii)

tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament, jew

(iii)

tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament.

3.   Il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jista’ jiżdied sa żewġ punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 2 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stipulat fl-Anness II biex jappoġġaw il-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina skont dan il-Kapitolu.

4.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jallokaw b'totali, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010- 2014, aktar minn 10 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:

(a)

tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009;

(b)

tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament; jew

(c)

tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament

jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.

5.   Permezz ta' deroga mill-perċentwali stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw sa EUR 3 miljuni kull sena għall-finanzjament tal-appoġġ akkoppjat.

6.   L-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2016, jirrevedu d-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 4 u jiddeċiedu, b'effett mill-2017:

(a)

li jżommu kif inhu, iżidu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stabbiliti hemmhekk fejn japplika, jew biex iżommu kif inhu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 4;

(b)

li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ akkoppjat;

(c)

li jieqfu jagħtu l-appoġġ skont dan il-Kapitolu.

7.   Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-appoġġ akkoppjat fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 54

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 53 sad-dati msemmija f’dak Artikolu. Ħlief għad-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 53(6), in-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-reġjuni mmirati, it-tipi ta’ biedja jew setturi magħżulin u l-livell ta’ appoġġ li għandu jingħata.

2.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 53(2) u (4), jew, fejn ikun jixraq, fil-punt (a) tal-Artikolu 53(6), għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun immirat u tal-karatteristiċi partikolari tat-tipi ta' biedja jew tas-setturi agrikoli speċifiċi, li jagħmlu l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 53(1) insuffiċjenti biex jindirizzaw id-diffikultajiet imsemmija fl-Artikolu 52(3) u li jiġġustifikaw livell ogħla ta' appoġġ.

Artikolu 55

Approvazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3), tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 53(4), jew, fejn huwa xieraq, fil-punt (a) tal-Artikolu 53(6), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat:

(a)

il-ħtieġa li jinżamm ċertu livell ta' produzzjoni speċifika minħabba n-nuqqas ta' alternattivi u biex jitnaqqas ir-riskju li l-produzzjoni tkun abbandunata bil-problemi soċjali u/jew ambjentali li jirriżultaw;

(b)

il-ħtieġa li tkun ipprovduta provvista stabbli lill-industrija lokali tal-ipproċessar, b'hekk tkun evitata l-konsegwenza soċjali u ekonomika negattiva ta' kull ristrutturar li jiġi wara;

(c)

il-ħtieġa li jkun hemm kumpens għall-iżvantaġġi li jolqtu lill-bdiewa f'settur partikolari li jkunu l-konsegwenza ta' taqlib kontinwu fis-suq relatat;

(d)

il-ħtieġa tal-intervent fejn l-eżistenza ta' kull appoġġ ieħor disponibbli skont dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont kull skema approvata ta' għajnuna mill-Istat titqies li hija insuffiċjenti biex tilqa' għall-ħtiġijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċedura tal-valutazzjoni u l-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

KAPITOLU 2

Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton

Artikolu 56

Kamp ta' applikazzjoni

L-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu ("pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton").

Artikolu 57

Eliġibbiltà

1.   Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jingħata għal kull ettaru ta' erja eliġibbli ta' qoton. L-erja għandha tkun eliġibbli biss jekk tkun tinsab fuq art agrikola awtorizzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, tinżera’ b'varjetajiet awtorizzati mill-Istat Membru u fil-fatt tinħasad skont kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jitħallas għal qoton ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu adottati skont il-paragrafu 3.

3.   Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar regoli u kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' art u ta' varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' art u ta' varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton u dwar in-notifiki għall-produtturi relatati ma' din l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 58

Erjas bażi, rendimenti fissi u ammonti ta' referenza

1.   Huma stabbiliti l-erjas bażi nazzjonali li ġejjin:

Il-Bulgarija: 3 342 ha,

Il-Greċja: 250 000 ha,

Spanja: 48 000 ha,

Il-Portugall: 360 ha.

2.   Huma stabbiliti r-rendimenti fissi li ġejjin fil-perijodu ta' referenza:

Il-Bulgarija: 1,2 tunnellata/ha,

Il-Greċja: 3,2 tunnellata/ha,

Spanja: 3,5 tunnellata/ha,

Il-Portugall: 2,2 tunnellata/ha.

3.   L-ammont tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għal kull ettaru ta' erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta' referenza li ġejjin:

Il-Bulgarija: EUR 584,88 fl-2015; u EUR 649,45 għall-2016 u wara,

Il-Greċja: EUR 234,18,

Spanja: EUR 362,15,

Il-Portugall: EUR 228,00.

