6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/162


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 814/2013

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttivao2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta’ implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal dawk għat-tagħmir tat-tisħin tal-ilma.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija dwar l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-misħun li jintużaw is-soltu fis-settur domestiku u f’dak kummerċjali. L-istudju tfassal flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-ilma li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livelli ta’ qawwa tal-ħoss (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana). Barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-fjuwils fossili, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi wkoll ġew identifikati bħala aspetti ambjentali sinifikanti. L-aspett ambjentali sinifikanti tat-tankijiet tal-misħun huwa l-konsum tal-enerġija minħabba t-telf kostanti tagħhom.

(5)

Mhuwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi minħabba li għad m’hemm l-ebda metodu tal-kejl fil-livell Ewropew li huwa adattat għal dan. Bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi tal-kejl ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni qabbdet lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jqisu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk l-emissjonijiet matul ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali għar-rekwiżiti tal-ekodisinn marbutin mal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi tal-ħiters tal-ilma jistgħu jinżammu sa ma jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-ekodisinn korrispondenti tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (2), li tillimita l-prodotti tal-kombustjoni tat-tagħmir li juża l-gass b’rabta mas-saħħa u s-sikurezza, mhumiex affettwati.

(6)

L-istudju ta’ tħejjija juri li, għall-ħiters tal-ilma u t-tankijiet tal-misħun, ir-rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa. B’mod partikulari, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti użati fil-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana biex isaħħnu l-bini fl-Ewropa llum il-ġurnata mhumiex identifikati bħala sinifikanti. Meta jkun qed jiġi rrivedut dan ir-Regolament se jiġi vvalutat mill-ġdid kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

(7)

L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-ħiters tal-ilma li jintużaw biss biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun.

(8)

Il-ħiters tal-ilma li jkunu ddisinjati biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti (jiġifieri f’iktar minn 50 % tagħhom) mill-bijomassa għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jeħtieġu iktar analiżi tekniċi, ekonomiċi u ambjentali. Skont dak li jirriżulta mill-analiżi, fi stadju aktar tard għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk il-ħiters tal-ilma, jekk dan ikun xieraq.

(9)

Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-ilma u mat-tankijiet tal-misħun ġie stmat li kien ta’ 2 156 PJ (51 Mtoe) fl-Unjoni fl-2005, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ 124 miljun tunnellata ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni jilħaq l-2 243 PJ sal-2020. Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu marbutin mal-ħiters tal-ilma u mat-tankijiet tal-misħun fl-Unjoni fl-2005 kienu ekwivalenti għal 559 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx). Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet annwali mistennija jilħqu ammont li jkun ekwivalenti għal 603 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx) sal-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-ilma jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

(10)

Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-misħun jista’ jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji kosteffettivi eżistenti li jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(11)

L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (3) huwa mistenni li sal-2020 iwassal għal iffrankar stmat tal-enerġija ta’ madwar 450 PJ (11-il Mtoe) fis-sena, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ madwar 26 miljun tunnellata ta’ CO2, u għal tnaqqis fl-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu ta’ ammont li huwa ekwivalenti għal madwar 130 kt ta’ ossidi tal-kubrit, meta mqabbel ma’ dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-ilma u r-rekwiżiti tat-telf kostanti tat-tankijiet tal-misħun fl-Unjoni Ewropea kollha, u b’hekk għandhom jgħinu biex is-suq intern jaħdem aħjar u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

(13)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-ilma jew tat-tankijiet tal-misħun jew kemm prezzhom ikun għall-but ta’ kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu bil-mod il-mod, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-iskeda taż-żmien għandha tkun tali li jitqies l-impatt tal-kostijiet għall-manifatturi, b’mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta’ metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4).

(16)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(17)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(18)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-misħun, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tagħhom.

(19)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati valuri indikattivi ta’ referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-misħun tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom ikun disponibbli b’mod wiesa’ u jkun aċċessibbli faċilment.

