10.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 652/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

li jemenda għall-195 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta' Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġiet ikkunsidrata talba għat-tħassir minn fuq il-lista ppreżentata minn dan l-individwu u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009). Barra minn hekk, fil-25 ta' Ġunju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Abd Al Hamid Sulaiman Muhammed Al-Mujil (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Abd al-Hamid Al-Mujal, (b) Dr. Abd Abdul-Hamid bin Sulaiman Al-Mu’jil, (c) Abd al-Hamid Sulaiman Al-Mu’jil, (d) Dr. Abd Al-Hamid Al-Mu’ajjal, (e) Abd al-Hamid Mu’jil, (f) A.S. Mujel, (g) Abdulhamid Sulaiman M.Al Mojil, (h) Abu Abdallah). Data tat-twelid: (a) 28.4.1949, (b) 29.4.1949. Post tat-twelid: Il-Kuwajt. Nazzjonalità: Mill-Arabja Sawdija. Numru tal-passaport: F 137998 (mill-Arabja Sawdija, maħruġ fit-18.4.2004, skada fl-24.2.2009). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.8.2006."

(2)

L-annotazzjoni "Agha, Haji Abdul Manan (magħruf ukoll bħala Saiyid; Abd Al-Manam), il-Pakistan." taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Abdul Manan Agha (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan, (b) Abdul Man’am Saiyid, (c) Saiyid Abd al-Man (qabel kien elenkat bħala )). Titlu: Haji. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17,10.2001."