4.   Jekk l-erja eliġibbli ta' qoton fi Stat Membru partikolari u f'sena partikolari taqbeż l-erja bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għal dak l-Istat Membru għandu jitnaqqas proporzjonalment mar-rendiment żejjed tal-erja bażi.

5.   Sabiex ikun possibbli li jiġi applikat il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 dwar regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dak il-pagament, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u dwar prattiki agronomiċi.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis previst fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 59

Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati

1.   Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, "organizzazzjoni interprofessjonali approvata" tfisser entità legali magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u li jkollhom tal-anqas magna waħda li tissepara l-qoton minn maż-żerriegħa (‘ginner’), li jwettqu attivitajiet bħal:

(a)

jgħinu biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, partikolarment permezz ta' studji ta' riċerka u stħarriġ tas-suq;

(b)

it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(c)

jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu aktar adatti għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumatur;

(d)

jaġġornaw metodi u mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott;

(e)

jiżviluppaw strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità.

2.   L-Istat Membru fejn il-‘ginners’ ikunu stabbiliti għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji li għandhom ikunu stabbiliti skont il-paragrafu 3.

3.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:

(a)

kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b)

obbligi għall-produtturi;

(c)

regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a).

Artikolu 60

Għoti tal-pagament

1.   Il-bdiewa għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 58.

2.   Fil-każ ta' bdiewa li jkunu membri ta' organizzazzjoni interprofessjonali approvata, il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli fl-erja bażi stabbilita fl-Artikolu 58(1) għandu jiżdied b'ammont ta' EUR 2.

TITOLU V

SKEMA GĦALL-BDIEWA ŻGĦAR

Artikolu 61

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema għal bdiewa żgħażagħ f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan it-Titolu ("skema għal bdiewa żgħar").

Il-bdiewa li, fl-2015, għandhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja jew, fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, li jitolbu għal skema ta' pagament uniku skont l-erja, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi previsti fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħar.

2.   Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn Stat Membru jagħżel il-metodu ta' pagament stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2). F'dak il-każ, il-pagament għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet rispettiivi stabbiliti fit-Titoli III u IV, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżentati mill-prattiki agrikoli previsti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III.

4.   Ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ previst taħt dan it-Titolu favur bdiewa, li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li huma ħolqu artifiċjalment, wara t-18 ta' Ottubru 2011, il-kondizzjonijiet biex jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar.

Artikolu 62

Parteċipazzjoni

1.   Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri li m'għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2015. Id-data ffissata mill-Istati Membri ma tistax, madankollu, tkun qabel l-aħħar jum għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.

Il-bdiewa li ma jkunux applikaw biex jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar sad-data ffissata mill-Istat Membru, li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li ntgħażlu għall-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, m'għandhomx jibqgħu intitolati li jipparteċipaw f'dik l-iskema.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bdiewa li l-ammont tagħhom ta' pagamenti diretti taħt it-Titoli III u IV huwa iktar baxx mill-ammont massimu ffissat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 63, jiġu inklużi awtomatikament fl-iskema ta' bdiewa żgħar, sakemm huma ma jirtirawx minnha sad-data ffissata mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jew fi kwalunkwe sena sussegwenti oħra. L-Istati Membri li jużaw din il-possibbiltà għandhom jinformaw lill-bdiewa rilevanti fi żmien debitu dwar id-dritt tagħhom li jirtiraw mill-iskema.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-istima tal-ammont tal-pagament imsemmi fl-Artikolu 63 tiġi mgħarrfa lill-bdiewa fi żmien debitu qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew għall-irtirar iffissata minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 63

Ammont tal-pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għal kull bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin:

(a)

ammont li ma jkunx aktar minn 25 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju, li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ bdiewa li jkunu iddikjaraw l-ettari eliġibbli skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015;

(b)

ammont li jkun jikkorrispondi għall-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’ċifra li tikkorrispondi għal numru ta’ ettari li ma jaqbiżx ħamsa, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015.

L-ammonti msemmija fil-paragrafi (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu inqas minn EUR 500 u m'għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 250.

Fejn l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 250, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għal dak l-ammont minimu jew massimu.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, lStat Membru jista' jiddeċiedi li jagħti lill-bdiewa parteċipanti:

(a)

ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti li għandhom jiġu allokati lill-bidwi kull sena taħt it-Titoli III u IV; jew

(b)

ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti li għandhom jiġu allokati lill-bidwi fl-2014 taħt it-Titoli III u IV, li l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw fi snin sussegwenti biex jittieħed kont b'mod proporzjonali tal-bidliet fil-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II.

L-ammont imsemmi fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandux ikun ogħla minn ammont iffissat minn dak l-Istat Membru li għandu jkun bejn EUR 500 u EUR 1 250.

