18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 556/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikolari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (4) li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (5) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tat-tjur, laħam frisk, ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib u ċerti prodotti komposti li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (6) li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 798/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 798/2008, jiżdied l-Artikolu 18a li ġej:

“Artikolu 18a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu dirett bit-triq għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ laħam, ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bla patoġeni li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi, fejn ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja, kif previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kelmiet ‘GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERZI, BISS’ fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 206/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, jiżdied l-Artikolu 17a li ġej:

“Artikolu 17a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 16, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 3

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 605/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 605/2010, jiżdied l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 4

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 28/2012

Fir-Regolament (UE) Nru 28/2012, jiżdied l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi tad-Deċiżjoni 2009/821/KE li jdaħħlu l-entrati ta’ Nova Sela u Ploče fl-Anness I tagħha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.