29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 603/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ġunju 2013
dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(e), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Għandu jsir ammont ta’ tibdil sostanzjali lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (3) u lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru.407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dawn ir-Regolamenti għandhom jiġu mfassla mill-ġdid. |
(2) |
Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi b’mod progressiv spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħ għal dawk li, sforz iċ-ċirkustanzi, ifittxu protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja li stabbilixxa l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perjodu 2005-2010. Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil approvat mill-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta’ Ottubru 2008 sejjaħ għat-tlestija tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil billi tinħoloq proċedura waħda li tinkludi garanziji komuni u status uniformi għar-rifuġjati u persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja. |
(4) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (5) huwa neċessarju li tkun stabbilita l-identità tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u ta' persuni maqbuda b'konnessjoni mal-qsim kontra l-liġi tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Hija wkoll ix-xewqa, sabiex ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, ikun applikat b'mod effettiv, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1)(b) u (d) tiegħu, li kull Stat Membru jitħalla jiċċekkja jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jinstabu joqogħdu b'mod illegali fit-territorju tiegħu jkunux applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor. |
(5) |
Il-marki tas-swaba’ jikkostitwixxu element importanti biex tkun stabbilita l-identità eżatta ta' dawn il-persuni. Huwa neċessarju li tkun stabbilita sistema għat-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba’ tagħhom. |
(6) |
Għal dak il-għan, hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala "Eurodac", li tikkonsisti minn Sistema Ċentrali, li għandha tħaddem bażi tad-data ċentrali kompjuterizzata ta' data fuq marki tas-swaba’, kif ukoll tal-mezzi elettroniċi ta' trażmissjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali, minn hawn 'il quddiem “l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni”. |
(7) |
Il-Programm tal-Aja talab għat-titjib tal-aċċess għal sistemi ta’ ffajljar tad-data fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Stokkolma talab għal ġbir tad-data mmirat sew u żvilupp ta’ skambju tal-informazzjoni u l-għodod tiegħu li huma mmexxija mill-bżonnijiet tal-infurzar tal-liġi. |
(8) |
Huwa essenzjali li, fil-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u reati serji oħra, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-informazzjoni l-aktar sħiħa u aġġornata jekk iridu jwettqu l-kompiti tagħhom. L-informazzjoni miżmuma fil-Eurodac hija meħtieġa għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (6) jew ta’ reati serji oħra kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tat-13 Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (7). Għaldaqstant, id-data fil-Eurodac għandha tkun disponibbli, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, biex tiġi mqabbla mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol). |
(9) |
Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex ikollhom aċċess għall-Eurodac għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' applikant li jkun applika għall-protezzjoni internazzjonali li jkollu l-applikazzjoni tiegħu pproċessata f'waqtha taħt il-liġi rilevanti. Barra minn hekk, kull segwitu sussegwenti wara l-kisba ta’ “hit” mill-Eurodac għandu wkoll ikun mingħajr preġudizzju għal dak id-dritt. |
(10) |
Il-Kummissjoni spjegat fil-Kommunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2005 dwar effettività aħjar, interoperabbiltà u sinerġiji mtejba fost il-bażijiet tad-data Ewropej fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern, li l-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà interna jista’ jkollhom aċċess għall-Eurodac f'każijiet definiti sew, meta jkun hemm suspett sustanzjat li l-awtur ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor ikun applika biex jingħata protezzjoni internazzjonali. F'dik il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni sostniet ukoll li l-prinċipju tal-proporzjonalità jitlob li l-Eurodac jiġi kkonsultat għal tali finijiet biss jekk ikun hemm tħassib għas-sigurtà pubblika li jkun ta' importanza suprema, jiġifieri, jekk l-att imwettaq mill-kriminal jew mit-terrorist li għandu jiġi identifikat huwa daqstant gravi li jiġġustifika li jkun hemm tiftix fil-bażi tad-data li tirreġistra persuni li għandhom kondotta kriminali nadifa u kkonkludiet li l-limitu għall-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà interna li jikkonsultaw lill-Eurodac għandu għalhekk ikun dejjem ogħla b’mod sinifikanti mil-limitu sabiex jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-data kriminali. |
(11) |
Barra minn hekk, l-Europol għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta' reati transkonfinali fis-sostenn tal-prevenzjoni tal-kriminalità, analiżi u investigazzjoni fl-Unjoni. Konsegwentement, il-Europol għandu jkollu aċċess ukoll għall-Eurodac fil-qafas tal-kompiti tiegħu u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/GAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (8). |
(12) |
It-talbiet għal tqabbil ta’ data tal-Eurodac min-naħa tal-Europol għandhom ikunu aċċettati permessi biss f'każijiet speċifiċi, f'ċirkustanzi speċifiċi u b'kondizzjonijiet stretti. |
(13) |
Ladarba l-Eurodac kien oriġinalment stabbilit sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Dublin, l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra tikkostitwixxi bidla fl-iskop oriġinali tal-Eurodac, li tinterferixxi fid-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi li d-data personali tagħhom tkun ipproċessata fil-Eurodac. Kull interferenza bħal din għandha tkun konformi mal-liġi, li għandha tkun ifformulata bi preċiżjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-individwi li jaġġustaw il-kondotta tagħhom u li għandha tipproteġi lill-individwi kontra l-arbitrarjetà u tindika b’ċarezza suffiċjenti l-marġini ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti u l-mod tal-eżerċizzju tagħha. Kull interferenza għandha tkun meħtieġa f'soċjetà demokratika sabiex tipproteġi interess leġittimu u proporzjonat u proporzjonali għall-għan leġittimu li hija timmira li tikseb. |
(14) |
Minkejja li l-iskop oriġinali tal-istabbiliment tal-Eurodac ma kienx jirrikjedi l-faċilità li jintalab tqabbil tad-data mal-bażi tad-data fuq il-bażi ta' marka tas-swaba' latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista' tinstab fuq post tad-delitt, tali faċilità hija fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà li titqabbel marka tas-swaba latenti mad-data tal-marka tas-swaba' li tkun arkivjata fil-Eurodac f'każijiet fejn hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jidħlu f'waħda mill-kategoriji koperti minn dan ir-Regolament se tipprovdi lill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri b'għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra, pereżempju meta l-unika prova disponibbli fuq il-post tad-delitt ikunu marki latenti ta' swaba'. |
(15) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu permessi talbiet għat-tqabbil ta’ data ta’ marki tas-swaba’ mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra u s-salvagwardji meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dritt fundamentali tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwi li tiġi pproċessata d-data personali tagħhom fil-Eurodac. Ir-rigorożità ta’ dawk il-kondizzjonijiet tirrifletti l-fatt li l-bażi tad-data tal-Eurodac tirreġistra data ta’ marki tas-swaba’ ta’ persuni li ma jkunux preżunti li kkommettew reat serju jew reat marbut mat-terroriżmu. |
(16) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-applikanti kollha u għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-acquis attwali tal-UE dwar l-asil, b’mod partikolari mad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja (9), u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u r-Regolament (UE) Nru 604/2013, huwa xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jinkludi applikanti għal protezzjoni sussidjarja u persuni li huma eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja. |
(17) |
Hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jkunu mitluba li jieħdu u jittrażmettu fil-pront id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta' kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali u ta' kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jinqabdu b'konnessjoni ma' qsim irregolari ta' fruntieri esterni ta' Stat Membru, jekk ikunu minn 14-il sena 'l fuq. |
(18) |
Hemm bżonn li jkunu preskritti regoli preċiżi għat-trażmissjoni ta' dik id-data dwar marki tas-swaba’ lis-Sistema Ċentrali, ir-reġistrar ta' dik id-data dwar marki tas-swaba’ u ta' informazzjoni rilevanti oħra fis-Sistema Ċentrali, il-ħażna tagħhom, it-tqabbil ma' data dwar marki tas-swaba’ oħra, it-trażmissjoni tar-riżultati ta' dak it-tqabbil u l-immarkar u t-tħassir tad-data rreġistrata. Dawn ir-regoli jistgħu jvarjaw skont is-sitwazzjoni ta' kategoriji differenti ta' ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi, u għandhom ikunu adattati speċifikament għaliha. |
(19) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trażmissjoni tad-data tal-marki tas-swaba’ fi kwalità xierqa għall-iskop ta’ tqabbil permezz tas-sistema kompjuterizzata ta’ rikonoxximent tal-marki tas-swaba’. L-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess għall-Eurodac għandhom jinvestu f'taħriġ adegwat u fit-tagħmir teknoloġiku meħtieġ. L-awtoritajiet bi dritt ta' aċċess għall-Eurodac għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà sigurtà u ġustizzja stabbilita bir- Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (l-"Aġenzija") dwar diffikultajiet speċifiċi fir-rigward tal-kwalità tad-data, sabiex tinstab soluzzjoni għalihom. |
(20) |
Il-fatt li jkun temporanjament jew permanentement impossibbli li tittieħed u/jew tiġi trażmessa data tal-marki tas-swaba’ minħabba raġunijiet bħall-kwalità insuffiċjenti tad-data għal tqabbil xieraq, problemi tekniċi, raġunijiet marbuta mal-ħarsien tas-saħħa jew minħabba li s-suġġett tad-data ma jkunx f’qagħda jew ma jkollux il-ħila li jitteħdulu l-marki tas-swaba’ minħabba ċirkostanzi barra mill-kontroll tiegħu, ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-eżami ta', jew id-deċiżjoni dwar, l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn dik il-persuna. |
(21) |
In-numru ta’ hits li nkisbu mill-Eurodac għandhom jiġu vverifikati minn espert imħarreġ fil-marki tas-swaba’ sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni preċiża tar- responsabbiltà taħt ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u l-identifikazzjoni eżatta tal-persuna kriminali suspettata jew il-vittma tar-reat li d-data tagħha tista’ tiġi maħżuna fil-Eurodac. |
(22) |
Ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li jkunu talbu protezzjoni internazzjonali f'wieħed mill-Istati Membri jista' jkollhom l-għażla li jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor għal ħafna snin oħra. Għalhekk, il-perjodu massimu li matulu d-data dwar marki tas-swaba’ għandha tinżamm mis-Sistema Ċentrali għandu jkun ta' tul kunsiderevoli. Billi ħafna ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li għexu fl-Unjoni għal bosta snin ikunu kisbu status definit jew anki kisbu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru wara dak il-perjodu, perjodu ta' għaxar snin għandu jkun ikkunsidrat bħala perjodu raġonevoli għall-ħżin ta' data dwar marki tas-swaba’. |
(23) |
Il-perjodu taż-żamma għandu jkun iqsar f'ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ma jkunx hemm bżonn li tinżamm data dwar marki tas-swaba’ għal dak it-tul ta' żmien. Id-data dwar marki tas-swaba’ għandha titħassar immedjatament ladarba ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi jieħdu ċittadinanza ta' Stat Membru. |
(24) |
Huwa xieraq li tinħażen data relatata ma’ dawk is-suġġetti tad-data li l-marki tas-swaba’ tagħhom ikunu ġew irreġistrati inizjalment fil-Eurodac hekk kif ġew iddepożitati l-applikazzjonijiet tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali u li ngħataw protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru sabiex jippermettu li data rreġistrata hekk kif ġiet iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiġi mqabbla magħhom. |
(25) |
