30.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/2


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 269 tal-10 ta' Ottubru 2013 )

Fil-paġna 44, l-Artikolu 106:

minflok:

“(…) biex tiddeterminail-każijiet msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 102(1) …”,

aqra:

“(…) biex tiddetermina l-każijiet msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1) …”;

fil-paġna 48, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 116(7):

minflok:

“(…) kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 għandu jkun rimborżat.”,

aqra:

“(…) kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jkun rimborżat.”;

fil-paġna 48, l-Artikolu 117(1):

minflok:

“(…) lid-debitur kuntrarjament għall-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 102(1).”,

aqra:

“(…) lid-debitur kuntrarjament għall-punti (c) jew (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1).”;

fil-paġna 52, il-punt (a) tal-Artikolu 131:

minflok:

“(a)

il-każijiet fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont il-punt (c) tal-Artikolu 127(2);”,

aqra:

“(a)

il-każijiet fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont il-punt (b) tal-Artikolu 127(2);”;

fil-paġna 55, l-Artikolu 145(3):

minflok:

“Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tkun ppreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 139(1) jew (2) …”,

aqra:

“Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tkun ippreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 139(1) jew (3) …”;

fil-paġna 59, l-Artikolu 158(2):

minflok:

“F'każijiet speċifiċi, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2), dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata ….”,

aqra:

“F'każijiet speċifiċi, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3), dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata ….”;

fil-paġna 72, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 217:

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għeluq ta' proċedura speċjali, imsemmijin fl-Artikolu 216.”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għeluq ta' proċedura speċjali msemmija fl-Artikolu 215.”;

fil-paġna 79, l-Artikolu 253:

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 243, li jiddeterminaw: …”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw: …”;

fil-paġna 80, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 257(1):

minflok:

“L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta' pproċessar attiv għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 216.”,

aqra:

“L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta' pproċessar attiv għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 215.”;

fil-paġna 83, il-punt (b) tal-Artikolu 265:

minflok:

“(b)

il-każijiet speċifiċi fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, skont il-punt (c) tal-Artikolu 263(2).”,

aqra:

“(b)

il-każijiet speċifiċi fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, skont il-punt (b) tal-Artikolu 263(2).”;

fil-paġna 86, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 281:

minflok:

“Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”,

aqra:

“Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

fil-paġna 87, l-Artikolu 284(2), (3) u (5):

Ir-referenza għall-Artikolu 213 hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 216.