(20)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkollhom potenza termika nominali ta’ 400 kW jew inqas u ta’ tankijiet tal-misħun li jkollhom volum tal-ħżin ta’ 2 000 litru jew inqas, inklużi dawk li jkunu integrati f’pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-ilma ddisinjati b’mod speċifiku biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

(b)

għall-ħiters tal-ilma li jużaw il-fjuwils solidi;

(c)

għall-ħiters tal-ilma li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(d)

għall-ħiters ikkombinati, kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 (6);

(e)

għall-ħiters tal-ilma li ma jissodisfawx mill-inqas il-profil tat-tagħbija li għandu l-enerġija minima ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(f)

għall-ħiters tal-ilma ddisinjati biex permezz tagħhom isiru x-xarbiet sħan u/jew l-ikel biss;

(g)

għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters tal-ilma u l-oqfsa għall-ħiters tal-ilma maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jieħdu post ġeneraturi tas-sħana identiċi u oqfsa identiċi għall-ħiters tal-ilma. Il-prodott ta’ sostituzzjoni jew il-pakkett tiegħu għandhom jindikaw biċ-ċar għal liema ħiter tal-ilma huwa maħsub.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħiter tal-ilma” tfisser apparat:

(a)

li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

(b)

li jipproduċi u jittrasferixxi s-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi; u

(c)

li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;

(2)

“ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ ħiter tal-ilma li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:

(a)

il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(b)

l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(c)

il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

fejn ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter tal-ilma u qafas għall-ħiter tal-ilma maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana wkoll għandhom jitqiesu bħala ħiter tal-ilma;

(3)

“qafas għall-ħiter tal-ilma” tfisser il-parti ta’ ħiter tal-ilma li tkun iddisinjata b’tali mod biex ġo fiha jiġi mmuntat ġeneratur tas-sħana;

(4)

“potenza termika nominali” tfisser il-potenza termika ddikjarata tal-ħiter tal-ilma meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW;

(5)

“volum tal-ħżin” (V) tfisser il-volum nominali ta’ tank tal-misħun jew ta’ ħiter tal-ilma b’tank għall-ħżin, mogħti f’litri;

(6)

“kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters tal-ilma sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu, u l-kundizzjonijiet operattivi tat-tankijiet tal-misħun sabiex jiġi stabbilit it-telf kostanti;

(7)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(8)

“fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;

(9)

“fjuwil fossili” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;

(10)

“ħiter tal-ilma konvenzjonali” tfisser ħiter tal-ilma li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(11)

“ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-ilma li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana;

(12)

“ħiter tal-ilma solari” tfisser ħiter tal-ilma mgħammar b’kollettur solari wieħed jew aktar, b’tankijiet tal-misħun solari, b’ġeneraturi tas-sħana u forsi wkoll b’pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn; ħiter tal-ilma solari jitqiegħed fis-suq bħala unità waħda;

(13)

“tank tal-misħun” tfisser kontenitur li fih jinħażen il-misħun għall-finijiet tat-tisħin tal-ilma u/jew tat-tisħin tal-post, inkluż kwalunkwe addittiv, li ma jkun mgħammar bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta’ riżerva wieħed jew aktar;

(14)

“ħiter sommerġibbli ta’ riżerva” tfisser ħiter bir-reżistenza elettrika li jkollu l-effett “Joule” li jifforma parti minn tank tal-misħun u li jipproduċi s-sħana biss meta s-sors tas-sħana estern ma jkunx qed jaħdem (inkluż matul il-perjodi ta’ manutenzjoni) jew meta dan ikun bil-ħsara, jew li jifforma parti minn tank tal-misħun solari u jipprovdi s-sħana meta s-sors tas-sħana solari ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-livelli ta’ kumdità meħtieġa;

(15)

“l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh ) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli li l-ħiter tal-ilma jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;

(16)

“il-livell ta’ qawwa tal-ħoss” (LWA ) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;

(17)

“telf kostanti” (S) tfisser il-potenza termika mitlufa minn tank tal-misħun f’ċerti temperaturi partikulari tal-ilma u tal-ambjent, mogħtija f’W;

(18)

“il-koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa VI.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun.

