9.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 391/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (1), kif emendat bir-Regolament 1070/2009 (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi skema komuni tat-talbiet għall-ħlas (ta’ imposti) għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, billi jippermetti li din tkun applikata b’mod uniformi fl-ajru uniku Ewropew.

(2)

L-iżvilupp ta’ skema ta’ imposti komuni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jingħataw matul il-fażijiet kollha tat-titjira huwa tal-akbar importanza għall-inizjattiva tal-ajru uniku Ewropew Sistema bħal din għandha tgħin sabiex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tad-determinazzjoni, tal-impożizzjoni u tal-infurzar tal-imposti applikabbli għall-utenti tal-ispazju tal-ajru. Is-sistema għandha tikkontribwixxi wkoll għall-forniment sikur, kosteffiċjenti u effettiv tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għall-utenti li jiffinanzjaw is-sistema u għandha tixpruna l-forniment ta’ servizzi integrati.

(3)

L-iskema komuni ta’ imposti għandha tkun element integrali fl-ilħuq tal-għanijiet tal-iskema ta’ prestazzjoni kif stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (3), kif emendat bir-Regolament 1070/2009 (ir-Regolament qafas) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (4).

(4)

F’konformità mal-għan globali tat-titjib fil-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-iskema ta’ imposti għandha tippromwovi effiċjenzi operattivi u tal-ispejjeż u għandha tipprevedi l-istabbiliment ta’ skemi ta’ inċentivi għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru b’appoġġ għat-titjib fil-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, inkluża l-applikazzjoni tal-qsim tar-riskju tat-traffiku.

(5)

L-iskema komuni ta’ imposti għandha tkun konsistenti mal-Eurocontrol Route Charges System u mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 tal-ICAO dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”).

(6)

L-iskema komuni ta’ imposti għandha tippermetti l-użu ottimali tal-ispazju tal-ajru, billi tqis il-flussi tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari fi ħdan il-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru kif stabbiliti skont l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

(7)

Prinċipju ewlieni tal-iskema komuni tal-imposti huwa li informazzjoni sħiħa u trasparenti dwar il-bażi tal-ispejjeż għandha tkun disponibbli fil-ħin dovut lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju ta-ajru u lill-awtoritajiet kompetenti.

(8)

Fejn jiġi stabbilit li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal u/jew is-servizzi CNS, TES u AIS huma pprovduti bil-kundizzjonijiet tas-suq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu fir-rigward ta’ dawn is-servizzi li ma jikkalkulawx spejjeż iddeterminati, li ma jikkalkulawx imposti tat-terminal, li ma jistabbilixxux rati tat-terminal għal kull unità u/jew li ma jiffissawx inċentivi finanzjarji.

(9)

Minħabba n-natura dejjem tinbidel fl-operat tal-ajruporti, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li ż-żoni tal-imposti tat-terminal jiġu emendati matul perjodu ta’ referenza.

(10)

L-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u proċeduri ġodda u ta’ mudelli tan-negozju assoċjati biex jistimulaw il-forniment ta’ servizzi integrati għandha twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż għall-benefiċċju tal-utenti. Sabiex jippermettu dan it-tnaqqis fil-kostijiet fil-futur il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jkollhom jiffaċċjaw spejjeż ta’ ristrutturar biex itejbu n-negozju tagħhom. Dawn jistgħu jiġu rkuprati jekk jidher ċar li se jkun hemm benefiċċju nett għall-utenti.

(11)

Il-mekkaniżmi ta’ inċentivi li jħeġġu prestazzjoni aħjar għandhom iqisu l-vantaġġ tal-ippremjar jew tal-ippenalizzar tal-prestazzjoni effettiva marbuta mal-livelli ta’ prestazzjoni li kienu mistennija meta ġie adottat il-pjan ta’ prestazzjoni.

(12)

Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tas-SESAR, l-investimenti f’sistemi ġodda u riforma maġġuri tas-sistemi eżistenti tal-ATM, li jkollhom influwenza fuq il-livell ta’ prestazzjoni tan-netwerk Ewropew tal-ATM, għandhom ikunu eliġibbli għall-rkupru tal-ispejjeż permezz ta’ imposti fuq l-utenti jekk dawn ikunu konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, b’mod partikolari, permezz ta’ proġetti komuni kif speċifikati fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jimmodulaw l-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru li jservi bħala inċentiv sabiex l-inġenji tal-ajru jiġu attrezzati bis-sistemi inklużi fil-proġetti komuni.

(13)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u biex jippromwovu l-użu ottimizzat tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimmodulaw aktar l-imposti, filwaqt li jqisu l-livell ta’ konġestjoni tan-netwerk f’żona speċifika jew fuq rotta speċifika f’ħinijiet speċifiċi.