L-Aġenzija ġiet fdata bil-kompiti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw it-tmexxija operattiva tal-Eurodac taħt dan ir-Regolament u b’ċerti kompiti li jikkonċernaw l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni mid-data li fiha l-Aġenzija assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Diċembru 2012. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti fdati lilha taħt dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jiġu emendati skont dan. Barra minn hekk, il-Europol għandu jkollu l-istatus ta’ osservatur fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tal-Eurodac minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra. Il-Europol għandu jkun jista’ jaħtar rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-Eurodac tal-Aġenzija. |
(26) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Ħaddiema l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (‧Kondizzjonijiet tal-Impjieg‧), stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (11) (flimkien imsejħa r-‧Regolamenti tal-Persunal‧) għandhom japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fl-Aġenzija dwar kwistjonijiet relatati ma’ dan ir-Regolament. |
(27) |
Hemm bżonn li jkunu preskritti b'mod ċar ir-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam mas-Sistema Ċentrali u l-Infrastruttura ta’ Komuikazzjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tad-data, is-sigurtà tad-data, l-aċċess għaliha u l-korrezzjoni tad-data reġistrata. |
(28) |
Huwa neċessarju li jinħatru awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll il-Punt ta' Aċċess Ċentrali Nazzjonali li permezz tiegħu jsiru t-talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac u biex tinżamm lista ta' unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu tqabbil bħal dan għall-finijiet speċifiċi tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra. |
(29) |
It-talbiet għat-tqabbil mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali għandha ssir mill-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali, permezz tal-awtorità tal-verifika u għandhom ikunu mmotivati. L-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati jitolbu tqabbil mad-data tal-Eurodac ma għandhomx jaġixxu bħala awtorità tal-verifika. L-awtoritajiet tal-verifika għandhom ikunu indipendenti mill-awtoritajiet maħtura u responsabbli biex jiżguraw, b’manjiera indipendenti, il-konformità stretta mal-kondizzjonijiet għal aċċess kif stabbilit f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-verifika għandhom imbagħad jippreżentaw it-talba, mingħajr ma jgħaddu l-motivazzjonijiet għaliha, għal tqabbil permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali lis-Sistema Ċentrali wara verifika li l-kondizzjonijiet kollha għal aċċess ġew sodisfatti. F'każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun meħtieġ aċċess bikri bi tweġiba għal theddida speċifika u attwali li tikkonċerna reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn, l-awtorità ta' verifika għandha tipproċessa t-talba immedjatament u tagħmel il-verifika biss wara. |
(30) |
L-awtorità maħtura u l-awtorità ta' verifika jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-awtorità ta' verifika għandha taġixxi b’mod indipendenti meta taqdi l-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament. |
(31) |
Għall-finijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, u biex jiġi eskluż tqabbil sistematiku li għandu jiġi pprojbit, l-ipproċessar ta’ data tal-Eurodac għandu jsir biss f’każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti b'mod partikolari meta t-talba għat-tqabbil tkun relatata ma’ sitwazzjoni speċifika u konkreta jew ma’ periklu speċifiku u konkret assoċjat ma’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, jew ma’ persuni speċifiċi li fil-konfront tagħhom ikun hemm raġunijiet serji għaliex wieħed jemmen li dawn ikunu se jwettqu jew wettqu reati terroristiċi jew reati serji oħra. Każ speċifiku jeżisti wkoll meta t-talba għal tqabbil tkun relatata ma’ persuna li tkun il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor. Għaldaqstant, l-awtoritajiet maħtura u l-Europol għandhom jitolbu għal tqabbil mal-Eurodac meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li tqabbil bħal dan ikun se jipprovdi informazzjoni li tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor. |
(32) |
Barra minn hekk, l-aċċess għandu jkun permess biss bil-kondizzjoni li t-tqabbil mal-bażijiet tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba tal-Istat Membru u mas-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri kollha oħra taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (12) ma jwassalx sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data. Dik il-kondizzjoni titlob li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jagħmel tqabbil mas-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tal-Istati Membri l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI li huma teknikament disponibbli, sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika li jeżistu raġunijiet suffiċjenti li wieħed jemmen li dan ma jwassalx sabiex tiġi stabbiltà l-identità tas-suġġett tad-data. Tali raġunijiet raġonevoli jeżistu b’mod partikolari fejn il-każ speċifiku ma jippreżenta l-ebda rabta operattiva jew investigattiva ma’ Stat Membru. Dik il-kondizzjoni titlob l-implimentazzjoni legali u teknika minn qabel tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-Istat Membru rikjedenti fil-qasam tad-data dwar il-marki tas-swaba’, billi ma għandux ikun permess li titmexxa verifika tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi fejn dawn il-passi ta’ hawn fuq ma jkunux ittieħdu l-ewwel. |
(33) |
Qabel ma jfittxu fil-Eurodac, l-awtoritajiet maħtura għandhom ukoll, sakemm il-kondizzjonijiet għal tali tqabbil ikunu ġew soddisfatti, jikkonsultaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati serji oħra (13). |
(34) |
Għall-fini ta' tqabbil u skambju effiċjenti ta' data personali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw u jużaw bis-sħiħ il-ftehimiet internazzjonali eżistenti kif ukoll il-liġi tal-Unjoni rigward l-iskambju ta' data personali li diġà qiegħda fis-seħħ, b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(35) |
L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament. Fejn l-Istat Membru jistabbilixxi li d-data tal-Eurodac tkun relatata ma’ minorenni, din id-data tista’ tintuża biss għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi mill-Istat Membru rikjedenti taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat applikabbli għal minorenni u skont l-obbligu li tingħata konsiderazzjoni primarja fl-aħjar interessi tat-tfal. |
(36) |
Filwaqt li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni b'konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema tal-Eurodac għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa neċessarju li jkunu preskritti regoli speċifiċi għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istati Membri b'konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema. |
(37) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' sistema għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba’ sabiex tgħin l-implimentazzjoni tal-politika ta' asil tal-Unjoni, ma jistax, min-natura tiegħu stess, jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(38) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (14) tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta’ verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra. |
(39) |
L-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal standard ta’ protezzjoni ta’ data personali taħt il-liġi nazzjonali li tkun f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (15). |
(40) |
Il-prinċipji preskritti fid-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta' individwi, partikolarment id-dritt tagħhom għal privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali għandha tkun miżjuda jew iċċarata, b'mod partikolari sa fejn ikunu konċernati ċerti setturi. |
(41) |
It-trasferimenti ta' data personali miksuba minn Stat Membru taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali lejn kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha għandha tkun ipprojbita, sabiex jiġi żgurat id-dritt għal asil u sabiex jiġu salvagwardjati l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali milli jkollhom id-data tagħhom żvelata lil xi pajjiż terz. Dan ifisser li l-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu informazzjoni miksuba mis-Sistema Ċentrali fir-rigward ta': l-Istat Membru jew l-Istati Membri ta’ oriġini; il-post u d-data ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; in-numru ta' referenza użat mill-Istat Membru ta' oriġini; id-data ta’ meta ttieħdu l-marki tas-swaba’ kif ukoll id-data ta’ meta l-Istat Membru ttrażmetta jew l-Istati Membri ttrażmettew id-data lill-Eurodac; il-user ID tal-operatur; u kwalunkwe informazzjoni marbuta ma’ kwalunkwe trasferiment tas-suġġett tad-data taħt ir-Regolament(UE) Nru 604/2013. Dik il-projbizzjoni għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jittrasferixxu data bħal din lil pajjiżi terzi li japplika għalihom ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bħal dawn għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(42) |
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jikkontrollaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza stabbilita mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha tissorvelja l-legalità tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data mwettqa mill-Europol. |
(43) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (16), u b’mod partikolari l-Artikoli 21 u 22 tiegħu li jirrigwardaw il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar, japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni mwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madanakollu, ċerti punti għandhom jiġu kjarifikati fir-rigward tar-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data u tas-superviżjoni ta’ protezzjoni tad-data, billi wieħed iżomm f’moħħu li l-protezzjoni tad-data hija fattur ewlieni għas-suċċess fl-operat tal-Eurodac u li s-sigurtà tad-data, il-kwalità teknika għolja u l-legalità tal-konsultazzjonijiet huma essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u korrett tal-Eurodac kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. |
(44) |
Is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat dwar l-iskop li għalih id-data tiegħu tkun se tiġi pproċessata fil-Eurodac, inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u tal-użu li għalih l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi jistgħu jiddedikaw id-data tiegħu. |
(45) |
Huwa xieraq li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali jikkontrollaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri, filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, għandu jikkontrolla l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li jsir b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(46) |
L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u Ewropej ikunu kapaċi jissorveljaw l-użu u l-aċċess għad-data tal-Eurodac b’mod adegwat. |
(47) |
Huwa xieraq li r-rendiment tal-Eurodac jiġi kkontrollat u evalwat f’intervalli regolari, anke f'termini ta' jekk l-aċċess tal-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra applikanti għall-protezzjoni internazzjonali kif ġie senjalat fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità ta' dan ir-Regolament mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (‧il-Karta‧). L-Aġenzija għandha tissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(48) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sistema ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex ikun sanzjonat l-ipproċessar ta' data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali kontra l-għan tal-Eurodac. |
(49) |
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiġu infurmati dwar l-istatus ta’ proċeduri partikolari tal-asil, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni adegwata tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. |
(50) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ għall-protezzjoni tad-data personali u għad-dritt ta' rikors għall-protezzjoni internazzjonali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 18 tal-Karta. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun applikat b'dan il-għan. |
(51) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(52) |
Taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(53) |
Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(54) |
Huwa xieraq li l-iskop territorjali ta' dan ir-Regolament ikun ristrett sabiex ikun allinjat mal-iskop territorjali tar-Regolament (KE) Nru 604/2013, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
L-għan tal-"Eurodac"
1. B'dan hija stabbilita sistema magħrufa bħala "Eurodac", li l-għan tagħha għandu jkun li tgħin biex ikun determinat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli konformement mar-Regolament (EU) Nru 604/2013 għall-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali depożitata fi Stat Membru minn ċittadini ta' pajjiż terz jew persuna apolida, u inkella sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jitolbu t-tqabbil tad-data dwar il-marki tas-swaba' ma' dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi.
