29.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/15


REGOLAMENT (UE) Nru 1023/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2013

li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha għandhom jibqgħu jkunu mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilhom li jilħqu l-objettivi tagħhom, jimplimentaw il-politiki u l-attivitajiet tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati sabiex jilqgħu l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li jridu jiffaċċjaw fil-ġejjieni u jservu liċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi garantit qafas biex jiġbed, jirrekluta u jżomm persunal ta' kwalità għolja u multilingwi, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u b'kunsiderazzjoni dovuta lill-bilanċ tal-ġeneru, li jkun indipendenti u jirrispetta l-ogħla standards professjonali, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jingħelbu d-diffikultajiet attwali li l-istituzzjonijiet qed jgħaddu minnhom fir-reklutaġġ tal-uffiċjali jew tal-persunal minn ċerti Stati Membri.

(3)

Minħabba d-daqs tas-servizz pubbliku Ewropew, meta mqabbel mal-objettivi tal-Unjoni u l-popolazzjoni tagħha, it-tnaqqis fin-numru tal-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-Unjoni ma għandux iwassal għal tfixkil fil-qadi tal-kompiti, tad-dmirijiet u tal-funzjonijiet tagħhom skont l-obbligi u s-setgħat fl-ambitu tat-Trattati. F'dan ir-rigward, hemm bżonn ta' trasparenza fir-rigward tal-kostijiet tal-persunal li ġġarrab kull istituzzjoni u aġenzija fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-persunal impjegat minnha.

(4)

Is-servizz pubbliku Ewropew huwa mistenni jonora l-ogħla standards ta' etika professjonali u jibqa' indipendenti f'kull mument. Għal dak il-għan, it-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal (4), li jagħti qafas għad-drittijiet u l-obbligi, għandu jiġi ċċarat ulterjorment. Kwalunkwe nuqqas mill-uffiċjali jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali milli jottemperaw għal dawn l-obbligi għandu jagħmilhom suxxettibbli għal azzjoni dixxiplinari.

(5)

Il-valur tas-servizz pubbliku Ewropew jinsab ukoll fid-diversità kulturali u lingwistika tiegħu, li tista' biss tiġi garantita jekk jiġi żgurat bilanċ adegwat fir-rigward taċ-ċittadinanza tal-uffiċjali. Ir-reklutaġġ u l-ħatriet għandhom jiggarantixxu li l-persunal ikun impjegat skont l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea mingħajr, madankollu, ma jiġu riservati pożizzjonijiet għaċ-ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku. Għal dak il-għan u bl-iskop li jiġu ttrattati l-iżbilanċi konsiderevoli possibbli bejn iċ-ċittadinanzi fost l-uffiċjali, li ma jkunux ġustifikati minn kriterji oġġettivi, kull istituzzjoni għandha tingħata l-possibilità li tadotta miżuri ġustifikati u xierqa. Tali miżuri qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri xierqa min-naħa tal-istituzzjonijiet.

(6)

Sabiex ikun faċilitat ir-reklutaġġ fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isostnu l-edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom. Huwa kunsiljabbli li l-kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-finanzjament tal-Iskejjel Ewropej, iddeterminata mill-awtorità baġitarja skont ir-regoli rilevanti, tiġi ddebitata lill-baġit tal-Unjoni. Fejn ikun jeħtieġ fl-interessi tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti jerġgħu jikkunsidraw il-post ta' Skola Ewropea ġdida.

(7)

Għan usa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz pubbliku Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz pubbliku Ewropew ikun hemm l-eċċellenza, il-kompetenza, l-indipendenza, il-lealtà, l-imparzjalità u l-istabbiltà tiegħu, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika u kundizzjonijiet attraenti ta' reklutaġġ.

(8)

L-uffiċjali għandhom jagħmlu perjodu ta' prova ta' disa' xhur. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-istabbiliment ta' uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra għandha tqis ir-rapport dwar il-perjodu ta' prova elaborat fi tmiem tali perjodu kif ukoll il-kondotta tal-impjegat taħt prova fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jkun possibbli li rapport dwar l-impjegat taħt prova jsir fi kwalunkwe mument jekk jirriżulta li x-xogħol tal-impjegat taħt prova jkun inadegwat b'mod evidenti. Għajr hekk, għandu jsir rapport fl-aħħar tal-perjodu ta' prova biss.

(9)

Fl-interess li jiġi garantit li l-kapaċità tal-akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea tiżviluppa b'mod parallel ma' dik tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, huwa essenzali li l-prinċipju tal-mekkaniżmu multiannwali tal-ħlas, magħruf bħala "l-metodu", jinżamm aġġornat billi tiġi garantita l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża sa tmiem l-2023 b'reviżjoni fil-bidu tal-2022, filwaqt li jkun inkluż mekkaniżmu għall-proroga tal-metodu. Barra minn hekk, bil-għan li jingħelbu d-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-metodu fl-imgħoddi, għandu jkun stabbilit metodu biex jippermetti aġġornament annwali awtomatiku tas-salarji, il-pensjonijiet u l-allowances kollha, inkluża klawsola ta' kriżi awtomatika. Għal dak il-għan, l-ammonti rilevanti li jinsabu fir-Regolamenti tal-Persunal u fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti ta' referenza li huma suġġetti għal aġġornament regolari u awtomatiku. Tali ammonti aġġornati għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' informazzjoni. Dan il-mekkaniżmu ta' aġġornament għandu jintuża wkoll għall-każijiet l-oħra kollha li fihom tali aġġornament huwa previst.

(10)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta statistika li tintuża għall-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. Skont il-prinċipju tal-imparzjalità, l-istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet xierqa oħrajn tal-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta fil-livell nazzjonali u jibagħtuha lill-Eurostat.

(11)

Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tar-reintroduzzjoni tas-sistema ta' "imposta". Bħal fil-każ tal-metodu, l-applikazzjoni tal-imposta ta' solidarjetà tista' tiġi provviżorjament prorogata. Jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied, kif imqabbel mal-livell tal-imposta speċjali applikabbli mill-2004 sal-2012, u li tiġi prevista rata aktar progressiva. L-għan huwa li jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku u soċjali partikolarment diffiċli fl-Unjoni, u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni kollha. Il-bżonn ta' konsolidament tal-finanzi pubbliċi fl-Unjoni, inkluż fit-terminu qasir, jirrikjedi sforz ta' solidarjetà rapidu u partikolari min-naħa tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din l-imposta ta' solidarjetà għalhekk għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2014.

(12)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Frar 2013 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali, il-Kunsill Ewropew indika li l-ħtieġa li jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi fit-terminu qasir, medju u twil tirrikjedi sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u mill-persunal tagħha biex titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja u taġġusta ruħha għall-kuntest ekonomiku li qiegħed jinbidel. Tali appell fil-fatt tenna l-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2011 għall-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, li għamlet sforz biex tiggarantixxi kosteffiċjenza u rrikonoxxiet li l-isfidi li attwalment qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea jeħtieġu sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u minn kull membru tal-persunal tagħha bil-għan ta' titjib tal-effiċjenza u ta' aġġustament għall-kuntest ekonomiku u soċjali fl-Ewropa li qiegħed jinbidel. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew appella, bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, għal aġġustament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-persunal kollu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz tas-sospensjoni għal sentejn tal-metodu u għar-reintroduzzjoni ta' imposta ta' solidarjetà ġdida bħala parti mir-riforma tal-metodu tas-salarji.

(13)

Fid-dawl ta' tali konklużjonijiet u bħala tweġiba għar-restrizzjonijiet baġitarji tal-futur kif ukoll bħala sinjal ta' solidarjetà min-naħa tas-servizz pubbliku Ewropew mal-miżuri ta' awsterità meħuda mill-Istati Membri bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja bla preċedenti u tal-kuntest soċjali u ekonomiku diffiċli fl-Istati Membri u fl-Unjoni fit-totalità tagħha, jeħtieġ li tiġi prevista s-sospensjoni għal sentejn tal-metodu għar-remunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għall-allowances kollha tal-uffiċjali u li l-imposta ta' solidarjetà tiġi applikata minkejja tali sospensjoni.

(14)

It-tibdiliet demografiċi u l-istruttura dejjem tinbidel tal-età tal-popolazzjoni kkonċernata jirrikjedu żieda fl-età tal-pensjoni. Madanakollu din il-bidla hija suġġetta għal miżuri tranżitorji għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea li diġà jinsabu fis-servizz. Dawk il-miżuri tranżitorji huma meħtieġa sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet miksuba mill-uffiċjali li diġà jinsabu fis-servizz u li kkontribwew għall-fond tal-pensjoni kunċettwali għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-età tal-pensjoni għandha wkoll issir aktar flessibbli billi l-membri tal-persunal isirilhom aktar faċli li volontarjament jibqgħu jaħdmu sal-età ta' 67 sena, u li jsirilhom possibbli, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'kondizzjonijiet speċifiċi, li jibqgħu jaħdmu sal-età ta' 70 sena.

(15)

Ladarba l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tinsab f'bilanċ attwarjali u dan il-bilanċ għandu jinżamm fuq terminu qasir u twil ta' żmien, il-persunal impjegat qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandu jiġi kkumpensat għall-kontribuzzjoni għall-pensjoni permezz ta' miżuri tranżitorji, bħal rata ta' akkumulazzjoni aġġustata għas-snin ta' servizz wara li tintlaħaq l-età pensjonabbli (l-inċentiv ta' Barċellona) u billi jiġi applikat nofs it-tnaqqis għall-irtirar bikri bejn l-età ta' 60 u l-età statutorja tal-irtirar.

(16)

Il-prattika attwarjali li hija aċċettata normalment tirrikjedi li għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju jintuża perjodu ta' osservazzjonijiet tal-imgħoddi ta' bejn 20 u 40 sena bil-għan li jiġi żgurat il-bilanċ tal-iskemi tal-pensjoni. Għaldaqstant il-medji varjabbli għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju għandhom jiġu estiżi sa 30 sena b'perjodu tranżitorju ta' seba' snin.

(17)

Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tagħmel studju u tressaq proposti adegwati dwar l-Artikolu 5(4), l-Anness I, Taqsima A, u l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li tistabbilixxi rabta ċara bejn ir-responsabbiltajiet u l-grad u sabiex tiżgura li ssir aktar enfasi fuq il-livell ta' responsabbiltajiet meta jsir it-tqabbil bejn il-merti fil-kuntest ta' promozzjoni.

(18)

B'kunsiderazzjoni għal dik it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kondizzjonata fuq id-dedikazzjoni personali, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi, u l-qadi ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla.

(19)

L-itinerarju professjonali fil-gruppi ta' funzjoni AD u AST għandu jiġi ristrutturat b'tali mod li l-ogħla gradi jinżammu biss għal għadd limitat ta' uffiċjali li jeżerċitaw l-ogħla livell ta' responsabbiltajiet. Għalhekk l-amministraturi jistgħu javvanzaw biss sal-grad ta' AD 12 sakemm ma jinħatrux f'pożizzjoni speċifika bi grad superjuri, u l-gradi AD 13 u 14 għandhom ikunu riservati għal dawk il-membri tal-persunal bi rwoli li jinvolvu responsabbiltajiet konsiderevoli. Analogament, l-uffiċjali fil-grad AST 9 jistgħu jkunu promossi għall-grad AST 10 biss konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

(20)

Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni għandhom jistabbilixxu korrelazzjoni adegwata bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz pubbliku Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv. Il-Kummissjoni għandha teżamina u tagħmel rapport dwar il-kobor u l-effetti tal-introduzzjoni ta' dan il-grupp ta' funzjoni ġdid, filwaqt li tqis partikolarment is-sitwazzjoni tan-nisa, sabiex tkun tista' tiġi żgurata s-salvagwardja ta' servizz pubbliku Ewropew stabbli u komprensiv.

(21)

Jinżamm il-minimu ta' sentejn fil-grad qabel ma uffiċjal ikun jista' jiġi promoss fil-grad ogħla li jmiss sabiex l-uffiċjali b'riżultati eċċellenti jkunu promossi b'mod aktar rapidu. Kull istituzzjoni għandha tiggarantixxi li l-politiki interni tar-riżorsi umani tagħha jużaw il-possibbiltajiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex jippermettu karrieri adatti għall-uffiċjali b'potenzjal għoli u li kisbu riżultati eċċellenti.

(22)

Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk fis-seħħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u b'mod li jikkumpensa għat-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet. Dak l-allinjament għandu jqis il-ħinijiet tax-xogħol applikati fis-servizzi pubbliċi fl-Istati Membri. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz pubbliku tal-Unjoni kollu kemm hu.

(23)

L-arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol huma essenzjali għal amministrazzjoni pubblika moderna u effiċjenti li tippermetti kondizzjonijiet ta' xogħol orjentati lejn il-familja u li twassal għal bilanċ bejn il-ħaddiema nisa u rġiel fl-istituzzjonijiet. Għaldaqstant huwa meħtieġ li fir-Regolamenti tal-Persunal tiġi introdotta referenza espliċita għal dawk l-arranġamenti.

(24)

Ir-regoli dwar il-ħin ta' vjaġġar u l-ħlas annwali tal-ispejjeż tal-ivjaġġar bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini għandhom jiġu mmodernizzati, razzjonalizzati u jintrabtu aktar mal-istatus ta' espatrijazzjoni, sabiex l-applikazzjoni tagħhom issir waħda aktar sempliċi u trasparenti. B'mod partikolari, il-ħin ta' vjaġġar annwali għandu jiġi mibdul bil-leave fil-post tal-oriġini u limitat għal massimu ta' jumejn u nofs.

(25)

Bl-istess mod, ir-regoli dwar ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġarr għandhom jiġu ssimplifikati, sabiex l-applikazzjoni tagħhom tiġi ffaċilitata kemm għall-amministrazzjoni kif ukoll għall-membri tal-persunal ikkonċernati. Għal dan il-għan, għandhom jiġu introdotti livelli massimi li jikkunsidraw is-sitwazzjoni tal-familja tal-uffiċjal jew l-aġent u l-kost medju tal-ġarr u tal-assgurazzjoni assoċjata miegħu.

(26)

Xi membri tal-persunal ta' sikwit ikollhom missjonijiet fil-postijiet tax-xogħol prinċipali l-oħrajn tal-istituzzjoni tagħhom. Bħalissa dawn is-sitwazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati kif xieraq fir-regoli dwar il-missjonijiet. Għaldaqstant dawn ir-regoli għandhom jiġu adattati, sabiex f'każi bħal dawn ir-rimborż tal-kosti tal-akkomodazzjoni jkun jista' jsir abbażi ta' ammont b'rata fissa.

(27)

Huwa xieraq li jiġu modernizzati l-kondizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal impjegat f'pajjiżi terzi u, biex dawn isiru aktar kosteffiċjenti filwaqt li jiġġeneraw iffrankar tal-ispejjeż. L-intitolamenti għal-leave annwali għandhom ikunu aġġustati, u għandha tiġi prevista l-possibbiltà li tiddaħħal firxa usa' ta' parametri għall-iffissar tal-allowance għall-kondizzjonijiet ta' għajxien mingħajr ma jintlaqat l-għan ġenerali ta' ġenerazzjoni ta' ffrankar tal-ispejjeż. Il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-allowance tal-akkomodazzjoni għandhom ikunu riveduti biex iqisu aħjar il-kondizzjonijiet lokali u jonqos il-piż amministrattiv.

(28)

Huwa xieraq li jiġi previst qafas aktar flessibbli għall-impjegar ta' persunal kuntrattwali. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jingaġġaw persunal kuntrattwali għal perjodu massimu ta' sitt snin sabiex iwettaq kompiti taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew persunal temporanju. Barra minn hekk, filwaqt li l-parti l-kbira tal-uffiċjali ser jibqgħu jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw is-setgħa li jorganizzaw kompetizzjonijiet interni li jistgħu jkunu miftuħa għall-persunal kuntrattwali wkoll fuq bażi eċċezzjonali u suġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(29)

Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tranżitorji li jippermettu li r-regoli u l-miżuri l-ġodda jiġu applikati gradwalment, fir-rispett tad-drittijiet miksuba u tal-istennijiet leġittimi tal-persunal impjegat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi fir-Regolamenti tal-Persunal.

(30)

Bħall-persunal l-ieħor li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-aġenziji huwa kopert mill-iskema tal-pensjonijiet tal-UE. L-aġenziji li huma awtofinanzjati bis-sħiħ bħalissa jħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur lill-iskema. Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza baġitarja u qsim tal-piżijiet iktar bilanċjat, l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha. Peress li din id-dispożizzjoni l-ġdida tista' tirrikjedi l-aġġustament tar-regoli rilevanti dwar id-drittijiet miġbura mill-aġenzija, din għandha tapplika biss b'effett mill-1 ta' Jannar 2016. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti għall-adattament ta' dawk ir-regoli.

(31)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni u ta' politika tal-persunal konsistenti, ir-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-aġenziji. Madanakollu, sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-aġenziji, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-aġenziji għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni biex jadottaw regoli ta' implimentazzjoni li jidderogaw minn dawk adottati mill-Kummissjoni, jew li ma japplikaw l-ebda regola tal-Kummissjoni.

(32)

Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati biex jiġu implimentati r-Regolamenti tal-Persunal u dan jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-reġistru, li għandu jkun miftuħ għall-konsultazzjoni mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji u mill-Istati Membri kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal.

(33)

Sabiex ir-regoli dwar l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni jiġu armonizzati u ċċarati, u b'kunsiderazzjoni għan-natura interna u amministrattiva tagħhom, ikun xieraq li l-awtorità tal-ħatra tingħata s-setgħat relevanti ta' teħid ta' deċiżjonijiet u anke l-awtorità li tikkonkludi kuntratti.

(34)

B'kunsiderazzjoni tal-għadd kbir ta' persunal temporanju mal-aġenziji u tal-ħtieġa li tiġi definita politika tal-persunal konsistenti, huwa meħtieġ li tinħoloq kategorija ġdida ta' persunal temporanju u li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għan dik il-kategorija.

(35)

Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni baġitarja tal-Iskema Konġunta tal-Assikurazzjoni tal-Mard u tieħu l-provvedimenti kollha meħtieġa fil-każ ta' żbilanċ strutturali tas-sistema.

(36)

L-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li ċerta dejta tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra għandhom ikunu kkomunikati lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(37)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward ta' ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol. Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma emendati kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1d huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (3), il-kelma 'istituzzjonijiet' tinbidel b' 'awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

'4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, b'persuni b'diżabilità huwa mifhum dawk li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul li, f'interazzjoni ma' ostakli ta' xort'oħra, jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq il-bażi ta' ugwaljanza ma' ħaddieħor. Tali indeboliment għandu jkun iddeterminat skont il-proċedura ppreżentata fl-Artikolu 33.

Persuna b'diżabilità taqa' taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’punt (e) tal-Artikolu 28 jekk tista' twettaq il-funzjonijiet essenzjali tax-xogħol meta ssir akkomodazzjoni raġonevoli.

"Akkomodazzjoni raġonevoli", dwar il-funzjonijiet essenzjali tax-xogħol, għandha tfisser il-miżuri xierqa, meta meħtieġa, li jippermettu li persuna b'diżabilità jkollha aċċess għal, tieħu sehem fi, jew tavvanza fl-impjieg, jew li tgħaddi minn taħriġ, sakemm it-tali miżuri ma jkunux jimponu piż sporporzjonat fuq min iħaddem.

Il-prinċipju ta' trattament indaqs ma għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi intiżi li jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali min-naħa tal-persuni b'diżabilità, jew li jevitaw jew jikkumpensaw l-iżvantaġġi fil-karrieri professjonali tagħhom.';

(2)

Fl-Artikolu 1e, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   L-uffiċjali f'impjieg attiv għandu jkollhom aċċess għall-miżuri ta' natura soċjali, inklużi miżuri speċifiċi li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, adottati mill-istituzzjonijiet, u għas-servizzi pprovduti mill-korpi ta' assistenza soċjali, li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 9. Dawk li qabel kienu uffiċjali jistgħu jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.';

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Il-pożizzjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kklassifikati, skont in-natura u l-importanza tad-dmirijiet li jirrelataw magħhom, fi grupp ta' funzjoni tal-amministraturi (minn issa 'l quddiem 'AD'), grupp ta' funzjoni tal-assistenti (minn issa 'l quddiem 'AST') u grupp ta' funzjoni tas-segretarji u l-iskrivani (minn issa 'l quddiem 'AST/SC').';

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

'2.   Il-grupp ta' funzjoni AD għandu jkun fih tnax-il grad, li jikkorrispondu mad-dmirijiet maniġerjali, kunċettwali u analitiċi kif ukoll lingwistiċi u xjentifiċi. Il-grupp ta' funzjoni AST għandu jkun fih ħdax-il grad, li jikkorrispondu mad-dmirijiet eżekuttivi u tekniċi. Il-grupp ta' funzjoni AST għandu jkun fih ħdax-il grad, li jikkorrispondu mad-dmirijiet klerikali u segretarjali';

(c)

fil-punt (a) tal-paragrafu 3 l-kliem 'u grupp ta' funzjoni AST/SC' jiddaħħal wara l-kliem 'fi grupp tal-funzjoni AST';

(d)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

'4.   L-Anness I, Taqsima A fih tabella bit-tip ta' pożizzjonijiet. B'referenza għal dik it-tabella, l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjonijiet tista' tiddefinixxi f'aktar dettall id-dmirijiet u s-setgħat li huma marbuta ma' kull tip ta' pożizzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal.';

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 6

1.   It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni.

2.   Bla ħsara għall-prinċipju ta' promozzjoni bbażata fuq il-mertu kif inhuwa stabbilit fl-Artikolu 45, dak il-pjan għandu jiżgura li fir-rigward ta' kull istituzzjoni, l-għadd ta' pożizzjonijiet battala f'kull grad tal-pjan tal-persunal fl-1 ta' Jannar ta' kull sena jkun jikkorrispondi għall-għadd ta' uffiċjali fil-grad aktar baxx li jkunu impjegati attivament fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, multiplikat bir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għal dak il-grad. Dawn ir-rati għandhom ikunu applikati fuq bażi medja fuq ħames snin mill-1 ta' Jannar 2014.

3.   Ir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għandhom jifformaw parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 113.