(14)

Il-livell ta’ tariffi imposti b’mod partikolari fuq l-inġenji tal-ajru ħfief ma għandux jiskoraġġixxi l-użu ta’ faċilitajiet u ta’ servizzi meħtieġa għas-sikurezza jew l-introduzzjoni ta’ tekniki u proċeduri ġodda.

(15)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-rati għal kull unità tagħhom kollettivament, b’mod partikolari meta ż-żoni tal-imposti jestendu fuq l-ispazju tal-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed jew meta jkunu parti għal sistema konġunta ta’ imposti fuq ir-rotot.

(16)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-iskema komuni ta’ imposti u sabiex jitnaqqas ix-xogħol amministrattiv u ta’ kontabbiltà, fi ħdan sistema konġunta ta’ imposti fuq ir-rotot l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiġbru l-imposti en route kollettivament permezz ta’ imposta waħda għal kull titjira.

(17)

Il-mezzi legali għandhom jiġu rinfurzati sabiex ikun żgurat il-ħlas immedjat u sħiħ tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru mill-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

(18)

L-imposti li għandhom jiġu applikati għall-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom jiġu stabbiliti u applikati b’mod ġust u trasparenti, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti. Dawn l-imposti għandhom jiġu riveduti fuq bażi regolari.

(19)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (5) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 (6) għandu jiġi mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

(20)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-iżvilupp ta’ skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru pprovduti minn fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru nnominati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u minn fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi, jekk ikunu nnominati skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, għat-traffiku tal-ajru ġenerali ġewwa r-reġjuni EUR u AFI tal-ICAO, fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Ir-Regolaemnt għandu japplika wkoll għall-Maniġer tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (7).

3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru pprovduti fl-ispazju tal-ajru fir-responsabbiltà tagħhom ġewwa reġjuni tal-ICAO oħra, bil-kundizzjoni li jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont dan.

4.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jkunu rċevew il-permess li jipprovdu s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mingħajr ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

5.   Soġġett għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru pprovduti f’ajruporti b’inqas minn 70 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dik id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Barra minn hekk għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“utent tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru” tfisser l-operatur tal-inġenju tal-ajru fil-ħin li t-titjira kienet imwettqa jew, jekk l-identità tal-operatur ma tkunx magħrufa, is-sid tal-inġenju tal-ajru, sakemm ma jipprovax li persuna oħra kienet l-operatur f’dak il-ħin;

(2)

“rappreżentant tal-utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser kwalunkwe persuna jew entità legali li tirrappreżenta l-interessi ta’ kategorija waħda jew ta’ bosta kategoriji ta’ utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(3)

“IFR” tfisser Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (Instrument Flight Rules), kif definiti fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (L-għaxar Edizzjoni — Lulju 2005);

(4)

“VFR” tfisser Regoli tat-Titjir Viżwali (Visual Flight Rules), kif definiti fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (L-għaxar Edizzjoni — Lulju 2005);

(5)

“żona tal-imposti en route” tfisser volum ta’ spazju tal-ajru li għalih huma stabbiliti bażi tal-ispejjeż unika u rata waħdanija għal kull unità;

(6)

“żona tal-imposti tat-terminal” tfisser ajruport jew grupp ta’ ajruporti li għalihom hija stabbilita bażi tal-ispejjeż unika u rata għal kull unità unika;

(7)

“spejjeż iddeterminati” tfisser spejjeż predeterminati minn Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(8)

“perjodu ta’ referenza” tfisser il-perjodu ta’ referenza għall-iskema ta’ prestazzjoni prevista fl-Artikolu 11(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013;

(9)

“moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR” tfisser is-somma ta’ tlugħ u ta’ nżul imwettqa skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti, ikkalkulata bħala l-medja fis-sena fuq it-tliet snin ta’ qabel is-sottomissjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni;

(10)

“dħul ieħor” tfisser dħul miksub minn awtoritajiet pubbliċi, inkluż l-appoġġ finanzjarju minn programmi ta’ assistenza tal-Unjoni bħan-Netwerk Trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Fond ta’ Koeżjoni, dħul miksub minn attivitajiet kummerċjali u/jew, fil-każ tar-rati tat-terminal għal kull unità, dħul miksub minn kuntratti jew minn ftehimiet bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti;

(11)

“pjan ta’ prestazzjoni” tfisser pjan ta’ prestazzjoni ppreparat u adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013;

(12)

“spiża effettiva” tfisser spejjeż effettivament imġarrba f’sena għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru soġġett għal awditjar finali;