Fejn l-applikazzjoni tal-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f'ammont aktar baxx minn EUR 500, ll-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jżid dan l-ammont għal EUR 500.

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, f'Ċipru, il-Kroazja, Malta u s-Slovenja, l-ammont imsemmi f'dawk il-paragrafi jista' jiġi stabbilit għal valur aktar baxx minn EUR 500, iżda ta' mhux inqas minn EUR 200 jew, fil-każ ta' Malta, ta' mhux inqas minn EUR 50.

Artikolu 64

Kondizzjonijiet Speċjali

1.   Matul il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar, il-bdiewa għandhom:

(a)

iżommu tal-inqas numru ta' ettari eliġibbli li jkunu jikkorrispondu man-numru ta' drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin, jew man-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2);

(b)

jissodisfaw ir-rekwiżit minimu previst fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1).

2.   Id-drittijiet għall-pagament attivati fl-2015 skont l-Artikoli 32 u 33 minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jitqiesu li huma drittijiet attivati għat-tul ta' żmien tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f'dik l-iskema.

Id-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin mill-bidwi matul il-parteċipazzjoni f'dik l-iskema ma għandhomx jitqiesu bħala drittijiet għall-pagament mhux użati li għandhom jintraddu lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(1).

Fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, l-ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2) minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema ta' bdiewa żgħar għandhom jiġu kkunsidrati li huma ddikjarati għad-durata tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f'dik l-iskema.

3.   B’deroga għall-Artikolu 34, id-drittijiet għall-pagament miżmumin minn bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar ma għandhomx ikunu trasferibbli, ħlief fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat.

Bdiewa li b’wirt jew b’wirt antiċipat jirċievu drittijiet għall-pagament mingħand bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandu jkun eliġibbli li jipparteċipaw f’dik l-iskema dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-iskema ta’ pagament bażiku u jekk jirtu d-drittijiet għall-pagament kollha li kienu miżmuma mill-bidwi li jirċievu d-drittijiet għall-pagamenti mingħandu.

4.   Fejn Stat Membru jagħżel il-metodu ta' pagament stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr ma jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2), il-paragrafi 1 u 2, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw.

5.   Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-iskema fejn is-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tkun inbidlet.

Artikolu 65

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi, l-ammonti li jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar:

(a)

skont l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III;

(b)

bħala pagament ridistributtiv imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III;

(c)

bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III;

(d)

bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III;

(e)

bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III; u

(f)

bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV.

Fil-każ ta' Stati Membri li għażlu li jikkalkulaw l-ammont tal-pagament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), fejn it-total ta' dawk l-ammonti għal bidwi individwali jaqbeż l-ammont massimu li huma ffissaw, kull ammont għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali.

2.   Id-differenza bejn it-totali tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat f'konformità mal- paragrafu 1 għandha tiġi ffinanzjata b'wieħed jew aktar minn dawn il-modi:

(a)

bl-applikazzjoni tal-Artikolu 30(7) fis-sena rilevanti;

(b)

bl-użu ta' fondi għall-finanzjament tal-pagament għal bdiewa żgħar stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li jibqgħu ma jintużawx fis-sena rilevanti;

(c)

bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari għall-pagamenti kollha li jingħataw f'konformità mal-Artikolu 32 jew 36.

3.   Ħlief fejn Stat Membru jkun għażel li jistabbilixxi l-ammont tal-pagament annwali skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), l-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema ta' bdiewa żgħar.

4.   Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż l-10 % tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwal, sakemm huma ma jkunux stabbilixxew l-ammont tal-pagament f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr ma jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2).

L-istess eċċezzjoni tapplika għall-Istati Membri li stabbilew l-ammont tal-pagament f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2), li l-limitu massimu nazzjonali tiegħu stipulat fl-Anness II għas-sena 2019 huwa ogħla minn dak għas-sena 2015 u li japplikaw il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 25(1) jew,fl-Artikolu 36(2).

TITOLU VI

PROGRAMMI NAZZJONALI TA' RISTRUTTURAZZJONI GĦAS-SETTUR TAL-QOTON

Artikolu 66

Użu tal-baġit annwali għall-programmi ta' ristrutturar

1.   Għall-Istati Membri li applikaw l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali rilevanti disponibbli skont l-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament għandu jkun ittrasferit b'effett mill-1 ta' Jannar 2014 u għandu jikkostitwixxi fondi addizzjonali tal-Unjoni għal miżuri skont programmar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

2.   Għall-Istati Membri li applikaw it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali rilevanti disponibbli skont l-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi inkluż b'effett mill-1 ta' Jannar 2017 fil-limiti massimi nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 1

Notifiki u emerġenza

Artikolu 67

Rekwiżiti ta’ notifika

1.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70, dwar il-miżuri meħtieġa fir-rigward tan-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,għall-fini ta' verifika, kontroll, monitoraġġ, evalwazzjoni u verifika ta' pagamenti diretti jew għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali li ġew konklużi b'Deċiżjoni tal-Kunsill, inklużi rekwiżiti ta' notifika skont dawk il-ftehimiet. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sors potenzjali tad-data.