4.   L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-grupp ta' funzjoni AST/SC u dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 31 tal-Anness XIII, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-ħtieġa ta' persunal li jwettaq kompiti segretarjali u klerikali fl-istituzzjonijiet kollha u l-evoluzzjoni ta' pożizzjonijiet permanenti u temporanji fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC għandhom jifformaw parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 113.';

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Bla ħsara għall-paragrafu 1a, fi ħdan kull istituzzjoni ser jiġu stabbiliti:

Kumitat tal-Persunal, li jista' jiġi organizzat f'taqsimiet għall-postijiet tax-xogħol differenti;

Kumitat Konġunt wieħed jew aktar, kif xieraq għall-għadd ta' uffiċjali fil-postijiet tax-xogħol;

Bord tad-Dixxiplina wieħed jew aktar, kif xieraq għall-għadd ta' uffiċjali fil-postijiet tax-xogħol;

Kumitat Konġunt ta' Konsulenza wieħed jew aktar dwar inkompetenza professjonali, kif xieraq għall-għadd ta' uffiċjali fil-postijiet tax-xogħol;

Kumitat tar-Rapporti, jekk ikun meħtieġ;

Kumitat tal-Invalidità,

li ser iwettqu l-funzjonijiet assenjati lilhom minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.';

(b)

il-paragrafu 1a jinbidel b'dan li ġej:

'1a.   Għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, jista' jinħoloq Kumitat Konġunt komuni għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar. Il-Kumitati l-oħrajn li huma msemmija fil-paragrafu 1 u l-Bord tad-Dixxiplina jistgħu jinħolqu bħala korpi komuni għal żewġ aġenziji jew aktar.';

(c)

fil-paragrafu 2, is-subparagrafu li ġej huwa mdaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

'L-aġenziji jistgħu jidderogaw mid-dispożizjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Anness II dwar is-sħubija fil-Kumitat tal-Persunal sabiex iqisu l-għamla tal-persunal tagħhom. L-aġenziji jistgħu jiddeċiedu li ma jaħtrux membri sostituti fil-Kumitat jew Kumitati Konġuniti kif inhuwa previst fl-Artikolu 2 tal-Anness II.';

(6)

Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10, il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' tinbidel b''tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(7)

L-Artikolu 11 huwa mibdul b'dan li ġej:

'Artikolu 11

L-uffiċjal għandu jaqdi dmirijietu u jġib ruħu esklużivament bl-interessi tal-Unjoni quddiem għajnejh. Huwa m'għandux ifittex jew jaċċetta istruzzjonijiet mill-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-istituzzjoni tiegħu. Għandu jaqdi d-dmirijiet fdati lilu b'mod oġġettiv, imparzjali u fir-rispett tad-dmir tiegħu ta' lealtà lejn l-Unjoni.

Mingħajr il-permess tal-awtorità tal-ħatra, l-uffiċjal ma jistax jaċċetta minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe entità oħra minbarra l-istituzzjoni tiegħu xi onorifiċenza, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kwalunkwe natura, ħlief għas-servizzi mogħtija qabel il-ħatra tiegħu, matul leave speċjali għas-servizz militari jew nazzjonali ieħor jew għal dak it-tali servizz.

Qabel ma tirrekluta uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra għandha teżamina jekk il-kandidat għandux interess personali li jikkomprometti l-indipendenza tiegħu jew jekk jinsabx f'xi sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess. Għal dak il-għan, il-kandidat, billi juża formola speċifika, għandu jinforma lill-awtorità tal-ħatra dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess effettiv jew potenzjali. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-ħatra għandha tqis dan f'opinjoni debitament motivata. Jekk ikun neċessarju, l-awtorità tal-ħatra għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a(2).

Dan l-Artikolu għandu japplika b' analogija għall-uffiċjali li jirritornaw mil-leave għal raġunijiet personali.';

(8)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 16

Uffiċjal għandu, wara li jħalli s-servizz, jibqa' marbut mid-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

L-uffiċjali li biħsiebhom jingaġġaw f'attività ta' okkupazzjoni, kemm jekk bi qligħ jew le, fi żmien sentejn wara li jitilqu mis-servizz għandhom jinfurmaw lill-istituzzjoni tagħhom b'dan billi jużaw formola speċifika. Jekk dik l-attività tkun marbuta max-xogħol imwettaq mill-uffiċjal matul l-aħħar tliet snin tas-servizz, u tista' twassal għall-kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra tista', wara li tkkunsidra l-interessi tas-servizz, jew ma tħallihx jidħol għaliha, jew tagħti l-approvazzjoni tagħha, suġġetta għal kull kondizzjoni li tqis xierqa. L-awtorità tal-ħatra għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tkun informata b'dan. Jekk it-tali notifika ma tkunx saret sal-aħħar ta' dak il-perjodu, jitqies li dan ifisser aċċettazzjoni impliċita.

L-awtorità tal-ħatra għandha, fil-prinċipju, tipprojbixxi lil dawk li kienu uffiċjali ta' livell għoli kif definiti fil-miżuri ta' implimentazzjoni, milli, matul it-12-il xahar wara li jitilqu mis-servizz, jiżvolġu attività ta' lobbying jew ta' difiża fil-konfront tal-persunal ta' dik li kienet l-istituzzjoni tagħhom, f'isem il-kumpanija tagħhom, il-klijenti tagħhom jew l-impjegaturi tagħhom, dwar kwistjonijiet li minnhom kienu responsabbli matul l-aħħar tliet snin ta' servizz.

B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), kull istituzzjoni għandha tippubblika kull sena l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tielet paragrafu, inkluża lista tal-każijiet eżaminati.

(*)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).';"

(9)

L-Artikolu 18(1) jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Id-drittijiet kollha f'kull kitba jew xogħol ieħor magħmul minn kull uffiċjal fil-qadi ta' dmirijietu għandhom ikunu l-proprjetà tal-Unjoni Ewropea jew, meta tali kitbiet jew xogħol ikunu jirrelataw mal-attivitajiet tagħha jew, meta tali kitbiet jew xogħol ikunu jirrelataw mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom ikunu l-proprjetà tal-Komunità. L-Unjoni, jew fejn huwa applikabbli, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandu jkollha d-dritt li takkwista d-drittijiet tal-awtur ta' tali xogħlijiet b'mod obbligatorju.';

(10)

L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 19

Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess tal-awtorità tal-ħatra, jiżvela għall-ebda raġuni, fi proċeduri legali informazzjoni li jaf biha minħabba dmirijietu. Il-permess għandu jkun rifjutat biss fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu u t-tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali sa fejn l-uffiċjal huwa kkonċernat. Uffiċjal għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jħalli s-servizz.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għal uffiċjal jew għal min kien uffiċjal li jagħti evidenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew quddiem Bord tad-Dixxiplina ta' istituzzjoni fuq kwistjoni li tikkonċerna aġent jew wieħed li kien aġent tal-Unjoni Ewropea.';

(11)

Fl-Artikolu 21a, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

'3.   Uffiċjal li jinforma lis-superjuri tiegħu dwar ordnijiet li kkunsidra li kienu irregolari jew li x'aktarx iwasslu għal diffikultajiet serji ma għandu jsofri l-ebda preġudizzju f'dak ir-rigward.';

(12)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

'Artikolu 22c

F'konformità mal-Artikoli 24 u 90, kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti magħmula minn uffiċjali rigward it-trattament li ngħataw b'segwitu jew b'konsegwenza tal-qadi tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 22a jew 22b. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiggarantixxi li tali lmenti jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u, meta jkun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, qabel jiskadu t-termini stabbiliti fl-Artikolu 90.

L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi regoli interni dwar, fost affarijiet oħra:

il-komunikazzjoni lill-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 22a(1) jew l-Artikolu 22b tal-informazzjoni dwar is-segwitu mogħti għar-rapportar tagħhom,

il-ħarsien tal-interessi leġittimi ta' dawk l-uffiċjali u tal-privatezza tagħhom, u

il-proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.';

(13)

Fl-Artikolu 26a, il-kelma 'mill-istituzzjonijiet' tinbidel b''mill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(14)

L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 27

Ir-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta' uffiċjali tal-ogħla livell ta' kapaċità, effiċjenza u integrità, magħżula mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. L-ebda pożizzjoni ma tkun riservata għal ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri xierqa wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn iċ-ċittadinanzi fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawk il-miżuri xierqa jridu jkunu ġustifikati u qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri xierqa, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Wara perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tat-tieni paragrafu.

Sabiex ikun faċilitat ir-reklutaġġ fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isostnu l-edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom.';

(15)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Qabel ma timtela pożizzjoni battala f'istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra għandha l-ewwel tikkunsidra:

(a)

jekk il-pożizzjoni tistax timtela:

(i)

bi trasferiment, jew

(ii)

b'ħatra skont l-Artikolu 45a, jew

(iii)

bi promozzjoni

fi ħdan l-istituzzjoni

(b)

jekk ġewx irċevuti talbiet għat-trasferiment tiegħu minn uffiċjali tal-istess grad f'istituzzjonijiet oħrajn, u/jew,

(c)

jekk kienx possibbli li l-pożizzjoni battala timtela permezz tal-possibbiltajiet imsemmija fil-punti (a) u (b), jekk għandhomx jitqiesu listi ta' kandidati idonei skont it-tifsira tal-Artikolu 30, fejn ikun xieraq, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relevanti rigward kandidati adatti fl-Anness III u/jew

(d)

jekk għandhiex issir kompetizzjoni interna fl-istituzzjoni, li għandha tkun miftuħa biss għal uffiċjali u personal temporanju kif definit fl-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

jew jimxu mal-proċedura tal-kompetizzjonijiet, fuq il-bażi ta' kwalifiki jew ta' eżamijiet, jekk ta' kwalifiki u ta' eżamijiet. L-Anness III jippreżenta l-proċedura tal-kompetizzjoni.

Il-proċedura tista' l-istess tkun segwita għall-iskop biex tkun kostitwita riserva għall-reklutaġġ futur.

Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (d) u f'każijiet eċċezzjonali biss, torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.'; Dik il-kategorija tal-aħħar ta' persunal għandha tkun suġġetta għal restrizzjonijiet fir-rigward ta' dik il-possibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 82(7),tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward ta' xogħlijiet speċifiċi li kien intitolat li jagħmel bħala persunal kuntrattwali.';

(16)

L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 30

Għal kull kompetizzoni, għandu jinħatar kumitat ta' selezzjoni mill-awtorità tal-ħatra. Dan il-kumitat għandu jħejji lista ta' kandidati idonei.

L-awtorità tal-ħatra għandha tiddeċiedi liema minn dawn il-kandidati għandha taħtar għall-pożizzjonijiet battala.

Dawn il-kandidati għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni adegwata dwar il-pożizzjonijiet battala xierqa ppubblikata mill-istituzzjonijiet u mill-aġenziji.':

(17)

L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(2) tinbidel b'dan li ġej:

'Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8';

(18)

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 32, il-kelma 'mill-istituzzjoni' tinbidel bil-kliem 'mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

(19)

L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 34

1.   L-uffiċjali għandhom iservu perjodu ta' prova ta' disa' xhur qabel ma jistgħu jkunu stabbiliti. Id-deċiżjoni li uffiċjal jiġi stabbilit għandha tittieħed fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll fuq il-bażi tal-elementi disponibbli għall-awtorità tal-ħatra relatati mal-imġiba tal-impjegat fuq prova fir-rigward tat-Titolu II.

Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, uffiċjal ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu, minħabba mard, leave tal-maternità skont l-Artikolu 58 jew inċident, għal tul ta' żmien kontinwu ta' minn tal-anqas xahar, l-awtorità tal-ħatra tista' ttawwal il-perjodu ta' prova b'tul ta' żmien ekwivalenti. It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar.

2.   Jista' jsir f'kull mument rapport fuq il-persuna bi prova qabel jintemm iż-żmien ta' prova jekk ix-xogħol tiegħu jkun qed jidher ċar li hu inadegwat.

Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tressaq il-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jiġu trażmessi immedjatament mis-superjur immedjat tal-persuna taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, fi tliet ġimgħat, tikseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti Konġunt dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. L-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tkeċċi lil impjegat taħt prova qabel ma jintemm il-perjodu ta' prova, u tagħtih avviż ta' xahar, jew li tibgħat lill-uffiċjal f'dipartiment ieħor għaż-żmien li jkun fadallu tal-perjodu ta' prova.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza taż-żmien ta' prova, għandu jitħejja rapport dwar il-kapaċità tal-impjegat li jaqdi d-dmirijiet li jappartjenu għall-pożizzjoni tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dak ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna taħt prova, li għandha jkollha d-dritt li tressaq il-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol.

Jekk jirrakkomanda tkeċċija jew, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom ikunu trażmessi minnufih mis-superviżur dirett tal-persuna taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, matul tliet ġimgħat, tikkonsulta l-Kumitat Konġunt tar-Rapporti dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

Persuna bi prova li x-xogħol jew l-imġiba tagħha ma jirriżultawx li jkunu adegwati biex issir tal-post għandha titkeċċa.

4.   Ħlief fejn huwa f'pożizzjoni immedjata li jibda impjieg xi mkien ieħor, l-impjegat taħt prova li tkeċċa għandu jirċievi kumpens daqs tliet xhur paga bażika jekk huwa għamel aktar minn sena servizz, xahrejn paga bażika jekk għamel mill-anqas sitt xhur servizz u xahar paga bażika jekk għamel anqas minn sitt xhur servizz.

5.   Il-paragrafi 2, 3, u 4 m'għandhomx japplikaw għall-uffiċjali li jirriżenjaw qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova tagħhom.';

(20)

Fl-Artikolu 35, il-punt li ġej huwa miżjud:

'(g)

Leave fl-interessi tas-servizz';

(21)

Fit-tieni inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 37, il-kelma 'mill-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'mill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(22)

L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

'1a.   L-Artikoli 12b għandu jkompli japplika matul il-perjodu tal-leave għal raġunijiet personali. Il-permess skont l-Artikolu 12b ma jistax jingħata lil uffiċjal għall-iskop li jiżvolġu attività professjonali, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, li tinvolvi lobbying jew difiża b'rabta mal-istituzzjoni tiegħu u li tista' twassal biex ikun hemm jew jista' jkun hemm kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni';

(b)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-kliem '15-il sena' huma mibdula bi '12-il sena';

(c)

it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

'(ii)

biex isegwi lill-konjuġi tiegħu, u dan tal-aħħar ukoll ikun uffiċjal jew ħaddiem ieħor tal-Unjoni meħtieġ matul il-qadi ta' dmirijietu biex jistabbilixxu r-residenza abitwali tiegħu f'tali distanza mill-post tal-impjieg mal-uffiċjal applikant li l-istabbiliment tad-dar konjugali f'tali post li kieku toħloq inkonvenjenza lill-uffiċjal applikant fil-qadi ta' dmirijietu, jew';

(ii)

il-punt li ġej huwa miżjud:

'(iii)

biex jassisti lil konjuġi, lill-qraba fil-linja axxendenti, lill-qraba fil-linja dixxendenti, lill-aħwa fil-każ ta' mard serju jew diżabilità ċċertifikati minn tabib,';

(23)

L-Artikolu 42a jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 42a

L-uffiċjal għandu jkun intitolat għal sitt xhur ta' leave tal-ġenituri mingħajr salarju bażiku għal kull tifel/tifla, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew l-adozzjoni tat-tifel/tifla. It-tul tal-leave jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-disposizzjonijiet ġenerali adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni u għal ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku tal-istituzzjonijiet. Il-leave minimu li jittieħed f'darba waħda m'għandux ikun anqas minn xahar.

Matul il-leave tal-ġenituri, is-sħubija tal-uffiċjal fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; l-akkwist tad-drittijiet għall-pensjoni, allowance tat-tfal dipendenti u l-allowance tal-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-uffiċjal għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javvanza għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad. Il-leave jista' jittieħed bħala leave fuq bażi full-time jew half-time. Meta l-leave tal-ġenituri jittieħed f'forma ta' leave half-time, il-perjodu massimu previst fl-ewwel paragrafu għandu jkun irduppjat. Matul il-leave tal-ġenituri, uffiċjal għandu jkun intitolat għal allowance ta' EUR 911,73 fix-xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk fuq leave half-time, iżda ma jistax jagħmel xi impjieg ieħor bil-qligħ. Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikoli 72 u 73 għandha titħallas mill-istituzzjoni, u tinħadem fuq bażi tas-salarju bażiku tal-uffiċjal. Iżda, fil-każ ta' leave half-time, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku mnaqqas proporzjonalment. Għall-parti tas-salarju bażiku li verament kien riċevut, il-kontribuzzjoni tal-uffiċjal għandha tinħadem billi jintużaw l-istess perċentwali daqs li kieku kien f'impjieg full-time.

L-allowance għandha tkun ta' EUR 1 215,63 kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk l-uffiċjal qiegħed fuq leave half-time, għall-ġenituri weħidhom u għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku li saret referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, u matul l-ewwel tliet xhur tal-leave tal-ġenituri meta t-tali leave jittieħdu mill-missier matul il-leave tal-maternità jew minn wieħed mill-ġenituri eżatt wara l-leave tal-maternità, jew matul jew eżatt wara l-leave tal-adozzjoni.

Il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal sitt xhur oħra b'allowance limitata għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tieni paragrafu. Għal ġenituri waħedhom li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal tnax-il xahar ieħor b'allowance limitata għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tielet paragrafu.

L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati b'konformità mar-remunerazzjoni.';

(24)

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, tiżdied it-Taqsima li ġejja:

'Taqsima 7

Leave fl-interessi tas-servizz

Artikolu 42c

Mhux iktar kmieni minn ħames snin ta' qabel l-età pensjonabbli, uffiċjal li għandu tal-anqas għaxar snin servizz jista' jingħata l-leave, permezz ta' deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra, fl-interessi tas-servizz għal ħtiġijiet organizzattivi konnessi mal-akkwist ta' kompetenzi ġodda fi ħdan l-istituzzjonijiet.

In-numru totali ta' uffiċjali li jiġu assenjati l-leave fl-interessi tas-servizz kull sena ma għandux ikun aktar minn 5 % tal-uffiċjali fl-istituzzjonijiet kollha, li rtiraw matul is-sena ta' qabel. In-numru totali kkalkulat b'dan il-mod għandu jkun allokat lil kull istituzzjoni skont in-numru rispettiv ta' uffiċjali tagħha fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti. Ir-riżultat ta' tali allokazzjoni għandu jitqarreb 'il fuq sal-eqreb numru sħiħ li jkun imiss f'kull istituzzjoni.

It-tali leave ma għandux jikkostitwixxi miżura dixxiplinari.

It-tul ta' żmien tal-leave għandu jikkorrispondi, bħala prinċipju, mal-perjodu sakemm l-uffiċjal jilħaq l-età pensjonabbli. Madankollu, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li ttemm il-leave u terġa' ddaħħal l-uffiċjal.

Meta l-uffiċjal li ġie assenjat il-leave fl-interessi tas-servizz jilħaq l-età pensjonabbli, huwa għandu jirtira awtomatikament.

Il-leave fl-interessi tas-servizz għandu jkun regolat permezz tar-regoli li ġejjin:

(a)

uffiċjal ieħor jista' jinħatar għall-pożizzjoni okkupata mill-uffiċjal;

(b)

uffiċjal bil-leave fl-interessi tas-servizz ma għandux ikun intitolat għat-tlugħ fi skala ogħla jew għall-promozzjoni fil-grad.

Uffiċjal assenjat bil-leave b'dan il-mod għandu jirċievi allowance maħduma skont l-Anness IV.

Fuq talba tal-uffiċjal, l-allowance għandha tkun suġġetta għall-kontribuzzjonijiet magħmulin għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkulati fuq il-bażi ta' dik l-allowance. F'tali każ, il-perjodu ta' servizz bħala uffiċjal bil-leave fl-interessi tas-servizz għandu jiġi kkunsidrat għall-fini tal-kalkolu tas-snin ta' servizz pensjonabbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness VIII.

L-allowance għandha tkun suġġetta għal koeffiċjent tal-korrezzjoni';

(25)

L-Artikolu 43 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 43

L-abilità, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz ta' kull uffiċjal għandhom ikunu suġġetti għal rapport annwali kif previst mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni skont l-Artikolu 110. Dak ir-rapport għandu jiddikjara jekk il-livell ta' prestazzjoni tal-uffiċjal kienx sodisfaċenti jew le. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi d-disposizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal appell fi ħdan il-proċedura ta' rappurtar, li għandu jiġi eżerċitat qabel ma jitressaq ilment kif imsemmi fl-Artikolu 90(2).

Mill-grad AST 5, ir-rapport jista' wkoll ikun fih opinjoni jekk l-uffiċjal, fuq il-bażi tal-prestazzjoni tiegħu, għandux il-potenzjal biex iwettaq il-funzjoni ta' amministratur.

Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe kumment fuqhom li huwa jikkonsidra rilevanti.';

(26)

L-Artikolu 44 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 44

Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament javvanza għall-iskala li jmiss f'dak il-grad, sakemm il-prestazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet evalwata bħala insodisfaċenti skont l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 43. Uffiċjal għandu javvanza għall-iskala li jmiss fil-grad tiegħu wara mhux iktar minn erba' snin, sakemm il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51(1) hija applikata.

Jekk uffiċjal jinħatar kap ta' dipartiment, direttur jew direttur ġenerali fl-istess grad, u sakemm il-prestazzjoni tiegħu kienet sodisfaċenti skont it-tifsira tal-Artikolu 43 matul l-ewwel disa' xhur wara li jinħatar, huwa għandu jibbenefika b'lura bl-avvanz ta' skala waħda f'dak il-grad, minn meta l-ħatra tidħol fis-seħħ. Din il-promozzjoni għandha tfisser żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar tiegħu li tikkorrispondi mal-perċentwal bejn l-ewwel u t-tieni skala ta' kull grad. Jekk iż-żieda hija anqas, jew jekk l-uffiċjal dak iż-żmien diġà qiegħed fl-aħħar skala tal-grad tiegħu, għandu jirċievi żieda fis-salarju bażiku li tiżgura li ż-żieda bejn l-ewwel u t-tieni skala sal-promozzjoni li jmiss tiegħu tidħol fis-seħħ.';

(27)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Il-promozzjoni għandha tkun b'deċiżjoni mill-awtorità tal-ħatra fuq il-bażi tal-Artikolu 6(2). Sakemm ma tkunx tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 4 u 29(1), l-uffiċjali jistgħu jiġu promossi biss jekk ikunu jokkupaw pożizzjoni li tikkorrispondi ma' waħda mit-tipi ta' pożizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness I, Taqsima A, għall-grad ogħla li jkun imiss. Il-promozzjoni għandha tkun effettwata bil-ħatra tal-uffiċjal għall-grad aktar għoli li jmiss fil-grupp tal-funzjoni li miegħu jappartjeni. Il-promozzjoni għandha tkun esklussivament bl-għażla fost l-uffiċjali li għamlu perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara kunsiderazzjoni tal-merti komparabbli tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni. Meta tikkunsidra l-merti għall-paragun, l-awtorità tal-ħatra għandha tikkunsidra partikolarment ir-rapporti dwar l-uffiċjali, l-użu tal-lingwi fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, għajr il-lingwa li għaliha pproduċew evidenza ta' għarfien sew, skont il-punt (f) tal-Artikolu 28 u l-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitat minnhom.';

(b)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, il-kliem 'fl-Artikolu 55 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea' huma mibdula b' 'fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea';

(c)

fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2, il-kelma 'L-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'L-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(28)

L-Artikolu 45a huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-kliem 'tar-rapporti perjodiċi tagħhom' huma mibdula bi 'tar-rapporti annwali tagħhom';

(b)

fil-paragrafu, il-kelma 'L-istituzzjoni' tinbidel bil-kliem 'L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

(29)

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 48, il-kliem 'fil-grupp tal-funzjoni tal-AST' huma mibdula bil-kliem 'fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC';

(30)

Fit-tmien paragrafu tal-Artikolu 50, il-kliem 'il-55' huma mibdula bi 'it-tmienja u ħamsin';

(31)

L-Artikolu 51 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 51

1.   L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri biex ikunu identifikati, jieħdu ħsieb u jirmedjaw każijiet ta' inkompetenza b'mod fil-ħin u xieraq.