2.   Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

(a)

mis-26 ta' Settembru 2015:

(i)

il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.1(a), 1.2, 1.3, 1.4 u 1.6 tal-Anness II;

(ii)

it-tankijiet tal-misħun għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness II;

(b)

mis-26 ta' Settembru 2017:

(i)

il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1(b) tal-Anness II;

(ii)

it-tankijiet tal-misħun għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Anness II;

(c)

mis-26 ta' Settembru 2018:

(i)

il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1(c) tal-Anness II;

(ii)

il-ħiters tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.5(a) tal-Anness II.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi III u IV.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif dwar il-prodotti stabbilit fil-punt 1.6 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta’ referenza

L-Anness VI jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters tal-ilma u t-tankijiet tal-misħun li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters tal-ilma u mat-tankijiet tal-misħun u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, b’mod partikulari, valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:

(a)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti;

(b)

abbażi tal-metodi tal-kejl li qed jiġu żviluppati, il-livell tar-rekwiżiti tal-ekodisinn li jista’ jiddaħħal għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi;

(c)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;

(d)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma ddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

(e)

il-validità tal-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni;

(f)

kemm hi adegwata ċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters tal-ilma u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi biss valutazzjoni ta’ kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn separati għat-tipi ta’ ħiters tal-ilma differenti.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Sas-26 ta' Settembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

2.   Sas-26 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-ilma li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

3.   Sas-26 ta' Settembru 2017, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ tankijiet tal-misħun li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-telf kostanti li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10.

(3)  Ara paġna 83 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(5)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(6)  Ara paġna 136 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.


ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa VI

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħiter tal-ilma b’tank għall-ħżin” tfisser ħiter tal-ilma mgħammar b’tank (jew tankijiet) tal-misħun, b’ġeneratur (jew ġeneraturi) tas-sħana u forsi wkoll b’elementi oħrajn, li jkunu jinsabu f’qafas wieħed;

(2)

“profil tat-tagħbija” tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III; kull ħiter tal-ilma jissodisfa tal-inqas profil wieħed tat-tagħbija;

(3)

“estrazzjoni mill-ilma” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(4)

“rata tal-fluss tal-ilma utli” (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(5)

“temperatura utli tal-ilma” (Tm ) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(6)

“kontenut ta’ enerġija utli” (Qtap ) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(7)

“kontenut tal-enerġija tal-misħun” tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott;

(8)

“l-ogħla temperatura” (Tp ) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(9)

“enerġija ta’ referenza” (Qref ) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 1 mogħtija fl-Anness III;

(10)

“il-profil massimu tat-tagħbija” tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter tal-ilma jkun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija;

(11)

“il-profil tat-tagħbija ddikjarat” tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità;

(12)

“konsum ta’ kuljum tal-elettriku” (Qelec ) tfisser il-konsum tal-elettriku matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;

(13)

“konsum ta’ kuljum tal-fjuwil” (Qfuel ) tfisser il-konsum tal-fjuwil matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;

(14)

“valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(15)

“regolatur intelliġenti” tfisser apparat li jadatta l-proċess tat-tisħin tal-ilma b’mod awtomatiku għall-kundizzjonijiet tal-użu individwali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

(16)

“konformità tar-regolatur intelliġenti” (smart) tfisser kemm ħiter tal-ilma li jkun mgħammar b’regolaturi intelliġenti jkun jissodisfa l-kriterju stipulat fil-punt 4 tal-Anness IV jew le;

(17)

“fattur tar-regolatur intelliġenti” (SCF) tfisser it-titjib li jkun hemm fl-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma minħabba l-użu tar-regolatur intelliġenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III;

(18)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(19)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

(20)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(21)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, imkejjel bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

(22)

“terminu ta’ korrezzjoni ambjentali” (Qcor ) tfisser terminu, mogħti f’kWh, li jqis il-fatt li l-post fejn il-ħiter tal-ilma jkun installat ma jkunx post iżotermiku;

(23)

“telf ta’ sħana fil-modalità Stennija” (Pstby ) tfisser it-telf ta’ sħana ta’ ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;

(24)

“ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C” (V40) tfisser il-kwantità ta’ ilma b’temperatura ta’ 40 °C li għandu l-istess kontenut termiku (entalpija) bħall-misħun prodott li jkollu temperatura ta’ iktar minn 40 °C fil-punt tal-ħruġ tal-ħiter tal-ilma, mogħtija f’litri;

(25)

“kundizzjonijiet klimatiċi medji” tfisser it-temperatura u l-kundizzjonijiet ta’ irradjanza solari globali li huma tipiċi għall-belt ta’ Strasburgu;

(26)

“konsum annwali tal-enerġija” (Qtota ) tfisser il-konsum annwali tal-enerġija ta’ ħiter tal-ilma solari, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja u/jew f’kWh f’termini tal-GCV;

(27)

“kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari” (Qnonsol ) tfisser il-kontribut annwali tal-elettriku (mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja) u/jew tal-fjuwil (mogħti f’kWh f’termini tal-GCV) għall-produzzjoni tas-sħana utli ta’ ħiter tal-ilma solari, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ sħana maqbuda mill-kollettur solari fis-sena u t-telf tas-sħana tat-tank tal-misħun solari;

(28)

“kollettur solari” tfisser apparat iddisinjat biex jassorbi l-irradjanza solari globali u biex jittrasferixxi l-enerġija termika prodotta b’dan il-mod għal ġo fluwidu li jkun għaddej minnu; huwa kkaratterizzat mill-erja ta’ apertura tal-kollettur, mill-effiċjenza bl-ebda telf, mill-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mill-koeffiċjent tat-tieni ordni u mill-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza;

(29)

“irradjanza solari globali” tfisser ir-rata tal-enerġija solari totali li tkun dieħla, kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod imxerred, fuq pjan ta’ lqugħ tal-kollettur b’angolatura ta’ 45 grad u orjentat lejn in-Nofsinhar fuq wiċċ id-dinja, mogħtija f’W/m2;

(30)

“erja ta’ apertura tal-kollettur” (Asol ) tfisser l-erja massima pprojettata li minnha r-radjazzjoni solari mhix ikkonċentrata tidħol fil-kollettur, mogħtija f’metri kwadri;

(31)

“l-effiċjenza bl-ebda telf” (η0 ) tfisser l-effiċjenza tal-kollettur solari meta t-temperatura medja tal-fluwidu tal-kollettur solari tkun daqs it-temperatura ambjentali;

(32)

“koeffiċjent tal-ewwel ordni” (a1 ) tfisser il-koeffiċjent tat-telf tas-sħana ta’ kollettur solari, mogħti f’W/(m2 K);

(33)

“koeffiċjent tat-tieni ordni” (a2 ) tfisser il-koeffiċjent li jkejjel id-dipendenza fuq it-temperatura tal-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mogħti f’W/(m2 K2);

(34)

“modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza” (IAM) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli ta’ kollettur solari f’angolu ta’ inċidenza partikulari meta mqabbel mal-produzzjoni tas-sħana utli tiegħu f’angolu ta’ inċidenza ta’ 0 grad;

(35)

“angolu ta’ inċidenza” tfisser l-angolu bejn id-direzzjoni tax-xemx u d-direzzjoni perpendikulari mal-apertura tal-kollettur solari;

(36)

“tank tal-misħun solari” tfisser tank tal-misħun li jaħżen l-enerġija termika prodotta minn kollettur solari wieħed jew aktar;

(37)

“effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana” (ηwh,nonsol ) tfisser l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana li jkun jifforma parti minn ħiter tal-ilma solari, mogħtija f’perċentwali u stabbilita f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u mingħajr l-użu tal-kontribut tas-sħana mix-xemx;

(38)

“konsum tal-elettriku awżiljarju” (Qaux ) tfisser il-konsum annwali tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma solari, li ġej mill-konsum tal-enerġija tal-pompa u mill-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(39)

“konsum tal-enerġija tal-pompa” (solpump) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika tal-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur ta’ ħiter tal-ilma solari, mogħti f’W;

(40)

“konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (solstandby) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika ta’ ħiter tal-ilma solari meta l-pompa u l-ġeneratur tas-sħana tiegħu ma jkunux attivi, mogħti f’W;