Fejn adatt, l-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa jew issir disponibbli għal organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u tista' ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

2.   Sabiex in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 isiru malajr, b'mod effiċjenti, preċiż u kosteffettiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu aktar regoli dwar:

(a)

in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata; (b)

(b)

il-kategoriji ta' data li għandha tiġi pproċessata u l-perijodi massimi ta' żamma;

(c)

drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta' informazzjoni magħmulin disponibbli;

(d)

il-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:

(a)

il-metodi ta' notifika;

(b)

regoli dwar il-forniment tal-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu;

(c)

għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji, l- arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar kontenut, forma, waqt, frekwenza u skadenzi tan-notifiki;

(d)

arranġamenti għat-trasmissjoni ta' informazzjoni u dokumenti jew biex informazzjoni jew dokumenti jkunu disponibbli għall-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku, suġġetti għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' bdiewa u impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 68

Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru data personali għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 67(1). Huma m'għandhomx jipproċessaw din id-data b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet.

2.   Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 67(1), din għandha tkun anonima u tiġi pproċessata biss f'forma aggregata.

3.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata f'konfomrità mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, tali data m'għandhiex tinħażen f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal perijodu ta' żmien itwal milli meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret jew qed tiġi pproċessata, b'kont meħud tal-perijodi minimi ta' żamma stabbiliti fid-dritt nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lis-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista' tiġi pproċessata minn korpi nazzjonali jew tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1, u li, f'dan ir-rigward, huma jgawdu mid-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, rispettivament.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-Artikoli 111 sa 114 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Artikolu 69

Miżuri għas-soluzzjoni ta' problemi speċifiċi

1.   Sabiex jiġu riżolti problemi speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza. Atti ta' implimentazzjoni bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-punt u għal dak il-perjodu, li fih ikunu strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).

2.   Fejn raġunijiet ta' urġenza ġustifikati kif adatt, jeħtieġu hekk, u sabiex jiġu riżolti tali problemi speċifiċi filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema ta' pagamenti diretti fil-każ ta' ċirkostanzi partikolari, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(3).

3.   Miżuri adottati skontt il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar. Jekk wara dan il-perijodu l-problemi speċifiċi msemmijin f'dawk il-paragrafi jippersistu, il-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi soluzzjoni permanenti, tista' tippreżenta proposta leġislattiva adatta.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 fi żmien jumejn ta' ħidma tal-adozzjoni tagħha.

KAPITOLU 2

Delegi ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Artikolu 70

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jkunu adottati l-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 71

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat imsejjaħ il-"Kumitat għall-Pagamenti Diretti". Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikoli 24(11), l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 67(3), fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet transizzjonali u finali

Artikolu 72

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 qed jiġi mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Madankollu, huwa għandu jkompli japplika sal-31 ta' Diċembru 2017 fir-rigward tal-Istati Membri li eżerċitaw l-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa mħassar.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.

3.   Ir-referenzi magħmulin f’dan ir-Regolament għar-Regolamenti (KE) Nru 73/2009 u (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinftiehmu bħala li qed isiru għal dawk ir-Regolamenti hekk kif kienu fis-seħħ qabel ir-revoka tagħhom.

Artikolu 73

Regoli transitorji

Biex tkun żgurata transizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar il-miżuri meħtieġa biex ikun protett kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.

Artikolu 74

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Madankollu, l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 14, l-Artikolu 16, l-Artikolu 21(2) u (3), l-Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 24(10), l-Artikolu 29, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 36(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 43(8) u (13), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(2), l-Artikolu 46(2) u (8), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), l-Artikolu 53, l-Artikolu 54, l-Artikolu 66(1), l-Artikoli 67 u 70 u l-Artikolu 72(1) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  Opinjoni tat-8 ta' Marzu 2012 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116 u ĠU C 44, 15.2.2013, p. 159.

(3)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(6)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħasssar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (Ara paġna 549 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(8)  Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(9)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1695/2005 (Ara paġna 487 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(13)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(14)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(15)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(16)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li jistabbilixxi programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton (ĠU L 178, 5.7.2008, p. 1).

(18)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(19)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(20)  ĠU C 35, 9.2.2012, p. 1.

(21)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(22)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).