Meta tadotta dispożizzjonijiet interni, l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

uffiċjal li, fuq il-bażi ta' tliet rapporti konsekuttivi annwali insodisfaċenti kif msemmija fl-Artikolu 43, jibqa' ma juri l-ebda progress fil-kompetenza professjonali tiegħu, dan għandu jitniżżel grad wieħed. Jekk, iż-żewġ rapporti annwali sussegwenti jibqgħu juru prestazzjoni insodisfaċenti, l-uffiċjal għandu jitkeċċa;

(b)

kwalunkwe proposta li uffiċjal jintniżżel grad jew li jitkeċċa għandha tippreżenta r-raġunijiet fuq xiex hija bbażata u għandha tkun ikkomunikata lill-uffiċjal ikkonċernat. Il-proposta mill-awtorità tal-ħatra għandha tkun riferuta lill-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza previst fl-Artikolu 9(6).

2.   L-uffiċjal għandu d-dritt jikseb il-fajl personali sħiħ tiegħu u jieħu kopja tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura. Huwa għandu jkollu mill-anqas 15-il ġurnata, iżda mhux aktar minn 30 ġurnata, mid-data li fiha jkun irċieva l-proposta biex iħejji difiża. Huwa jista' jkun assistit minn persuna tal-għażla tiegħu. L-uffiċjal jista' jressaq kummenti bil-miktub. Huwa għandu jinstema' mill-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza. L-uffiċjal jista' jtella' xhieda.

3.   L-istituzzjoni għandha tkun irrappreżentata quddiem il-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza minn uffiċjal innominat għal dak l-iskop mill-awtorità tal-ħatra. Dak l-uffiċjal għandu jkollu l-istess drittijiet bħal dawk tal-uffiċjal ikkonċernat.

4.   Fid-dawl tal-proposta taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1 u kwalunkwe dikjarazzjoni miktuba jew orali minn l-uffiċjal ikkonċernat jew mix-xhieda, il-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza għandu joħroġ, b'maġġoranza, opinjoni rraġunata li tgħid il-miżura li tikkunsidra xierqa fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti f'din it-talba. Din għandha tgħaddi tali opinjoni lill-awtorità tal-ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat fi żmien xahrejn mid-data meta l-kwistjoni kienet riferuta lilha. Il-president m'għandux jivvota fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza, għajr fi kwistjonijiet ta' proċedura u fejn il-voti huma ndaqs.

5.   Uffiċjal imkeċċi fuq inkompetenza għandu, għall-perjodu definit fil-paragrafu 6, ikun intitolat għal allowance tat-tkeċċija fix-xahar daqs is-salarju bażiku fix-xahar ta' uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 1. L-uffiċjal għandu wkoll ikun matul l-istess perjodu għall-allowances tal-familja, previsti fl-Artikolu 67. L-allowance tal-familja għandha tinħadem fuq il-bażi tas-salarju bażiku ta' kull xahar ta' uffiċjal fil-grad AST 1 skont l-Artikolu 1 tal-Anness VII.

L-allowance ma għandhiex titħallas jekk l-uffiċjal jirriżenja wara l-bidu tal-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, u 2 jew jekk huwa intitolat għall-pagament immedjat ta' pensjoni sħiħa. Jekk huwa intitolat għal benefiċċju tal-qgħad taħt skema nazzjonali tal-qgħad, l-ammont ta' dak il-benefiċċju għandu jitnaqqas mill-allowance msemmija fuq.

6.   Il-perjodu li matulu l-pagamenti li saret referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom isiru, ikun ta':

(a)

tliet xhur meta l-uffiċjal ta anqas minn ħames snin servizz fid-data meta d-deċiżjoni tat-tkeċċija tittieħed;

(b)

sitt xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas ħames snin servizz, iżda anqas minn 10;

(c)

disa' xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas għaxar snin servizz, iżda anqas minn għoxrin;

(d)

12-il xahar meta l-uffiċjal ikun ta mhux inqas minn 20 sena servizz.

7.   L-uffiċjali li jitniżżlu fil-grad għal raġunijiet ta' inkompetenza jistgħu, wara perjodu ta' sitt snin, jitolbu li r-referenzi kollha għal dik il-miżura jitħassru mill-fajl personali tagħhom.

8.   L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni ta' spejjeż raġonevoli li ntefqu fuq l-inizjattiva tagħhom waqt il-proċedimenti, inklużi l-onorarji li jitħallsu lill-konsulent tad-difiża li ma jagħmilx parti mill-istituzzjoni, meta l-proċedimenti previsti f'dan l-Artikolu jispiċċaw mingħajr ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar li jitkeċċa jew li jitniżżillu l-grad.';

(32)

L-Artikolu 52 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 52

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, uffiċjal għandu jirtira:

(a)

jew awtomatikament fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fih jilħaq l-eta' ta' 66 sena, jew

(b)

fuq it-talba tiegħu stess fl-aħħar jum tax-xahar li għalih intefgħet it-talba fejn ikun laħaq l-età pensjonabbli jew fejn għandu bejn 58 u l-età pensjonabbli u jissodisfa r-rekwiżiti għal ħlas immedjat tal-pensjoni skont l-Artikolu 9 tal-Anness VIII. It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 għandha tapplika bl-istess mod.

Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sal-età ta' 67, jew eċċezzjonalment sal-età ta' 70, f'liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.

Fejn l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li tawtorizza uffiċjal sabiex jibqa' fis-servizz lil hinn mill-età ta' 66 sena, dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal tul massimu ta' sena. Tista' tiġġedded fuq it-talba tal-uffiċjal.';

(33)

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi għandhom ikunu nnumerati;

(b)

l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu hija mibdula b'dan li ġej:

'Il-ġimgħa tax-xogħol normali għandha tkun ta' bejn 40 u 42 siegħa, is-sigħat tal-jum tax-xogħol għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità tal-ħatra';

(c)

it-tieni sentenza tat-tielet paragrafu hija mibdula b'dan li ġej:

'L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal';

(d)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

'4.   L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. Skont dawk l-arranġamenti, ma għandhomx jingħataw ġranet sħaħ ta' xogħol għal uffiċjali fil-grad AD/AST9 jew ogħla. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx ikunu applikabbli għall-uffiċjali li fil-konfront tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44. Dawk l-uffiċjali għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom bi qbil mas-superjuri tagħhom.';

(34)

Fl-Artikolu 55a, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

'2.   L-uffiċjal għandu jkun intitolat għall-awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

biex jieħu ħsieb tifel/tifla dipendenti taħt id-disa' snin,

(b)

biex jieħu tifel/tifla dipendenti bejn id-9 u t-12-il sena, jekk it-tnaqqis fil-ħin ta' xogħol ma jkunx aktar minn 20 % tal-ħin normali tax-xogħol,

(c)

biex jieħu ħsieb tifel/tifla dipendenti meta dawn jagħlqu l-età ta' 14-il sena meta l-uffiċjal ikun ġenitur waħdu'

(d)

f'każijiet ta' sitwazzjoni serja, biex jieħu ħsieb tifel/tifla dipendenti sakemm jilħqu l-età ta' 14-il sena jekk it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol ma jkunx aktar minn 5 % tal-ħin normali tax-xogħol, F'dan il-każ, l-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 3 tal-Anness IVa ma għandhomx japplikaw. Fejn iż-żewġ ġenituri huma impjegati fis-servizz tal-Unjoni, huwa wieħed biss li hu intitolat għal tali tnaqqis,

(e)

biex jieħu ħsieb il-konjuġi li marid(a) serjament jew diżabbli, qraba axxendenti, qraba dixxendenti, ħu jew oħt,

(f)

biex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew

(g)

mill-età ta' 58 matul l-aħħar tliet snin qabel ma jilħaq l-età pensjonabbli.

Fejn part-time jintalab sabiex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew matul l-aħħar tliet snin qabel ma jilħaq l-età pensjonabbli, iżda mhux qabel l-età ta' 58, l-awtorità tal-ħatra tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jew tipposponi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biss f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u biex taqbeż raġunijiet relatati mas-servizz.

Meta t-tali intitolament għall-awtorizzazzjoni ikun eżerċitat biex jieħu ħsieb il-konjuġi li marid(a) serjament jew diżabbli, qraba axxendenti, qraba dixxendenti, ħu jew oħt, jew biex jieħu sehem f'aktar taħriġ, it-total tat-tali perjodi kollha ma għandux jaqbeż ħames snin tul il-karriera tal-uffiċjal';

(35)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 56 jinbidel b'dan li ġej:

'Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.';

(36)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56a jinbidel b'dan li ġej:

'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, il-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal tali allowances, il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-allowances u r-rati tagħhom.';

(37)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56b jinbidel b'dan li ġej:

'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, sabiex jiġu determinati l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-tali allowances, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dawn l-allowances u r-rati tagħhom.';

(38)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56c jinbidel b'dan li ġej:

'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, sabiex jiġu determinati l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-allowances speċjali, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dawn l-allowances u r-rati tagħhom.';

(39)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57, il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' hija mibdula bil-kliem 'tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(40)

L-Artikolu 58 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 58

Nisa tqal għandhom, barra l-leave previst fl-Artikolu 57, ikunu intitolati mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku għal 20 ġimgħa ta' leave. Il-leave ma jibdiex qabel sitt ġimgħat mid-data mistennija tal-ħlas muri fuq iċ-ċertifikat, u jintemm mhux qabel minn 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu, jew qabel iż-żmien, jew ta' twelid ta' tarbija b'diżabilità jew b'mard serju, iż-żmien ikun ta' 24 ġimgħa. Twelid qabel iż-żmien, għall-iskopijiet ta' din id-dispożizzjoni, huwa twelid li jseħħ qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa tat-tqala.';

(41)

L-Artikolu 61 jinbidel b'dan li ġej:,

'Artikolu 61

Il-listi tal-vakanzi pubbliċi għandhom jitfasslu bi ftehim bejn 'l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal';

(42)

L-Artikolu 63 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 63

Ir-remunerazzjoni tal-uffiċjal għandha tkun espressa f'euro. Għandha titħallas fil-valuta tal-pajjiż li fih l-uffiċjal iwettaq dmirijietu jew f'euro.

Ir-remunerazzjoni mħallsa b'valuta li mhijiex l-euro għandha tiġi kkakulata abbażi tar-rati tal-kambju li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju ta' dik is-sena.

Kull sena r-rati tal-kambju għandhom jiġu aġġornati retroattivament meta jsir l-aġġornament annwali tar-remunerazzjoni previst fl-Artikolu 65.';

(43)

L-Artikolu 64 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 64

'Ir-remunerazzjoni ta' uffiċjal espressa f'euro għandha, wara li jsir it-tnaqqis obbligatorju stabbilit f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew fi kwalunkwe regolamenti ta' implimentazzjoni, titkejjel b'rata ogħla, anqas jew ugwali għal 100 %, skont il-kondizzjonijiet tal-għajxien fil-postijiet varji tax-xogħol.

Il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għandhom jinħolqu jew jiġu rtirati kif ukoll jiġu aġġornati kull sena f'konformità mal-Anness XI. Fir-rigward tal-aġġornament, il-valuri kollha għandhom jiġu mifhuma bħala valuri ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valuri aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi.

L-ebda koeffiċjenti ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli fil-Belġju u fil-Lussemburgu fir-rigward tar-rwol speċjali bħala referenzjali ta' dawk il-postijiet ta' impjieg bħala sedi prinċipali u oriġinali tal-maġġoranza tal-istituzzjonijiet.';

(44)

L-Artikolu 65 għandu jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 65

1.   Ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi aġġornata kull sena billi tqis il-politika ekonomika u politika tal-Unjoni. Kunsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għal xi żidiet fil-pagi tas-servizz pubbliku tal-Istati Membri u l-ħtiġiet tar-reklutaġġ. L-aġġornament tar-remunerazzjoni għandu jkun implimentat f'konformità mal-Anness XI. Dan l-aġġornament għandu jseħħ qabel tmiem kull sena fid-dawl ta' rapport konġunt mill-Kummissjoni bbażat fuq dejta statistika mħejjija mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-Istatistika tal-Istati Membri; id-dejta statistika għandha tirrefletti s-sitwazzjoni mill-1 ta' Lulju f'kull wieħed mill-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jinkludi dejta li tapplika għall-impatt tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni. Għandu jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-ammonti msemmija fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a, l-Artikoli 66 u 69, l-Artikoli 1(1), 2(1), 3(1) u (2), 4(1), 7(2), 8(2), 10(1) tal-Anness VII u l-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII, u fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII għandhom jiġu aġġornati skont l-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 24(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3), l-Artikoli 28a(7), 93, 94, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) u l-Artikoli 96(7), 133, 134 u 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (**) u l-koeffiċjent tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 260/68 (***) għandhom jiġu aġġornati kull sena f'konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet informattivi.

2.   Fil-każ ta' tibdil sostanzjali fil-kost tal-għajxien, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 u l-kejl imsemmi fl-Artikolu 64 għandhom jiġu aġġornati f'konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti u l-kejl aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi.

3.   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u l-kejl msemmi fl-Artikolu 64 għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti u kejl li l-valur attwali tagħhom f'ċertu żmien ikun suġġett għal aġġornament mingħajr intervent ta' att ġuridiku ieħor.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(5) u (6) tal-Anness XI, m'għandu jsir l-ebda aġġornament previst skont il-paragrafi 1 u 2 fis-snin 2013 u 2014.;

(**)  Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji tal-uffiċjali li jieħdu l-allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet ta' dawn (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1)."

(***)  Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1968(I) p. 37).'"

(45)

L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja tal-ewwel paragrafu hija mibdula b'dan li ġej:

'Is-salarji bażiċi ta' kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta' funzjoni AD u AST kif previst fit-tabella li ġejja:'

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

'Is-salarji bażiċi ta' kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta' funzjoni AST/SC kif previst fit-tabella li ġejja:'

 

Skala

Grad

1

2

3

4

5

SC 6

4 349,59

4 532,36

4 722,82

4 854,21

4 921,28

SC 5

3 844,31

4 005,85

4 174,78

4 290,31

4 349,59

SC 4

3 397,73

3 540,50

3 689,28

3 791,92

3 844,31

SC 3

3 003,02

3 129,21

3 260,71

3 351,42

3 397,73

SC 2

2 654,17

2 765,70

2 881,92

2 962,10

3 003,02

SC 1

2 345,84

2 444,41

2 547,14

2 617,99

2 654,17 '

(46)

L-Artikolu 66a jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 66a

1.   B'mod ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 u biex tiġi kkunsidrata, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(3), l-applikazzjoni tal-metodu għall-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2023 għandha tiġi applikata miżura temporanja dwar ir-remunerazzjoni mħallsa mill-Unjoni lill-persunal fuq impjieg attiv, li għandha tkun magħrufa bħala l-“imposta ta' solidarjetà”.

2.   Ir-rata tal-imposta ta' solidarjetà, li għandha tiġi applikata għall-bażi definita fil-paragrafu 3, għandha tkun ta' 6 %'; Ir-rata għandha, madankollu, tkun 7 % għal uffiċjali fi grad AD 15, skala 2 u ogħla.

3.

(a)

Il-bażi tal-imposta ta' solidarjetà għandha tkun is-salarju bażiku użat biex tinħadem ir-remunerazzjoni, bit-tnaqqis ta':

(i)

il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet, u t-taxxa, qabel l-imposta speċjali, imħallsa minn uffiċjal fl-istess grad u skala mingħajr dipendenti, fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Anness VII, u

(ii)

ammont daqs is-salarju bażiku ta' uffiċjal fil-grad AST 1, skala 1.

(b)

Il-komponenti użati biex tkun stabbilita l-bażi tal-imposta ta' solidarjetà għandhom ikunu espressi f'euro u peżati għal 100.

4.   L-imposta ta' solidarjetà għandha titnaqqas fix-xahar minn ras il-għajn; il-qligħ għandu jiddaħħal bħala dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.';

(47)

L-Artikolu 67(3), huwa mibdul b'dan li ġej:

'3.   L-allowance tat-tfal tista' tkun irduppjata b'deċiżjoni raġunata speċjali tal-awtorità tal-ħatra bbażata fuq dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla kkonċernat/a għand(u)/(ha) diżabilità jew mard fit-tul li jinvolvi piż finanzjarju kbir għall-uffiċjal.';

(48)

L-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kelma 'l-istituzzjonijiet' hija mibdula bil-kliem 'L-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem 'sal-età ta' 63 sena' huma mibdula bil-kliem 'sal-età pensjonabbli';

(c)

fil- punti (i) u (ii) tal-paragrafu 2a, il-kliem 'qabel jagħlqu/għalaq t-63 sena' huma mibdula bil-kliem 'qabel jagħlqu l-età pensjonabbli';

(d)

fil-paragrafu 2b, il-kliem 'tal-grad 1' huma mibdula bil-kliem 'tal-grad AST 1';

(49)

Fl-Artikolu 73(1), il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(50)

Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 76a, il-kelma 'l-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

(51)

L-Artikolu 77 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 77

Uffiċjal li ta mill-anqas 10 snin servizz għandu jkun intitolat għal pensjoni tal-irtirar. Madankollu, għandu jkun intitolat għat-tali pensjoni jkun xi jkun it-tul tas-servizz jekk jaqbeż l-età pensjonabbli, jekk ma kienx possibbli li jerġa' jingħata pożizzjoni matul perjodu ta' stat mhux attiv jew fil-każ ta' rtirar fl-interessi tas-servizz.

Il-pensjoni massima tal-irtirar għandha tkun 70 % tal-aħħar salarju bażiku marbut mal-aħħar grad li fih l-uffiċjal kien ikklassifikat għal mill-anqas sena. 1,80 % ta' dak is-salarju bażiku finali għandu jitħallas lil uffiċjal għal kull sena ta' servizz maħdum skont l-Artikolu 3 tal-Anness VIII.

Madankollu, f'każ ta' uffiċjali li kienu qed jassistu persuna li għandha kariga li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni jew il-President elett ta' wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, l-intitolament għall-pensjonijiet jikkorrispondu għas-snin ta' servizz pensjonabbli miksub matul il-ħidma f'dik il-kariga għandha tiġi kkalkolata b'referenza għas-salarju bażiku finali riċevut matul dak iż-żmien jekk is-salarju bażiku riċevut jaqbeż dak meħud bħala referenza għall-iskop tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.

L-ammont tal-pensjoni tal-irtirar ma jridx ikun anqas minn 4 % tal-ammont minimu tas-sussistenza għal kull sena ta' servizz.

L-età pensjonabbli għandha tkun 66 sena.

L-età pensjonabbli għandha tiġi eżaminata kull ħames snin mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jeżamina, b’mod partikolari, l-evoluzzjoni tal-età pensjonabbli għall-persunal fis-servizzi pubbliċi tal-Istati Membri u l-evoluzzjoni tal-istennija tat-tul tal-għomor tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta li temenda l-età pensjonabbli skont il-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, b'attenzjoni partikolari lill-iżviluppi fl-Istati Membri;'.

(52)

L-Artikolu 78 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 78

Uffiċjal ikun intitolat, bil-mod li jiddisponu l-Artikoli 13 sa 16 tal-Anness VIII, għal allowance ta' invalidità fil-każ ta' invalidità permanenti totali, li ma tħallihx jaqdi dmirijietu li jkun jikkorrispondu għal pożizzjoni fil-grupp tal-funzjoni tiegħu.

L-Artikolu 52 japplika b'analoġija ma' dawk li jibbenefikaw minn allowance tal-invalidità. Jekk min jibbenefika minn allowance tal-invalidità, jirtira qabel ma jagħlaq 66 sena, mingħajr ma rċieva l-intitolament massimu tal-pensjoni, għandhom japplikaw ir-regoli ġenerali dwar il-pensjonijiet tal-irtirar. L-ammont tal-pensjoni tal-irtirar għandu jkun ibbażat fuq is-salarju tal-grad u l-iskala okkupati mill-uffiċjal meta jkun sar invalidu.

L-allowance tal-invalidità tkun daqs 70 % tal-aħħar salarju bażiku tal-uffiċjal. Madankollu, ma tistax tkun anqas mill-ammont minimu ta' sussistenza.

L-allowance tal-invalidità għandha tkun suġġetta għall-kontribuzzjonijiet magħmulin għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkolata fuq il-bażi ta' dik l-allowance.

Meta l-invalidità tinħoloq minn aċċident matul jew f'allowance mal-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal, minn mard ikkaġunat mix-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew meta jipperikola ħajtu biex isalva bniedem ieħor, l-allowance tal-invalidità ma tistax tkun anqas minn 120 % tal-ammont minimu tas-sussistenza. Fit-tali każijiet, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu kompletament mill-baġit tal-istituzzjoni jew il-korp riferut fl-Artikolu 1b.';

(53)

Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 80 jinbidel b'dan li ġej:

'L-intitolament skont kif jiddisponu l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandu japplika fil-każ tal-mewt ta' min qabel kien uffiċjal intitolat għal allowance skont it-termini tal-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (****), tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72 (*****) jew l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73 (******) u fil-każ tal-mewt ta' min qabel kien uffiċjal li telaq mis-servizz qabel l-età pensjonabbli u talab li l-pensjoni tiegħu tal-irtirar tkun posposta sal-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih ikun għalaq l-età pensjonabbli.;

(****)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1968(I) p. 30)."

(*****)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72 tal-4 ta’ Diċembru 1972 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji applikabbli għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b'konsegwenza tal-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, u għat-terminazzjoni ta' servizz ta' uffiċjali ta' dawk il-Komunitajiet (ĠU L 272, 5.12. 1972, p. 1. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1972(1-8.12), p. 11)."