3. Mingħajr preġudizzju għall-ipproċessar tad-data maħsuba għall-Eurodac mill-Istat Membru ta' oriġini f’bażijiet tad-data stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, id-data dwar marki tas-swaba’ u data personali oħra jistgħu jkunu pproċessati fil-Eurodac għal skopijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
‘applikant għall-protezzjoni internazzjonali’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkunu għamlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2011/95/UE li fir-rigward tagħha deċiżjoni finali għada ma tteħditx; |
(b) |
‘Stat Membru ta’ oriġini’ tfisser:
|
(c) |
‘benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali’ tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li ngħatat protezzjoni internazzjonali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE; |
(d) |
‘hit’ tfisser l-eżistenza ta' tqabbila jew tqabbil stabbilit mis-Sistema Ċentrali permezz ta' tqabbil bejn informazzjoni dwar marki tas-swaba’ rreġistrata fil-bażi tad-data ċentrali kompjuterizzata u dawk trażmessi minn Stat Membru fir-rigward ta' persuna, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li Stati Membri jiċċekkjaw immedjatament ir-riżultati tat-tqabbil skont l-Artikolu 25(4); |
(e) |
‘Punt ta’ Aċċess Nazzjonali’ tfisser is-sistema nazzjonali stabbilita li tikkomunika mas-Sistema Ċentrali; |
(f) |
‘Aġenzija’ tfisser l-Aġenzija stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011; |
(g) |
‘Europol’ tfisser l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI; |
(h) |
‘data tal-Eurodac’ tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 11 u l-Artikolu 14(2); |
(i) |
‘infurzar tal-liġi’ tfisser il-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra; |
(j) |
“reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikoli minn 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI; |
(k) |
“reati kriminali serji” tfisser it-tipi ta' reati li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI jekk huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali b'sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin; |
(l) |
“data tal-marki tas-swaba’” tfisser id-data li tirrigwarda l-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha jew għall-inqas tas-swaba' werrejja, u jekk dawn huma neqsin, il-marki tas-swaba' tas-swaba l-oħra kollha ta' persuna, jew ta' marka latenti tas-swaba'; |
2. It-termini definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament sa fejn id-data personali tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membi għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament.
3. Sakemm ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor, it-termini definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 għandu jkollhom l-istess tifsira f'dan ir-Regolament.
4. It-termini definiti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament sa fejn id-data personali tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-arkitettura u l-prinċipji bażiċi tas-Sistema
1. Il-Eurodac għandha tikkonsisti fi:
(a) |
bażi tad-data kompjuterizzata ċentrali tal-marki tas-swaba’ ("Sistema Ċentrali") magħmula minn
|
(b) |
infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Istati Membri li tipprovdi netwerk virtwali f'kodiċi ddedikat għad-data tal-Eurodac ("Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni"). |
2. Kull Stat Membru għandu jkollu Punt ta’ Aċċess Nazzjonali wieħed.
3. Data dwar persuni koperti bl-Artikoli 9(1), 14(1) u 17(1) li tiġi pproċessata fis-Sistema Ċentrali għandha tiġi pproċessata f'isem l-Istat Membru ta' oriġini taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament u separata b’mezzi tekniċi xierqa.
4. Ir-regoli li jirregolaw il-Eurodac għandhom japplikaw ukoll għal operazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri mit-trażmissjoni ta' data għas-Sistema Ċentrali sakemm isir użu mir-riżultati tat-tqabbil.
5. Il-proċedura sabiex jittieħdu l-marki tas-swaba’ għandha tkun stabbilita u applikata f’konformità mal-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u f’konformità mal-salvagwardji preskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Artikolu 4
Tmexxija operattiva
1. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-Eurodac.
It-tmexxija operattiva tal-Eurodac għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex il-Eurodac tinżamm tiffunzjona 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa konformement ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-ħidma ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistema tiffunzjona f'livell sodisfaċenti ta' kwalità operattiva, b'mod partikolari fir-rigward taż-żmien meħtieġ għal interrogazzjoni tas-Sistema Ċentrali. Għandu jiġi żviluppat Pjan u Sistema ta’ Kontinwità tal-Attività b'kont meħud tal-bżonnijiet ta' manutenzjoni u l-perjodi ta’ inattività mhux mistennija fis-sistema, inkluż l-impatt tal-miżuri ta’ kontinwità tal-attività fuq il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data.
L-Aġenzija għandha tiżgura, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li fil-mumenti kollha jintużaw l-aħjar teknoloġija u tekniki disponibbli u dawk l-aktar sikuri għas-Sistema Ċentrali, suġġett għal analiżi tal-ispiża vis-à-vis l-benefiċċju miksub.
2. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin marbutin mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:
(a) |
is-superviżjoni; |
(b) |
is-sigurtà; |
(c) |
il-koordinazzjoni ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membru u l-fornitur. |
3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal kompiti kollha marbutin mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, b’mod partikolari:
(a) |
l-implimentazzjoni tal-baġit; |
(b) |
akwiżizzjoni u tiġdid; |
(c) |
materji kuntrattwali. |
4. Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzija għandha tapplika regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità lill-persunal tagħha kollu li hu meħtieġ li jaħdem b'data tal-Eurodac. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tad-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 5
L-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu awtorizzati li jitolbu tqabbil mad-data tal-Eurodac konformement ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet maħtura għandhom ikunu awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra. L-awtoritajiet maħtura m'għandhomx jinkludu aġenziji jew unitajiet esklużivament responsabbli għall-intelligenza b'rabta mas-sigurtà nazzjonali.
2. Kull Stat Membru għandu jżomm elenku tal-awtoritajiet maħtura.
3. Kull Stat Membru għandu jżomm elenku tal-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati jitolbu tqabbil mad-data tal-Eurodac permezz tal-Punt ta’ Aċċess Nazzjonali.
Artikolu 6
L-awtoritajiet ta’ verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-infiurzar tal-liġi
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità waħda nazzjonali jew unità ta’ tali awtorità biex taġixxi bħala l-awtorità ta' verifika tagħha. L-awtorità ta’ verifika għandha tkun awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati serji oħra.
L-awtorità maħtura u l-awtorità ta' verifika jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-awtorità ta' verifika għandha taġixxi b’mod indipendenti meta taqdi l-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament. L-awtorità ta’ verifika għandha tkun separata mill-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 5(3) u ma għandhiex tirċievi istruzzjonijiet minn għandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn awtorità ta’ verifika waħda biex jirriflettu l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom, skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali jew legali tagħhom.
2. L-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet għat-talba għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' mad-data tal-Eurodac jiġu sodisfatti.
Huwa biss persunal tal-awtorità ta' verifika li jingħata s-setgħat meħtieġa li għandu jkun awtorizzat li jirċievi u jittrażmetti talba għal aċċess għall-Eurodac skont it-termini tal-Artikolu 19.
Hija biss l-awtorità ta' verifika li għandha tkun awtorizzata li tressaq talbiet għal tqabbil tal-marki tas-swaba' lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali.
Artikolu 7
Europol
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-Europol għandu jaħtar unità speċjalizzata b'uffiċjali tal-Europol li huma debitament awtorizzati li jaġixxu bħala l-awtorità ta' verifika tiegħu, li għandha taġixxi b’mod indipendenti mill-awtorità maħtura msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu meta twettaq il-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament, u ma għandhiex tirċievi istruzzjonijiet mill-awtorità maħtura fir-rigward tal-eżitu tal-verifika. L-unità għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet għat-talba għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' mad-data tal-Eurodac ikunu sodisfatti. Il-Europol għandu jistabbilixxi, bi ftehim ma’ kwalunkwe Stat Membru, il-Punt ta' Aċċess Nazzjonali ta' dak l-Istat Membru li jikkomunika t-talbiet tagħha għal tqabbil tal-marki tas-swaba' mas-Sistema Ċentrali.
2. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-Europol għandu jistabbilixxi unità operattiva li tkun awtorizzata titlob tqabbil mad-data tal-Eurodac permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali stabbilit tagħha. L-awtorità maħtura għandha tkun unità operattiva tal-Europol li jkollha kompetenza tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tikkondividi informazzjoni biex tappoġġja u ssaħħaħ azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-Europol.