(13)

“servizzi CNS, TES u AIS” tfisser servizzi ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni u ta’ sorveljanza, servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru u servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika;

(14)

“spejjeż ta’ ristrutturar” tfisser spejjeż sinifikanti ta’ darba mġarrba mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru waqt il-proċess tar-ristrutturar bl-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u proċeduri ġodda u ta’ mudelli tan-negozju assoċjati biex jistimolaw il-forniment ta’ servizzi integrati fejn l-Istat Membru jixtieq jirkupra l-ispejjeż f’perjodu ta’ referenza wieħed jew aktar. Dawn jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba biex jikkumpensaw l-impjegati, l-għeluq taċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, it-trasferiment ta’ attivitajiet għal postijiet ġodda, u l-kanċellazzjoni ta’ assi u/jew l-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet strateġiċi fil-fornituri tan-navigazzjoni tal-ajru oħrajn.

Artikolu 3

Servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal u servizzi CNS, TES u AIS soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u soġġett għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu qabel ma jibda l-perjodu ta’ referenza jew f’każijiet iġġustifikati matul il-perjodu ta’ referenza, li s-servizzi kollha tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew parti minnhom jew is-servizzi CNS, TES u AIS kollha jew parti minnhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq. F’tali każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu, fir-rigward ta’ dawn is-servizzi li:

(a)

ma jikkalkulawx l-ispejjeż iddeterminati skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ma jiffissawx inċentivi finanzjarji għal dawn is-servizzi fl-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin ta’ kapaċità u ta’ ambjent f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

u, fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal,

(c)

ma jikkalkulawx l-imposti tat-terminal skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

ma jiffissawx rati tat-terminal għal kull unità skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Bl-iskop li jiġi stabbilit li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew tas-servizzi CNS, TES u AIS tagħhom kollha jew parti minnhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni dettaljata imqabbla mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

3.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 19-il xahar qabel il-bidu ta’ perjodu ta’ referenza jew id-data tal-applikazzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, rapport dettaljat dwar il-kontenut u r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dak ir-rapport għandu jkun appoġġat minn evidenza, inkluż id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jekk applikabbli, il-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-fornitur tas-servizzi, id-deskrizzjoni tal-arranġamenti impost fuq il-fornitur tas-servizzi magħżul biex jiżgura li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew is-servizzi CNS, TES u AIS ikunu pprovduti b’mod kosteffiċjenti u l-eżitu tal-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Ir-rapport għandu jipprovdi r-raġunijiet kollha għall-konklużjonijiet tal-Istat Membru.

4.   Fejn il-Kummissjoni taqbel li l-kundizzjonijiet tas-suq ġew stabbiliti skont ir-rekwiżiti tal-Anness I, hi għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat fi żmien erba’ xhur tal-wasla tar-rapport. Dan il-perjodu ta’ erba’ xhur jiġi estiż għal sitt xhur wara li tkun irċeviet ir-rapport, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li evidenza addizzjonali hija meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet tas-suq kienu stabbiliti.

Meta l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet tas-suq mhumiex stabbiliti, hija għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport u f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, tiddeċiedi li l-Istat Membru/i konċernat/i, japplika/w bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed wara konsultazzjoni mal-Istat/i Membru/i konċernat/i.

5.   Ir-rapport tal-Istat Membru u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu validi għat-tul tal-perjodu ta’ referenza konċernat u għandhom ikunu disponibbli pubblikament u referenza għalihom għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Prinċipji tal-iskema komuni tal-imposti

1.   L-iskema komuni ta’ imposti għandha tkun soġġetta għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

2.   L-ispejjeż iddeterminati tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru en route għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ imposti en route applikati għall-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, u/jew permezz ta’ dħul ieħor.

3.   L-ispejjeż iddeterminati tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ imposti tat-terminal applikati għall-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, u/jew permezz ta’ dħul ieħor.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-finanzjar ta’ eżenzjonijiet ta’ ċerti utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru permezz ta’ sorsi oħra ta’ fondi skont l-Artikolu 10.

5.   L-iskema komuni ta’ imposti għandha tipprovdi għal trasparenza u konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru dwar il-bażijiet tal-ispejjeż u dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn is-servizzi differenti.

6.   Id-dħul derivat permezz tal-imposti en route jew tat-terminal stabbiliti skont l-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex ikunu ffinanzjati attivitajiet kummerċjali tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 5

Stabbiliment taż-żoni tal-imposti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni tal-imposti fl-ispazju tal-ajru li jaqa’ fir-responsabbiltà tagħhom fejn is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jiġu pprovduti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru.