(******)  Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73 tal-4 ta’ Ġunju 1973 li jintroduċi miżuri temporanji speċjali applikabbli għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mħallsa minn fondi tar-riċerka u l-investiment (ĠU L 155, 11.6.1973, p. 1).'"

(54)

L-Artikolu 81a(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b), il-kliem 'is-65 sena' huma mibdula b' '66 sena';

(b)

il-punt (d) huwa mibdul b'dan li ġej:

'(d)

fil-każ tal-mewt ta' min qabel kien uffiċjal li ħalla s-servizz qabel l-età pensjonabbli u li talab li l-pensjoni tiegħu tal-irtirar tkun posposta sal-ewwel jum tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih għalaq l-età pensjonabbli, l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar li jkun intitolat għalih meta jagħlaq l-età pensjonabbli kieku kien għadu ħaj, suġġett għall-allowance u t-tnaqqis f'punt(b)';

(c)

fil-punt (e), il-kliem 'allowance taħt l-Artikolu 41 jew 50' huma mibdula bil-kliem 'allowance skont it-termini tal-Artikolu 41, 42c jew 50';

(55)

L-Artikolu 82(2) jinbidel b'dan li ġej:

'2.   Fejn ir-remunerazzjoni tiġi aġġornata f'konformità mal-Artikolu 65(1), l-istess aġġornament għandu japplika għall-pensjonijiet.';

(56)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) huwa mħassar;

(57)

Il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-Artikolu 83a jinbidlu b'dawn li ġejjin:

'2.   L-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom iħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa f'dak il-baġit għall-finanzjament ta' dik l-iskema. Mill-1 ta' Jannar 2016, l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati minn dak il-baġit iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha.

3.   Il-bilanċ tal-iskema tal-pensjoni hu żgurat mal-età pensjonabbli u r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema. Meta jkun hemm l-eżami attwarjali ta' kull ħames snin skont it-termini tal-Anness XII, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni tkun aġġornata biex tiżgura l-bilanċ tal-iskema.

4.   Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni verżjoni aġġornata tal-istima attwarjali li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 3, skont l-Artikolu 1(2) tal-Anness XII. Fejn jintwera li hemm qabża ta' mill-anqas 0,25 punti bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni applikata bħalissa u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarjali, ir-rata tkun aġġornata, skont l-arranġamenti preskritti fl-Anness XII.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, iċ-ċifra ta' riferiment stabbilita fl-Artikolu 83(2) tkun aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rata aġġornata riżultanti tal-kontribuzzjoni fi żmien ġimagħtejn mill-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal finijiet informattivi.'

(58)

It-Titolu VIII huwa mħassar;

(59)

L-Artikolu 110 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 110

1.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jimplimentaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal u mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni biex jiddaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, fosthom id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw ukoll għall-aġenziji. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-aġenziji bi kwalunkwe regola ta' implimentazzjoni minnufih wara l-adozzjoni.

Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-aġenziji disa' xhur wara li jidħlu fis-seħħ għall-Kummissjoni jew disa' xhur wara d-data meta l-Kummissjoni tinforma lill-aġenziji dwar l-adozzjoni tar-regola ta' implimentazzjni rispettiva tagħhom, liema waħda tkun l-aktar tard. Minkejja dan li għadu kif issemma, aġenzija tista' wkoll tiddeċiedi li tali regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f'data qabel.

Permezz ta' deroga, qabel ma jiskadi l-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tagħha, aġenzija tista' tressaq regoli ta' implimentazzjoni differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista' tapprovahom. Bl-istess kondizzjonijiet, aġenzija tista' titlob il-ftehim tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dan il-każ, minflok ma taċċetta jew tirrifjuta t-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-aġenzija tressaq għall-approvazzjoni tagħha regoli ta' implimentazzjoni li jkunu differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni.

Il-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu sospiżi mid-data minn meta l-aġenzija titlob il-ftehim tal-Kummissjoni sad-data meta l-Kummissjoni tesprimi l-pożizzjoni tagħha.

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, aġenzija tista' tressaq għall-ftehim tal-Kummissjoni r-regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw suġġetti oħrajn u mhux ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni, l-aġenziji għandhom jiġu rrappreżentati mill-bord amministrattiv jew minn korp ekwivalenti msemmi fl-att tal-Unjoni dwar it-twaqqif tagħhom.

3.   Għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli bil-ftehim bejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji m'għandhomx jitqiesu bħala istituzzjonijiet. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-aġenziji qabel l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli.

4.   Ir-regoli jdaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, inklużi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u r-regoli adottati permezz tal-ftehim bejn l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet għandhom jitressqu għall-informazzjoni tal-persunal.

5.   Id-dipartimenti amministattivi tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji għandhom jikkonsultaw ma' xulxin regolarment dwar l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. F'dawk il-konsultazzjonijiet l-aġenziji għandhom ikunu rrappreżentati b'mod konġunt, skont ir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti bejniethom.

6.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tamministra reġistru tar-regoli adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, u dawk ir-regoli adottati mill-aġenziji safejn jidderogaw mir-regoli adottati mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura prevista fil-paragrafu 2, inkluża kwalunkwe emenda għal dawn. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji jkollhom aċċess dirett għal dak ir-reġistru u d-dritt sħiħ li jemendaw ir-regoli tagħhom stess. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett għalih. Barra minn hekk, kull tliet snin, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-regoli adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.';

(60)

L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

'Artikolu 111

Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 112 dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż u l-iskema tas-sigurtà soċjali.

Artikolu 112

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati hija b'dan mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 56a, 56b u 56c, 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII u l-Artikolu 9tal-Anness XI tiegħu u l-Artikoli 28a(11) u 96(11) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat li jibda mill-1 ta' Jannar 2014.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 56a, 56b, 56c, 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tiegħuu l-Artikoli 28a(11) u 96(11) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 56a, 56b, 56c tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII jew l-Artikolu 9 tal-Anness XI tiegħujew l-Artikoli 28a(11) jew 96(11) tal-Kondizzjoni tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 113

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun jivvaluta l-funzjonament ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.';

(61)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima A hija mibdula b'dan li ġej:

'A.   Tipi ta' pożizzjonijiet f'kull grupp ta' funzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(4)

1.   Grupp ta' funzjoni AD

Direttur Ġenerali

AD 15 - AD 16

Direttur

AD 14 - AD 15

Konsulent jew ekwivalenti

AD 13- AD 14

Kap tal-unità jew ekwivalenti

AD 9 - AD 14

Amministratur

AD 5 - AD 12


2.   Grupp ta' funzjoni AST

Assistent f'livell għoli

Li jwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrikjedu livell għoli ta' awtonomija u li jwettaq responsabbiltajiet sinifikanti f'termini ta' ġestjoni ta' persunal, implimentazzjoni tal-baġit jew koordinazzjoni politika

AST 10 – AST 11

Assistent

Li jwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrikjedu ċertu livell ta' awtonomija, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' regoli u regolamenti jew struzzjonijiet ġenerali jew bħala assistent personali ta' Membru ta' istituzzjoni, tal-Kap tal-uffiċċju privat ta' Membru jew ta' (Viċi) Direttur Ġenerali jew maniġer ta' livell għoli ekwivalenti

AST 1 – AST 9


3.   Grupp ta' funzjoni AST/SC

Segretarju/Skrivan

Li jwettaq kompiti klerikali u segretarjali, ġestjoni tal-uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn li jirrikjedu livell ta' awtonomija (*******)

SC 1 – SC 6'

(b)

It-Taqsima B hija mibdula b’dan kif ġej:

'B.   Ir-rati ta' multiplikazzjoni bħala gwida għall-ekwivalenza medja

1.

Ir-rati ta' multiplikazzjoni bħala gwida għall-ekwivalenza medja tal-karriera fil-gruppi ta' funzjoni AST u AD:

Grad

Assistent

Amministratur

13

15  %

12

15  %

11

25  %

10

20  %

25  %

9

8  %

25  %

8

25  %

33  %

7

25  %

36  %

6

25  %

36  %

5

25  %

36  %

4

33  %

3

33  %

2

33  %

1

33  %

2.

Ir-rati ta' multiplikazzjoni bħala gwida għall-ekwivalenza medja tal-karriera fil-grupp ta' funzjoni AST/SC:

Grad

Segretarji / Skrivani

SC 6

SC 5

12  %

SC 4

15  %

SC 3

17  %

SC 2

20  %

SC 1

25  %'

(62)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1, il-kelma 'l-istituzzjoni' hija mibdula b''l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

(b)

fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1, il-kelma 'l-istituzzjoni' għandha tinbidel b''l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

'Madankollu l-awtorita' tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tiddeċiedi li l-kondizzjonijiet għall-elezzjoni għandhom jiġu determinati skont il-preferenza tal-persunal tal-istituzzjoni kif espressa f'referendum';

(c)

fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 1, il-kliem 'iż-żewġ gruppi tal-funzjoni' huma mibdula bil-kliem 't-tliet gruppi tal-funzjoni';

(d)

fl-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, il-kliem 'it-tielet subparagrafu ta'' huma mħassra;

(63)

L-Artikolu Uniku tal-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 il-kliem 'is-63 sena' huma mibdula b''66 sena';

(b)

it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa mħassar;

(c)

fl-aħħar linja tat-tabella fil-paragrafu 3, il-kliem '59-64' jinbidel b''59-65';

(d)

fir-rabà subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kliem '63 sena' huma mibdula b' '66 sena';

(64)

L-Anness IVa huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, il-kliem 'Artikolu 55a(2)(e)' jinbidel bil-kliem 'punt (g) tal-Artikolu 55a(2)';

(b)

ewwel paragrafu tal-Artikolu 4, il-kliem 'l-uffiċjali li għandhom aktar minn 55 sena, awtorizzati biex jaħdmu nofs il-ħin bi preparament għall-irtirar' jiġi mibdul bil-kliem 'uffiċjali awtorizzati, skont l-Artikolu 55a(2)(e) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jaħdmu nofs il-ħin';

(65)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 6

Barra dan il-leave fis-sena, uffiċjal jista', b'applikazzjoni, jingħata leave speċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin, leave speċjali jingħata kif muri:

żwieġ tal-uffiċjal: erbat ijiem;

bidla fir-residenza tal-uffiċjal: mhux aktar minn jumejn;

mard serju tal-konjuġi: mhux aktar minn tlett ijiem;

mewt tal-konjuġi: erbat ijiem;

mard serju ta' qraba axxendenti: mhux aktar minn jumejn;

mewt ta' qraba axxendenti: jumejn;

żwieġ ta' wild: jumejn;

twelid ta' wild: għaxart ijiem, li jittieħdu matul l-14-il ġimgħa wara t-twelid;

twelid ta' wild b'diżabilità jew serjament marid: 20 jum, li jittieħdu matul l-14-il ġimgħa ta' wara t-twelid;

mewt tal-mara waqt il-leave tal-maternità: għadd ta' jiem li jkun jikkorrispondi mal-leave tal-maternità rimanenti; jekk il-mara deċeduta ma tkunx uffiċjal, il-leave tal-maternità rimanenti jkun stabbilit bl-applikazzjoni b'analoġija tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal;

mard serju ta' wild: mhux aktar minn jumejn;

mard gravi ħafna ta' wild, kif iċċertifikat minn tabib, rikoveru l-isptar ta' wild ta' 12-il sena jew iżgħar: mhux aktar minn ħamest ijiem;

mewt ta' wild: erbat ijiem;

adozzjoni ta' wild: 20 ġimgħa, li jitilgħu għal 24 ġimgħa fil-każ tal-adozzjoni ta' wild diżabbli:

Kull wild adottat iġib intitolament għal perjodu wieħed biss ta' leave speċjali li jkun jista' jiġi kondiviż bejn il-ġenituri adottivi jekk it-tnejn ikunu uffiċjali. Jingħata biss jekk mart l-uffiċjal tkun ingaġġata f'attività bi qligħ li tkun ta' mill-anqas nofs il-ħin. Jekk il-konjuġi jkun jaħdem barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jibbenefika minn leave paragunabbli, għadd ta' jiem korrispondenti jitnaqqas mill-intitolament tal-uffiċjal.

L-awtorità tal-ħatra tista', f'każijiet ta' bżonn, tagħti leave speċjali addizzjonali meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih issir il-proċedura tal-adozzjoni u li ma tkunx il-pajjiż tal-impjieg tal-uffiċjal adottiv, tkun tirrikjedi mawra hemmhekk miż-żewġ ġenituri adottivi, jew minn wieħed minnhom.

Il-leave speċjali ta' 10 ijiem jingħata jekk l-uffiċjal ma jkunx jibbenefika mill-leave speċjali sħiħ ta' 20 jew 40 ġimgħa minħabba fl-ewwel sentenza ta' dan l-inċiż; dak il-leave speċjali addizzjonali jingħata darba waħda biss għal kull wild adottat.

L-istituzzjoni tista' wkoll tagħti leave speċjali fil-każ ta' aktar taħriġ u tagħlim, fil-limiti preskritti fil-programm għal aktar taħriġ u tagħlim imfassal mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal.

Il-leave speċjali jista' jingħata barra minn hekk lil uffiċjali fuq bażi eċċezzjonali fil-każ ta' xogħol eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-obbligi normali ta' uffiċjal. Tali leave speċjali jingħata mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-awtorità tal-ħatra tkun ħadet id-deċiżjoni dwar il-karattru eċċezzjonali tax-xogħol tal-uffiċjal.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' uffiċjal jiġi ttrattat bħala miżżewweġ/miżżewġa, fejn l-ewwel tliet kondizzjonijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tal-Anness VII jiġu sodisfatti.

Meta jingħata leave speċjali skont din it-taqsima, kull ħin ta' vjaġġar jiġi ffissat b'deċiżjoni speċjali li tikkunsidra l-ħtiġiet partikolari.';

(b)

L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

'Artikolu 7

L-uffiċjali li huma intitolati għall-allowance tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija jkunu intitolati għal leave supplimentari ta' jumejn u nofs kull sena, għall-fini li jżuru l-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

L-ewwel paragrafu japplika għall-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun qiegħed fit-territorji tal-Istati Membri. Jekk il-post tal-impjieg qiegħed barra minn dawn it-territorji, it-tul tal-leave fil-pajjiż tal-oriġini jkun stabbilit b'deċiżjoni speċjali, li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari,';

(66)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa emendat b'dan li ġej:

'Artikolu 1

Sal-limiti stipulati fl-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal, is-sahra li tinħadem minn uffiċjali fi grad SC 1 sa SC 6 jew fi grad AST I sa AST 4 tintitolah għal leave kumpensatorju jeq għal remunerazzjoni kif ġej:

(a)

għal kull siegħa ta' sahra, ikun intitolat għal siegħa u nofs frank bħala leave kumpensatorju; jekk is-siegħa ta' sahra tinħadem bejn l-22:00 u s-07:00 jew fil-Ħdud jew fi btala pubblika, l-intitolament għal-leave b'kumpens ikun ta' siegħa u nofs; fil-għoti ta' leave kumpensatorju, jitqiesu l-eżiġenzi tas-servizz u tal-preferenza tal-uffiċjal ikkonċernat;

(b)

meta l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu li jittieħed leave kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra, l-awtorità tal-ħatra tawtorizza remunerazzjoni għal sigħat mhux kumpensati ta' sahra bir-rata ta' 0.56 % tas-salarju bażiku fix-xahar għal kull siegħa ta' sahra fuq il-bażi ppreżentat fil-punt (a);

(c)

biex jikkwalifika għal leave kumpensatorju jew remunerazzjoni għal siegħa sahra, il-ħin li nħadem żejjed irid ikun aktar minn 30 minuta.';

(b)

L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

'Artikolu 3

Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti ta' dan l-Anness, ir-remunerazzjoni għal sahra maħduma minn ċerti gruppi ta' uffiċjali fil-gradi SC 1 sa SC 6 u fil-gradi AST 1 sa AST 4 f'kondizzjonijiet speċjali tista' titħallas fis-sura ta' allowance fissa li l-ammont u t-termini tagħha jiġu ddeterminati mill-awtorità tal-ħatra wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt.';

(67)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 1(3), il-kliem 'grad 3' huma mibdula bil-kliem 'grad AST 3';

(b)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

'L-intitolament għal dik l-allowance jibda fl-ewwel ġurnata tax-xahar li fiha l-wild jibda jattendi stabbiliment ta' edukazzjoni primarja u jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild itemm l-edukazzjoni tiegħu jew fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild jagħlaq 26 sena, skont liema jiġi l-ewwel.';

(c)

L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

'Artikolu 7

1.   Uffiċjal ikun intitolat għal ħlas b'rata fissa li jikkorrispondi għall-kost tal-ivvjaġġar għalih innifsu, il-konjuġi tiegħu u d-dipendenti tiegħu li attwalment jgħixu fl-entità domestika tiegħu:

(a)

meta jiġi impjegat, mill-post fejn huwa kien ġie ingaġġat sal-post fejn ikun impjegat;

(b)

mat-terminazzjoni tas-servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-post minn fejn huwa impjegat sal-post tal-oriġini kif definit fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c)

jew kwalunkwe trasferiment li jinvolvi bidla fil-post fejn huwa impjegat.

Fiċ-ċirkostanza tal-mewt ta' uffiċjal, il-konjuġi ħaj(ja) u d-dipendenti jkunu intitolati għal ħlas b'rata fissa skont l-istess kondizzjonijiet.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma jiġux rimborżati.

2.   Il-ħlas b'rata fissa jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-postijiet ibbażati fil-paragrafu 1.

L-allowance kilometrika għandha tkun ta':

EUR 0 għal kull kilometru bejn

0 u 200 km

EUR 0.1895 għal kull kilometru bejn

201 u 1 000 km

EUR 0.3158 għal kull kilometru bejn

1 001 u 2 000 km

EUR 0.1895 għal kull kilometru bejn

2 001 u 3 000 km

EUR 0.0631 għal kull kilometru bejn

3 001 u 4 000 km

EUR 0.0305 għal kull kilometru bejn

4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn

10 000 km.

Ma' din l-allowance kilometrika jiżdied suppliment b'rata fissa li jammonta għal:

EUR 94,74 jekk id-distanza ġeografika bejn il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ta' bejn 600 km u 1 200 km,

EUR 189.46 jekk id-distanza ġeografika bejn il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun aktar minn 1 200 km.

L-allowances kilometriċi msemmija hawn fuq u s-supplimenti b'rata fissa jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-ispejjeż tal-ivjaġġar li jirrigwardaw trasferiment li jinvolvi bidla bejn il-post tax-xogħol fit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-post tax-xogħol 'il barra minn dawk it-territorji jew trasferiment li jinvolvi bidla bejn il-postijiet tax-xogħol 'il barra minn dawk it-territorji għandhom jiġu rrimborżati fis-sura ta' ħlas b'rata fissa bbażat fuq il-kost tal-vjaġġ bl-ajru fil-klassi waħda aħjar mill-klassi ekonomika.

4.   Il-post tal-oriġini ta' uffiċjal jiġi ddeterminat mal-ħatra tiegħu, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' minn fejn ikun ġie rreklutat jew, fuq talba ċara u motivata xierqa, iċ-ċentru tal-interessi tiegħu. Il-post tal-oriġini li jkun ġie stabbilit b'dan il-mod jista', b'deċiżjoni speċjali tal-awtorità tal-ħatra, jinbidel waqt li l-membru tal-persunal ikun fis-servizz jew meta jitlaq mis-servizz. Madanakollu, meta jkun fis-servizz, deċiżjoni bħal din tittieħed b'mod eċċezzjonali biss u wara li l-uffiċjal jipprovdi evidenza ta' sostenn xieraq.

Madanakollu, l-effett ta' bidla bħal din ma jkunx tali li ċ-ċentru tal-interessi ta' uffiċjali jkun post 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u t-territorji mniżżla fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.';

(d)

L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 8

'1.   L-uffiċjali intitolati għal allowance ta' espatrijazzjoni jew ta' residenza barranija jkunu intitolati, fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, għal ħlas b'rata fissa kull sena kalendarja li jkun jikkorrispondi għall-kost tal-ivvjaġġar mill-post tax-xogħol sal-post tal-oriġini kif inhu definit fl-Artikolu 7 għalihom infushom u, jekk ikunu intitolati għal allowance ta' entità domestika, għall-konjuġi u d-dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2.

Meta ż-żewġ konjuġi jkunu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull wieħed għandu d-dritt għalih u għaliha, u għad-dipendenti, għal ħlas b'rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq; kull dipendent ikun intitolat għal ħlas wieħed biss. Il-ħlas għat-tfal dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tal-konjuġi, abbażi tal-post ta' oriġini ta' wieħed minnhom.

Meta uffiċjal jiżżewweġ f'sena partikolari, u b'hekk jiġi intitolat għal allowance tal-entità domestika, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar pagabbli mill-mara jinħadmu bil-proporzjon tal-perjodu mid-data taż-żwieġ sal-aħħar tas-sena.

Kwalunkwe bidla fil-bażi tal-kalkolu li tista' tinħoloq minn bidliet fl-istatus tal-familja wara d-data tal-ħlas taċ-ċifri inkwistjoni, ma twassalx li l-uffiċjal ikkonċernat ikun responsabbli għall-ħlas lura.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma jiġux rimborżati.

2.   Il-ħlas b'rata fissa jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-post tal-oriġini.

Fejn il-post tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 7 jkun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u t-territorji mniżżla fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-ħlas b'rata fissa jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-belt kapitali tal-Istat Membri li jkun ċittadin tiegħu. L-uffiċjali li l-post tal-oriġini tagħhom ikun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u li ma jkunux ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri, ma jkunux intitolati għall-ħlas b'rata fissa.

L-allowance kilometrika għandha tkun ta':

EUR 0 għal kull kilometru bejn

0 u 200 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn

201 u 1 000 km

EUR 0.6316 għal kull kilometru bejn

1 001 u 2 000 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn

2 001 u 3 000 km

EUR 0.1262 għal kull kilometru bejn

3 001 u 4 000 km

EUR 0.0609 għal kull kilometru bejn

4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn

10 000 km.

Ma' din l-allowance kilometrika jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

EUR 189,48 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun bejn 600 km u 1 200 km,

EUR 378,93 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1 200 km.