Artikolu 8
Statistika
1. Kull trimestru, l-Aġenzija għandha tħejji statistiċi dwar ix-xogħol tas-Sistema Ċentrali, li jindikaw b'mod partikolari:
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data trażmessi dwar persuni msemmija fl-Artikoli 9(1), 14(1) u 17(1); |
(b) |
in-numru ta' hits dwar applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li kienu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor; |
(c) |
in-numru ta' hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 14(1) li sussegwentement kienu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; |
(d) |
in-numru ta' hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 17(1) li preċedentement kienu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor; |
(e) |
l-ammont ta' data dwar marki tas-swaba’ li s-Sistema Ċentrali kellha titlob iktar minn darba mill-Istati Membri ta' oriġini minħabba li d-data dwar marki tas-swaba’ trażmessa oriġinarjament ma setgħetx twassal għal tqabbil bl-użu tas-sistema kompjuterizzata ta' għarfien ta' marki tas-swaba’; |
(f) |
in-numru ta’ settijiet ta' data immarkati, mhux immarkati, imblukkati u mhux imblukkati skont l-Artikolu 18(1) u (3). |
(g) |
in-numru ta' hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 18(1) li għalihom ġew irreġistrati hits taħt il-punti (b) u (d) ta’ dan l-Artikolu; |
(h) |
in-numru ta' talbiet u hits imsemmija fl-Artikolu 20(1); |
(i) |
in-numru ta' talbiet u hits imsemmija fl-Artikolu 21(1) |
2. Fl-aħħar ta' kull sena, id-data statistika għandha tiġi stabbilita fil-forma ta' kompilazzjoni tal-istatistiċi ta' kull trimestru għal dik is-sena, inkluża indikazzjoni tan-numru ta' persuni li dwarhom ikunu ġew reġistrati hits taħt il-paragrafu (1)(b), (c) u (d). L-istatistiċi għandu jkollhom analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-riżultati għandhom isiru pubbliċi.
KAPITOLU II
APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 9
Ġbir, trażmissjoni u tqabbil ta' marki tas-swaba'
1. Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha ta' kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas 14-il sena u għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi ddepożitata l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali, kif iddefinit mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament 604/2013, jittrażmettihom flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 11(b) sa (g) ta' dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali.
In-nuqqas ta' konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu l-marki tas-swaba’ lis-Sistema Ċentrali. Fejn il-kondizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ fi kwalità li tiżgura tqabbil xieraq taħt l-Artikolu 25, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħu l-marki tas-swaba’ tal-applikant u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu reġgħu ttieħdu b’suċċess.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba’ ta’ applikant għall-protezzjoni internazzjonali minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu u jibagħtu dawn il-marki mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta’ saħħa ma jibqgħux validi.
Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72-siegħa fil-paragrafu 1 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.
3. Id-data dwar il-marki tas-swaba’ fis-sens tal-Artikolu 11(a) trażmessa minn kwalunkwe Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta’ dik trażmessa skont l-Artikolu 10(b), għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki tas-swaba’ trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali.
4. Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, fuq it-talba ta' Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 3 jkopri l-informazzjoni dwar marki tas-swaba’ trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b'żieda għad-data minn Stati Membri oħra.
5. Is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament il-hit jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta' oriġini. Fejn ikun hemm hit, għandha tittrażmetti għal kull sett ta' data li jikkorrispondi għall-hit, id-data msemmija fl-Artikolu 11(a) sa (k) flimkien ma’, fejn ikun xieraq, il-marka msemmija fl-Artikolu 18(1).
Artikolu 10
Informazzjoni dwar l-istatus tas-suġġett tad-data
L-informazzjoni li ġejja għandha tintbagħat lis-Sistema Ċentrali sabiex tiġi maħżuna f’konformità mal-Artikolu 12 għal finijiet ta’ trażmissjoni taħt l-Artikolu 9(5):
(a) |
meta applikant għall-protezzjoni internazzjonali jew persuna oħra kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 jasal fl-Istat Membru responsabbli wara trasferiment skont deċiżjoni li tilqa’ talba biex jittieħed lura kif imsemmi fl-Artikolu 25 tiegħu, l-Istat Membru responsabbli għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuni kkonċernati billi jżid id-data tal-wasla tiegħu; |
(b) |
meta applikant għall-protezzjoni internazzjonali jasal fl-Istat Membru responsabbli wara trasferiment skont deċiżjoni li tilqa’ talba biex jittieħed ħsieb tiegħu taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, l-Istat Membru responsabbli għandu jibgħat sett tad-data f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata u għandu jinkludi d-data tal-wasla tagħha; |
(c) |
hekk kif l-Istat Membru ta’ oriġini jistabbilixxi li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac taħt l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament ħalliet it-territorju tal-Istati Membri, dan għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid id-data meta dik il-persuna ħalliet it-territorju, sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Artikoli 19(2) u 20(5) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013; |
(d) |
hekk kif l-Istat Membru ta’ oriġini jiżgura li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac taħt l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament ħalliet it-territorju tal-Istati Membri f’konformità ma’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tkeċċija li kien ħareġ wara l-irtirar jew ir-rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif provdut fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, dan għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew meta hija ħalliet it-territorju; |
(e) |
l-Istat Membru li jsir responsabbli taħt l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali billi jżid id-data meta ttieħdet id-deċiżjoni li jeżamina l-applikazzjoni. |
Artikolu 11
Reġistrazzjoni ta' data
L-informazzjoni li ġejja biss għandha tiġi reġistrata fis-Sistema Ċentrali:
(a) |
id-data dwar il-marki tas-swaba’; |
(b) |
l-Istat Membru ta' oriġini, post u data tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(b), id-data tal-applikazzjoni għandha tkun dik li tiddaħħal mill-Istat Membru li jkun ittrasferixxa lill-applikant; |
(c) |
is-sess; |
(d) |
in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini; |
(e) |
id-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba’; |
(f) |
id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
(g) |
il-user ID tal-operatur; |
(h) |
fejn applikabbli skont l-Artikolu 10(a) jew (b), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess; |
(i) |
fejn applikabbli skont l-Artikolu 10(c), id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet it-territorju tal-Istati Membri; |
(j) |
fejn applikabbli skont l-Artikolu 10(d), id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri; |
(k) |
fejn applikabbli skont l-Artikolu 10(e), id-data li fiha tittieħdet id-deċiżjoni li tiġi eżaminata l-applikazzjoni. |
Artikolu 12
Ħżin ta' data
1. Kull sett ta' data, kif imsemmi fl-Artikolu 11, għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba’.
2. Malli jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data mis-Sistema Ċentrali.
Artikolu 13
Tħassir ta' data antiċipata
1. Data li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 12(1) għandha tiġi mħassra mis-Sistema Ċentrali, taħt l-Artikolu 27(4), malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna konċernata tkun kisbet tali ċittadinanza.
2. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data taħt il-paragrafu 1 minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit b’data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) jew l-Artikolu 14(1).
KAPITOLU III
ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINQABDU B'KONNESSJONI MAL-QSIM IRREGOLARI TA' FRUNTIERA ESTERNA
Artikolu 14
Ġbir u trażmissjoni ta' data dwar marki tas-swaba'
1. Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba’ tas-swaba’ kollha ta' kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas 14-il sena, li jinqabdu mill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta' dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f’kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara d-data tal-qbid, jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali d-data li ġejja f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li ma jkunux mibgħuta lura:
(a) |
id-data dwar il-marki tas-swaba’; |
(b) |
l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-qbid; |
(c) |
is-sess; |
(d) |
in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini; |
(e) |
id-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba’; |
(f) |
id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
(g) |
il-user ID tal-operatur. |
3. B'deroga mill-paragrafu 2, id-data speċifikata fil-paragrafu 2 dwar persuni maqbuda kif deskritt fil-paragrafu 1 li jibqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri iżda li jibqgħu f'kustodja, reklużjoni jew detenzjoni hekk kif jinqabdu għal perjodu li jeċċedi it-72 siegħa għandha tkun trażmessa qabel ma jinħelsu mill-kustodja, mir-reklużjoni jew mid-detenzjoni.
4. In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandux jeħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jitrażmettu l-marki tas-swaba’ lis-Sistema Ċentrali. Fejn il-kondizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ ta’ kwalità li tassigura tqabbil xieraq taħt l-Artikolu 25, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħu l-marki tas-swaba’ tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b’suċċess.
5. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba’ tal-persuna maqbuda minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tagħha jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu u jibgħat dawn il-marki tas-swaba’ mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux iktar prevalenti.
Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72 siegħa fil-paragrafu 2 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.
Artikolu 15
Reġistrazzjoni ta' data
1. Id-data msemmija fl-Artikolu 14(2) għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, id-data trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 14(2) għandha tiġi reġistrata biss għall-finijiet ta’ tqabbil ma' data dwar applikanti għall-protezzjoni internzzjonali trażmessa sussegwentement lis-Sistema Ċentrali u għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2).
Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tqabbel id-data trażmessa lilha taħt l-Artikolu 14(2) ma' kwalunkwe data rreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali, u lanqas ma' data trażmessa sussegwentement lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 14(2).
2. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tqabbil ta' data dwar applikanti għall-protezzjoni internazzjonali trażmessa sussegwentement lis-Sistema Ċentrali mad-data msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 9(3) u (5) u fl-Artikolu 25(4).
Artikolu 16
Ħżin ta' data
1. Kull sett ta' data li jkollu x'jaqsam ma' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(1), għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali għal 18-il xahar mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki ta' swaba' tagħhom. Malli jiskadi dak il-perjodu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar tali data.
2. Id-data li jkollha x'taqsam ma' ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) għandha titħassar mis-Sistema Ċentrali f’konformità mal-Artikolu 28(3) malli l-Istat Membru ta' oriġini jsir jaf b'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin qabel ma jiskadi l-perjodu ta' 18-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu:
(a) |
iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida jkun ingħatalhom dokument ta’ residenza; |
(b) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jkunu telqu mit-territorju tal-Istati Membri; |
(c) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jkunu akkwistaw iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru. |
3. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-iktar fis u sa mhux iktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data għar-raġuni speċifikata fil-paragrafu 2(a) jew (b) ta' dan l-Artikolu jew minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit b’data li jkunu trażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1).
4. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-iktar fis u sa mhux iktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar it-tħassir tad-data għar-raġuni speċifikata fil-paragrafu 2(c) ta' dan l-Artikolu minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit b’data li jkunu trażmettew relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) jew l-Artikolu 14(1).
KAPITOLU IV
ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI LI JINSTABU JOQOGĦDU B'MOD ILLEGALI FI STAT MEMBRU
Artikolu 17
Tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba
1. Sabiex jiġi ċċekkjat jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jinstabu joqogħdu b'mod illegali fit-territorju tiegħu jkunux issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali kull data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x'taqsam ma' marki tas-swaba’ li l-Istat Membru seta’ kien ħa ta' kwalunkwe ċittadin terz jew persuna apolida ta’ mill-inqas 14-il sena flimkien man-numru ta' referenza użat minn dak l-Istat Membru.