2.   Iż-żoni tal-imposti għandhom jiġu ddefiniti b’mod li jkun konsistenti mal-operazzjonijiet u s-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

3.   Żona tal-imposti en route għandha testendi mill-art sal-ispazju tal-ajru ta’ fuq (upper airspace) u għandha tinkludi dak l-ispazju tal-ajru wkoll. F’żoni tat-terminal kumplessi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu żona speċifika fi ħdan żona tal-imposti.

4.   Fejn iż-żoni tal-imposti jestendu fuq l-ispazju tal-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw il-konsistenza u l-uniformità fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ispazju tal-ajru konċernat.

5.   Żona tal-imposti tat-terminal tista’ tiġi modifikata matul perjodu ta’ referenza. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jipprovdu lill-Kummissjoni bl-ispiża rilevanti u bid-dejta dwar it-traffiku sabiex tkun tista’ tibni mill-ġdid serje konsistenti ta’ dejta dwar l-ispejjeż u t-traffiku li tirrifletti s-sitwazzjoni qabel u wara li sseħħ il-bidla, u twettaq kompiti tagħha ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013;

(b)

jikkonsultaw mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u jirrappurtaw il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni;

(c)

jipprovdu valutazzjoni tal-impatt lill-Kummissjoni tal-bidliet fil-miri tal-kosteffiċjenza u tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal u jindikaw kif għandu jitwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni matul il-bqija tal-perjodu ta’ referenza.

KAPITOLU II

L-ISPEJJEŻ TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU

Artikolu 6

Servizzi, faċilitajiet u attivitajiet eliġibbli

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4) għandhom jistabbilixxu l-ispejjeż li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi pprovduti u implimentati skont il-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew, fiż-żoni tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ispejjeż ġenerali amministrattivi, it-taħriġ, l-istudji, it-testijiet u l-provi kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp allokati lil dawn is-servizzi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ispejjeż li ġejjin bħala spejjeż iddeterminati, skont l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, meta dawn iseħħu bħala riżultat tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru:

(a)

l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(b)

l-ispejjeż imġarrba mill-entitajiet ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(c)

l-ispejjeż ġejjin minn ftehimiet internazzjonali.

3.   Skont l-Artikolu 15a (3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, parti mid-dħul li jirriżulta mill-imposti tista’ tintuża għall-finanzjament ta’ proġetti komuni għall-operazzjonijiet relatati man-netwerk, li huma ta’ importanza partikolari għat-titjib fil-prestazzjoni globali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu prattiki ta’ kontabbiltà komprensivi u trasparenti biex ikun żgurat li l-utenti tal-ispazju tal-ajru ma jintalbux iħallsu l-imposti darbtejn. L-ispejjeż iddeterminati li jirriżultaw minn proġett komuni għandhom ikunu identifikati b’mod ċar skont l-Annessi II u VII.

4.   Investimenti f’sistemi tal-ATM ġodda u bidliet maġġuri tas-sistemi tal-ATM eżistenti huma eliġibbli sakemm dawn ikunu konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, u, b’mod partikolari, permezz tal-proġetti komuni speċifikati fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

Artikolu 7

Kalkolu tal-ispejjeż

1.   L-ispejjeż iddeterminati u l-ispejjeż effettivi għandhom jinkludu l-ispejjeż marbuta mas-servizzi, mal-faċilitajiet u mal-attivitajiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti tal-kontabbiltà stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

L-effetti mhux rikorrenti li jirriżultaw mill-introduzzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà jistgħu jinfirxu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn15-il sena.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, l-ispejjeż iddeterminati għandhom jiġu stabbiliti qabel il-bidu ta’ kull perjodu ta’ referenza bħala parti mill-pjan ta’ prestazzjoni għal kull sena kalendarja matul il-perjodu ta’ referenza u f’termini kemm reali kif ukoll nominali. Għal kull sena fil-perjodu ta’ referenza, id-differenza bejn l-ispejjeż iddeterminati espressi f’termini nominali qabel il-perjodu ta’ referenza u l-ispejjeż iddeterminati aġġustati fuq il-bażi tad-differenza bejn l-inflazzjoni effettivament irreġistrata mill-Kummissjoni fil-“Harmonised Index of Consumer Price” tal-Eurostat kif ippubblikat f’April tas-sena n u s-suppożizzjoni tal-inflazzjoni kif speċifikat fil-pjan ta’ prestazzjoni għas-sena ta’ qabel il-perjodu ta’ referenza u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza, għandhom ikunu riportati għas-sena n + 2 għall-kalkolu tar-rata għal kull unità.