L-allowances kilometriċi msemmija hawn fuq u s-supplimenti b'rata fissa jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

3.   Uffiċjal li s-servizz tiegħu jiġi mitmum matul sena kalendarja għal xi raġuni li ma tkunx il-mewt jew li jkun fuq leave bla ħlas għal raġunijiet personali matul parti mis-sena għandu, jekk ikun f'impjieg attiv fis-servizz ta' istituzzjoni tal-Unjoni, għal anqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, ikun intitolat biss għal parti mill-ħlas b'rata fissa previst fil-paragrafi 1u 2, ikkalkulat fi proporzjoni taż-żmien li jkun qatta' f'impjieg attiv.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post tal-impjieg tagħhom ikun fit-territorju tal-Istati Membri. L-uffiċjali li l-post tal-impjieg tagħhom ikun barra mit-territorju tal-Istati Membri jkunu intitolati, għalihom stess u, jekk ikunu intitolati li jirċievu l-allowance ta' entità domestika, għall-konjuġi tagħhom u dipendenti oħra fis-sens tal-Artikolu 2, f'kull sena kalendarja, għal ħlas b'rata fissa għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jew għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini. Madanakollu, jekk il-konjuġi u l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2) ma jkunux jgħixu mal-uffiċjal fil-post tax-xogħol, kull sena kalendarja għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post tal-oriġini lejn il-post tax-xogħol jew lejn post ieħor, li ma jaqbiżx il-kost tal-vjaġġ ta' qabel.

Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq il-prezz tal-vjaġġ bl-ajru bil-klassi ekonomika.';

(e)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 9

1.   Sal-limiti massimi tal-kosti, l-uffiċjali li huma obbligati jibdlu l-post ta' residenza tagħhom sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal, mad-dħul tagħhom fis-servizz jew wara bidla sussegwenti fil-post tax-xogħol waqt li jkunu fis-servizz u li ma jkunux ġew rimborżati fir-rigward tal-istess spejjeż minn sors ieħor, ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fir-rigward tal-ġarr ta' għamara u ta' ħwejjeġ personali, fosthom tal-kost tal-assigurazzjoni għal riskji ordinarji (jiġifieri ksur, serq u ħruq).

Il-limiti massimi jikkunsidraw is-sitwazzjoni tal-familja tal-uffiċjal meta jsir il-ġarr, u l-kostijiet medji tal-ġarr u tal-assigurazzjoni assoċjata miegħu.

L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tadotta dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu.

2.   Fit-tmiem tas-servizz jew mal-mewt ta' uffiċjal, l-ispejjeż li jkunu ġġarrbu fir-rigward tal-ġarr mill-post fejn kien impjegat lejn il-post tal-oriġini tiegħu għandhom jiġu rimborżati fil-limiti ddefiniti fil-paragrafu 1. Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal li ma jkunx miżżewweġ, l-ispejjeż jiġu rimborżati lil dawk li jkunu intitolati.

3.   Fil-każ ta' uffiċjal stabbilit, il-ġarr isir fi żmien sena minn meta jintemm il-perjodu ta' prova. Fit-tmiem tas-servizz, il-ġarr isir fi żmien tliet snin kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4). Il-ġarr li jsir wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stabbiliti f’dan il-paragrafu jiġu rimborżati biss f'każijiet eċċezzjonali u b'deċiżjoni speċjali tal-awtorità tal-ħatra.';

(f)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

'3.   Kull sentejn il-Kummissjoni tirrevedi r-rati ppreżentati fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Dik ir-reviżjoni ssir fuq bażi ta' rapport dwar il-prezzijiet tal-lukandi, ir-ristoranti u s-servizzi tal-forniment tal-ikel, wara li jkunu kkunsidrati l-indiċijiet dwar l-evoluzzjoni tat-tali prezzijiet. Għall-finijiet ta' dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni taġixxi permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112 tar-Regolamenti tal-Persunal.';

(ii)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

'4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-kostijiet tal-akkomodazzjoni li jiġġarrbu minn uffiċjali fuq missjonijiet lejn il-postijiet tax-xogħol prinċipali tal-istituzzjoni tagħhom kif imsemmi fil-Protokoll Nru 6 mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu rimborżati abbażi ta' ċifra b'rata fissa li ma taqbiżx il-massimu stabbilit għall-Istat Membru inkwistjoni.';

(g)

fl-Artikolu 13a, il-kliem 'mill-istituzzjonijiet varji' jinbidelu b'"mill-awtoritajiet tal-ħatra tad-diversi istituzzjonijiet";

(h)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

'1.   Kull uffiċjal jitħallas fil-lok u fil-valuta tal-pajjiż fejn ikun qed iwettaq dmirijietu jew, fuq talba tal-uffiċjal, f'euro f'bank fl-Unjoni Ewropea.';

(ii)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

'Skont l-istess kondizzjonijiet li huma stabbiliti f'regoli preskritti mill-awtoritajiet tal-ħatra ta' kull istituzzjoni b'kunsens komuni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali jistgħu japplikaw għal trasferiment regolari speċjali ta' parti mir-remunerazzjoni tagħhom.';

(iii)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, wara l-kliem 'għandhom isiru', jiddaħħlu l-kliem 'fil-valuta tal-Istat Membru relevanti';

(iv)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 4, wara l-kliem 'għal Stat Membru ieħor', jiddaħħlu l-kliem 'fil-valuta lokali';

(68)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(-a)

fil-punt (b) tal-Artikolu 3, il-kliem 'taħt l-Artikoli 41 u 50' jinbidel bil-kliem 'skont l-Artikoli 41, 42c u 50';

(b)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 5

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, l-uffiċjali li jibqgħu fis-servizz wara l-età pensjonabbli jkunu intitolati għal żieda fil-pensjoni tagħhom daqs 1,5 % tas-salarju bażiku meqjus għall-kalkolu tal-pensjoni tagħhom għal kull sena li jkunu ħadmu wara dik l-età, b'dana iżda li t-total tal-pensjoni tagħhom flimkien ma' xi żidiet ma jkunx jaqbeż is-70 % tas-salarju bażiku finali tagħhom, kif hemm riferiment fit-tieni jew fit-tielet paragrafu, skond il-każ, tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Żieda bħal din tkun pagabbli wkoll fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal li baqa' fis-servizz wara l-età pensjonabbli.';

(c)

fl-Artikolu 6, il-kliem 'l-ewwel skala tal-grad 1' jinbidlu bil-kliem 'l-ewwel skala tal-grad AST 1';

(d)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 9

Uffiċjal li jitlaq mis-servizz qabel jilħaq l-età pensjonabbli jista' jitlob li l-pensjoni tiegħu tal-irtirar:

(a)

tkun differita sal-ewwel jum tax-xahar kalendarju li fih jilħaq l-età pensjonabbli; jew

(b)

titħallas minnufih, sakemm jkollux anqas minn 58 sena. F'dak il-każ, il-pensjoni tal-irtirar titnaqqas b'ammont ikkalkolat b'riferiment għall-età tal-uffiċjal meta jibda jieħu l-pensjoni.

Il-pensjoni titnaqqas bi 3,5 % għal kull sena ta' qabel dik li fiha l-uffiċjal isir intitolat għal pensjoni tal-irtirar, skont it-tifsir tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal. Jekk bejn l-età li fiha jinkiseb l-intitolament għal pensjoni tal-irtirar skont it-tifsir tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-età tal-persuna kkonċernata f'dak il-mument, id-differenza taqbeż numru eżatt ta' snin, tiżdied sena żejda mat-tnaqqis.';

(e)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2), il-kelma 'l-istituzzjoni' tinbidel bil-kliem 'l-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni';

(f)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 1 huwa mibdul kif ġej:

'1.   Uffiċjal li jkollu anqas mill-età pensjonabbli u li s-servizz tiegħu jintemm b'mod ieħor għajr bil-mewt jew bl-invalidità u li ma jkunx intitolat għal pensjoni immedjata jew differita tal-irtirar, ikun intitolat hekk kif jitlaq mis-servizz:

(a)

meta jkun ħadem anqas minn servizz ta' sena waħda u ma jkunx għamel użu mill-arranġament ikkontemplat fl-Artikolu 11(2), għal pagament ta' għotja tal-firda li tkun daqs tliet darbiet l-ammont miżmum mis-salarju bażiku tiegħu dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu, wara t-tnaqqis ta' xi ammonti mħallsa skont l-Artikoli 42 u 112 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra;

(b)

f'każijiet oħra, għall-benefiċċji li hemm dispost dwarhom fl-Artikolu 11(1) jew għall-pagament tal-ekwivalenza attwarjali ta' tali benefiċċi lil kumpanija privata tal-assigurazzjoni, jew il-fond tal-pensjoni tal-għażla tiegħu, bil-kondizzjoni li dik it-tali kumpanija jew fond jiggarantixxu li:

(i)

il-kapital ma jitħallasx lura;

(ii)

dħul kull xahar jitħallas mill-anqas mill-età ta' 60 sena u mhux aktar tard mill-età ta' 66 sena;

(iii)

ikunu inklużi dispożizzjonijiet għar-riverżjoni jew għall-pensjoni tas-superstiti;

(iv)

it-trasferiment għal kumpanija oħra tal-assigurazzjoni jew għal fond ieħor ikun awtorizzat biss jekk tali fond ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fil-punti (i), (ii), u (iii).';

(ii)

il-paragrafu 2 huwa mibdul kif ġej:

'2.   Bħala ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-uffiċjali li ma jkollhomx l-età pensjonabbli u li, wara li jkunu bdew id-dmirijiet tagħhom, sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet għall-pensjoni, ikunu kkontribwixxew fi skema nazzjonali tal-pensjoni, skema privata tal-assigurazzjoni, jew fond tal-pensjoni tal-għażla tagħhom, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 1, u li s-servizz tagħhom ikun intemm minħabba f'raġunijiet li ma jkunux il-mewt jew l-invalidità, mingħajr ma jikkwalifikaw għal pensjoni immedjata jew differita tal-irtirar, ikunu intitolati, malli jitilqu mis-servizz, għal għotja tal-firda li tkun daqs il-valur attwarjali ta' jeddijiethom għal pensjoni li jkunu akkwistaw matul is-servizz fl-istituzzjonijiet. F'dawk il-każijiet, il-pagamenti li jkunu saru sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu jeddijiethom għal pensjoni skont skema nazzjonali tal-pensjoni, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 42 jew tal-Artikolu 112 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, jitnaqqsu mill-għotja tal-firda.';

(g)

fl-Artikolu 15 il-kliem 'minn 63 sena' huma mibdula bil-kliem 'mill-età pensjonabbli';

(h)

fl-Artikolu 18a, il-kliem 'is-63 sena' huma mibdula bil-kliem 'l-età pensjonabbli';

(i)

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 27, il-kelma 'aġġustat' hija mibdula b''aġġornat';

(j)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tielet paragrafu, il-kliem 'fl-Istat Membru ta' residenza' huma mibdula bil-kliem 'fl-Unjoni Ewropea';

(ii)

fl-ewwel sentenza tar-raba' paragrafu, il-kliem 'fl-Unjoni Ewropea jew' huma mdaħħla wara l-kelma 'f'bank';

(iii)

fit-tieni sentenza tar-raba' paragrafu, il-kliem 'f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-istituzzjoni għandha l-kwartieri ġenerali, jew' huma mħassra;

(69)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 2(3), il-kelma 'L-istituzzjonijiet' hija mibdula bil-kliem 'L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

(b)

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1), hija mibdula b'dan li ġej:

'Bord tad-Dixxiplina, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-'Bord', jiġi stabbilit f'kull istituzzjoni, sakemm żewġ aġenziji jew aktar jiddeċiedu, f'konformità mal-paragrafu 1a tal-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jistabbilixxu Bord komuni.';

(c)

L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 30

'Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni, jekk tikkunsidra li huwa xieraq, tadotta arranġamenti ta' implimentazzjoni għal dan l-Anness wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal';

(70)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 6

Uffiċjal għandu jkun intitolat, għal kull sena kalendarja, għal leave annwali ta' jumejn ta' xogħol għal kull xahar ta' servizz.

Minkejja l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-uffiċjali li jkunu assenjati f'pajjiż terz fl-1 ta' Jannar 2014 għandhom ikunu intitolati għal:

tlett ijiem tax-xogħol mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014;

jumejn u nofs tax-xogħol mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014;'

(b)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 7

Fis-sena li fiha l-uffiċjal jibda jwettaq jew jieqaf milli jwettaq dmirijietu f'pajjiż terz, għandu jkun intitolat għal leave ta' jumejn tax-xogħol għal kull xahar sħiħ fis-servizz, għal jumejn tax-xogħol għal xahar mhux sħiħ fis-servizz li jikkonsisti minn iktar minn 15-il jum u għal jum ta' xogħol għal xahar mhux sħiħ fis-servizz ta' 15-il jum jew inqas.

Meta, għal raġunijiet oħra għajr il-ħtiġijiet tas-servizz, uffiċjal ma jużax il-leave annwali kollu tiegħu qabel it-tmiem tas-sena kalendarja korrenti, l-ammont ta' leave li jista' jingħadda għas-sena ta' wara ma għandux jaqbeż 14-il jum tax-xogħol.';

(c)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

'L-uffiċjali li jieħdu sehem f'taħriġ professjonali skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal u li ngħataw leave ta' mistrieħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jippruvaw, meta jkun xieraq, jikkombinaw il-perjodi ta' taħriġ professjonali tagħhom mal-leave ta' mistrieħ tagħhom.';

(d)

L-Artikolu 9(1) jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Il-leave annwali jista' jittieħed kollu f'daqqa jew f'bosta perjodi, skont ix-xewqa tal-uffiċjal u fil-qies tal-ħtiġijiet tas-servizz. Madankollu, għandu jinkludi mill-anqas perjodu wieħed ta' ġimagħtejn konsekuttivi.';

(e)

L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 10

1.   Għandha tiġi ffissata allowance għall-kondizzjonijiet tal-għajxien, skont il-post tax-xogħol tal-uffiċjal, bħala perċentwal ta' ammont ta' referenza. Dak l-ammont ta' referenza għandu jkun magħmul mis-salarju bażiku totali, bl-addizzjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni, l-allowance tal-familja u l-allowance tat-tfal dipendenti, mingħajr it-tnaqqis obbligatorju msemmi fir-Regolamenti tal-Persunal jew fir-regolamenti adottati biex jimplimentawhom.

Meta uffiċjal ikun impjegat f'pajjiż li fih il-kondizzjonijiet tal-għajxien jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk normalment misjuba fl-Unjoni Ewopea, l-ebda allowance minn dawn ma għandha titħallas.

Fil-każ ta' postijiet oħra ta' impjieg, l-allowance għall-kondizzjonijiet tal-għajxien għandha tkun stabbilita billi jitqiesu, inter alia, il-parametri li ġejjin:

l-ambjent tas-saħħa u tal-isptarijiet

is-sigurtà

il-klima

il-livell ta' iżolament

kondizzjonijiet tal-għajxien lokali oħra.

L-allowance għall-kondizzjoniet tal-għajxien stabbilita għal kull post tal-impjieg għandha tkun riveduta u, fejn xieraq, aġġustata kull sena mill-awtorità tal-ħatra wara li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat tal-Persunal.

L-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tagħti primjum supplimentari flimkien mal-allowance għall-kondizzjonijiet tal-għajxien f'każijiet fejn uffiċjali jkollhom iktar minn inkarigu wieħed f'post ta' impjieg meqjus bħala diffiċli jew diffiċli ħafna. Dak il-primjum supplimentari m'għandux jaqbeż 5 % tal-ammont ta' referenza msemmi fl-ewwel subparagrafu u l-awtorità tal-ħatra għandha tagħti raġuni xierqa għad-deċiżjonijiet individwali tagħha sabiex jiġi rrispettat it-trattament indaqs, u għandu jkun ibbażat fuq il-livell ta' diffikultà tal-inkarigu preċedenti.

2.   Jekk il-kondizzjonijiet tal-għajxien fil-post tal-impjieg huma tali li jpoġġu l-uffiċjal taħt riskju personali, allowance addizzjonali temporanja għandha titħallas lilu b'deċiżjoni speċjali motivata mill-awtorità tal-ħatra. Dik l-allowance għandha tkun stabbilita bħala perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

meta l-awtorità tirrakkomanda li l-persunal tagħha ma jistabbilixxux lill-familji tagħhom jew lil dipendenti oħrajn tagħhom fil-post tal-impjieg, sakemm isegwu dik ir-rakkomandazzjoni;

meta l-awtorità tiddeċiedi li tnaqqas temporanjament in-numru tal-persunal li jkun iservi fil-post tal-impjieg.

F'każijiet debitament ġustifikati, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddetermina wkoll li inkarigu mhuwiex adatt għal familja. L-allowance hawn fuq imsemmija għandha titħallas lill-membri tal-persunal li jirrispettaw dik id-dikjarazzjoni.

3.   Għandha ssir deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mill-awtorità tal-ħatra.';

(f)

fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11, il-kelma 'fil-Belġju' hija mibdula bil-kliem 'fl-Unjoni Ewropea';

(g)

L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 13

Sabiex ikun żgurat sa fejn possibbli li l-uffiċjali jgawdu kapaċità tal-akkwist ekwivalenti ikun fejn ikun il-post tal-impjieg tagħhom, l-ippeżar imsemmi fl-Artikolu 12 għandhom jiġu aġġornati darba fis-sena skont l-Anness XI. Fir-rigward tal-aġġornament, il-valuri kollha għandhom jiġu mifhuma bħala valuri ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valuri aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi.

Madankollu, meta fil-każ ta' pajjiż partikolari l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejjel fuq il-bażi tal-kejl u r-rata tal-kambju korrispondenti tinstab li tkun qabżet il-5 % mill-aħħar aġġornament, għandu jsir aġġornament interim għall-aġġustament tal-ippeżar f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu.';

(h)

L-Artikolu 23 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 23

Abbażi ta' lista ta' pajjiżi li għandha tiġi definita mill-awtorità tal-ħatra, u fejn l-uffiċjal ma jkunx ipprovdut b'akkomodazzjoni mill-istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra għandha tħallas lill-uffiċjal allowance ta' akkomodazzjoni jew tirrimborżalu l-kera li jkun ħallas.

L-allowance tal-akkomodazzjoni għandha titħallas wara li jiġi ppreżentat ftehim tal-kera sakemm l-awtorità tal-ħatra ma tneħħix dak l-obbligu għal raġunijiet ġustifikati xierqa marbuta mal-prattiki u l-kondizzjonijiet lokali fil-post tal-impjieg fil-pajjiż terz ikkonċernat. L-allowance tal-akkomodazzjoni għandha tiġi kkalkulata primarjament skont il-livell tad-dmirijiet tal-uffiċjal u sussegwentement skont il-kompożizzjoni tal-familja dipendenti tiegħu.

Il-kera għandha tiġi rimburżata, sakemm l-akkomodazzjoni tkun ġiet awtorizzata b'mod ċar mill-awtorità tal-ħatra u tikkorrispondi primarjament mal-livell tad-dmirijiet tal-uffiċjal u sussegwentement mal-kompożizzjoni tal-familja dipendenti tiegħu.

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mill-awtorità tal-ħatra. L-allowance tal-akkomodazzjoni fl-ebda każ m'għandha taqbeż l-ispejjeż imġarrba mill-uffiċjal.';

(71)

L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej:

'ANNESS XI

IR-REGOLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ARTIKOLI 64 U 65 TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL

KAPITOLU 1

L-AĠĠORNAMENT ANNWALI TAR-REMUNERAZZJONI PREVISTA FL- ARTIKOLU 65(1) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL

Taqsima 1

Il-fatturi li jistabbilixxu l-aġġornament ta' kull sena

Artikolu 1

1.   Rapport mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat)

Għall-finijiet tal-aġġornament previst fl-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 13 tal-Anness X, kull sena l-Eurostat għandu jħejji rapport qabel tmiem Ottubru dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu, il-paritajiet ekonomiċi bejn Brussell u ċerti postijiet fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi fejn meħtieġ, u bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fis-servizzi pubbliċi nazzjonali tal-gvern ċentrali.

2.   Tibdil fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu

Il-Eurostat għandu jfassal indiċi biex jikkalkula t-tibdil fl-għoli tal-ħajja għal uffiċjali tal-Unjoni fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Dak l-indiċi (minn hawn 'il quddiem "Indiċi Konġunt") għandu jiġi kkalkulat permezz tal-ippeżar tal-inflazzjoni nazzjonali (kif imkejla permezz tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) fil-każ tal-Belġju u permezz tal-Indiċi Prezzijiet tal-Konsumatur (CPI) fil-każ tal-Lussemburgu) bejn Ġunju tas-sena ta' qabel u Ġunju tas-sena kurrentiskont id-distribuzzjoni tal-persunal li jservi f'dawk l-Istati Membri.

3.   Tibdil fl-għoli tal-ħajja barra Brussell

(a)

Il-Eurostat, bi qbil mal-istituti tal-istatistika nazzjonali jew awtoritajiet xierqa oħra fl-Istati Membri kif definit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********) (minn hawn 'il quddiem "istituti tal-istatistika nazzjonali jew awtoritajiet xierqa oħra fl-Istati Membri"), għandu jaħdem il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist:

(i)

tas-salarji tal-uffiċjali tal-Unjoni li jaħdmu fil-kapitali tal-Istati Membri, għajr għall-Pajjiżi l-Baxxi fejn L-Aja tintuża minflok Amsterdam, u f'ċerti postijiet oħra tal-impjieg b'referenza għal Brussell,

(ii)

tal-pensjonijiet tal-uffiċjali mħallsa fl-Istati Membri b'referenza għall-Belġju.

(b)

Il-paritajiet ekonomiċi għandhom jirreferu għax-xahar ta' Ġunju ta' kull sena.

(c)

Il-paritajiet ekonomiċi għandhom jiġu kkalkulati b'tali mod li kull komponent bażiku jkun jista' jiġi aġġornat darbtejn fis-sena u ċċekkjati minn stħarriġ dirett tal-inqas darba kull ħames snin. Il-Eurostat għandu jaġġorna l-paritajiet ekonomiċi billi juża l-bidla fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Istati Membri u l-aktar indiċijiet xierqa kif definiti mill-Grupp tal-Ħidma tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 13.

(d)

Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, il-bidliet fl-għoli tal-ħajja matul il-perjodu tar-referenza għandhom jitkejlu bl-indiċijiet impliċiti. Dawk l-indiċijiet jiġi kkalkulati billi l-Indiċi Konġunt jiġi mmultiplikat bil-bidla fil-parità ekonomika.

4.   Bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku nazzjonali fil-gvern ċentrali (indikaturi speċifiċi).

(a)

Bil-għan li jitkejjel il-perċentwal ta' bidla, jew 'il fuq jew 'l isfel, fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fis-servizzi pubbliċi nazzjonali, il-Eurostat għandu, abbażi ta' informazzjoni mogħtija qabel tmiem Settembru mill-istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet xierqa oħrajn fl-Istati Membri, jikkalkula l-indikaturi speċifiċi li jirriflettu t-tnaqqis fir-remunerazzjoni reali tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku ma' gvern ċentrali, bejn ix-xahar ta' Lulju tas-sena preċedenti u x-xahar ta' Lulju tas-sena kurrenti. It-tnejn għandhom jinkludu wieħed minn tnax-il-element imħallsa kull sena.