Bħala regola ġenerali hemm bażi sabiex isiru kontrolli dwar jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jkunux issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor fejn:
(a) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jiddikjaraw li kienu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iżda mingħajr ma jkunu indikaw l-Istat Membru li fih huma kienu ssottomettew l-applikazzjoni; |
(b) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma jitolbux protezzjoni internazzjonali iżda ma jaċċettawx li jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom billi jgħidu li huma jkunu fil-periklu, jew |
(c) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jfittxu b'mod ieħor li ma jħallux li jitneħħew billi jirrifjutaw li jikkooperaw sabiex tiġi determinata l-identità tagħhom, b'mod partikolari billi ma jurux karti tal-identità jew juru karti tal-identità foloz. |
2. Fejn Stati Membri jipparteċipaw fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jittrażmettu lis-Sistema Ċentrali d-data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x'taqsam mas-swaba’ kollha jew tal-inqas mas-swaba’ werrejja, u, jekk dawk ikunu neqsin, il-marki tas-swaba’ l-oħra kollha, ta' ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta' ċittadin terz jew persuna apolida kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali għall-għan waħdieni ta' tqabbil mad-data dwar marki tas-swaba’ ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.
Id-data dwar il-marki tas-swaba' ta' tali ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma għandhiex tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali, u lanqas ma għandha tkun imqabbla ma' data trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 14(2).
4. Ladarba r-riżultati tat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba’jkunu ġew trażmessi lill-Istat Membru ta’ oriġini, ir-reġistrazzjoni tat-tfittxija għandha tinżamm mis-Sistema Ċentrali għall-finijiet tal-Artikolu 28 biss. Ħlief għal dawk l-iskopijiet, l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali ma jistgħu jaħżnu ebda reġistrazzjoni oħra tat-tfittxija.
5. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba’ trażmessa taħt dan l-Artikolu mad-data dwar marki tas-swaba’ ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra li ġew diġà maħżuna fis-Sistema Ċentrali, għandhom japplikaw il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 9(3) u (5) u fl-Artikolu 25(4).
KAPITOLU V
BENEFIĊJARJI TA' PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 18
Immarkar ta’ data
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), l-Istat Membru ta’ oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 11 għandu jimmarka d-data rilevanti f’konformità mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita mill-Aġenzija. Dik il-marka għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 12 għall-finijiet tat-trażmissjoni taħt l-Artikolu 9(5). Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta' oriġini kollha bl-immarkar ta' data minn Stat Membru ta' oriġini ieħor li jkun kiseb hit fil-każ ta' data li jkunu trażmettew li tkun marbuta ma' persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) jew l-Artikolu 14(1). Dawk l-Istati Membri ta’ oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.
2. Id-data dwar benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u mmarkata taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) għal perjodu ta’ tliet snin wara d-data li fiha s-suġġett tad-data ngħata protezzjoni internazzjonali.
Fejn ikun hemm hit, is-sistema Ċentrali għandha tittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 11(a) sa (k) għas-settijiet tad-data kollha korrispondenti għall-hit. Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tittrażmetti l-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Malli jiskadi l-perjodu ta’ tliet snin, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tibblokka tali data milli tiġi trażmessa fil-każ ta’ talba għal tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), filwaqt li tħalli dik id-data disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) sal-punt ta’ tħassir. Data mblukkata ma għandhiex tiġi trażmessa, u s-Sistema Ċentrali għandha tagħti riżultat negattiv lill-Istat Membru rikjedenti fil-każ ta' hit.
3. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data jew jiżblokka data li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li d-data tagħhom kienet ġiet preċedentement immarkata jew żblukkata taħt il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jekk l-istatus tagħhom ġie revokat jew intemm jew it-tiġdid tal-istatus tagħhom ġie rifjutat taħt l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva 2011/95/KE.
KAPITOLU VI
PROĊEDURA GĦAT-TQABBIL U T-TRAŻMISSJONI TAD-DATA GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI
Artikolu 19
Proċedura għat-tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba' ma' data tal-Eurodac
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikoli 5(1) u 7(2) jistgħu jippreżentaw talba elettronika motivata kif huwa previst fl-Artikolu 20(1) flimkien man-numru ta’ referenza użat minnhom, lill-awtorità ta' verifika għat-trażmissjoni għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' lis-Sistema Ċentrali permezz tal-Punt ta' Aċċess Nazzjonali. Wara li tirċievi talba bħal din, l-awtorità ta' verifika għandha tivverifika jekk il-kondizzjonijiet għat-talba għal tqabbil imsemmi fl-Artikolu 20 jew fl-Artikolu 21, kif xieraq, ikunux sodisfatti.
2. Fejn il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 20 jew 21 għat-talba għal tqabbil ikunu sodisfatti, l-awtorità ta' verifika għandha tittrażmetti t-talba għal tqabbil lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali li jipproċessaha għas-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 9(3) u (5) għall-finijiet ta' tqabbil mad-data trażmessa lis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikoli 9(1) u 14(2).
3. F'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi pprevenut riskju imminenti assoċjat ma' reat terroristiku jew ma' reat serju ieħor, l-awtorità ta' verifika tista' tittrażmetti d-data dwar il-marki tas-swaba' lill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali għal tqabbil immedjatament kif tirċievi t-talba mill-awtorità maħtura u tivverifika ex post jekk il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 20 jew fl-Artikoli 21 ikunux sodisfatti, inkluż jekk każ eċċezzjonali ta' urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.
4. Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għal data tal-Eurodac ma kienx ġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċeddew għal tali data għandhom iħassru l-informazzjoni kkomunikata mill-Eurodac u għandhom jinfurmaw lill-awtorità ta’ verifika b'tali tħassir.
Artikolu 20
Kondizzjonijiet tal-aċċess għall-Eurodac mill-awtoritajiet maħtura
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissottomettu talba elettronika motivata għat-tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba' mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fl-ambitu tas-setgħat tagħhom biss jekk it-tqabbil mal-bażijiet tad-data li ġejjin ma jwasslux sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data:
— |
tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba'; |
— |
is-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fejn tqabbil huwa teknikament disponibbli, sakemm ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tqabbil ma’ tali sistemi ma jwassalx sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data. Tali raġunijiet raġonevoli għandhom jiġu inklużi fit-talba elettronika motivata għal tqabbil mad-data tal-Eurodac mibgħuta mill-awtorità maħtura lill-awtorità ta’ verifika; u |
— |
is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża sakemm il-kondizzjonijiet għal tali tqabbil stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI ikunu ġew sodisfatti; |
u fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(a) |
it-tqabbil ikun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, li jfisser li jkun jeżisti tħassib prevalenti ta’ sigurtà pubblika li jirrendi proporzjonat it-tiftix fil-bażi tad-data; |
(b) |
it-tqabbil ikun meħtieġ f'każ speċifiku (i.e.tqabbil sistematiku ma jitwettaqx); u |
(c) |
ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li t-tqabbil jikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali kkonċernati. Tali raġunijiet raġonevoli jeżistu b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqgħu fil-kategorija koperta b’dan ir-Regolament. |
2. It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tiftix bid-data tal-marki tas-swaba'.
Artikolu 21
Kondizzjonijiet għall-aċċess għal data tal-Eurodac mill-Europol
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), l-awtorità maħtura tal-Europol tista’ tippreżenta talba elettronika motivata għat-tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’ mad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali fil-limiti tal-mandat tal-Europol u fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol biss jekk it-tqabbil ma’ data dwar marki tas-swaba’ maħżuna fi kwalunkwe sistema ta’ pproċessar ta’ informazzjoni li tkun teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma jkunx wassal sabiex tiġi stabbilita l-identità tas-suġġett tad-data u fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:.
(a) |
It-tqabbil huwa neċessarju biex tiġi appoġġjata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol, li jfisser li jkun jeżisti tħassib prevalenti ta’ sigurtà pubblika li jirrendi it-tiftix fil-bażi tad-data xi ħaġa proporzjonata; |
(b) |
it-tqabbil ikun meħtieġ f'każ speċifiku (jiġifieri tqabbil sistematiku ma jitwettaqx); kif ukoll |
(c) |
ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li t-tqabbil jikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali kkonċernati. Tali motivazzjonijiet raġonevoli jeżistu b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqgħu fil-kategorija koperta b’dan ir-Regolament. |
2. It-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għandhom ikunu limitati għal tqabbil tad-data dwar marki tas-swaba'.
3. L-ipproċessar tal-informazzjoni miksub mill-Europol mit-tqabbil mad-data tal-Eurodac għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 22
Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet maħtura, l-awtoritajiet ta’ verifika u l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, kull komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet maħtura, l-awtoritajiet ta’ verifika u l-Punti ta’ Aċċess Nazzjonali għandhom ikunu sikuri u jsiru elettronikament.
2. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-marki tas-swaba' għandhom jiġu pproċessati diġitalment mill-Istati Membri u jiġu trażmessi fil-format ta' data msemmi fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat li t-tqabbil ikun jista' jseħħ permezz ta' sistema kompjuterizzata ta’ għarfien tal-marki tas-swaba'.
KAPITOLU VII
IPPROĊESSAR TA' DATA, PROTEZZJONI TA' DATA U RESPONSABBILTÀ DWAR DATA
Artikolu 23
Responsabbiltà għall-ipproċessar ta' data
1. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun responsabbli sabiex jiżgura li:
(a) |
il-marki tas-swaba’ jittieħdu b'mod legali; |
(b) |
id-data dwar il-marki tas-swaba' u data oħra msemmija fl-Artikolu 11, l-Artikolu 14(2) u Artikolu 17(2) tkun trażmessa b'mod legali lis-Sistema Ċentrali; |
(c) |
id-data tkun preċiża u aġġornata meta tkun trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
(d) |
mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-Aġenzija, id-data fis-Sistema Ċentrali tkun irreġistrata, maħżuna, korretta u mħassra b'mod legali; |
(e) |
ir-riżultati ta' tqabbil ta' data dwar marki tas-swaba’ trażmessi mis-Sistema Ċentrali jiġu pproċessati b'mod legali. |
2. F’konformità mal-Artikolu 34, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data msemmija fil-paragrafu 1 qabel u matul it-trażmissjoni lis-Sistema Ċentrali kif ukoll is-sigurtà tad-data li jirċievi mis-Sistema Ċentrali.
3. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jkun responsabbli għall-identifikazzjoni finali tad-data taħt l-Artikolu 25(4).
4. L-Aġenzija għandha tiżgura li s-Sistema Ċentrali tkun operata skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha:
(a) |
tadotta miżuri li jiżguraw li persuni li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali jipproċessaw id-data rreġistrata hemmhekk biss b'mod konformi mal-għanijiet tal-Eurodac kif stabbiliti fl-Artikolu 1; |
(b) |
tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 34; |
(c) |
tiżgura li persuni awtorizzati li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali biss ikollhom aċċess għaliha, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bil-miżuri li tieħu konformement mal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 24
Trażmissjoni
1. Il-marki tas-swaba' għandhom ikunu proċessati diġitalment u trażmessi fil-format tad-data msemmi fl-Anness I. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-format tad-data mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa. L-Aġenzija għandha tiżgura li d-data tal-marki tas-swaba' trażmessa mill-Istati Membri tista’ titqabbel mis-sistema kompjuterizzata tal-għarfien tal-marki tas-swaba'.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 11, l-Artikolu 14(2) u Artikolu 17(2). Id-data msemmija fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 14(2) għandha tiġi rreġistrata awtomatikament fis-Sistema Ċentrali. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi biex tiżgura li d-data tista’ tiġi trażmessa elettronikament mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa.
3. In-numru ta' referenza msemmi fl-Artikoli 11(d), 14(2)(d), 17(1) u 19(1) għandu jagħmilha possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma' persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x'taqsam ma' persuna msemmija fl-Artikolu 9(1), l-Artikolu 14(1)jew l-Artikolu 17(1).
4. In-numru ta' referenza għandu jibda b'ittra jew ittri ta' identifikazzjoni li bihom, skont in-norma msemmija fl-Anness I, jiġi identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta' identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna jew tat-talba. "1" tirriferi għal data rigward persuni msemmija fl-Artikolu 9(1), "2" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1) u "3" għall-persuni msemmija fl-Artikolu 17(1), “4” għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 20, “5” għal talbiet imsemmija fl-Artikolu “21” u “9” għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 29.
5. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi meħtieġa għall-Istati Membri biex jiġi żgurat li s-Sistema Ċentrali tkun irċeviet data mingħajr ambigwità.
6 Is-Sistema Ċentrali għandha tikkonferma kemm jista' jkun malajr li tkun irċeviet id-data trażmessa. Għal dak l-iskop l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jirċievu konferma li d-data tkun ġiet irċevuta, jekk mitluba.
Artikolu 25
Tqabbil u trażmissjoni ta’ riżultati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta' data tal-marki tas-swaba' tkun ta' kwalità xierqa għall-iskopijiet ta' tqabbil permezz ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba'. Sa fejn ikun meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta' preċiżjoni, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta' data tal-marki tas-swaba' trażmessa. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista' jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba' trażmessa. Jekk id-data tal-marki tas-swaba' ma tistax titqabbel bl-użu ta' sistema kompjuterizzata ta' għarfien tal-marki tas-swaba', is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu konsegwentement jittrażmetti d-data tal-marki tas-swaba' ta' kwalità xierqa billi juża l-istess numru ta’ referenza tas-sett preċedenti ta' data ta' marki tas-swaba'.
2. Is-Sistema Ċentrali għandha tagħmel it-tqabbil fl-ordni ta' kif jaslu t-talbiet. Kull talba għandha tinħadem f'24 siegħa. Stat Membru jista' għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-liġi nazzjonali jeħtieġ tqabbil partikolarment urġenti biex isir f'siegħa. Meta dawn il-limiti ta' ħin ma jistgħux ikunu rispettati minħabba ċirkostanzi li huma 'il barra mir-responsabbiltà tal-Aġenzija, is-Sistema Ċentrali għandha tipproċessa t-talba bħala kwistjoni ta' prijorità hekk kif dawk iċ-ċirkostanzi ma jibqgħux aktar fis-seħħ. F'dawn il-każijiet, sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi kriterji biex ikun żgurat li t-talbiet jiġu trattati skont il-prijorità.
3. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-proċeduri operattivi għall-ipproċessar tad-data riċevuta u għat-trażmissjoni tar-riżultat tat-tqabbil.
4. Ir-riżultati tat-tqabbil għandhom jiġu minnufih iċċekkjati fl-Istat Membru li jirċevihom minn espert tal-marki tas-swaba’ kif definit f’konformità mar-regoli nazzjonali, imħarreġ speċifikament fit-tipi differenti ta’ tqabbil ta’ marki tas-swaba’ stipulati f’dan ir-Regolament. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta' oriġini b'kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati, taħt l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.
Informazzjoni li tiġi rċevuta mis-Sistema Ċentrali li jkollha x'taqsam ma' data oħra li tinstab li ma tkunx affidabbli għandha tiġi mħassra malli tiġi stabbilita l-inaffidabbiltà tad-data.
5. Fejn l-identifikazzjoni finali skont il-paragrafu 4 turi li r-riżultat tat-tqabbil irċevut mis-Sistema Ċentrali ma jikkorrispondix mad-data tal-marki tas-swaba’ għat-tqabbil, l-Istati Membri għandhom immedjatament iħassru r-riżultat tat-tqabbil u jikkomunikaw dan il-fatt mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn tliet ġranet ta’ xogħol lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.
Artikolu 26
Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali
Data trażmessa mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċe versa għandha tuża l-Infrastruttura ta’ KomunikazzjoniEurodac. Sa fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi meħtieġa għall-użu tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Artikolu 27
Aċċess għal data rreġistrata fil-Eurodac u l-korrezzjoni u t-tħassir tagħha
1. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jkollu aċċess għal data li hu jkun ittrażmetta u li tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali skont dan ir-Regolament.
L-ebda Stat Membru ma jista' jagħmel tfittxija fid-data trażmessa minn Stat Membru ieħor, lanqas ma jista' jirċievi dik id-data apparti minn data li tirriżulta mit-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 9(5).
2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li, bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollhom aċċess għal data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali għandhom ikunu dawk maħtura minn kull Stat Membru għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1). Din il-ħatra għandha tispeċifika l-unità proprja responsabbli mit-twettiq tal-kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta’ dawk l-unitajiet u kwalunkwe emenda għaliha lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien. L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista kkonsolidata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, l-Aġenzija għandha tippubblika online lista kkonsolidata aġġornata darba fis-sena.
3. L-Istat Membru ta' oriġini biss għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li jkun ittrażmetta lis-Sistema Ċentrali billi jikkorreġi jew iżid ma' dik id-data, jew iħassarha kollha, mingħajr preġudizzju għat-tħassir li jsir taħt l-Artikolu 12(2) jew l-Artikolu 16(1).
4. Jekk Stat Membru jew l-Aġenzija jkollhom evidenza li tissuġġerixxi li data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tkun fil-fatt mhux eżatta, għandhom javżaw lill-Istat Membru ta' oriġini kemm jista' jkun malajr.
Jekk Stat Membru jkollu evidenza li tissuġġerixxi li tkun ġiet irreġistrata data fis-Sistema Ċentrali bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu javża lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru ta' oriġini kemm jista' jkun malajr. L-Istat Membru tal-oriġini għandu jiċċekkja d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mingħajr dewmien.
5. L-Aġenzija ma għandhiex tittrasferixxi jew tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet ta' ebda pajjiż terz data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għal trasferimenti ta’ tali data lil pajjiżi terzi li għaliha japplika r-Regolament (UE) Nru 604/2013.
Artikolu 28
Żamma tar-reġistri
1. L-Aġenzija għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta' kull operazzjoni ta' pproċessar ta' data fi ħdan is-Sistema Ċentrali. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom juru l-għan, id-data u l-ħin tal-aċċess, id-data trażmessa, id-data użata għal interrogazzjoni u l-isem kemm tal-unità li ddaħħal jew li tikseb id-data u l-persuni responsabbli.
2. Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jintużaw biss għall-kontroll dwar il-protezzjoni ta' data dwar l-ammissibbiltà tal-ipproċessar ta' data, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data taħt l-Artikolu 34. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti b'miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jiġu mħassra wara perjodu ta' sena wara li l-perjodu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 12(1) u fl-Artikolu 16(1) ikun skada, jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' kontroll li jkunu diġà bdew.
3. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm reġistri tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jikseb id-data.
Artikolu 29
Drittijiet tas-suġġett tad-data
1. Persuna koperta bl-Artikolu 9(1), l-Artikolu 14(1) jew l-Artikolu 17(1) għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta’ oriġini bil-miktub, u fejn meħtieġ, oralment, b'lingwa li hija tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem, dwar dan li ġej:
(a) |
l-identità tal-kontrollur fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm; |
(b) |
l-għan li għalih id-data tal-persuna se tkun ipproċessata fil-Eurodac, inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, taħt l-Artikolu 4 tiegħu, u spjegazzjoni, f’forma komprensibbli, bl-użu ta’ lingwa ċara u sempliċi, tal-fatt li l-Eurodac jista' jsir aċċess għalih mill-Istati Membri u mill-Europol għal finijiet ta' infurzar tal-liġi,; |
(c) |
dawk li jirċievu d-data; |
(d) |
għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 9(1) jew bl-Artikolu 14(1), l-obbligu li jittieħdulha l-marki tas-swaba’; |
(e) |
id-dritt tal-aċċess għal data relatata magħha u d-dritt li persuna titlob li data mhux eżatta dwarha tiġi korretta jew li data proċessata illegalment dwarha titħassar, kif ukoll id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-proċeduri għal eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30(1). |
2. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 9(1) jew bl-Artikolu 14(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fil-ħin meta jittieħdu l-marki tas-swaba’ tagħha.