L-ispejjeż iddeterminati u l-ispejjeż effettivi għandhom jiġu stabbiliti fil-munita nazzjonali. Fejn tkun ġiet stabbilita żona komuni ta’ imposti b’rata unika għal kull unità għal blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw il-konverżjoni tal-ispejjeż nazzjonali għall-Euro jew għall-munita nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri konċernati sabiex jiġi żgurat li r-rata waħdanija għal kull unità tiġi kkalkulata b’mod trasparenti b’applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol skont dan.

2.   L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqassmu fi spejjeż tal-persunal, spejjeż operattivi oħra, spejjeż ta’ deprezzament, spiża tal-kapital u entrati eċċezzjonali inkluż taxxi u dazji doganali mħallsa li ma jistgħux jiġu rkuprati, u l-ispejjeż l-oħra kollha relatati.

L-ispejjeż tal-persunal għandhom jinkludu r-rimunerazzjoni grossa, il-ħlasijiet tas-sahra, il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-iskemi tas-sigurtà soċjali kif ukoll l-ispejjeż tal-pensjoni u benefiċċji oħra. L-ispejjeż tal-pensjoni jistgħu jiġu kkalkulati billi jintużaw suppożizzjonijiet prudenti bbażati fuq il-governanza tal-iskema jew fuq il-liġi nazzjonali, skont il-każ. Dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu ddettaljati fil-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali.

Spejjeż operattivi oħrajn għandhom jinkludu l-ispejjeż li jirriżultaw mix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi użati biex jiġu pprovduti s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, b’mod partikolari s-servizzi mogħtija esternament, il-persunal estern, il-materjal, l-enerġija, l-utilitajiet, il-kiri ta’ bini, tagħmir u faċilitajiet, il-manutenzjoni, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Fejn fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jixtri servizzi oħra tan-navigazzjoni tal-ajru, il-fornitur tas-servizzi għandu jinkludi l-ispiża effettiva għal dawk is-servizzi fl-ispejjeż operattivi oħrajn tiegħu.

L-ispejjeż ta’ deprezzament għandhom jirrelataw mat-total tal-assi fissi li jkunu qed jitħaddmu għall-iskopijiet tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-assi fissi għandhom jiġu deprezzati skont il-ħajja operattiva mistennija tagħhom, billi jintuża l-metodu ta’ rata fissa applikat għall-ispejjeż tal-assi li jkunu qegħdin jiġu deprezzati. Biex jiġi kkalkulat id-deprezzament tista’ tintuża l-kontabbiltà tal-kosti storiċi jew kurrenti. Il-metodoloġija ma għandhiex tinbidel matul il-perjodu tad-deprezzament u għandha tkun konsistenti mal-ispiża tal-kapital applikata (il-kost nominali tal-kapital għall-kontabbiltà tal-kost storiku u l-kost reali tal-kapital għall-kontabbiltà tal-kosti kurrenti). F’każ li tiġi applikata l-kontabbiltà tal-kost kurrenti, għandhom jingħataw ukoll iċ-ċifri ekwivalenti tal-kontabbiltà tal-kost storiku sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-paragun u l-valutazzjoni.

L-ispiża tal-kapital għandu jkun ugwali għall-prodott matematiku ta’:

(a)

is-somma tal-valur medju nett kontabbli tal-assi fissi u l-aġġustamenti potenzjali tal-assi totali ddeterminati mill-awtorità superviżorja nazzjonali u użati mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, li jkunu qed jitħaddmu jew li jkunu fil-proċess ta’ konstruzzjoni, u l-valur medju tal-assi netti kurrenti, eskluż il-kontijiet li fuqhom hemm l-imgħax, li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru; kif ukoll

(b)

il-medja ppeżata tar-rata tal-imgħax fuq id-djun u tar-redditu fuq l-ekwità (ROE). Għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mingħajr l-ebda kapital ta’ ekwità, il-medja ppeżata għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ redditu applikat għad-differenza bejn it-total tal-assi msemmija fil-punt (a) u d-djun.

L-entrati eċċezzjonali għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta’ darba biss marbutin mal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru matul l-istess sena.

Kull aġġustament li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Istandards tal-Kontabbiltà Internazzjonali għandu jiġi speċifikat fil-pjan ta’ prestazzjoni għall-analiżi mill-Kummissjoni u fl-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta skont l-Anness II.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispiża tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu 2, il-fatturi li għalihom għandu jingħata piż għandhom jiġu bbażati fuq il-proporzjon tal-iffinanzjar permezz tad-dejn jew tal-ekwità. Ir-rata tal-imgħax fuq id-djun għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax medja ppeżata fuq id-djun tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Ir-redditu fuq l-ekwità (ROE) għandu jkun dak ipprovdut fil-pjan ta’ prestazzjoni għall-perjodu ta’ rapportar u għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju finanzjarju effettivament imġarrab mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif ġie vvalutat qabel il-perjodu ta’ referenza.