ANNESS I

Lista ta' skemi ta' appoġġ

Is-settur

Bażi legali

Kummenti

Skema ta’ pagamenti bażiċi

Titolu III, Kapitolu 1, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Skema ta' pagament uniku skont l-erja

Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Pagament ridistributtiv

It-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent

It-Titolu III, il-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali

It-Titolu III, il-Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Pagament lill-bdiewa żgħażagħ

It-Titolu III, il-Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Appoġġ akkoppjat volontarju

Titolu IV, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

 

Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton

Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Pagament għall-erja

Skema għall-bdiewa żgħar

It-Titolu V ta' dan ir-Regolament

Pagament diżakkoppjat

Posei

Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi

Gżejjer tal-Eġew

Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/ 2013

Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi


ANNESS II

Il-livelli massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

 

2015

2016

2017

2018

2019 u s-sena ta' wara

Belġju

 

536 076

528 124

520 170

512 718

505 266

Bulgarija

 

721 251

792 449

793 226

794 759

796 292

Repubblika Ċeka

 

874 484

873 671

872 830

872 819

872 809

Danimarka

 

916 580

907 108

897 625

889 004

880 384

Ġermanja

 

5 144 264

5 110 446

5 076 522

5 047 458

5 018 395

Estonja

 

121 870

133 701

145 504

157 435

169 366

Irlanda

 

1 215 003

1 213 470

1 211 899

1 211 482

1 211 066

Greċja

 

2 039 122

2 015 116

1 991 083

1 969 129

1 947 177

Spanja

 

4 842 658

4 851 682

4 866 665

4 880 049

4 893 433

Franza

 

7 553 677

7 521 123

7 488 380

7 462 790

7 437 200

Kroazja (*)

 

130 550

149 200

186 500

223 800

261 100

Italja

 

3 902 039

3 850 805

3 799 540

3 751 937

3 704 337

Ċipru

 

50 784

50 225

49 666

49 155

48 643

Latvja

 

195 649

222 363

249 020

275 887

302 754

Litwanja

 

417 890

442 510

467 070

492 049

517 028

Lussemburgu

 

33 603

33 545

33 486

33 459

33 431

Ungerija

 

1 271 593

1 270 410

1 269 187

1 269 172

1 269 158

Malta

 

5 127

5 015

4 904

4 797

4 689

Pajjiżi l-Baxxi

 

780 815

768 340

755 862

744 116

732 370

Awstrija

 

693 065

692 421

691 754

691 746

691 738

Polonja

 

2 987 267

3 004 501

3 021 602

3 041 560

3 061 518

Portugall

 

565 816

573 954

582 057

590 706

599 355

Rumanija

 

1 629 889

1 813 795

1 842 446

1 872 821

1 903 195

Slovenja

 

137 987

136 997

136 003

135 141

134 278

Slovakkja

 

380 680

383 938

387 177

390 781

394 385

Finlandja

 

523 333

523 422

523 493

524 062

524 631

Svezja

 

696 890

697 295

697 678

698 723

699 768

Renju Unit

 

3 555 915

3 563 262

3 570 477

3 581 080

3 591 683


(*)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2020 għandu jkun ta' EUR 298 400 000, għall-2021 għandu jkun ta' 335 700 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 373 000 000.


ANNESS III

Limiti massimi netti msemmijin fl-Artikolu 7

(f'miljuni ta' EUR)

Sena kalendarja

 

2015

2016

2017

2018

2019 u s-sena ta' wara

Belġju

 

536,1

528,1

520,2

512,7

505,3

Bulgarija

 

723,6

795,1

795,8

797,4

798,9

Repubblika Ċeka

 

874,5

873,7

872,8

872,8

872,8

Danimarka

 

916,6

907,1

897,6

889,0

880,4

Ġermanja

 

5 144,3

5 110,4

5 076,5

5 047,5

5 018,4

Estonja

 

121,9

133,7

145,5

157,4

169,4

Irlanda

 

1 215,0

1 213,5

1 211,9

1 211,5

1 211,1

Greċja

 

2 227,0

2 203,0

2 178,9

2 157,0

2 135,0

Spanja

 

4 903,6

4 912,6

4 927,6

4 941,0

4 954,4

Franza

 

7 553,7

7 521,1

7 488,4

7 462,8

7 437,2

Kroazja (*)

 

130,6

149,2

186,5

223,8

261,1

Italja

 

3 902,0

3 850,8

3 799,5

3 751,9

3 704,3

Ċipru

 

50,8

50,2

49,7

49,2

48,6

Latvja

 

195,6

222,4

249,0

275,9

302,8

Litwanja

 

417,9

442,5

467,1

492,0

517,0

Lussemburgu

 

33,6

33,5

33,5

33,5

33,4

Ungerija

 

1 271,6

1 270,4

1 269,2

1 269,2

1 269,2

Malta

 

5,1

5,0

4,9

4,8

4,7

Pajjiżi l-Baxxi

 