L-indikaturi speċifiċi għandu jkollhom żewġ forom:

(i)

indikatur wieħed f'kull grupp ta' funzjoni kif inhuma definiti fir-Regolamenti tal-Persunal,

(ii)

indikatur medju mkejjel biex jirrifletti l-għadd tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku nazzjonali li jikkorrispondu għal kull grupp ta' funzjoni.

Kull wieħed minn dawk l-indikaturi għandu jkun stabbilit f'termini gross reali u netti reali. Għat-tranżizzjoni minn gross għal nett, għandhom ikunu kkunsidrati t-tnaqqis statutorji u l-fatturi ġenerali tat-tassazzjoni.

Sabiex jiġu stabbiliti l-indikaturi gross u netti għat-total tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat għandu juża kampjun magħmul mill-Istati Membri li ġejjin: il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, l-Isveżja u r-Renju Unit. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jadottaw kampjun ġdid li jirrappreżenta mill-anqas 75 % tal-prodott domestiku gross (PGD) tal-Unjoni u li japplika mis-sena ta' wara l-adozzjoni. Ir-riżultati għal kull pajjiż għandhom jitkejlu fi proporzjon mal-aggregat tal-PDG nazzjonali xieraq imkejjel permezz tal-użu tal-paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist kif muri fl-aktar statistika reċenti, ippubblikata skont id-definizzjonijiet tal-kontijiet nazzjonali fid-definizzjonijiet fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet li tinsab fis-seħħ bħalissa.

(b)

Fuq talba tal-Eurostat, l-istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet xierqa oħrajn fl-Istati Membri għandhom jagħtuh l-informazzjoni addizzjonali li jqis meħtieġa sabiex iħejji indikatur speċifiku li jkejjel bl-eżatt il-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku nazzjonali.

Jekk, wara aktar konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, l-istituti jew awtoritajiet xierqa oħrajn fl-Istati Membri, il-Eurostat isib anomaliji statistiċi fl-informazzjoni miksuba, jew isibha impossibbli li jħejji indikaturi li jkejlu b'reqqa statistika l-bidliet fl-introjtu reali tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku fi Stat Membru partikolari, huwa għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u jipprovdiha bil-materjal kollu li tkun teħtieġ biex tħejji valutazzjoni.

(c)

Minbarra l-indikaturi speċifiċi, il-Eurostat għandu jikkalkula indikaturi adegwati ta' kontroll. Indikatur wieħed ta' dan it-tip għandu jkun fil-forma ta' data dwar l-emolumenti reali per capita fil-gvern ċentrali, imħejjija skont id-definizzjonijiet tal-kontijiet nazzjonali fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet fis-seħħ.

Ir-rapport tal-Eurostat dwar l-indikaturi speċifiċi għandu jkun akkumpanjat minn kummenti dwar id-differenzi bejn dawk l-indikaturi u l-indikaturi ta' kontroll msemmija f'dan il-punt.

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha, regolarment, tosserva l-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tal-istituzzjonijiet.

Taqsima 2

Arranġamenti għall-aġġornamenti annwali tar- remunerazzjoni u l-pensjonijiet

Artikolu 3

1.

Skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għandhom jiġu aġġornati qabel tmiem kull sena, b'effett mill-1 ta' Lulju.

2.

L-ammont tal-aġġornament għandu jinkiseb billi l-Indiċi Konġunt jiġi mmultiplikat bl-indikatur speċifiku. L-aġġornament għandu jkun f'termini netti bħala perċentwal uniformi ġenerali.

3.

L-ammont tal-aġġornament stabbilit b'dan il-mod għandu jiddaħħal, skont il-metodu li ġej, fit-tabelli tas-salarji bażiċi li jidhru fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikoli 20, 93 u 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra:

(a)

ir-remunerazzjoni netta u l-pensjoni netta mingħajr il-koeffiċjent tal-korrezzjoni għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu bl-aġġornament msemmi hawn fuq,

(b)

it-tabella l-ġdida tas-salarji bażiċi għandha titħejja billi jiġi kkalkulat l-ammont gross li jikkorrispondi mal-ammont nett, wara t-tnaqqis tat-taxxa bil-qies tal-paragrafu 4 u t-tnaqqis obbligatorju tas-sigurtà soċjali u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni,

(c)

il-konverżjoni tal-ammonti netti f'ammonti gross għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni ta' uffiċjal mhux miżżewweġ li ma jirċevix l-allowances stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68, l-ammonti fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu mmultiplikati b'fattur magħmul minn:

(a)

il-fattur li jirriżulta mill-aġġornament ta' qabel, u/jew

(b)

ir-rata tal-aġġornament tar-remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.

L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni m'huwa applikabbli fil-Belġju u fil-Lussemburgu. L-ebda koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli:

(a)

għas-salarji tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-Istati Membri l-oħra u f'ċerti postijiet tal-impjieg oħra.

(b)

permezz ta' deroga mill-Artikolu 82(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea mħallsa fl-Istati Membri l-oħrajn għall-parti korrispondenti mad-drittijiet miksuba qabel l-1 ta' Mejju 2004,

għandhom ikunu determinati abbażi tal-proporzjon bejn il-paritajiet ekonomiċi korrispondenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness u r-rati tal-kambju speċifikati fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi rilevanti.

Il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness li jikkonċernaw l-applikazzjoni retrospettiva tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni f'postijiet tax-xogħol b'rata għolja ta' inflazzjoni, għandhom japplikaw.

6.

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-aġġornament pożittiv jew negattiv korrispondenti għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali, ta' dawk li kienu uffiċjali u persuni oħra kkonċernati b'effett retroattiv għall-perjodu bejn id-data effettiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aġġornament li jmiss.

Jekk dak l-aġġornament retroattiv ikun jeħtieġ l-irkupru ta' ammonti li tħallsu żejda, dan l-irkupru jista' jitqassam fuq perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-aġġornament li jmiss.

KAPITOLU 2

L-AĠĠORNAMENTI INTERMEDJI TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET (L-ARTIKOLU 65(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL)

Artikolu 4

1.

Aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, b'effett mill-1 ta' Jannar, għandu jiġi effettwat fl-eventwalità ta' tibdil sostanzjali fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru (b'referenza għal-limitu ta' sensittività definit fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness) u bil-kunsiderazzjoni dovuta għat-tbassir tal-bidla fil-kapaċità tal-akkwist matul il-perjodu annwali ta' referenza attwali.

2.

Tali aġġoramenti intermedji għandhom jiġu kkunsidrati fl-aġġornament salarjali annwali.

Artikolu 5

1.

F'Marzu ta' kull sena il-Eurostat għandu jbassar il-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tul il-perjodu kkonċernat abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-laqgħa stabbilita fl-Artikolu 13 ta' dan l-Anness.

Jekk dak it-tbassir jipproduċi perċentwal negattiv, nofs dak il-perċentwal għandu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tal-aġġustament intermedju.

2.

It-tibdil fl-għoli tal-ħajja għall-Belġju u għal-Lussemburgu għandu jitkejjel bl-Indiċi Konġuntgħall-perjodu bejn Ġunju u Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel.

3.

Għal kull post li għalih kien stabbilit koeffiċjent tal-korrezzjoni (minbarra l-Belġju u l-Lussemburgu), għandha tiġi kkalkulata stima għal Diċembru tal-paritajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 1(3). Il-bidla fl-għoli tal-ħajja għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 1(3).

Artikolu 6

1.

Il-limitu ta' sensittività għall-perjodu tas-sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta' dan l-Anness għandu jkun il-perċentwal li jikkorrispondi għal 6 % fuq perjodu ta' 12-il xahar.

2.

Il-limitu għandu jiġi applikat skont il-proċedura li ġejja, soġġett għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta' dan l-Anness:

(a)

jekk il-limitu minimu tas-sensittività jintlaħaq jew jinqabeż fil-Belġju u fil-Lussemburgu (kif imkejjel bl-Indiċi Konġunt bejn Ġunju u Diċembru), isir l-aġġornament tar-remunerazzjoni għall-postijiet kollha wara l-proċedura tal-aġġustament annwali,

(b)

jekk il-limitu tas-sensittività ma jintlaħaqx fil-Belġju u fil-Lussemburgu, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni tal-postijiet fejn il-bidla fl-għoli tal-ħajja (kif imkejla bl-indiċijiet impliċiti bejn Ġunju u Diċembru) qabżu l-limitu minimu biss għandhom jiġu aġġornati.

Artikolu 7

Għall-finijiet tal-Artikolu 6 ta' dan l-Anness:

L-ammont tal-aġġornament għandu jkun l-Indiċi Konġunt immultiplikat, fejn xieraq, b'nofs l-indikatur speċifiku mbassar jekk dan ikun negattiv.

Il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għandhom ikunu l-proporzjon bejn il-parità ekonomika rilevanti u r-rata tal-kambju stabbilita fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal, immultiplikat bil-valur tal-aġġornament, jekk il-limitu tal-aġġornament ma jintlaħaqx għall-Belġju u għal-Lussemburgu.

KAPITOLU 3

ID-DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-KOEFFIĊJENT TA' KORREZZJONI (POSTIJIET TAX-XOGĦOL B'ŻIEDA QAWWIJA FL-GĦOLI TAL-ĦAJJA)

Artikolu 8

1.

Għall-postijiet b'żieda għolja fl-għoli tal-ħajja (kif imkejla bit-tibdil fl-indiċijiet impliċiti), il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għandu jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar fil-każ tal-aġġornament intermedju, jew l-1 ta' Lulju fil-każ tal-aġġornament annwali. Dan biex it-telf fil-kapaċità tal-akkwist jinġieb konformi ma' dak li kien ikun f'post tax-xogħol fejn il-bidla fl-għoli tal-ħajja tkun ikkorrispondiet mal-livell ta' sensittività.

2.

Id-dati effettivi għall-aġġornament annwali għandhom ikunu kif ġej:

(a)

is-16 ta' Mejju għall-postijet tax-xogħol b'rata ta' inflazzjoni ogħla minn 6 %, u

(b)

l-1 ta' Mejju għall-postijet tax-xogħol b'rata ta' inflazzjoni ogħla minn 10 %.

3.

Id-dati effettivi għall-aġġornament intermedju għandhom ikunu kif ġej:

(a)

is-16 ta' Novembru għall-postijet tax-xogħol b'rata ta' inflazzjoni ogħla minn 6 %, u

(b)

l-1 ta' Novembru għall-postijet tax-xogħol b'rata ta' inflazzjoni ogħla minn 10 %.

KAPITOLU 4

IL-ĦOLQIEN U L-IRTIRAR TAL-KOEFFIĊJENTI TA' KORREZZJONI (L- ARTIKOLU 64 TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL)

Artikolu 9

1.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri kkonċernati, l-amministrazzjoni ta' istituzzjoni tal-Unjoni jew ir-rappreżentanti tal-uffiċjali tal-Unjoni f'post tax-xogħol partikolari jistgħu jitolbu għall-ħolqien ta' koeffiċjent ta' korrezzjoni speċifiku għal dak il-post.

Tali talba għandha tkun sostnuta b'fatturi oġġettivi li juru differenza apprezzabbli fuq għadd ta' snin fl-għoli tal-ħajja bejn dak il-post tax-xogħol u l-kapitali tal-Istat Membru kkonċernat (minbarra l-Pajjiżi l-Baxxi, fejn tintuża L-Aja minflok Amsterdam). Jekk il-Eurostat jikkonferma li d-differenza tkun waħda apprezzabbli (aktar minn 5 %) u sostenibbli, il-Kummissjoni tista' ddaħħal fis-seħħ, permezz ta atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112 tar-Regolamenti tal-Persunal, koeffiċjent ta' korrezzjoni għal dak il-post.

2.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tirtira l-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' korrezzjoni speċifiku għal ċertu post. F'dak il-każ id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

talba mill-awtoritajiet xierqa tal-Istat Membru kkonċernat, l-amministrazzjoni ta' istituzzjoni tal-Unjoni jew ir-rappreżentanti tal-uffiċjali tal-Unjoni f'post tax-xogħol partikolari, li turi li l-għoli tal-ħajja f'dak il-post ma jkunx għadu differenti b'mod sinifikanti (anqas minn 2 %) minn dak tal-kapitali tal-Istat Membru kkonċernat. Tali konverġenza għandha tkun sostenibbli u vvalidata mill-Eurostat.

(b)

il-fatt li ma jkunx għad hemm xi uffiċjali jew persunal temporanju tal-Unjoni impjegati f'dak il-post.

KAPITOLU 5

IL-KLAWSOLI TA' MODERAZZJONI U TA' EĊĊEZZJONI

Artikolu 10

Il-valur tal-indikatur speċifiku użat għall-aġġornament annwali għandu jkun soġġett għal limitu masimu ta' 2 % u limitu minimu ta' – 2 %. Jekk il-valur tal-indikatur speċifiku jaqbeż il-limitu massimu jew ikun inqas mil-limitu iktar baxx, il-valur tal-limitu għandu jintuża biex jiġi kkalkulat il-valur ta' aġġornament.

L-ewwel paragrafu m'għandux japplika meta japplika l-Artikolu 11.

Il-bqija tal-aġġornament annwali li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur ta' aġġornament ikkalkulat bl-indikatur speċifiku u l-valur ta' aġġornament ikkalkulat bil-limitu għandu japplika mill-1 ta' April tas-sena ta' wara.

Artikolu 11

1.

Jekk jonqos il-PGD tal-Unjoni għas-sena attwali kif previst mill-Kummissjoni u l-indikatur speċifiku jkun pożittiv, parti biss tal-indikatur speċifiku għandha tintuża biex jiġi kkalkulat il-valur ta' aġġornament. Il-bqija tal-valur ta' aġġornament li jikkorrispondi għall-bqija tal-indikatur speċifiku għandu jiġi applikat minn data iktar tard is-sena ta' wara. Dik il-bqija tal-valur ta' aġġornament m'għandhiex titqies għall-finijiet tal-Artikolu 10. Il-valur tal-PGD tal-Unjoni, il-konsegwenzi f'termini ta' tqassim tal-indikatur speċifiku, u d-data tal-applikazzjoni huma definiti skont it-tabella ta' hawn taħt:

PGD tal-Unjoni

Konsegwenzi fuq l-indikatur speċifiku

Data ta' ħlas tat-tieni parti

[– 0,1 %; – 1 %]

33 %; 67 %

l-1 ta' April tas-sena n + 1

[– 1 %; – 3 %]

0 %; 100 %

l-1 ta' April tas-sena n + 1

taħt it – 3 %

0  %

2.

Fejn li jkun hemm diverġenza bejn it-tbassir imsemmi taħt il-paragrafu 1 u d-data finali dwar il-PGD tal-Unjoni li jsiru disponibbli mill-Kummissjoni biex b'hekk dik id-data finali tbiddel il-konsegwenzi kif stabbiliti fit-tabella taħt il-paragrafu 1, għandhom isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa, inklużi l-aġġustamenti retroattivi, pożittivi jew negattivi, skont l-istess tabella.

3.

Kwalunkwe ammont ta' referenza aġġornat li jirriżulta minn korrezzjoni għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn mill-korrezzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet informattivi.

4.

Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u 2 tikkawża nuqqas ta' suffiċjenza fil-valur tal-indikatur speċifiku għall-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet, dak il-valur għandu jkun il-bażi għall-kalkolu ta' aġġornament futur ladarba ż-żieda kumulattiva tal-PGD tal-Unjoni mkejla mis-sena meta ġie applikat il-paragrafu 1 u 2 issir pożittiva. Fi kwalunkwe każ, il-valur imsemmi fl-ewwel sentenza għandu jkun soġġett b'analoġija għal-limiti u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness. Għalhekk l-evoluzzjoni tal-PGD tal-Unjoni għandha titkejjel regolarment mill-Eurostat.

5.

Jekk ikunu rilevanti, il-konsegwenzi ġuridiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10 u dan l-Artikolu għandhom jibqgħu japplikaw bis-sħiħ anki wara d-data ta' skadenza ta' dan l-Anness kif imsemmi fl-Artikolu 15.

KAPITOLU 6

IR-RWOL TAL-EUROSTAT U R-RELAZZJONIJIET MAL-ISTITUTI TAL- ISTATISTIKA NAZZJONALI U AWTORITAJIET XIERQA OĦRAJN TAL- ISTATI MEMBRI

Artikolu 12

Il-Eurostat għandu jkollu d-dmir li jissorvelja l-kwalità tad-data bażika u l-metodi statistiċi li jintużaw biex jinħadmu l-fatturi kkunsidrati għall-aġġornament tar-remunerazzjoni. B'mod partikolari, għandu jagħmel kwalunkwe valutazzjoni u jwettaq kwalunkwe studju meħtieġ għat-tali monitoraġġ.

Artikolu 13

F'Marzu ta' kull sena, il-Eurostat għandu jlaqqa' grupp ta' ħidma magħmul minn esperti mill-istituti tal-istatistika nazzjonali jew awtoritajiet xierqa oħra fl-Istati Membri li jkun magħruf bħala l-'Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal'.

F'dik il-laqgħa, għandhom jiġu eżaminati l-metodoloġija statistika u l-implimentazzjoni tagħha dwar l-indikaturi speċifiċi u tal-kontroll, l-indiċi konġunt u l-paritajiet ekonomiċi.

L-informazzjoni meħtieġa biex isir tbassir tal-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist għall-iskopijiet tal-aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni għandha tkun ipprovduta wkoll, flimkien mad-data dwar il-ħinijiet tax-xogħol f'dipartimenti tal-gvern ċentrali.

Artikolu 14

Fuq it-talba tal-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Eurostat dwar kwalunkwe fattur li jkollu impatt dirett jew indirett fuq il-kompożizzjoni u l-bidliet fir-remunerazzjoni tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku tal-gvern ċentrali.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONI FINALI U L-KLAWSOLA TA' REVIŻJONI

Artikolu 15

1.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2023.

2.

Sal-31 ta' Marzu 2022, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jirrigwarda l-istħarriġ imwettaq skont l-Artikolu 2 ta' dan l-Anness u għandu jivvaluta jekk, b'mod partikolari, l-andament tal-kapaċità tal-akkwist ta' remunerazzjoni u pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni hijiex konformi mal-bidliet tal-kapaċità tal-akkwist ta' salarji fis-servizzi pubbliċi nazzjonali fil-gvernijiet ċentrali. Abbażi ta' dak ir-rapport, jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tibgħat proposta għal emenda ta' dan l-Anness kif ukoll tal-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal abbażi tal-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.

Sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jadottawx Regolament abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni, dan l-Anness u l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jibqgħu japplikaw fuq bażi provviżorja wara d-dati ta' skadenza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Fi tmiem l-2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Anness u tal-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal.';

(72)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 2

1.   Kull aġġornament għar-rata ta' kontribuzzjoni għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Lulju fl-istess ħin bħall-aġġornament annwali tar-remunerazzjoni skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ebda aġġornament m'għandu jwassal għal kontribuzzjoni li hija aktar minn punt perċentwali wieħed aktar jew anqas mir-rata valida tas-sena preċedenti.

2.   Id-differenza stabbilita bejn l-aġġornament tar-rata tal-kontribuzzjoni li kieku kienet tirriżulta mill-kalkolu attwarjali u l-aġġornament li jirriżulta mill-varjazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 m'għandha tiġi rkuprata fl-ebda waqt, jew, bħala konsegwenza, m'għandha tkun ikkunsidrata f'kalkolu attwarjali sussegwenti. Ir-rata tal-kontribuzzjoni li kieku kienet tirriżulta mill-kalkolu attwarjali għandha tissemma' fir-rapport tal-valutazzjoni pprovdut fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness.';

(b)

fl-Artikolu 4(6), il-kliem '12-il sena' huma mibdula bil-kliem '30 sena';

(c)

fl-Artikolu 10(2) u 11(2), il-kliem '12-il sena' huma mibdula bil-kliem '30 sena';

(d)

l-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

'Artikolu 11a

Sal-2020, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4(6), 10(2) u 11(2) ta' dan l-Anness, il-medja varjabbli għandha tiġi kkalkulata abbażi taż-żminijiet li ġejjin:

 

Fl

 

Fl-2014 – 16-il sena

 

Fl-2015 – 18-il sena

 

Fl-2016 – 20 sena

 

Fl-2017 – 22 sena

 

Fl-2018 – 24 sena

 

Fl-2019 – 26 sena

 

Fl-2020 – 28 sena';

(e)

L-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 12

Ir-rata fl-Artikoli 4 u 8 tal-Anness VIII għall-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness u, jekk meħtieġ, għandha tkun aġġornata fil-każ tal-valutazzjonijiet attwarji ta' kull ħames snin.

Fir-rigward ta' dak l-aġġornament, ir-rata msemmija fl-Artikoli 4 u 8 tal-Annesss VIII għandha tiġi mifhuma bħala rata ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pubblikazzjoni tar-rata effettiva aġġornata fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi.';

(f)

L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 14

1.   Fl-2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun dwar l-implikazzjonijiet baġitarji ta' dan l-Anness u għandu jivvaluta l-bilanċ attwarjali tas-sistema tal-pensjonijiet. Abbażi ta' dak ir-rapport, jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta li temenda dan l-Anness.

2.   Fl-2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Anness.';

(73)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), il-kelma "aġġustament" għandha tiġi mibdula b "aġġornament";

(b)

L-Artikoli 10, 14 sa 17 u l-Artikolu 18(2) huma mħassra;

(c)

fl-Artikolu 18(1), il-kelma 'aġġustat' hija mibdula b''aġġornat' u l-kelma 'aġġustament' hija mibdula b''aġġornament';

(d)

L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 19

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********), l-Artikoli 63, 64, 65, 82 u 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Annessi XI u XII tagħhom u l-Artikoli 20(1), 64, 92 u 132 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra jidħlu fis-seħħ qabel 1.11.2013 għandhom jibqgħu japplikaw esklużivament għal skopijiet ta' kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' dawk l-artikoli.

(*********)  Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15)';"

(e)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(ii)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

'Il-pensjonijiet tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni biss jekk ir-residenza tal-uffiċjal tkun l-istess waħda tal-aħħar post tal-impjieg jew tal-pajjiż tal-post tal-oriġini tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4) tal-Anness VII. Madankollu, għal raġunijiet ta' familja jew ta' saħħa, l-uffiċjali li jirċievu pensjoni jistgħu jitolbu lill-awtorità tal-ħatra biex tbiddel il-post tal-oriġini tagħhom; id-deċiżjoni f'dak ir-rigward għandha tittieħed mal-preżentazzjoni tal-evidenza xierqa ta' appoġġ mill-uffiċjal ikkonċernat.';

(iii)

l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4 hija mħassra.;

(f)

L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 21

Minkejja t-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali li daħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu intitolati għal 2 % tas-salarju msemmi hemmhekk għal kull sena ta' servizz pensjonabbli kkalkulat skont l-Artikolu 3 tal-Anness VIII.