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuna koperta bl-Artikolu 17(1), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tingħata mhux aktar tard mill-ħin meta d-data li jkollha x'taqsam ma' dik il-persuna tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali. Dak l-obbligu m’għandux japplika fejn l-għoti ta' dik l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat.
Fejn persuna koperta bl-Artikolu 9(1), l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 17(1) tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod adattat għall-età
3. Fuljett komuni, li jiġbor fih tal-anqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. għandu jitfassal skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) ta' dak ir-Regolament.
Il-fuljett għandu jkun ċar u sempliċi, abbozzat f’lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem.
Il-fuljett għandu jiġi fformulat b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Din l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tinkludi għall-inqas id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta' assistenza mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali.
4. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, f'kull Stat Membru kwalunkwe suġġett ta' data jista', taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat, jeżerċita d-drittijiet previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jagħti informazzjoni oħra skont l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb komunikazzjoni tad-data li jkollha x'taqsam miegħu reġistrata fis-Sistema Ċentrali u tal-Istat Membru li ttrażmettiehom lis-Sistema Ċentrali. Tali aċċess għad-data jista' jingħata biss minn Stat Membru.
5. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), f'kull Stati Membri, kwalunkwe persuna tista' titlob li data li tkun fattwalment mhux preċiża tiġi kkoreġuta jew li dik id-data li tkun ġiet reġistrata kontra l-liġi tiġi mħassra. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu mingħajr dewmien eċċessiv mill-Istat Membru li ttrażmetta d-data, taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.
6. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), jekk id-drittijiet ta' korrezzjoni u tħassir jiġu eżerċitati fi Stat Membru li ma jkunx dak li, jew ma jkunux dawk li, ttrażmettew id-data, l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew Stati Membri li jkunu ttrażmettew id-data sabiex dan tal-aħħar ikun jista' jiċċekkja l-korrettezza tad-data u l-legalità tat-trażmissjoni u r-reġistrazzjoni tagħha fis-Sistema Ċentrali.
7. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), jekk jinstab li data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tkun fil-fatt impreċiża jew tkun ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Istat Membru li ttrażmettieha għandu jikkoreġi jew iħassar id-data taħt l-Artikolu 27(3). Dak l-Istat Membru għandu jikkonferma bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv li hu jkun ħa l-passi sabiex jikkoreġi jew iħassar id-data dwaru.
8. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), jekk l-Istat Membru li ttrażmetta d-data ma jaqbilx li data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali hija fattwalment impreċiża jew li ġiet irreġistrata kontra l-liġi, għandu jispjega bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv ir-raġuni għaliex mhuwiex lest li jikkoreġi jew iħassar id-data.
Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll lis-suġġett tad-data l-informazzjoni li tispjega liema passi jista' jieħu jekk hu ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi istitwita kawża jew, jekk ikun xieraq, kif jitressaq ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat Membru u kull għajnuna finanzjarja jew għajnuna oħra li tkun disponibbli taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.
9. Kwalunkwe talba skont il-paragrafi 4 u 5 għandu jkun fiha d-dettalji kollha neċessarji sabiex ikun identifikat is-suġġett tad-data, inklużi l-marki tas-swaba’. Tali informazzjoni għandha tintuża esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 u għandha tiġi mħassra immedjatament wara.
10. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw fil-pront id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 5, 6 u 7.
11. Kull meta persuna titlob data marbuta magħha skont il-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistru fil-forma ta’ dokument bil-miktub li saret din it-talba u kif din ġiet indirizzata, u għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali mingħajr dewmien.
12. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, f'kull Stat Membru, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għandha, abbażi tat-talba tiegħu jew tagħha, tassisti lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu.
13. Għall-finijiet stabbilti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali tal-Istat Membru li ttrażmetta d-data u l-Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali tal-Istat Membru li fih is-suġġett is-suġġett tad-data jkun preżenti għandhom jassistu u, fejn mitlub, jagħtuh parir fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu sabiex tkun ikkoreġuta jew titħassar id-data. Iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jikkooperaw għal dan il-għan. Talbiet għal tali għajnuna jistgħu jkunu magħmula lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li fih is-suġġett tad-data jkun preżenti, li għandha tittrażmetti t-talbiet lill-awtorità tal-Istat Membru li ttrażmetta d-data.
14. F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna tista', taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat, tieħu azzjoni jew, jekk ikun xieraq, tressaq ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat jekk lilha jiġi rrifjutat id-dritt ta' aċċess preskritt fil-paragrafu 4.
15. Kwalunkwe persuna tista', taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li ttrażmetta d-data, tieħu azzjoni jew, jekk ikun xieraq, tressaq ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat dwar id-data relatata magħha rreġistrata fis-Sistema Ċentrali, sabiex teżerċita d-drittijiet tagħha skont il-paragrafu 3. L-obbligu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali sabiex jassistu u, fejn mitlub, jagħtu parir lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 13 jibqa' jeżisti matul il-proċedimenti.
Artikolu 30
Sorveljanza mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtorità jew awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE jissorveljaw b’mod indipendenti, taħt il-liġi nazzjonali rispettiva tagħha, il-legalità tal-ipproċessar, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ta' data personali mill-Istat Membru inkwistjoni, inkluża t-trażmissjoni tagħha lis-Sistema Ċentrali.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali tiegħu jkollha aċċess għal parir minn persuni b'għarfien suffiċjenti dwar data dwar il-marki tas-swaba’.
Artikolu 31
Sorveljanza mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali li jirrigwardaw lill-Eurodac, partikolarment mill-Aġenzija, jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ma' dan ir-Regolament.
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li ssir verifika tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Aġenzija skont l-istandards internazzjonali ta' verifika mill-inqas kull tliet snin. Għandu jintbagħat rapport ta' tali verifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.
Artikolu 32
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw attivament fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw sorveljanza kkoordinata tal-Eurodac.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull sena ssir verifika tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) minn entità indipendenti, f’konformità mal-Artikolu 33(2), inkluża analiżi ta’ kampjun ta’ talbiet elettroniċi motivati.
Il-verifika għandha tiġi mehmuża mar-rapport annwali tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 40(7).
3. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu skambju ta' informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' verifiki u ispezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' sorveljanza indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa.
4. Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 3,l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta' appoġġ ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn. Rapport konġunt ta' attivitajiet għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull sentejn.
Artikolu 33
Il-protezzjoni ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi sabiex id-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI jkunu applikabbli wkoll għall-ipproċessar tad-data personali mill-aworitajiet nazzjonali tiegħu għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolamenti.
2. Il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali taħt dan ir-Regolament mill-Istati Membri għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolamenti, inkluża t-trażmissjoni tagħhom lil u mill-, għandu jsir mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.
3. L-ipproċessar tad-data personali mill-Europol taħt dan ir-Regolament għandu jkun f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u għandu jiġi ssorveljat minn superviżur estern indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-Artikoli 30, 31 u 32 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol konformement ma' dan ir-Regolament. Is-superviżur estern indipendenti tal-protezzjoni tad-data għandu jiżgura li d-drittijiet tal-individwu ma jinkisrux.
4. Id-data personali miksuba skont dan ir-Regolament mill-Eurodac għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) għandha tkun ipproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data ġiet mitluba minn Stat Membru jew mill-Europol.
5. Is-Sistema Ċentrali, l-awtoritajiet maħtura u ta' verifika u l-Europol għandhom iżommu rekords tat-tiftixiet sabiex l-awtoritajiet nazzjonali ta' protezzjoni tad-data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni dwar l-ipproċessar tad-data, inkluż għall-fini li jinżammu rekords sabiex jiġu imħejjija r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 40(7). Ħlief għal dawn il-finijiet, id-data personali, kif ukoll ir-reġistrazzjoni tat-tiftix, għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta' xahar, ħlief jekk id-data tkun meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja u li għaliha tkun intalbet id-data minn xi Stat Membru jew mill-Europol.
Artikolu 34
Sigurtà tad-data
1. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trażmissjoni lis-Sistema Ċentrali.
2. Kull Stat Membru għandu, relattivament għad-data kollha pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu taħt dan ir-Regolament, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex:
(a) |
jipproteġi b'mod fiżiku d-data, inkluż billi joħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika; |
(b) |
jiċħad l-aċċess għal persuni mhux awtorizzati għal installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet f’konformità mal-finijiet tal-Eurodac (kontrolli mad-dħul fl-installazzjoni); |
(c) |
jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' midja tad-data (kontroll tal-midja tad-data); |
(d) |
jipprevjeni l-input mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna); |
(e) |
jipprevjeni l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fil-Eurodac u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzati ta' data pproċessata fil-Eurodac (kontroll ta' input ta' data); |
(f) |
jiżgura li l-persuni awtorizzati għal aċċess għall-Eurodac ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ user IDs individwali u uniċi u modi ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data); |
(g) |
jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta’ aċċess għall-Eurodac joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati għal aċċess, input, aġġornament, tħassir u tiftix ta’ data u jagħmlu dawk il-profili u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li dawk l-awtoritajiet jistgħu jirrikjedu għal skopijiet ta' superviżjoni disponibbli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI mingħajr telf ta’ żmien b'talba tagħhom (profili tal-persunal); |
(h) |
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema entitajiet tista' tiġi trażmessa data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni); |
(i) |
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-Eurodac, meta, minn min u għal liema skop (kontroll tar-reġistrazzjoni tad-data); |
(j) |
jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lil jew mill-Eurodac jew waqt it-trasport ta' midja tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta' kodifikazzjoni (kontroll tat-trasport). |
(k) |
jimmonitorja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awto-verifika) u biex fi żmien 24 siegħa jidentifika awtomatikament kull każ relevanti fl-applikazzjoni ta’ miżuri elenkati fil-punti (b) sa (j) li jistgħu jindikaw is-seħħ ta' inċident ta' sigurtà. |
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar inċidenti ta' sigurtà identifikati fis-sistemi tagħhom. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Europol u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'każ ta' inċidenti ta' sigurtà. L-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija u l-Europol għandhom jikkollaboraw waqt inċident ta’ sigurtà.
4. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-operazzjoni tal-Eurodac, inkluża l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà.