780,8

768,3

755,9

744,1

732,4

Awstrija

 

693,1

692,4

691,8

691,7

691,7

Polonja

 

2 987,3

3 004,5

3 021,6

3 041,6

3 061,5

Portugall

 

566,0

574,1

582,2

590,9

599,5

Rumanija

 

1 629,9

1 813,8

1 842,4

1 872,8

1 903,2

Slovenja

 

138,0

137,0

136,0

135,1

134,3

Slovakkja

 

380,7

383,9

387,2

390,8

394,4

Finlandja

 

523,3

523,4

523,5

524,1

524,6

Svezja

 

696,9

697,3

697,7

698,7

699,8

Renju Unit

 

3 555,9

3 563,3

3 570,5

3 581,1

3 591,7


(*)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nett għas-sena kalendarja 2020 għandu jkun ta' EUR 298 400 000, għall-2021 għandu jkun ta' EUR 335 700 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 373 000 000.


ANNESS IV

Limiti għall-aġġustament għal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 10(2)

Stat Membru

Limitu massimu f'EUR

(Artikolu 10(1)(a))

Limitu massimu f'ettari

(Artikolu 10(1)(b))

Belġju

400

2

Bulgarija

200

0,5

Repubblika Ċeka

200

5

Danimarka

300

5

Ġermanja

300

4

Estonja

100

3

Irlanda

200

3

Greċja

400

0,4

Spanja

300

2

Franza

300

4

Kroazja

100

1

Italja

400

0,5

Ċipru

300

0,3

Latvja

100

1

Litwanja

100

1

Lussemburgu

300

4

Ungerija

200

0,3

Malta

500

0,1

Pajjiżi l-Baxxi

500

2

Awstrija

200

2

Polonja

200

0,5

Portugall

200

0,3

Rumanija

200

0,3

Slovenja

300

0,3

Slovakkja

200

2

Finlandja

200

3

Svezja

200

4

Renju Unit

200

5


ANNESS V

Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija msemmijin fl-Artikoli 10, 16 u 18.

A.

Ammonti għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(1) u għall-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 16 fl-2015:

Bulgarija

:

EUR 790 909 000

Rumanija

:

EUR 1 783 426 000

B.

Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 18(1) fl-2015:

Bulgarija

:

EUR 69 657 000

Rumanija

:

EUR 153 536 000

C.

Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-pagament speċifiku għall-kultivazzjoni tal-qoton imsemmi fl-Artikolu 18(2) fl-2015:

Bulgarija

:

EUR 258 952


ANNESS VI

Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19

A.

Ammont għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(1):

EUR 373 000 000

B.

Ammonti totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 19(3):

(f'eluf ta' EUR)

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

242 450

223 800

186 500

149 200

111 900

74 600

37 300


ANNESS VII

Ammonti massimi li għandhom jiżdiedu mal-ammonti stipulati fl-Anness II skont l-Artikolu 20(2)

(f'eluf ta' EUR)

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

3 360

3 840

4 800

5 760

6 720

7 680

8 640

9 600


ANNESS VIII

Daqs medju ta' azjenda agrikola msemmi fl-Artikolu 41(4)

Stat Membru

Daqs medju ta' azjenda agrikola

(f'ettari)

Belġju

29

Bulgarija

6

Repubblika Ċeka

89

Danimarka

60

Ġermanja

46

Estonja

39

Irlanda

32

Greċja

5

Spanja

24

Franza

52

Kroazja

5,9

Italja

8

Ċipru

4

Latvja

16

Litwanja

12

Lussemburgu

57

Ungerija

7

Malta

1

Pajjiżi l-Baxxi

25

Awstrija

19

Polonja

6

Portugall

13

Rumanija

3

Slovenja

6

Slovakkja

28

Finlandja

34

Svezja

43

Renju Unit

54


ANNESS IX

Lista ta' prattiki ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 43(3)

I.

Prattiki ekwivalenti għal diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba':

1)

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'

Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar

hemm mill-inqas erba' uċuħ tar-raba',

japplikaw limiti massimi aktar baxxi,

hemm għażla aktar adatta ta' uċuħ tar-raba', bħal, pereżempju, uċuħ tar-raba' leguminużi, li fihom il-proteini, uċuħ tar-raba' li ma jeħtiġux irrigazzjoni jew trattamenti ta' pestiċida, kif adatt,

varjetajiet reġjonali ta' tipi ta' uċuħ tar-raba' antiki, tradizzjonali jew fil-periklu huma inklużi fuq mill-inqas 5 % tal-erja b'rotazzjoni

(2)

Rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn:

hemm sekwenza ta' uċuħ tar-raba' multiannwali aktar benefika għall-ambjent u/jew art mistrieħa,

hemm mill-inqas erba' uċuħ tar-raba'

(3)

Għata tal-ħamrija għax-xitwa (*)

(4)

Uċuħ tar-raba' li jikbru malajr (*)

II.