(41)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fir-rekwiżiti tat-tagħrif dwar il-prodotti applikabbli tal-Anness II, bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   IR-REKWIŻITI TAL-EKODISINN GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

1.1.   Ir-rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

(a)

Mis-26 ta' Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

22  %

23  %

26  %

26  %

30  %

30  %

30  %

32  %

32  %

32  %

Barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”: l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma kkalkulata għall-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, meta dan ikun 0 u ttestjata skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat

19  %

20  %

23  %

23  %

27  %

27  %

27  %

28  %

28  %

28  %

(b)

Mis-26 ta' Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

32  %

32  %

32  %

32  %

36  %

37  %

37  %

37  %

37  %

38  %

Barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”: l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma kkalkulata għall-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, meta dan ikun 0 u ttestjata skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat

29  %

29  %

29  %

29  %

33  %

34  %

35  %

36  %

36  %

36  %

(c)

Mis-26 ta' Settembru 2018, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

60  %

64  %

64  %

1.2.   Ir-rekwiżiti għall-volum tal-ħżin tal-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, XXS, XS u S

Mis-26 ta' Settembru 2015:

(a)

għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż is-seba’ (7) litri;

(b)

għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ XXS u XS, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż il-15-il litru;

(c)

għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ S, il-volum tal-ħżin m’għandux jaqbeż is-36 litru.

1.3.   Ir-rekwiżiti għall-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C tal-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL, XXL, 3XL u 4XL

Mis-26 ta' Settembru 2015, l-ammont ta’ ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C m’għandux ikun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C

65 litru

130 litru

210 litri

300 litru

520 litru

1 040 litru

1.4.   Ir-rekwiżiti għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss

Mis-26 ta' Settembru 2015, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana m’għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Potenza termika nominali ta’ 6 kW jew inqas

Potenza termika nominali ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas

Potenza termika nominali ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas

Potenza termika nominali ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

60  dB

65  dB

65  dB

70  dB

70  dB

78  dB

80  dB

88  dB

1.5.   Ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

(a)

Mis-26 ta' Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-ilma, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, m’għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 56 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi u għall-ħiters tal-ilma solari li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi u għall-ħiters tal-ilma solari li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV.

1.6.   Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti għall-ħiters tal-ilma

Mis-26 ta' Settembru 2015, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, u d-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, inklużi l-mudelli ekwivalenti, li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif;

(b)

ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 6 tal-Anness III;

(c)

ir-riżultati tal-kalkoli tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 2 tal-Anness IV;

(d)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-ilma jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(e)

għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters tal-ilma u l-oqfsa għall-ħiters tal-ilma maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma, u, fejn ikun xieraq, il-lista ta’ kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;

(f)

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom.

2.   IR-REKWIŻITI TAL-EKODISINN GĦAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

2.1.   Ir-rekwiżit għat-telf kostanti

Mis-26 ta' Settembru 2017, it-telf kostanti, S, tat-tankijiet tal-misħun li jkollhom volum tal-ħżin, V, mogħti f’litri, m’għandux jaqbeż il-limitu li ġej:

Formula

2.2.   Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti għat-tankijiet tal-misħun

Mis-26 ta' Settembru 2015, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, u d-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, inklużi l-mudelli ekwivalenti, li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif;

(b)

ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 7 tal-Anness III;

(c)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat it-tank tal-misħun jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(d)

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom.


ANNESS III

Il-kejl

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jsir billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 7.

2.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA

(a)

il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 1;

(b)

il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:

min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;

minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

(c)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu;

(d)

kwalunkwe ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter tal-ilma u kwalunkwe qafas għall-ħiter tal-ilma maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat b’qafas xieraq għall-ħiter tal-ilma u b’ġeneratur xieraq tas-sħana rispettivament;

(e)

il-ħiters tal-ilma li jkunu se jiġu kklassifikati bħala ħiters tal-ilma li jaħdmu fis-sigħat kwieti jingħataw l-enerġija għal perjodu massimu ta’ tmien sigħat konsekuttivi bejn l-22:00 u s-07:00 taċ-ċiklu tal-użu fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Fi tmiem iċ-ċiklu tal-użu fuq perjodu ta’ 24 siegħa, il-ħiters tal-ilma jingħataw l-enerġija sa tmiem il-fażi.