Uffiċjali li daħlu fis-servizz fil-perijodu bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandhom ikunu intitolati għal 1,9 % tas-salarju msemmi hemmhekk għal kull sena ta' servizz pensjonabbli kkalkulat skont l-Artikolu 3 tal-Anness VIII.';

(g)

L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 22

1.   L-uffiċjali li fl-1 ta' Mejju 2004 jkollhom 20 sena ta' servizz jew aktar għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tal-irtirar meta jagħlqu s-60 sena.

L-uffiċjali li fl-1 ta' Mejju 2014 ikollhom 35 sena jew aktar u li jkunu daħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tal-irtirar fl-età murija fit-tabella ta' hawn taħt:

Età fl-1 ta' Mejju 2014

Età pensjonabbli

Età fl-1 ta' Mejju 2014

Età pensjonabbli

60 sena u aktar

60 sena

47 sena

62 sena u 6 xhur

59 sena

60 sena u xahrejn (2)

46 sena

62 sena u 8 xhur

58 sena

60 sena u 4 xhur

45 sena

62 sena u 10 xhur

57 sena

60 sena u 6 xhur

44 sena

63 sena u xahrejn (2)

56 sena

60 sena u 8 xhur

43 sena

63 sena u 4 xhur

55 sena

61 sena

42 sena

63 sena u 6 xhur

54 sena

61 sena u xahrejn (2)

41 sena

63 sena u 8 xhur

53 sena

61 sena u 4 xhur

40 sena

63 sena u 10 xhur

52 sena

61 sena u 6 xhur

39 sena

64 sena u 3 xhur

51 sena

61 sena u 8 xhur

38 sena

64 sena u 4 xhur

50 sena

61 sena u 11-il xahar

37 sena

64 sena u 5 xhur

49 sena

62 sena u xahrejn (2)

36 sena

64 sena u 6 xhur

48 sena

62 sena u 4 xhur

35 sena

64 sena u 8 xhur

L-uffiċjali li fl-1 ta' Mejju 2014 ikollhom anqas minn 35 sena għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tal-irtirar fl-età ta' 65 sena.

Madankollu, għall-uffiċjali li fl-1 ta' Mejju 2014 ikollhom 45 sena jew aktar u li jkunu daħlu fis-servizz bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2013, l-età pensjonabbli għandha tkun ta' 63 sena.

Għall-uffiċjali fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014, l-età pensjonabbli li għandha tkun ikkunsidrata għar-referenzi kollha tal-età tal-pensjoni f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, għajr jekk ikun previst b'mod ieħor fir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Minkejja l-Artikolu 2 tal-Anness VIII, l-uffiċjali li jidħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014 u jibqgħu fis-servizz wara l-età li tintitolahom għall-pensjoni tal-irtirar, għandhom ikunu intitolati għal żieda addizzjonali ta' 2,5 % tas-salarju bażiku finali għal kull sena li tinħadem wara dik l-età, bil-kondizzjoni li t-total tal-pensjoni tagħhom ma jaqbiżx is-70 % tas-salarju bażiku finali tagħhom, skont it-tifsira tat-tieni jew it-tielet paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, skont il-każ xi jkun.

Madankollu, għall-uffiċjali li jkollhom 50 sena jew aktar jew b'20 sena jew aktar ta' servizz fl-1 ta' Mejju 2004, iż-żieda fil-pensjoni prevista fis-subparagrafu preċedenti ma għandhiex tkun anqas minn 5 % tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba fl-età ta' 60 sena.

Iż-żieda tingħata wkoll fil-każ ta' mewt, jekk l-uffiċjal ikun baqa' fis-servizz wara l-età li fiha jsir intitolat għal pensjoni tal-irtirar.

Jekk, skont l-Anness IVa uffiċjal li jidħol fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014, u jaħdem part-time, jikkontribwixxi għall-iskema tal-pensjoni fil-proporzjon tal-ħin li jkun inħadem, iż-żieda fl-intitolamenti tal-pensjoni previsti f'dan l-Artikolu għandha tiġi applikata biss bl-istess proporzjon.

3.   Jekk l-uffiċjal jirtira qabel ma jilħaq l-età pensjonabbli stipulata f'dan l-Artikolu, għall-perjodu bejn l-età ta' 60 sena u l-età pensjonabbli jiġi applikat biss nofs it-tnaqqis stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 9 tal-Anness VIII.

4.   Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu Uniku tal-Anness IV, uffiċjal li fil-konfront tiegħu tapplika età pensjonabbli ta' anqas minn 65 sena f'konformità mal-paragrafu 1, għandu jingħata allowance prevista f'dak l-Anness skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fih sal-jum li fih l-uffiċjal jagħlaq l-età pensjonabbli tiegħu.

Madankollu, l-uffiċjali ta' età akbar, sal-età ta' 65 sena, għandhom jibqgħu jirċievu l-allowance sa ma jilħqu l-pensjoni tal-irtirar massima sakemm japplika l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal.';

(h)

L-Artikolu 23 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 23

'1.   Meta japplika l-punt (a) tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, uffiċjal fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq 65 sena. Għall-uffiċjali li jkunu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014, il-kliem 'l-età ta' 66 sena' u '66 sena' fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 u l-punt (b) tal-Artikolu 81a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-punt (b) tal-Artikolu 12(1) tal-Anness VIII għandhom jinqraw bħala 'l-età ta' 65 sena' u '65 sena'.

2.   Minkejja l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali li daħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014 u li jispiċċaw mis-servizz qabel l-età li tintitolahom għal pensjoni tal-irtirar skont l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness jistgħu jitolbu li l-punt (b) tal-Artikolu 9 tal-Anness VIII jiġi applikat

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2015 mill-età ta' 55 sena

(b)

sal-31 ta' Diċembru 2016 mill-età ta' 57 sena

3.   B'deroga mit-tmien paragrafu tal-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal, uffiċjal li jkun irtirat fl-interessi tas-servizz skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun intitolat li jirċievi l-ħlas ta' pensjoni skont l-Artikolu 9 tal-Anness VIII skont it-tabella ta' hawn taħt:

Data tad-deċiżjoni skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50

Età

Sal-31 ta' Diċembru 2016

55 sena

Wara l-31 ta' Diċembru 2016

58 sena'

(i)

Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

'Artikolu 24a

Fil-każ ta' pensjoni stabbilita qabel l-1 ta' Jannar 2013, l-intitolament tal-pensjoni tal-benefiċjarju għandu jibqa' jiġi stabbilit wara dik id-data skont ir-regoli applikati meta l-intitolament ikun ġie stabbilit għall-ewwel darba. L-istess japplika għall-kopertura taħt l-iskema konġunta tal-assigurazzjoni fuq mard.';

(j)

L-Artikolu 28 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 28

1.   Il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra li jkunu b'kuntratt fl-1 ta' Mejju 2004 u li jinħatru bħala uffiċjali wara dik id-data u qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandhom, meta jirtiraw, ikunu intitolati għal aġġustament attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li jkunu kisbu bħala ħaddiema temporanji, li jikkunsidra t-tibdil fl-età tal-pensjoni kif jingħad fl-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikoli 3a u 3b tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra li jkunu b'kuntratt fl-1 ta' Jannar 2014 u li jinħatru bħala uffiċjali wara dik id-data għandhom, meta jirtiraw, ikunu intitolati għal aġġustament attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li jkunu kisbu bħala ħaddiema temporanji jew b'kuntratt, li jikkunsidra t-tibdil fl-età tal-pensjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-każ li tal-anqas ikunu għalqu 35 sena fl-1 ta' Mejju 2014.';.

(k)

It-Taqsima 4 li ġejja hija miżjuda:

'Taqsima 5

Artikolu 30

1.   Permezz ta' deroga mill-Anness I, Taqsima A, punt 2, it-tabella li ġejja dwar it-tipi ta' pożizzjonijiet fil-grupp ta' funzjoni AD għandha tapplika għall-uffiċjali fis-servizz fil-31 ta' Diċembru 2013:

Direttur Ġenerali

AD 15 – AD 16

Direttur

AD 14 – AD 15

Kap ta' Unità jew ekwivalenti

AD 9 – AD 14

Konsulent jew ekwivalenti

AD 13 – AD 14

Amministratur f'Livell Għoli fi tranżizzjoni

AD 14

Amministratur fi tranżizzjoni

AD 13

Amministratur

AD 5 – AD 12

2.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2014, l-awtorità tal-ħatra għandha tikklassifika lill-uffiċjali fis-servizz fil-31 ta' Diċembru 2013 fil-grupp ta' funzjoni AD fit-tipi ta' pożizzjonijiet kif ġej:

(a)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-grad AD 14 u li ma kinux Direttur jew ekwivalenti, Kap ta' unità jew ekwivalenti jew Konsulent jew ekwivalenti għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Amministratur f'Livell Għoli fi tranżizzjoni".

(b)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-grad AD 13 u li ma kinux Kap ta' unità jew ekwivalenti jew Konsulent jew ekwivalenti għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Amministratur fi tranżizzjoni".

(c)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-gradi AD 9 sa AD 14 u li kienu Kap ta' unità jew ekwivalenti għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Kap ta' Unità jew ekwivalenti".

(d)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-gradi AD 13 jew AD 14 u li kienu Konsulent jew ekwivalenti għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Konsulent jew ekwivalenti".

(e)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-gradi AD 5 sa AD 12 u li ma kinux Kap ta' Unità jew ekwivalenti għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Amministratur".

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-uffiċjali fil-gradi AD 9 sa AD 14 li jkollhom responsabbiltajiet speċjali jistgħu jiġu kollokati mill-awtorità tal-ħatra qabel il-31 ta' Diċembru 2015 fit-tip ta' pożizzjoni "Kap ta' Unità jew ekwivalenti" jew "Konsulent jew ekwivalenti". Kull awtorità tal-ħatra għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jdaħħlu fis-seħħ lil dan l-Artikolu. Madankollu, l-għadd totali ta' uffiċjali li jibbenefikaw minn din id-dispożizzjoni ma għandux jaqbeż il-5 % tal-uffiċjali fil-grupp ta' funzjoni AD fil-31 ta' Diċembru 2013.

4.   Il-kollokament f'tip ta' pożizzjoni għandu jibqa' validu sakemm l-uffiċjal jiġi assenjat funzjoni ġdida li tikkorrispondi għal tip ieħor ta' pożizzjoni.

5.   Sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44, l-uffiċjali fil-grad AD 12, skala 5, li jkollhom pożizzjoni ta' Amministratur għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jirċievu żieda fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 12, skala 4, u l-grad AD 12, skala 3.

6.   Sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44, l-uffiċjali fil-grad AD 12, skala 5, li jkollhom pożizzjoni ta' Amministratur u jibbenefikaw mill-miżura fil-paragrafu 5 għandhom jirċievu, wara sentejn, żieda addizzjonali fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 12, skala 5, u l-grad AD 12, skala 4.

7.   B'deroga mill-paragrafu 5, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-uffiċjali fil-grad AD 12 li jkollhom pożizzjoni ta' Amministratur, li jkunu ġew reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 u ma jkunux ġew promossi bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2013:

a)

sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44, l-uffiċjali fl-iskala 8 għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jirċievu żieda fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 12, skala 4, u l-grad AD 12, skala 3.

b)

sakemm jibbenefikaw mill-miżura fil-punt (a), l-uffiċjali fl-iskala 8 għandhom jirċievu, wara sentejn, żieda addizzjonali fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 12, skala 5, u l-grad AD 12, skala 4.

8.   Sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44, l-uffiċjali fil-grad AD 13, skala 5, li jkollhom pożizzjoni ta' Amministratur fi tranżizzjoni għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jirċievu żieda fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 13, skala 4, u l-grad AD 13, skala 3.

9.   Sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44, l-uffiċjali fil-grad AD 13, skala 5, li jkollhom pożizzjoni ta' Amministratur u jibbenefikaw mill-miżura fil-paragrafu 5 għandhom jirċievu, wara sentejn, żieda addizzjonali fis-salarju bażiku ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 13, skala 5, u l-grad AD 13, skala 4.

10.   L-uffiċjali li jirċievu ż-żieda fis-salarju bażiku prevista fil-paragrafi 5 sa 9 u sussegwentement jinħatru Kap ta' Unità jew ekwivalenti jew Konsulent jew ekwivalenti fl-istess grad għandhom iżommu din iż-żieda fis-salarju bażiku.

11.   B'deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 46, l-uffiċjali maħtura fl-ogħla grad li jkun imiss u li jibbenefikaw miż-żieda fis-salarju bażiku prevista fil-paragrafi 5, 6, 8 u 9 għandhom jiġu kollokati fit-tieni skala ta' dak il-grad. Għandhom jitilfu l-benefiċċju taż-żieda fis-salarju bażiku prevista fil-paragrafi 5, 6, 8 u 9.

12.   Iż-żieda fis-salarju bażiku fil-paragrafu 7 ma għandhiex titħallas wara l-promozzjoni u ma għandhiex tiġi inkluża fil-bażi użata biex tiġi ddeterminata ż-żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 7(5) ta' dan l-Anness.

Artikolu 31

1.   B'deroga mill-Anness I, Taqsima A, punt 2, it-tabella li ġejja dwar it-tipi ta' pożizzjonijiet fil-grupp ta' funzjoni AST għandha tapplika għall-uffiċjali fis-servizz fil-31 ta' Diċembru 2013:

Amministratur f'Livell Għoli fi tranżizzjoni

AST 10 – AST 11

Assistent fi tranżizzjoni

AST 1 – AST 9

Assistent Amministrattiv fi tranżizzjoni

AST 1 – AST 7

Aġent ta' Appoġġ fi tranżizzjoni

AST 1 – AST 5

2.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2014, l-awtorità tal-ħatra għandha tikklassifika lill-uffiċjali fis-servizz fil-31 ta' Diċembru 2013 fil-grupp ta' funzjoni AST fit-tipi ta' pożizzjonijiet kif ġej:

(a)

L-uffiċjali li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu fil-grad AST 10 jew AST 11 għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Assistent fi tranżizzjoni".

(b)

L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punt (a) u li qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu fil-kategorija B ta' dari jew li qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu fil-kategoriji C jew D ta' dari u li jkunu saru membri tal-grupp ta' funzjoni AST mingħajr ebda restrizzjoni, kif ukoll l-uffiċjali AST reklutati mill-1 ta' Mejju 2004, għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Assistent fi tranżizzjoni".

(c)

L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punti (a) u (b) u li qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu fil-kategoriji C ta' dari għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Assistent Amministrattiv fi tranżizzjoni".

(d)

L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punti (a) u (b) u li qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu fil-kategorija D ta' dari għandhom jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni "Aġent ta' Appoġġ fi tranżizzjoni".

3.   Il-kollokament f'tip ta' pożizzjoni għandu jibqa' validu sakemm l-uffiċjal jiġi assenjat funzjoni ġdida li tikkorrispondi għal tip ieħor ta' pożizzjoni. L-Assistenti Amministrattivi fi tranżizzjoni u l-Aġenti ta' Appoġġ fi tranżizzjoni jistgħu jiġu kollokati fit-tip ta' pożizzjoni ta' Assistent kif definita fl-Anness I, Taqsima A, biss skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 4 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-promozzjoni għandha tingħata biss f'itinerarji professjonali li jikkorrispondu ma' kull tip ta' pożizzjoni indikata fil-paragrafu 1.

4.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u mill-Anness I, Taqsima B, l-għadd ta' pożizzjonijiet battala fil-grad ogħla li jkun imiss u li jkun meħtieġ għall-finijiet ta' promozzjoni għandu jiġi kkalkulat mill-Aġenti ta' Appoġġ fi tranżizzjoni. Għandhom japplikaw ir-rati ta' multiplikazzjoni li ġejjin:

 

Grad

Rata

Aġenti ta' Appoġġ fi tranżizzjoni

5

4

10  %

3

22  %

2

22  %

1

F'dak li jikkonċerna l-Aġenti ta' Appoġġ fi tranżizzjoni, il-merti kumparattivi għall-finijiet ta' promozzjoni (l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal) għandhom jiġu kkunsidrati bejn l-uffiċjali eliġibbli fl-istess grad u klassifika.

5.   L-Assistenti Amministrattivi fi tranżizzjoni u l-Aġenti ta' Appoġġ fi tranżizzjoni li qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu fil-kategoriji C jew D ta' dari għandhom jibqgħu intitolati jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni, fejn ir-rekwiżiti tas-servizz ma jkunux jippermettu leave kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak fejn tkun inħadmet is-sahra, kif previst fl-Anness VI.

6.   L-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati, abbażi tal-punt (g) tal-Artikolu 55a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4 tal-Anness IVa tar-Regolamenti tal-Persunal, li jaħdmu part-time għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2014 u li jestendi lil hinn minn dik id-data jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu part-time bl-istess kondizzjonijiet għal perjodu massimu ta' ħames snin.

7.   Għall-uffiċjali li l-età pensjonabbli tagħhom skont l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness hija inqas minn 66 sena, il-perjodu ta' tliet snin imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 55a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jista' jaqbeż l-età meta jsiru pensjonabbli, mingħajr, madankollu, ma jaqbeż l-età ta' 65 sena.

Artikolu 32

B'deroga mill-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rappreżentanza tal-grupp ta' funzjoni AST/SC ma għandhiex għalfejn tkun żgurata fil-Kumitat tal-Persunal qabel l-elezzjonijiet li jkun imiss ta' Kumitat tal-Persunal ġdid li fihom jista' jkun rappreżentat il-persunal AST/SC.';

Artikolu 33

B'deroga mill-Artikolu 40(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, meta, fil-31 ta' Diċembru 2013, uffiċjal ikun dam b'leave għal raġunijiet personali għal aktar minn 10 snin tul il-karriera kollha tiegħu, it-tul totali ta' leave għal raġunijiet personali ma jistax jaqbeż 15-il sena matul il-karriera kollha tal-uffiċjal.'

Artikolu 2

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea huma emendati kif ġej:

(1)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 1 huwa mħassar.;

(2)

Il-punt li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 2:

'(f)

persunal impjegat biex jimla pożizzjoni li tkun inkluża fil-lista ta' pożizzjonijiet għat-taqsima tal-baġit li tirrigwarda aġenzija kif inhu msemmi fl-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u li l-awtoritajiet baġitarji jkunu kklassifikaw bħala temporanja, għajr għal kapijiet ta' aġenziji u viċi kapijiet ta' aġenziji kif ikun imsemmi fl-att tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi l-aġenzija u uffiċjali sskondati fl-interessi tas-servizz lil aġenzija.';

(3)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.;

(4)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 3b, il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

'(i)

Uffiċjali jew persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AST/SC u AST;';

(5)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, il-kliem 'Artikolu 2(a)' huma mibdula 'Artikolu 2(a) jew Artikolu 2(f)';

(6)

L-Artikolu 10(4) huwa mħassar;

(7)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu, il-kliem 'l-Artikoli 11 sa 26' huma mibdula bil-kliem 'l-Artikoli 11 sa' '26a';

(b)

fit-tielet paragrafu, il-kliem 'fit-tieni paragrafu' huma mibdula bil-kliem 'fit-tielet paragrafu';

(8)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

'1.   L-ingaġġ ta' persunal temporanju għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' persuni tal-ogħla livell ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, reklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni.

Persunal temporanju għandu jintgħażel mingħajr distinzjoni ta' razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentament sesswali u mingħajr referenza għall-istat ċivili jew is-sitwazzjoni familjari tiegħu.

Ma tista' tinżamm l-ebda pożizzjoni għaċ-ċittadini ta' xi Stat Membru. Madankollu, il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri xierqa wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost il-persunal temporanju li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri xierqa jridu jkunu ġustifikati u qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri xierqa, l-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Wara perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tas-subparagrafu preċedenti.

Sabiex ikun faċilitat l-ingaġġ fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isostnu l-edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom';

(b)

Fil-paragrafu 5, il-kliem 'Kull istituzzjoni' huma mibdula b''L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(9)

L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 14

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jservi disa' xhur ta' perjodu ta' prova.

Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard, leave ta' maternità skont l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal, jew inċident, membru tal-persunal temporanju ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu għal perjodu kontinwu ta' mill-anqas xahar, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien korrispondenti.'; It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar.

2.   Rapport dwar il-membru tal-persunal temporanju jista' jsir fi kwalunkwe żmien qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova jekk jirriżulta ovvju li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat.

Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal temporanju lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova, billi tagħtih notifika ta' xahar, jew tassenja lill-membru tal-persunal temporanju lil dipartiment ieħor għall-bqija tal-perjodu ta' prova.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' prova, għandu jiġi mfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal temporanju li jeżegwixxi d-doveri appartenenti għall-kariga tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal temporanju, li jkollu d-dritt jagħti l-kummenti tiegħu bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol.

Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal temporanju lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6.

Membru tal-persunal temporanju li x-xogħol jew l-imġiba tiegħu ma jkunux irriżultaw adegwati għall-istabbiliment fil-pożizzjoni tiegħu għandu jitkeċċa.

Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 dwar l-imġiba tal-membru tal-persunal temporanju fir-rigward tat-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.   Membru mkeċċi tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova kompluta.';

(10)

Fl-Artikolu 15(1), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mal-ewwel subparagrafu:

'Membri tal-persunal temporanju li jingħataw grad skont il-kriterji tal-għoti ta' gradi adottati mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 għandhom iżommu l-anzjanità fl-iskala li jiksbu f'dik il-kapaċità jekk ikunu impjegati bħala persunal temporanju fl-istess grad immedjatament wara l-perjodu preċedenti ta' servizz temporanju.';

(11)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 16

L-Artikoli 42a, 42b u 55 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar leave, sigħat ta' xogħol, sahra, xogħol bix-xift, dmirijiet ta' standby fil-post tax-xogħol jew id-dar u btajjel pubbliċi, għandhom japplikaw b'analoġija. Il-leave speċjali u l-leave tal-ġenituri u tal-familja ma għandhomx jestendu aktar mit-terminu tal-kuntratt. Barra minn hekk, l-Artikoli 41, 42, 45 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-ħaddiema temporanji msemmija fl-Artikolu 29 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, irrispettivament mid-data tal-ingaġġ tagħhom';

Il-leave imħallas tal-mard previst fl-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandux, madankollu, jaqbeż tliet xhur jew it-tul ta' żmien maħdum mill-membru tal-persunal temporanju, fejn dan tal-aħħar ikun itwal. Il-leave m'għandux jestendi lil hinn mit-terminu tal-kuntratt tiegħu.

Malli jiskadu dawk il-limiti ta' żmien, ħaddiem li l-kuntratt tiegħu ma jkunx terminat, minkejja li ma jkunx jista' jerġa' jibda jaqdi dmirijietu, għandu jitqiegħed fuq leave bla ħlas.

