7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/79 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1274/2013
tas-6 ta’ Diċembru 2013
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward ta’ ċerti addittivi tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3), 14 u 30(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, f’enżimi tal-ikel, f’aromatizzanti, f’nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi speċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel (3) elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(4) |
Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq talba. |
(5) |
Meta jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi tal-ikel kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar tal-Addittivi tal-Ikel adottati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius kif ukoll mis-Sistema Internazzjonali ta’ Numerazzjoni għall-Addittivi tal-Ikel, jiġifieri, l-isem INS (4). |
(6) |
Il-kulur alimentari attwalment awtorizzat “Iswed Brillanti BN, Iswed PN” (E 151) għandu jingħata l-isem mill-ġdid “Iswed Brilliant PN” fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u fl-ispeċifikazzjonijiet għal dan l-addittiv għall-finijiet ta’ ċarezza u sabiex ikun allinjat mal-isem irreġistrat tiegħu fl-INS. |
(7) |
Fil-preżent, id-definizzjoni tal-addittiv tal-ikel “Algal Carotenes” (E 160a (iv)) fl-ispeċifikazzjonijiet tindika “Karoteni mħallta jistgħu wkoll ikunu magħmula mir-razez tal-alga Dunaliella salina, imkabbra f’lagi melħin kbar f’Whyalla, fin-Nofsinhar tal-Awstralja. (…)” li tirreferi għal post speċifiku fejn l-alga titkabbar, jiġifieri, Whyalla. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, id-domanda globali għall-karoteni mill-alga żdied u ġew stabbiliti lagi melħin oħrajn fl-Awstralja u f’pajjiżi oħra. Ma hemm l-ebda referenza u ma hi indikata l-ebda restrizzjoni dwar il-post(ijiet) fejn titkabbar id-Dunaliella salina fl-ispeċifikazzjonijiet għall-karoteni mill-alga (5) tal-Kumitat Espert Konġunt attwali tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel u fl-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-karoteni mħallta (E 160a (i)) u tal-beta-karoten (E 160a (ii)) bħala addittiv tal-ikel (6). Għalhekk, sabiex ikun evitat it-tfixkil tas-suq, id-deskrizzjoni ta’ Karoteni mill-Alga (E 160a (iv)) fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi emendata. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fih żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet għall-Bisulfit tal-Kalċju (E 227) u għall-Bisulfit tal-Potassju (E 228). Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkorreġuti. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi speċifikazzjonijiet ukoll għaċ-Ċelluloża Mikrokristallina (E 460(i)) li jindikaw li s-sinonimu għal dan l-addittiv tal-ikel huwa l-Ġell taċ-ċelluloża. Peress li l-Codex Alimentarius adotta isem doppju għaċ-Ċelluloża Mikrokristallina (E 460(i)), l-isem INS uffiċjali huwa “Ċelluloża Mikrokristallina (Ġell taċ-ċelluloża)”. B’kunsiderazzjoni tal-prattika preċedenti (7) u sabiex tkun żgurata l-konsistenza, u jiġi evitat kull tip ta’ tfixkil fil-kummerċ, l-isem doppju ta’ Ċelluloża Mikrokristallina, Ġell taċ-Ċelluloża għandu jiġi adottat għall-addittiv tal-ikel (E 460(i)). Għalhekk, l-isem “Ġell taċ-ċelluloża” għandu jitneħħa mill-annotazzjoni “Sinonimi” fl-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel u l-isem għandu jiġi emendat skont dan fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(10) |
L-addittiv tal-ikel “Karbossimetilċelluloża, Karbossimetilċelluloża tas-sodju, Gomma taċ-ċelluloża” (E 466) għandu jingħata l-isem mill-ġdid ta’ “Karbossimetilċelluloża tas-sodju, Gomma taċ-ċelluloża” fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u fl-ispeċifikazzjonijiet għal dan l-addittiv għall-finijiet ta’ ċarezza u sabiex jiġi allinjat mal-isem reġistrat tiegħu fl-INS. |
(11) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornamenti inkwistjoni ma jkunux mistennija li jħallu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-aġġornamenti fil-listi tal-Unjoni msemmija hawn fuq mhumiex mistennija li jħallu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, ma hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(12) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-addittivi tal-ikel “Iswed Brillanti BN, Iswed PN” (E 151) jew “Karbossimetilċelluloża, Karbossimetilċelluloża tas-sodju, Gomma taċ-ċelluloża” (E 466) u l-ikel li fih dawn l-addittivi tal-ikel, ittikkettati jew mqiegħda fis-suq sa erbgħa u għoxrin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(4) Is-Sistema Internazzjonali ta’ Numerazzjoni għall-Addittivi tal-Ikel (INS).
(5) Monografija 4 (2007) dwar il-KAROTENI (Alga) disponibbli fuq http://www.fao.org/ag/agn/jecfa-additives/specs/Monograph1/Additive-114.pdf
(6) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-karoeteni mħallta (E 160a(i)) u tal-beta-karoteni (E 160a(ii)) bħala addittiv tal-ikel. Il-Ġurnal tal-EFSA 2012; 10(3):2593.
(7) L-emenda proposta hija konformi ma’ każi simili oħra, bħall-Karbossimetilċelluloża tas-sodju (E 466), u l-karbossimetilċelluloża tas-sodju retikolata (E 468) u l-Karbossimetilċelluloża idrolizzata bl-enżimi (E 469), li ġew attribwiti ismijiet doppji.
ANNESS I
A. |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
B. |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-annotazzjoni dwar E 160a(iv) Karoteni mill-Alga, l-ispeċifikazzjoni fir-rigward tad-definizzjoni tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
L-annotazzjoni dwar E 151 Iswed Brillanti BN, Iswed PN, tinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-annotazzjoni dwar E 227, Bisulfit tal-Kalċju l-intestatura tinbidel b’dan li ġej: “E 227 IDROĠENSULFIT TAL-KALĊJU” |
(4) |
Fl-annotazzjoni dwar E 228, Bisulfit tal-Potassju, l-intestatura tinbidel b’dan li ġej: “E 228 IDROĠENSULFIT TAL-POTASSJU” |
(5) |
L-annotazzjoni dwar E 460(i) Ċelluloża Mikrokristallina hija emendata kif ġej:
|
(6) |
L-annotazzjoni dwar E 466 Karbossimetilċelluloża tas-Sodju, Karbossimetilċelluloża, Gomma taċ-Ċelluloża hija emendata kif ġej:
|