Prattiki ekwivalenti għaż-żamma ta' bwar permanenti:

(1)

Ġestjoni ta' bwar jew mergħat

Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:

Sistema għall-qtugħ jew mowing adatt (dati, metodi, limiti)

Żamma ta' karatteristiċi ta' pajsaġġ fuq bwar permanenti u l-kontroll ta' arbuxelli

Varjetajiet speċifikati ta' ħaxix u/jew sistema taż-żriegħ għat-tiġdid li jiddependi fuq it-tip ta' bur, bl-ebda distruzzjoni ta' valur naturali għoli,

Evakwazzjoni ta' foraġġ jew tiben

Ġestjoni adatta għal meded weqfin

Sistema ta' fertilizzanti

Restrizzjonijiet ta' pestiċidi

(2)

Sistemi estensivi ta' mergħat

Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:

Mergħat estensivi (waqt, densità massima tal-merħliet),

Xogħol ta' rgħajja jew pastoraliżmu fil-muntanji,

L-użu ta' razez lokali jew tradizzjonali biex jirgħu fil-bwar permanenti.

III.

Prattiki ekwivalenti għal żona ta' fokus ekoloġiku:

Rekwiżit: applikazzjoni ta' kwalunkwe prattika li ġejja fuq mill-inqas il-perċentwal tal-art li tinħarat stabbilit skont l-Artikolu 46(1):

(1)

Irtirar ekoloġiku ta' artijiet

(2)

Ħolqien ta' "żoni ta' lqugħ" għal erjas ta' valur naturali għoli, Natura 2000 jew siti ta' ħarsien tal-bijodiversità oħra, inklużi pjanti ta' sġajriet li jagħmlu sies u mogħdijiet tal-ilma

(3)

Ġestjoni ta' biċċiet ta' art ta' lqugħ mhux ikkultivati u marġini ta' għelieqi (sistema ta' qtugħ, varjetajiet ta' ħaxix lokali jew speċifikati u/jew is-sistema ta' żrigħ, żrigħ mill-ġdid b'varjetajiet reġjonali, l-ebda użu ta' pestiċidi, l-ebda rimi ta' demel u/jew fertilizzanti minerali, l-ebda irrigazzjoni, l-ebda ssiġillar tal-ħamrija)

(4)

Fruntieri, strixex fl-għelieqi u rqajja ġestiti għal annimali selvaġġi jew fawna speċifika (fruntieri erbaċea, ħarsien ta' bejtiet, strixex ta' fjuri selvaġġi, taħlita ta' żriragħ lokali, uċuħ tar-raba' mhux maħsuda)

(5)

Ġestjoni (żbir, tirqim, dati, metodi, restawrazzjoni) ta' karatteristiċi ta' pajsaġġ (siġar, sġajriet li jagħmlu sies, veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara, ħitan tal-ġebel (art imtarrġa), fosos, għadajjar)

(6)

Żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew imxarrba li tinħarat (mingħajr l-użu ta' fertilizzanti jew l-użu ta' prodotti ta' ħarsien tal-pjanti)

(7)

Produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr l-użu ta' fertilizzant (fertilizzant minerali u demel) u/jew prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u mhux saqwi, mhux miżrugħ bl-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin u f'post fiss (*)

(8)

Konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti użata b'mod estensiv


(*)  Prattiki soġġetti għall-kalkolazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 43(12).


ANNESS X

Fatturi ta' konverżjoni u ta' piż imsemmija fl-Artikolu 46(3)

Karatteristiċi

Fattur ta’ konverżjoni

Fattur ta’ piż

Erja ta' fokus ekoloġiku

Art li titħalla tistrieħ

 

 

 

Egħlieqi mtarrġa

 

 

 

Karatteristiċi tal-pajsaġġ

 

 

 

Art ta' lqugħ

 

 

 

Ettari ta' agro-forestrija

 

 

 

Strixex ta' ettari eliġibbli tul trufijiet ta' foresti

 

 

 

Erjas b'imsajġar b'rotazzjoni qasira

 

 

 

Erjas afforestati msemmija fl-Artikolu 32(2)(b)(ii)

 

 

 

Erjas b'uċuħ tar-raba' li jikbru malajr jew kopertura veġetali

 

 

 


ANNESS XI

Tabella Ta' Korrelazzjoni

msemmija fl-Artikolu 72(2)

Regolament (KE) Nru 73/2009

Dan ir-Regolament

Regolament (UE) Nru 1306/2013

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4(1)