Meta l-assi ma jkunux jappartjenu lill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, imma jkunu inklużi fil-kalkolu tal-ispiża tal-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż ta’ dawn l-assi ma jiġux irkuprati darbtejn.

4.   Il-kalkolu tal-ispejjeż effettivi jista’ jinkludi l-irkupru tal-ispejjeż ta’ ristrutturar tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li saru f’perjodi ta’ referenza li jippreċedu l-perjodu/i ta’ referenza ta’ rkupru u soġġett għal każ tan-negozju li juri benefiċċju nett għall-utenti maż-żmien.

L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-każ tan-negozju, pjan ta’ rkupru għall-ispejjeż tar-ristrutturar u r-riżultati ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru dwar il-każ tan-negozju u l-pjan ta’ rkupru għall-ispejjeż tar-ristrutturar.

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-benefiċċju nett mistenni għall-utenti maż-żmien huwa ppruvat, hi għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat dwar dan fi żmien ħames xhur minn meta tirċievi s-sottomissjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali.

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-benefiċċju nett mistenni għall-utenti maż-żmien mhuwiex ippruvat, hi għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 fi żmien ħames xhur minn meta tirċievi s-sottomissjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali li l-ispejjeż tar-ristrutturar tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru ma għandhomx jiġu rkuprati u għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat dwar dan.

L-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta dwar l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar u l-benefiċċji netti għall-utenti fir-rapport annwali tiegħu skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

Artikolu 8

Allokazzjoni ta’ spejjeż

1.   L-ispejjeż tas-servizzi, tal-faċilitajiet u tal-attivitajiet eliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 6 għandhom jiġu allokati b’mod trasparenti għaż-żoni tal-imposti li għalihom effettivament ikunu saru.

Fejn l-ispejjeż jirriżultaw f’żoni tal-imposti differenti, huma għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonat fuq il-bażi ta’ metodoloġija trasparenti kif meħtieġ fl-Artikolu 9.

2.   L-ispiża tas-servizzi tat-terminal għandha tkun marbuta mas-servizzi li ġejjin:

(a)

is-servizzi tal-kontroll tal-ajrudromi, is-servizzi tal-informazzjoni fuq it-titjira tal-ajrudromi inklużi s-servizzi ta’ konsulenza dwar it-traffiku tal-ajru, u s-servizzi ta’ twissija;

(b)

is-servizzi tat-traffiku tal-ajru relatati mal-wasla u t-tluq tal-inġenji tal-ajru f’ċertu distanza minn ajruport fuq il-bażi ta’ rekwiżiti operattivi;

(c)

allokazzjoni xierqa tal-komponenti tas-servizzi l-oħra kollha tan-navigazzjoni tal-ajru, li tirrifletti distribuzzjoni proporzjonata bejn is-servizzi en route u s-servizzi tat-terminal.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2 (b) u (c), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, qabel ma jibda kull perjodu ta’ referenza, il-kriterji użati biex jiġu allokati l-ispejjeż bejn is-servizzi tat-terminal u s-servizzi en route għal kull ajruport, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

3.   L-ispiża tas-servizzi en route għandha tkun marbuta mal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 bl-esklużjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Jekk jingħataw eżenzjonijiet għal titjiriet VFR skont l-Artikolu 10, il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jidentifika l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru pprovduti għal titjiriet VFR u għandu jisseparahom mill-ispejjeż ipprovduti għal titjiriet bl-IFR. Dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ metodoloġija tal-kost marġinali li tqis il-benefiċċji għal titjiriet IFR li jirriżultaw mis-servizzi mogħtija lil titjiriet VFR.

Artikolu 9

Trasparenza tal-ispejjeż u tal-mekkaniżmu tal-imposti

1.   L-Istati Membri għandhom, b’mod koordinat, mhux iktar tard minn seba’ xhur qabel ma jibda kull perjodu ta’ referenza, jistiednu lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru għal konsultazzjoni dwar l-ispejjeż iddeterminati, l-investimenti ppjanati, il-previżjonijiet tal-unitajiet tas-servizzi, il-politika tal-imposti u r-rati għal kull unità li jirriżultaw. Dawn għandhom ikunu megħjuna mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-Istati Membri għandhom, b’mod trasparenti, jistabbilixxu l-ispejjeż nazzjonali jew tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru skont l-Artikolu 6 u għandhom jagħmlu disponibbli għar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-Kummissjoni u, fejn applikabbli, għall-Eurocontrol ir-rati tagħhom għal kull unità.

