19.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġie emendat diversi drabi, l-aħħar darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 156/2012 (2) biex jiġu aġġornati r-regoli ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali.

(3)

Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni b'emendi addizzjonali għal-lista stabbilita fl-Anness I.

(4)

Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3), dan ir-Regolament għandu, skont id-dritt internazzjonali, japplika fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, l-annotazzjoni għall-Polonja tinbidel b’li ġej:

“—

fil-Polonja: L-Artikolu 1103 il-punt 4 u l-Artikolu 1110 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Kodeksu postępowania cywilnego) safejn dawn jistabbilixxu ġuriżdizzjoni esklussivament fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: ir-rikorrent ikun ċittadin Pollakk jew ikollu r-residenza, domiċilju jew uffiċċju rreġistrat abitwali tiegħu fil-Polonja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 50, 23.2.2012, p. 3.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.