Artikolu 91

Artikolu 4(2)

Artikolu 95

Artikolu 5

Artikolu 93

Artikolu 6(1)

Artikolu 94

Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10a

Artikolu 10b

Artikolu 10c

Artikolu 10d

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 26(1) u (2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 8(2) ok

Artikolu 11a

Artikolu 8(3)

Artikolu 12(1) u (2)

Artikolu 12

Artikolu 12(3)

Artikolu 14

Artikolu 12(4)

Artikolu 13

Artikolu 13(2)

Artikolu 14

Artikolu 67

Artikolu 15

Artikolu 68(1) u (2)

Artikolu 16

Artikolu 69

Artikolu 17

Artikolu 70

Artikolu 18

Artikolu 71

Artikolu 19

Artikolu 72

Artikolu 20

Artikolu 74(1), (2) u (3)

Artikolu 21

Artikolu 74(4)

Artikolu 22

Artikolu 96

Artikolu 23

Artikolu 97

Artikolu 24

Artikolu 99

Artikolu 25

Artikolu 100

Artikolu 26

Artikolu 61

Artikolu 27(1)

Artikolu 102(3)

Artikolu 27(2)

Artikolu 47

Artikolu 27(3)

Artikolu 68(3)

Artikolu 28(1)

Artikolu 10

Artikolu 28(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 28(3)

Artikolu 31(1)(a) (i) u (ii)

Artikolu 29

Artikolu 75

Artikolu 30

Artikolu 60

Artikolu 31

Artikolu 2(2)

Artikolu 32

Artikolu 15

Artikolu 33

Artikolu 34 (2)

Artikolu 32(2) u (4)

Artikolu 35

Artikolu 33

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 12

Artikolu 38

Artikolu 39(1)

Artikolu 32(6)

Artikolu 39(2)

Artikolu 35(3)

Artikolu 40(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 41(1)

Artikolu 30(1)

Artikolu 41(2)

Artikolu 30(3) u (6)

Artikolu 41(3)

Artikolu 30(3) u (7)(a)

Artikolu 41(4)

Artikolu 41(5)

Artikolu 30(10)

Artikolu 41(6)

Artikolu 42

Artikolu 31(1)(b)

Artikolu 43(1)

Artikolu 34(1), (2) u (3)

Artikolu 43(2)

 

Artikolu 43(3)

Artikolu 34(4)

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 53

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 57a

Artikolu 20 u Anness VII

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 71

Artikolu 72

Artikolu 73

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 77

Artikolu 78

Artikolu 79

Artikolu 80

Artikolu 81

Artikolu 82

Artikolu 83

Artikolu 84

Artikolu 85

Artikolu 86

Artikolu 87

Artikolu 88

Artikolu 56

Artikolu 89

Artikolu 57

Artikolu 90

Artikolu 58

Artikolu 91

Artikolu 59

Artikolu 92

Artikolu 60

Artikolu 93

Artikolu 94

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 97

Artikolu 98

Artikolu 99

Artikolu 100

Artikolu 101

Artikolu 102

Artikolu 103

Artikolu 104

Artikolu 105

Artikolu 106

Artikolu 107

Artikolu 108

Artikolu 109

Artikolu 110

Artikolu 111

Artikolu 112

Artikolu 113

Artikolu 114

Artikolu 115

Artikolu 116

Artikolu 117

Artikolu 118

Artikolu 119

Artikolu 120

Artikolu 121

Artikoli 16 u 17

Artikolu 121a

Artikolu 98, it-tieni subparagrafu

Artikolu 122

Artikolu 123

Artikolu 124(1) sa (5), (7) u (8)

Artikolu 124(6)

Artikolu 98, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 125

Artikolu 126

Artikolu 127

Artikolu 128

Artikolu 129

Artikolu 130

Artikolu 131

Artikolu 132

Artikoli 18 u 19

Artikolu 133

Artikolu 133a

Artikolu 37

Artikolu 134 (imħassar)

Artikolu 135 (imħassar)

Artikolu 136

Artikolu 137

Artikolu 138

Artikolu 3

Artikolu 139

Artikolu 13

Artikolu 140

Artikolu 67

Artikolu 141

Artikolu 71

Artikolu 142(a) sa (q) u (s)

Artikolu 70

Artikolu 142(r)

Artikolu 69

Artikolu 143

Artikolu 144

Artikolu 145

Artikolu 146

Artikolu 72

Artikolu 146a

Artikolu 147

Artikolu 73

Artikolu 148

Artikolu 149

Artikolu 74

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness VI

Anness VII

Anness IV

Anness VIII

Anness II

Anness IX

Anness X

Anness XI

Anness XII

Anness XIII

Anness XIV

Anness XV

Anness XVI

Anness XVII

Anness XVIIa