Matul il-perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali u b’mod ikkoordinat, jistiednu lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru għal konsultazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-previżjoni, b’mod speċjali fir-rigward ta’:

(a)

it-traffiku effettiv u l-ispejjeż effettivi meta mqabbla mat-traffiku previst u mal-ispejjeż iddeterminati previsti;

(b)

l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku stabbilit fl-Artikolu 13;

(c)

l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispiża stabbilit fl-Artikolu 14;

(d)

l-iskemi ta’ inċentivi stabbiliti fl-Artikolu 15.

(e)

il-modulazzjoni ta’ imposti stabbiliti fl-Artikolu 16.

Il-konsultazzjoni tista’ tiġi organizzata fuq bażi reġjonali. Ir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom iżommu d-dritt li jitolbu li jinżammu aktar konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjoni mal-utenti għandha tiġi organizzata wkoll b’mod sistematiku wara li jiġi attivat mekkaniżmu ta’ twissija kif stipulat fl-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u dan jiġġenera reviżjoni tal-ispiża/ispejjeż iddeterminata/i għal kull unità.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq it-tabelli ta’ rappurtar u fuq ir-regoli dettaljati stipulati fl-Anness II, VI u VII. Fejn ikun stabbilit skont l-Artikolu 3 li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew is-servizzi CNS, MET u AIS huma soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq it-tabelli ta’ rappurtar u fuq ir-regoli dettaljati stipulati fl-Anness III. Id-dokumentazzjoni rilevanti għandha ssir disponibbli għar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-Kummissjoni, għall-Eurocontrol u għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tliet ġimgħat qabel il-laqgħa ta’ konsultazzjoni. Għall-konsultazzjoni annwali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, id-dokumentazzjoni rilevanti għandha kull sena ssir disponibbli għar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-Kummissjoni, għall-Eurocontrol u għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju.

3.   Sabiex isir ir-rappurtar dwar il-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, l-Istati Membri għandhom sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Eurocontrol, l-ispejjeż effettivament imġarrba matul is-sena preċedenti u d-differenza bejn l-ispejjeż effettivi u l-ispejjeż iddeterminati li jinsabu fil-pjan ta’ prestazzjoni permezz tal-użu tat-tabelli ta’ rappurtar u tar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Anness II, VI u VII. Dawk l-Istati Membri li jkunu ddeċidew li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew is-servizzi CNS, TES u AIS huma soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq skont l-Artikolu 3 għandhom jipprovdu din l-informazzjoni permezz tal-użu tat-tabelli ta’ rappurtar u tar-regoli ddettaljati stipulati fl-Anness III.

KAPITOLU III

L-IFFINANZJAR TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU PERMEZZ TA’ IMPOSTI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU

Artikolu 10

Eżenzjonijiet mill-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-imposti en route:

(a)

it-titjiriet imwettqa permezz ta’ inġenji tal-ajru b’piż tat-tlugħ massimu awtorizzat tiegħu li huwa inqas minn żewġ tunnellati metriċi;

(b)

it-titjiriet VFR/IFR imħallta fiż-żoni tal-imposti fejn jitwettqu esklussivament skont il-VFR u fejn ma jiġux miġbura imposti għal titjiriet VFR;

(c)

it-titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, tal-Monarki renjanti u l-familja immedjata tagħhom, tal-Kapijiet tal-Istat, tal-Kapijiet tal-Gvern, u tal-Ministri tal-Gvern; fil-każijiet kollha, l-eżenzjoni għandha tkun sostanzjata bl-indikatur tal-istatus xieraq jew bil-kumment xieraq fuq il-pjan tat-titjira.

(d)

it-titjiriet ta’ tfittxija u salvataġġ awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-imposti en route:

(a)

it-titjiriet militari mwettqa minn inġenji tal-ajru militari ta’ kwalunkwe pajjiż;

(b)

it-titjiriet ta’ taħriġ imwettqa esklussivament għall-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew grad fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota tat-titjira, fejn dan ikun sostanzjat b’kumment xieraq fuq il-pjan tat-titjira; it-titjiriet iridu jkunu mwettqa biss fl-ispazju tal-ajru tal-Istat Membru konċernat u ma għandhomx iservu għat-trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija, u lanqas għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;

(c)

it-titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop ta’ ċċekkjar jew ta’ ttestjar ta’ tagħmir użat jew intenzjonat li jiġi użat bħala appoġġ tekniku mill-art għan-navigazzjoni tal-ajru, esklużi titjiriet għall-ippożizzjonar mill-inġenju tal-ajru kkonċernat;

(d)

it-titjiriet li jispiċċaw fl-ajruport mnejn l-inġenju tal-ajru jkun telaq u li matulhom ma jkun sar l-ebda nżul intermedju;

(e)

it-titjiriet VFR;

(f)

it-titjiriet umanitarji awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq;

(g)

it-titjiriet tad-dwana u tal-pulizija.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-imposti tat-terminal it-titjiriet imsemmija f’paragrafi 1 u 2.