Tabella 1

Profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma

ħin

3XS

XXS

XS

S

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

07:05

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:15

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:26

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:30

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,105

3

25

 

07:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:30

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

08:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

11:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

12:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,315

4

10

55

14:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

18:15

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

40

 

18:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:30

 

 

 

 

 

 

1,05

3

35

0,42

4

10

55

20:45

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:15

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

0,525

5

45

 

21:35

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

Qref

0,345

2,100

2,100

2,100


ħin

M

L

XL

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

07:05

1,4

6

40

 

1,4

6

40

 

 

 

 

 

07:15

 

 

 

 

 

 

 

 

1,82

6

40

 

07:26

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

07:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

07:45

 

 

 

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

08:01

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:05

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:25

 

 

 

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

08:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

10:30

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

11:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

11:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

12:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,315

4

10

55

0,315

4

10

55

0,735

4

10

55

14:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

15:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

15:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

16:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

16:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

18:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

18:15

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

18:30

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

19:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

19:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

20:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

4,42

10

10

40

21:00

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

21:30

1,4

6

40

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

21:35

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qref

5,845

11,655

19,07


ħin

XXL

3XL

4XL

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

11,2

48

40

 

22,4

96

40

 

07:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:15

1,82

6

40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:26

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:45

6,24

16

10

40

 

 

 

 

 

 

 

 

08:01

0,105

3

25

 

5,04

24

25

 

10,08

48

25

 

08:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:45

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:00

0,105

3

25

 

1,68

24

25

 

3,36

48

25

 

09:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:30

0,105

3

10

40

0,84

24

10

40

1,68

48

10

40

11:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:45

0,105

3

25

 

1,68

24

25

 

3,36

48

25

 

12:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,735

4

10

55

2,52

32

10

55

5,04

64

10

55

14:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:30

0,105

3

25

 

2,52

24

25

 

5,04

48

25

 

16:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:15

0,105

3

40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:30

0,105

3

40

 

3,36

24

25

 

6,72

48

25

 

19:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

5,88

32

10

55

11,76

64

10

55

20:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:46

6,24

16

10

40

 

 

 

 

 

 

 

 

21:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:30

6,24

16

10

40

12,04

48

40

 

24,08

96

40

 

21:35

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qref

24,53

46,76

93,52

3.   KUNDIZZJONIJIET SABIEX TIĠI TTESTJATA L-KONFORMITÀ TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI (SMART) TAL-ĦITERS TAL-ILMA

F’każ li l-manifattur iqis li huwa xieraq li jiddikjara li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) huwa “1”, il-kejl tal-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku u/jew tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti u mingħajrhom għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ ġimagħtejn, imqassam kif ġej:

mill-ewwel sal-ħames jum: serje aleatorja ta’ profili tat-tagħbija magħżulin mill-profil tat-tagħbija ddikjarat u mill-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara l-profil tat-tagħbija ddikjarat, bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

is-sitt u s-seba’ jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

mit-tmien jum sat-tnax-il jum: repetizzjoni tas-sekwenza li tkun ġiet applikata mill-ewwel sal-ħames jum, bir-regolatur intelliġenti attivat;

it-tlettax u l-erbatax-il jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti attivat;

id-differenza bejn il-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul l-ewwel sas-seba’ jum u l-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul it-tmien sal-erbatax-il jum m’għandhiex taqbeż it-2 % tal-valur ta’ Qref tal-profil tat-tagħbija ddikjarat.

4.   KUNDIZZJONIJIET SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA SOLARI

Il-kollettur solari, it-tank tal-misħun solari, il-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur (jekk tkun tapplika) u l-ġeneratur tas-sħana għandhom jiġu ttestjati b’mod separat. F’każ li l-kollettur solari u t-tank tal-misħun solari ma jkunux jistgħu jiġu ttestjati b’mod separat, dawn għandhom jiġu ttestjati flimkien. Il-ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat bil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

Ir-riżultati għandhom jintużaw għall-kalkoli stipulati fil-punt 3(b) tal-Anness IV bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabelli 2 u 3. Sabiex jiġi stabbilit il-valur ta’ Qtota , l-effiċjenza tal-ġeneratur tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika titqies li hija ta’ 100/CC.