Madankollu, meta ħaddiem jimrad b'marda okkupazzjonali jew isofri xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijietu, għandu jkompli jirċievi r-remunerazzjoni kollha tiegħu matul il-perjodu li matulu ma jkunx kapaċi jaħdem sa dak iż-żmien meta jingħata pensjoni tal-invalidità skont l-Artikolu 33.';

(12)

L-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 17

F'ċirkostanzi eċċezzjonali membru tal-persunal temporanju jista' fuq talba tiegħu stess jingħata leave bla ħlas abbażi ta' raġunijiet personali serji. L-Artikolu 12b tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jibqa' japplika matul il-perjodu tal-leave bla ħlas għal raġunijiet personali.

Il-permess skont l-Artikolu 12b ma jistax jingħata lil membru tal-persunal temporanju għall-iskop li jeżerċita attività professjonali, sew bi ħlas u sew mingħajr ħlas, li tinvolvi lobbying jew difiża b'rabta mal-istituzzjoni tiegħu u li tista' twassal biex ikun hemm jew jista' jkun hemm kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni.

L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 għandha tiddetermina t-tul ta' leave bħal dan, li ma għandux jaqbeż kwart tat-tul ta' żmien diġà maħdum mill-ħaddiem jew:

tliet xhur jekk l-anzjanità tal-ħaddiem hija anqas minn erba' snin;

tnax-il xahar fil-każijiet l-oħra kollha.

Kwalunkwe perjodu ta' leave mogħti skont l-ewwel paragrafu ma għandux jgħodd għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Meta membru tal-persunal temporanju jkun b'leave bla ħlas, is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikolu 28 tkun sospiża.

Madankollu, membru tal-persunal temporanju li ma jkunx f'impjieg bi qligħ jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jibda l-leave bla ħlas tiegħu, japplika biex ikompli jkun kopert kontra r-riskji msemmija fl-Artikolu 28, sakemm huwa jħallas nofs l-ispiża tal-kontribuzzjonijiet previsti f'dak l-Artikolu għal kemm idum il-leave tiegħu; il-kontribuzzjoni għandha tinħadem b'referenza għall-aħħar salarju bażiku tiegħu.

Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju li għalih japplika l-Artikolu 2(c) jew (d) li juri li ma jistax jakkwista drittijiet għall-pensjoni skont skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet għall-pensjoni matul il-perjodu tal-leave bla ħlas, sakemm iħallas l-ispiża tal-kontribuzzjoni ekwivalenti għal tliet darbiet ir-rata stabbilita fl-Artikolu 41; il-kontribuzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku għall-grad u l-iskala tiegħu.

In-nisa li l-leave tal-maternità tagħhom jibda qabel ma jintemm il-kuntratt tagħhom għandhom ikunu intitolati għal leave tal-maternità u għal paga tal-maternità.';

(13)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(-a)

fil-paragrafu 1, il-kelma 'l-aġġustamenti' għandha tinbidel b''l-aġġornamenti';

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem 'is-sisa speċjali' għandhom jinbidlu bil-kliem 'l-imposta ta' solidarjetà';

(c)

fil-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

'4.   L-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-persunal temporanju.';

(14)

L-Artikolu 28a huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 3, il-kelma 'aġġustati' jinbidel b''aġġornati';

(b)

fil-paragrafu 10, il-kliem 'l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni' huma mibdula bil-kliem ''l-awtoritajiet tal-Istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(c)

il-paragrafu 11 jinbidel b'dan li ġej:

'Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-iskema tal-assigurazzjoni tal-qgħad. Indipendentement minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikoli 111 u 112 tar-Regolamenti tal-Persunal, taġġusta l-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jekk dan ikun neċessarju għall-bilanċ tal-iskema.';

(15)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) il-kliem "il-65 sena" jinbidlu b'"66 sena";

(16)

L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 34

Il-persuni intitolati meta ħaddiem imut, kif definit fil-Kapitolu 4 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tas-superstiti, kif previst fl-Artikoli 35 sa 38.

Meta jmut ex aġent li kien jirċievi allowance tal-invalidità, jew imut ex aġent fis-sens tal-Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f) li kien jirċievi pensjoni tal-irtirar jew li jkun ħalla s-servizz qabel għalaq l-età tal-pensjoni u talab li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, il-persuni intitolati fil-każ tal-mewt tal-ħaddiem, kif definiti fil-Kapitolu 4 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj kif previst f'dak l-Anness.

Meta ma jkunx magħruf għal aktar minn sena fejn ikun membru tal-persunal temporanju, jew dak li kien membru tal-persunal temporanju li jirċievi allowance tal-invalidità jew tal-irtirar, jew dak li kien membru tal-persunal temporanju li telaq mis-servizz qabel għalaq l-età tal-pensjoni u talab li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jittrattaw il-pensjonijiet provviżorji, għandhom japplikaw b'analoġija għall-konjuġi tiegħu u għall-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti tiegħu';

(17)

Fit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36, il-kliem 'Artikolu 2 (a), (c) jew (d)' jinbidlu b''Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f)';

(18)

Fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 37, il-kliem 'it-63 sena' jinbidlu bil-kliem 'l-età pensjonabbli', u l-kliem 'Artikolu 2(a), (ċ) jew (d)' għandhom jinbidlu b''Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f)';

(19)

L-Artikolu 39(1) jinbidel b'dan li ġej:

'1.   Malli jitlaq mis-servizz, ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 2 għandu jkun intitolat għal pensjoni tal-irtirar, trasferiment ta' ekwivalenza attwarjali jew il-ħlas ta' għotja ta' terminazzjoni skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V u l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Meta l-ħaddiem ikun intitolat għal pensjoni tal-irtirar, id-drittijiet tiegħu għal pensjoni għandhom jitnaqqsu bil-proporzjon tal-ammonti mħallsa skont l-Artikolu 42.';

(20)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 jinbidel b'dan li ġej:

'Skont il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, ħaddiem jista' jitlob lil din l-awtorità tagħmel kwalunkwe ħlas li hu jkun jeħtieġlu jagħmel biex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.';

(21)

L-Artikolu 47 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 47

Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impjieg tal-persunal temporanju għandu jieqaf:

(a)

fi tmiem ix-xahar li fih il-ħaddiem jagħlaq l-età ta' 66 sena, jew, fejn applikabbli, fid-data stabbilita skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal; jew

(b)

meta l-kuntratt ikun għal perjodu fiss:

(i)

fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

(ii)

fi tmiem il-perjodu ta' notifika speċifikat fil-kuntratt li jagħti lill-ħaddiem jew lill-istituzzjoni l-għażla li jitterminaw il-kuntratt qabel. Il-perjodu ta' notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, soġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Għall-membri tal-persunal temporanju li l-kuntratt tagħhom ikun iġġedded, il-massimu jkun ta' sitt xhur. Madankollu, il-perjodu ta' notifika ma għandux jibda għaddej matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, leave tal-maternità jew leave tal-mard, sakemm it-tali leave tal-mard ma jaqbiżx tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, leave tal-maternità jew leave tal-mard soġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-istituzzjoni tittermina l-kuntratt, il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jintemmu dmirijietu u d-data meta jiskadilu l-kuntratt.

(iii)

meta l-ħaddiem ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2), soġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni skont dik id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu ta' notifika msemmi fil-punt (ii) għandu japplika; jew

(c)

meta l-kuntratt ikun għal perjodu indefinit:

(i)

fi tmiem il-perjodu ta' notifika stipulat fil-kuntratt; it-tul tal-perjodu ta' notifika ma jkunx anqas minn xahar għal kull sena kompluta ta' servizz, soġġett għal minimu ta' tliet xhur u massimu ta' 10 xhur. Madankollu, il-perjodu ta' notifika ma għandux jibda għaddej matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, leave tal-maternità jew leave tal-mard, sakemm it-tali leave tal-mard ma jaqbiżx tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jkun sospiż matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, maternità jew leave tal-mard soġġett għal-limiti msemmija qabel; jew

(ii)

fejn il-ħaddiem ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2), soġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni skont dik id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu ta' notifika msemmi fil-punt (i) għandu japplika.';

(22)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

'Artikolu 48a

F'kull leġislatura, l-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jiġu applikati b'analoġija għal massimu ta' ħames membri tal-persunal temporanju f'livell għoli ta' gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew li jkunu fil-grad AD 15 jew AD 16, sakemm ikunu għalqu l-età ta' ħamsa u ħamsin sena u jkollhom għoxrin sena servizz fl-istituzzjonijiet u tal-anqas sentejn u nofs anzjanità fl-aħħar grad tagħhom.';

(23)

Jitħassar l-Artikolu 50c(2);

(24)

Jiżdied il-Kapitolu li ġej mat-Titolu II:

'KAPITOLU 11

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-PERSUNAL TEMPORANJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(F)

Artikolu 51

L-Artikolu 37, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal imsemmija fl-Artikolu 2(f).

Artikolu 52

B'deroga mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 17, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) b'kuntratt għal perjodu indefinit jista', irrispettivament mill-anzjanità tiegħu, jingħata leave bla ħlas għal perjodi li ma jaqbżux sena.

It-tul totali ta' leave bħal dan ma jistax jaqbeż 12-il sena matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal.

Persuna oħra tista' tiġi impjegata għall-pożizzjoni okkupata mill-membru tal-persunal temporanju.

Meta jiskadielu l-leave, membru tal-persunal temporanju għandu jerġà jiddaħħal fl-ewwel pożizzjoni korrispondenti għall-grad tiegħu li tisfa battala fil-grupp ta' funzjoni tiegħu, sakemm huwa jkun jissodisfa r-rekwiżiti għal din il-pożizzjoni. Jekk huwa jirrifjuta l-pożizzjoni offruta lilu, huwa għandu jibqa' bid-dritt li jingħata pożizzjoni oħra meta jkun hemm ftuħ fil-grad tiegħu fil-grupp ta' funzjoni tiegħu soġġett għall-istess dispożizzjonijiet; jekk huwa jirrifjuta għat-tieni darba, l-impjieg ikun jista' jiġi tterminat mill-istituzzjoni mingħajr ebda avviż. Sakemm ma jerġax jingħata pożizzjoni u jiġi ssekondat huwa għandu jibqa' fuq leave bla ħlas għal raġunijiet personali.

Artikolu 53

Il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat abbażi ta' proċedura ta' għażla organizzata minn aġenzija waħda jew aktar. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu, fuq talba tal-aġenzija jew aġenziji kkonċernati, jipprovdi assistenza lill-aġenziji, partikolarment permezz tad-definizzjoni tal-kontenuti tat-testijiet u tal-organizzazzjoni tal-proċeduri tal-għażla. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu jiżgura t-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla.

Fil-każ ta' proċedura tal-għażla esterna, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat biss fil-gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8. Madankollu, l-aġenzija tista', fejn ikun xieraq u f'każijiet debitament ġustifikati, tawtorizza l-impjegar fil-gradi AD 9, AD 10, AD 11 jew, fuq bażi ta' eċċezzjoni, fil-grad AD 12, għal pożizzjonijiet b'responsabbiltajiet korrispondenti u fil-limiti tat-tabella tal-persunal approvata. L-għadd totali ta' persuni impjegati fil-gradi AD 9 sa AD 12 f'aġenzija ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għadd totali ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AD, ikkalkulat fuq perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 54

Fil-każ tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f), il-klassifika fl-ogħla grad li jkun imiss għandha ssir biss permezz tal-għażla minn fost membri tal-persunal li jkunu kkompletaw perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara kunsiderazzjoni tal-merti kumparattivi ta' dan il-persunal temporanju u tar-rapporti dwarhom. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tapplika b'analoġija. Ir-rati ta' multiplikazzjoni bħala gwida tal-ekwivalenza tal-karriera medja, kif inhuma stabbiliti għall uffiċċjali fit-Taqsima B tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal, ma jistgħux jinqabżu.

Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kull aġenzija għandha tadotta dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Meta membru tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) jiċċaqlaq, wara l-publikazzjoni interna ta' pożizzjoni, lejn pożizzjoni ġdida fi ħdan il-grupp ta' funzjoni tiegħu, huwa ma għandux jiġi kklassifikat fi grad jew skala aktar baxxa milli jkun jokkupa qabel, sakemm il-grad tiegħu jkun wieħed mill-gradi stabbiliti fl-avviż dwar il-pożizzjoni battala.

L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw b'analoġija meta l-għadd ta' tali persunal temporanju jikkonkludi kuntratt ġdid ma' aġenzija minnufih wara kuntratt preċedenti għal tali persunal temporanju ma' aġenzija oħra.

Artikolu 56

Skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kull aġenzija għandha tadotta dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri li jirregolaw l-ingaġġ u l-użu tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f).';

(25)

It-Titolu III 'Persunal awżiljari' huwa mħassar;

(26)

Fl-Artikolu 79(2), il-kliem 'Kull istituzzjoni' huma mibdula b''L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(27)

L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

'3.   Abbażi ta' din it-tabella, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 ta' kull istituzzjoni, aġenzija jew entita', msemmija fl-Artikolu 3a tista', wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, jiddefinixxu f'aktar dettall is-setgħat li jaqgħu taħt kull tip ta' dmir.';

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

'4.   L-Artikoli 1d u 1e tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.';

(28)

L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, il-kliem 'Kull istituzzjoni' huma mibdula b''L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(b)

Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

'7.   Persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni II, III u IV jista' jiġi awtorizzat jipparteċipa f'kompetizzjonijiet interni biss wara li jkun temm tliet snin ta' servizz fl-istituzzjoni. Persunal kuntrattwali fil-grupp ta' funzjoni II jista' jkollu aċċess biss għall-kompetizzjonijiet fil-gradi SC 1 sa 2, fil-grupp ta' funzjoni III fil-gradi AST 1 sa 2 u fil-grupp ta' funzjoni IV fil-gradi AST 1 sa 4 jew fil-gradi AD 5 sa 6. In-numru totali ta' kandidati li huma membri tal-persunal kuntrattwali u li huma maħtura għall-pożizzjonijiet battala f'xi wieħed minn dawk il-gradi ma għandu qatt jaqbeż il-5 % tan-numru totali ta' ħatriet f'dawk il-gruppi ta' funzjoni magħmula għal kull sena, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal.';

(29)

L-Artikolu 84 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 84

1.   Membru tal-persunal kuntrattwali li l-kuntratt tiegħu huwa konkluż għal perjodu ta' mill-anqas sena għandu jaħdem perjodu ta' prova għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' impjieg tiegħu jekk ikun fil-grupp ta' funzjoni I u l-ewwel disa' xhur jekk ikun fi kwalunkwe grupp ta' funzjoni ieħor.

Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard, leave tal-maternita' taħt l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal jew inċident, membru tal-persunal kuntrattwali ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu għal perjodu kontinwu għallanqas ta' xahar, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien korrispondenti. It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar.

2.   Rapport dwar il-membru tal-persunal kuntrattwali jista' jsir fi kwalunkwe żmien qabel tmiem il-perjodu ta' prova jekk jirriżulta ovvju li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat.

Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal kuntrattwali qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova, billi tagħtih notifika ta' xahar, jew tassenja lill-membru tal-persunal kuntrattwali lil dipartiment ieħor għall-bqija tal-perjodu ta' prova.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' prova, għandu jitfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal kuntrattwali li jeżegwixxi d-doveri appartenenti għall-kariga tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal kuntrattwali, li jkollu d-dritt jagħti l-kummenti tiegħu bil-miktub fi żmien tmint ijiem tax-xogħol.

Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6.

Membru tal-persunal kuntrattwali li x-xogħol jew l-imġiba tiegħu ma jirriżultawx adegwati għall-istabbiliment fil-pożizzjoni tiegħu għandu jitkeċċa.

Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi f' dan il-paragrafu kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 dwar l-imġiba tal-membru tal-persunal kuntratwali fir-rigward tat-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.   Membru mkeċċi tal-persunal kuntrattwali għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova kompluta.';

(30)

Fl-Artikolu 85(3), il-kliem 'fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE' huma mibdula bil-kliem 'fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea';

(31)

L-Artikolu 86(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza li ġejja hija miżjuda mat-tieni subparagrafu:

'Madankollu, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-persunal kuntrattwali reklutat fil-grad 1.';

(b)

Għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

'Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jdaħħlu fis-seħħ lil dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.';

(32)

Fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88, il-kliem 'it-tliet snin' jinbidel b' 'sitt snin';

(33)

L-Artikolu 91 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 91

L-Artikoli 16 sa 18 għandhom japplikaw b'analoġija.

It-tieni sentenza tal-Artikolu 55(4) tar-Regolamenti tal-Persunal ma għandhomx japplikaw b'analoġija għall-persunal kuntrattwali.

Sahra maħduma mill-persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni III u IV ma ġġorr l-ebda dritt għal kumpens jew remunerazzjoni.

Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolamenti tal-Persunal, sahra maħduma mill-persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni I u II għandha tintitolahom jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni meta l-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.';

(34)

Fl-Artikolu 95 il-kliem 'l-età ta' 63 sena' huma mibdula b' 'l-età tal-pensjoni';

(35)

L-Artikolu 96 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-kelma 'aġġustati' tinbidel b''aġġornati';

(b)

il-paragrafu 11 jinbidel b'dan li ġej:

'11.   Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-iskema tal-assigurazzjoni tal-qgħad. Indipendentement minn dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista' permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikoli 111 u 112 tar-Regolamenti tal-Persunal, taġġusta l-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 7 jekk dan ikun neċessarju għall-bilanċ tal-iskema.';

(36)

Fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 101(1), il-kliem 'il-65 sena' huma mibdula b''66 sena';

(37)

L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

'2.   Fil-każ tal-mewt ta' ex membru tal-persunal kuntrattwali li kien jirċievi allowance tal-invalidità, jew ex membru tal-persunal kuntrattwali li kien jirċievi pensjoni tal-irtirar jew li jkun ħalla s-servizz qabel għalaq l-età tal-pensjoni u talab li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, il-persuni intitolati jekk imut l-ex membru tal-persunal kuntrattwali, kif definit fil-Kapitolu 4 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj kif previst f'dak l-Anness.';

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

'3.   Meta ma jkunx magħruf għal aktar minn sena fejn ikun membru tal-persunal kuntrattwali jew ex membru tal-persunal kuntrattwali li jirċievi allowance tal-invalidità jew pensjoni tal-l-irtirar, jew ex membru tal-persunal kuntrattwali li jħalli s-servizz qabel jagħlaq l-età tal-pensjoni u jitlob li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jittrattaw il-pensjonijiet provviżorji, għandhom japplikaw b'analoġija għall-konjuġi tiegħu u għall-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti tiegħu.';'

(38)

Fl-Artikolu 106(4) il-kliem 'it-63 sena' huma mibdula b''l-età pensjonabbli'.

(39)

Fl-Artikolu 120, il-kliem 'minn kull istituzzjoni' huma mibdula b''mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(40)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

'Artikolu 132a

Skont il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) u fuq talba espliċita tal-Membru jew tal-Membri rispettivi li huma jassistu, l-assistenti parlamentari akkreditati jistgħu jitħallsu darba jew allowance tal-installazzjoni jew allowance ta' reinstallazzjoni mħallsa mill-allokazzjoni tal-assistenza parlamentari tal-Membru rispettiv fuq il-bażi ta' evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post tar-residenza. L-ammont tal-allowance ma għandux jaqbeż is-salarju bażiku ta' xahar tal-assistent.';

(41)

L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

'(b)

fi tmiem ix-xahar meta l-assistent parlamentari akkreditat jagħlaq l-età ta' 66 sena, jew, fuq bażi eċċezzjonali, fid-data stabbilita skont it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal;';

(ii)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

'(d)

b′qies tal-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu, fl-aħħar tal-perjodu ta' notifika speċifikat fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq it-talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li bħala assistent tiegħu jew tagħhom kien ġie ingaġġat l-assistent parlamentari akkreditat, id-dritt li jittermina l-kuntratt qabel ma dan jiskadi. Il-perjodu ta' notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, soġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta' notifika ma għandux jibda għaddej matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, leave tal-maternità jew leave tal-mard, sakemm it-tali leave tal-mard ma jaqbiżx tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala kkonfermata permezz ta' ċertifikat mediku, maternità jew leave tal-mard soġġett għal dawn il-limiti;';

(b)

il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

'3a.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) għandhom jipprevedu proċedura ta' konċiljazzjoni li għandha tapplika qabel jiġi terminat il-kuntratt ta' assistent parlamentari akkreditat, fuq talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li dan ġie ingaġġat biex jassisti jew tal-assistent parlamentari kkonċernat, skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 3.';

(42)

Fl-Artikolu 141, il-kliem 'minn kull istituzzjoni' jinbidel b' 'mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6';

(43)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

'Artikolu 142a

Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-funzjonament ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra.';

(44)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenzi li ġejjin huma miżjuda mal-Artikolu 1(1):

'L-Artikolu 21, l-Artikolu 22, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 4, l-Artikolu 23, l-Artikolu 24a u l-Artikolu 31(6) u (7) ta' dak l-Anness għandhom japplikaw b'analoġija għal ħaddiema impjegati fil-31 ta' Diċembru 2013. L-Artikolu 30 u l-Artikolu 31(1), (2), (3) u (5) ta' dak l-Anness għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal temporanju impjegat fil-31 ta' Diċembru 2013. Għall-aġenti li jkunu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2014, il-kliem 'is-66 sena' fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1),fil-punt (a) tal-Artikolu 47, fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 101(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 139(1) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra għandhom jinqraw bħala 'l-età ta' 65 sena";

(b)

l-Artikolu li ġej huwa miżjud:

'Artikolu 6

B'effett mill-1 ta' Jannar 2014, il-kuntratti ta' persunal temporanju li għalihom japplika l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra u li jkunu fis-servizz fil-31 ta' Diċembru 2013 f'aġenzija għandhom jiġu ttrasformati, mingħajr proċedura tal-għażla, f'kuntratti skont il-punt (f) tal-Artikolu 2 ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg. Għall-bqija, il-kondizzjonijiet tal-kuntratt għandhom jibqgħu l-istess. Dan l-artikolu ma japplikax għal kuntratti ta' persunal temporanju impjegat bħala kapijiet ta' aġenziji jew viċi kapijiet ta' aġenziji kif inhu msemmi fl-att tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi l-aġenzija jew għal uffiċjali ssekondati fl-interessi tas-servizz lil aġenzija.'.

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1, punt 44, u l-Artikolu 1, punt 73(d), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  Opinjoni tat-22 ta' Marzu 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 205, 12.7.2012, p. 1.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2013.

(4)  Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(*******)  L-għadd ta' postijiet ta' uxxieri (ushers) parlamentari fil-Parlament Ewropew ma jaqbiżx il-85';

(********)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).