Artikolu 35
Projbizzjoni tat-trasferimenti tad-data lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet privati
1. Id-data personali miksuba minn Stat Membru jew il-Europol taħt dan ir-Regolament mis-Sistema Ċentrali m'għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-data tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.
2. Data personali li tkun oriġinat fi Stat Membru u skambjata bejn Stati Membri konsegwentement għal hit miksuba għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ma għandhiex tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi jekk ikun hemm riskju serju li bħala riżultat ta’ tali trasferiment is-suġġett tad-data jista’ jiġi suġġett għal tortura, trattament jew kastig inuman u degradanti jew kwalunkwe ksur ta’ drittijiet fundamentali.
3. Il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jittrasferixxu tali data lil pajjiżi terzi li japplika għalihom ir-Regolament (UE) Nru 604/2013.
Artikolu 36
Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni
1. Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data kollha li jirriżultaw minn talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba, u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data u għall-awto-monitoraġġ.
2. Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandhom juru fil-każi kollha:
(a) |
l-iskop preċiż tat-talba għat-tqabbil, inkluża l-forma kkonċernata tar-reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor u, għall-Europol, l-iskop preċiż tat-talba għat-tqabbil; |
(b) |
ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija biex ma jsirx tqabbil ma’ Stati Membri oħra taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, f’konformità mal-Artikolu 20(1) ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
ir-referenza tal-fajl nazzjonali; |
(d) |
id-data u l-ħin preċiż tat-talba għat-tqabbil mill-Punt ta' Aċċess Nazzjonali lis-Sistema Ċentrali; |
(e) |
l-isem tal-awtorità li tkun talbet l-aċċess għat-tqabbil, u l-persuna responsabbli li tkun għamlet it-talba u li pproċessat id-data; |
(f) |
fejn ikun applikabbli l-użu ta' proċedura urġenti msemmija fl-Artikolu 19(3) u d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-verifika ex post; |
(g) |
id-data użata għat-tqabbil; |
(h) |
f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tiftix u l-uffiċjal li jkun ordna t-tiftix jew il-forniment ta’ data. |
3. Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex ikunu żgurati l-integrità u s-sigurtà tad-data. Huma biss reġistrazzjonijiet ta' data mhux personali li jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 40. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali kompetenti responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data għandu jkollhom aċċess għal dawn ir-reġistrazzjonijiet fuq talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom.
Artikolu 37
Responsabbiltà
1. Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew ħsara minħabba operazzjoni ta' proċessar illegali jew minħabba kwalunkwe att inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-Istat Membru responsabbli għall-ħsara li jkun sofrew. Dak l-Istat għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, interament jew parzjalment, jekk jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-kwistjoni li tkun ikkawżat il-ħsara.
2. Jekk in-nuqqas ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża ħsara lis-Sistema Ċentrali, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal dik il-ħsara, sakemm u sa fejn l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor ma jkunux naqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex iżommu milli ssir ħsara jew sabiex jimminimizzaw l-impatt.
3. Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jrid jiddefendi ruħu.
KAPITOLU VIII
EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1077/2011
Artikolu 38
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Kompiti relatati mal-Eurodac Fir-rigward tal-Eurodac, l-Aġenzija għandha twettaq:
|
(2) |
L-Artikolu 12(1) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 15(4) jinbidel b'dan li ġej: "4. Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Il-Europol jista’ jattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew meta jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-Eurodac, relattivament għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, fuq l-aġenda."; |
(4) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 19(3) jinbidel b'dan li ġej: "3. Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed għall-Grupp Konsultattiv tas-SIS II. Il-Europol jista’ jaħtar ukoll rappreżentant għall-Gruppi Konsultattivi tal-VIS u tal-Eurodac.". |
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Spejjeż
1. L-ispejjeż li jirriżultaw b'konnessjoni mat-twaqqif u t-tħaddim tas-Sistema Ċentrali u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandhom jinġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-ispejjeż li jsiru minn punti ta’ aċċess nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni mas-Sistema Ċentrali għandhom jinġarrbu minn kull wieħed mill-Istati Membri.
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm bi spejjeż tiegħu l-infrastruttura teknika meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw mit-talbiet għal tqabbil mad-data tal-Eurodac għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 40
Rapport annwali: monitoraġġ u valutazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, inkluż dwar il-funzjonament u s-sigurtà tagħha. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel għall-għanijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.
2. L-Aġenzija għandha tiżgura li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament tas-Sistema Ċentrali skont l-għanijiet relatati mal-output, l-effettività fil-konfront tal-ispejjeż magħmula u l-kwalità ta' servizz.
3. Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rappurtar u l-istatistika, l-Aġenzija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar magħmula fis-Sistema Ċentrali.
4. Sa 20 ta’ Lulju 2018 u kull erba’ snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet, u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti b'dan ir-Regolament, u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex ifasslu r-rapport annwali msemmi fil-paragrafi 1.
6. L-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jitfasslu r-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. Din l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta' ħidma u lanqas tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.
7. Filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom jippreparaw rapporti annwali dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:
— |
l-iskop preċiż tat-tqabbil, inkluż it-tip ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju, |
— |
ir-raġunijiet raġjonevoli mogħtija biex ma jsirx tqabbil ma’ Stati Membri oħra taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, f’konformità mal-Artikolu 20(1) ta' dan ir-Regolament, |
— |
in-numru ta' talbiet għal tqabbil, |
— |
in-numru u t-tip ta' każijiet li rriżultaw f'identifikazzjonijiet pożittivi, u |
— |
il-ħtieġa u l-użu tal-każ eċċezzjonali ta’ urġenza, inklużi dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-awtorità ta’ verifika. |
— |
Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
8. Abbażi tar-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol previsti fil-paragrafu 8 u b’żieda mal-valutazzjoni ġenerali prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali dwar l-aċċess tal-infurzar tal-liġi għall-Eurodac u għandha tittrażmettiha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 41
Pieni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kwalunkwe pproċessar ta' data mdaħħla fis-Sistema Ċentrali li ma jaqbilx mal-għanijiet tal-Eurodac kif stabbilit fl-Artikolu 1 ikun punibbli b'penali, inkluż penali amministrattivi u/jew kriminali taħt il-liġi nazzjonali, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 42
Ambitu territorjali
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal ebda territorju li r-Regolament (UE) Nru 604/2013 ma' japplikax għalih.
Artikolu 43
Notifika tal-awtoritajiet maħturin u tal-awtoritajiet ta' verifika
1. Sal-20 ta' Ottubru 2013 kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet maħtura tiegħu, bl-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 5(3) u bl-awtorità ta’ verifika tiegħu, u għandu jinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.
2. Sal-20 ta' Ottubru 2013 il-Europol għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtorità maħtura tiegħu, bl-awtorità ta’ verifika tiegħu u bil-Punt ta’ Aċċess Nazzjonali li jkun stabbilixxa, u għandu jinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fuq bażi annwali u permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika li tkun disponibbli online u aġġornata mingħajr dewmien.
Artikolu 44
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Data mblukkata fis-Sistema Ċentrali taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000 għandha tiġi żblukkata u mmarkata skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament fl-20 ta' Lulju 2015.
Artikolu 45
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2725/2000 u r-Regolament -(KE) Nru 407/2002 b'dan jitħassru b’effett mill-20 ta' Lulju 2015.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-20 ta' Lulju 2015.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni u l-Aġenzija malli jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi biex tiġi trażmessa d-data lis-Sistema Ċentrali, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-20 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. SHATTER
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2013.
(3) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.
(5) Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.
(7) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(8) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(9) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
(10) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(12) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(13) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.
(14) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(15) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
ANNESS I
Formola għal format tad-data u marki tas-swaba'
Format tad-data għall-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba’
Il-format li ġej huwa preskritt għall-iskambju tad-data dwar marki tas-swaba':
ANSI/NIST-ITL 1a-1997, Ver.3, Ġunju 2001 (INT-1) u kull żvilupp futur ta' dan l-istandard.
In-norma tal-ittri ta' identifikazzjoni tal-Istati Membri
Għandha tapplika n-norma ISO li ġejja: ISO 3166 – kodiċi b'2 ittri.
ANNESS II
Regolamenti mħassra (imsemmija fl-artikolu 45)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 2725/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b) |
Artikolu 3(1)(a) |
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
— |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2(1)(a) |
— |
Artikolu 2(1)(b) sa (e) |
Artikolu 2(1)(a) sa (d) |
— |
Artikolu 2(1)(e) sa (j) |
Artikolu 3(1) |
— |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3)(a) sa (e) |
Artikolu 8(1)(a) sa (e) |
— |
Artikolu 8(1)(f) sa (i) |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 9(1) u l-Artikolu 3(5) |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 4(6) |
Artikolu 25(4) |
Artikolu 5(1), punti (a) sa (f) |
Artikolu 11, punti (a) sa (f) |
— |
Artikolu 11, punti (g) sa (k) |
Artikolu 5(1), punti (g) u (h) |
— |
Artikolu 6 |
Artikolu 12 |
Artikolu 7 |
Artikolu 13 |
Artikolu 8 |
Artikolu 14 |
Artikolu 9 |
Artikolu 15 |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
Artikolu 11(1) sa (3) |
Artikolu 17(1) sa (3) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 12 |
Artikolu 18 |
Artikolu 13 |
Artikolu 23 |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 27 |
Artikolu 16 |
Artikolu 28(1) u (2) |
— |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 17 |
Artikolu 37 |
Artikolu 18 |
Artikolu 29(1), (2), (4) sa (10) u (12) sa (15) |
— |
Artikolu 29(3) u (11) |
Artikolu 19 |
Artikolu 30 |
— |
Artikoli 31 sa 36 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 39(1) u (2) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 40(1) u (2) |
— |
Artikolu 40(3) sa (8) |
Artikolu 25 |
Artikolu 41 |
Artikolu 26 |
Artikolu 42 |
— |
Artikoli 43 sa 45 |
Artikolu 27 |
Artikolu 46 |
Ir-Regolament 407/2002/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 2 |
Artikolu 24 |
Artikolu 3 |
Artikolu 25(1) sa (3) |
— |
Artikolu 25(4) u (5) |
Artikolu 4 |
Artikolu 26 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 3(3) |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
|