5.   KUNDIZZJONIJIET SABIEX JIĠU TTESTJATI L-ĦITERS TAL-ILMA B’POMPA TAS-SĦANA

Il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 4;

il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 5.

Tabella 2

Temperatura medja ta’ binhar [fi gradi Celsius]

 

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Kundizzjonijiet klimatiċi medji

2,8

2,6

7,4

12,2

16,3

19,8

21,0

22,0

17,0

11,9

5,6

3,2


Tabella 3

Valur medju tal-irradjanza solari globali [f’W għal kull metru kwadru]

 

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Kundizzjonijiet klimatiċi medji

70

104

149

192

221

222

232

217

176

129

80

56


Tabella 4

Kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi)

Sors tas-sħana

L-arja ta’ barra

L-arja ta’ ġewwa

L-arja tal-egżost

Salmura

Ilma

Temperatura

+ 7 °C (+ 6 °C)

+ 20 °C

(massimu ta’ + 15-il °C)

+ 20 °C

(+ 12-il °C)

0 °C (mad-dħul)/– 3 °C (mal-ħruġ)

+ 10 °C (mad-dħul)/+ 7 °C (mal-ħruġ)


Tabella 5

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’temperatura ta’ 20 °C u b’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu

Profil tat-tagħbija ddikjarat

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni

109

128

128

159

190

870

1 021

2 943

8 830

6.   PARAMETRI TEKNIĊI GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għall-ħiters tal-ilma:

(a)

il-konsum ta’ kuljum tal-elettriku, Qelec , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(b)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat, muri permezz tal-ittra x-xierqa skont it-Tabella 1 ta’ dan l-Anness;

(c)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq ġewwa, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, jekk dan ikun japplika);

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-fjuwils fossili u/jew bil-fjuwils tal-bijomassa:

(d)

il-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil, Qfuel , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(e)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, f’mg/kWh ta’ kontribut tal-fjuwil f’termini tal-GCV, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti tagħhom, smart, jiġi ddikjarat li jkun “1”:

(f)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(g)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(i)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ 3XS, XXS u XS:

(j)

il-volum tal-ħżin, V, f’litri, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin li għandhom profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL, XXL, 3XL u 4XL:

(k)

l-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C, V40, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari:

(l)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol , f’metri kwadri, imqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(m)

l-effiċjenza bl-ebda telf, η0 , imqarrba għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(n)

il-koeffiċjent tal-ewwel ordni, a1 , f’W/(m2 K), imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(o)

il-koeffiċjent tat-tieni ordni, a2 , f’W/(m2 K2), imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(p)

il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, IAM, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(q)

il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(r)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(s)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq barra, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

7.   PARAMETRI TEKNIĊI GĦAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għat-tankijiet tal-misħun:

(a)

il-volum tal-ħżin, V, f’litri, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(b)

it-telf kostanti, S, f’W, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.


ANNESS IV

Il-kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi xierqa tal-kalkolu oħrajn, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kalkoli u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.

Il-parametri tekniċi li jintużaw għall-kalkoli għandhom jitkejlu skont l-Anness III.

2.   PARAMETRI TEKNIĊI GĦALL-ĦITERS TAL-ILMA

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkalkulati għall-ħiters tal-ilma f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

(a)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

(b)

il-kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari, Qnonsol , f’kWh f’termini tal-enerġija primarja għall-elettriku u/jew f’kWh f’termini tal-GCV għall-fjuwils, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(c)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana, ηwh,nonsol , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(d)

il-konsum annwali tal-elettriku awżiljarju, Qaux , f’kWh, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

3.   KALKOLU TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA, ηwh

(a)

Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali u l-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

Formula

Għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma, għandu jitqies il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.

(b)

Il-ħiters tal-ilma solari

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

4.   STABBILIMENT TAL-FATTUR TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI, SCF, U TAL-KONFORMITÀ TAR-REGOLATUR INTELLIĠENTI, smart

(a)

Il-fattur tar-regolatur intelliġenti huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

(b)

Jekk il-fattur tar-regolatur intelliġenti, SCF, ikun ta’ 0,07 jew iktar, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 1. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 0.

5.   STABBILIMENT TAT-TERMINU TA’ KORREZZJONI AMBJENTALI, Qcor

It-terminu ta’ korrezzjoni ambjentali huwa kkalkulat kif ġej:

(a)

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bl-elettriku:

Formula

(b)

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwil:

Formula

(c)

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

Formula

fejn:

il-valuri għal “k” huma mogħtija fit-Tabella 6 għal kull profil tat-tagħbija.

Tabella 6

Valuri ta’ “k”

 

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

k

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,0

0,0

0,0


ANNESS V

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Għall-għanijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw ħiter tal-ilma jew tank tal-misħun. Il-valuri ddikjarati mill-manifattur għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II. Jekk il-parametri mkejla ma jkunux jikkorrispondu mal-valuri ddikjarati mill-manifattur, skont l-Artikolu 4(2), fil-firxa ta’ valuri mogħtija fit-Tabella 7, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet ħiters tal-ilma jew tankijiet tal-misħun oħrajn. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla għal dawk it-tliet ħiters tal-ilma jew tankijiet tal-misħun għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u għandha taqa’ fil-firxa ta’ valuri mogħtija fit-Tabella 7.

Jekk dan ma jkunx il-każ, dak il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha tal-ħiters tal-ilma jew tat-tankijiet tal-misħun għandhom jitqiesu li mhumiex konformi mar-rekwiżiti. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċeduri mogħtija fl-Annessi III u IV.

Tabella 7

Tolleranzi tal-verifika

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Il-konsum ta’ kuljum tal-elettriku, Qelec

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 % (*).

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq ġewwa u/jew fuq barra

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 2 dB.

Il-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil, Qfuel

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 20 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-volum tal-ħżin, V

Il-valur imkejjel m’għandux ikun iktar minn 2 % inqas mill-valur nominali.

L-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C, V40

Il-valur imkejjel m’għandux ikun iktar minn 3 % inqas mill-valur nominali.

L-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol

Il-valur imkejjel m’għandux ikun iktar minn 2 % inqas mill-valur nominali.

Il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

It-telf kostanti, S

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.


(*)  “Valur nominali” tfisser il-valur li l-manifattur jiddikjara.


ANNESS VI

Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, mal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, mat-telf kostanti u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

1.

VALURI TA’ REFERENZA GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA TAL-ĦITERS TAL-ILMA:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

35  %

35  %

38  %

38  %

75  %

110  %

115  %

120  %

130  %

130  %

2.

VALURI TA’ REFERENZA GĦAL-LIVELL TA’ QAWWA TAL-ĦOSS (LWA ), FUQ BARRA, TAL-ĦITERS TAL-ILMA B’POMPA TAS-SĦANA LI JKOLLHOM:

(a)

potenza termika nominali ta’ 6 kW jew inqas: 39 dB;

(b)

potenza termika nominali ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas: 40 dB;

(c)

potenza termika nominali ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas: 41 dB;

(d)

potenza termika nominali ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas: 67 dB.

3.

VALUR TA’ REFERENZA GĦAT-TELF KOSTANTI TAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN LI JKOLLHOM VOLUM TAL-ĦŻIN, V, MOGĦTI F’LITRI:

Formula

4.

VALUR TA’ REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDI TAN-NITROĠENU TAL-ĦITERS TAL-ILMA KONVENZJONALI LI JAĦDMU BIL-FJUWILS GASSUŻI, MOGĦTI BĦALA AMMONT TA’ DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU:

kontribut tal-fjuwil ta’ 35 mg/kWh f’termini tal-GCV.

Il-valuri ta’ referenza speċifikati fil-punti 1, 2 u 4 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-ilma partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta’ dawn il-valuri.