4.   L-ispejjeż imġarrba għal titjiriet eżentati għandhom ikunu magħmula minn:

(a)

l-ispejjeż tat-titjiriet VFR eżentati kif identifikati fl-Artikolu 8(4) u;

(b)

l-ispejjeż ta’ titjiriet IFR eżentati li għandhom jiġu kkalkulati bħala r-riżultat tal-ispejjeż mġarrba minn titjiriet IFR u l-proporzjon tan-numru ta’ unitajiet ta’ servizzi eżentati man-numru totali ta’ unitajiet tas-servizz, mal-għadd totali ta’ unitajiet ta’ servizzi li jikkonsistu f’unitajiet tas-servizzi fir-rigward ta’ titjiriet IFR, kif ukoll l-unitajiet ta’ servizzi fir-rigward ta’ titjiriet VFR, fejn dawn mhumiex eżentati. L-ispejjeż imġarrba għal titjiriet IFR għandhom ikunu ugwali għall-ispejjeż totali bl-ispejjeż tat-titjiriet VFR imnaqqsa.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jkunu rrimborżati għas-servizzi li pprovdew għal titjiriet eżentati.

Artikolu 11

Kalkolu tal-imposti en route

1.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-iffinanzjar tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru en route permezz ta’ dħul ieħor skont l-Artikolu 4(2), l-imposta en route għal titjira speċifika f’żona tal-imposti en route speċifika għandha tkun ugwali għar-riżultat tal-prodott matematiku tar-rata għal kull unità stabbilita għal dik iż-żona tal-imposti en route u l-unitajiet tas-servizzi en route għal dik it-titjira.

2.   Ir-rata għal kull unità u l-unitajiet tas-servizzi en route għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness IV.

Artikolu 12

Kalkolu tal-imposti tat-terminal

1.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-iffinanzjar tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal permezz ta’ dħul ieħor skont l-Artikolu 4(3), l-imposta tat-terminal għal titjira speċifika f’żona tal-imposti tat-terminal speċifika għandha tkun daqs ir-riżultat tal-prodott matematiku tar-rata għal kull unità stabbilita għal din iż-żona tal-imposti tat-terminal u l-unitajiet tas-servizzi tat-terminal għal dik it-titjira. Għall-finijiet tal-imposti, il-wasla u t-tluq għandhom jingħaddu bħala titjira waħda. L-unità li għandha tingħadd għandha tkun jew it-titjira tal-wasla jew it-titjira tat-tluq.

2.   Ir-rata għal kull unità u l-unitajiet tas-servizzi tat-terminal għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness V.

Artikolu 13

Qsim tar-riskju tat-traffiku

1.   Għandu japplika mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku f’konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

2.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx jiġu sottomessi għall-qsim tar-riskju tat-traffiku u għandhom jirriżultaw f’żieda jew f’tnaqqis ta’ spejjeż iddeterminati f’sena/snin sussegwenti indipendentement mill-evoluzzjoni tat-traffiku:

(a)

l-ispejjeż iddeterminati stabbiliti skont l-Artikolu 6(2), bl-eċċezzjoni tal-ftehimiet relatati mal-forniment ta’ servizzi transfruntiera tat-traffiku tal-ajru;

(b)

l-ispejjeż iddeterminati għal servizzi meteoroloġiċi;

(c)

l-aġġustament minħabba d-differenzi bejn l-inflazzjoni prevista u dik effettiva kif imsemmi fl-Artikolu 7(1);

(d)

l-irkupru tal-ispejjeż ta’ ristrutturar, jekk awtorizzati skont l-Artikolu 7(4);

(e)

ir-riport li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku;

(f)

ir-riporti awtorizzati mill-perjodu ta’ referenza ta’ qabel li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż imsemmi fl-Artikolu 14;

(g)

bonusis jew penali li jirriżultaw minn skemi ta’ inċentivi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 15;

(h)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru b’applikazzjoni tal-Artikolu 16;

(i)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-varjazzjonijiet tat-traffiku;

(j)

għat-tieni perjodu ta’ referenza, l-irkupri żejda jew nieqsa mġarrba mill-Istati Membri sa u inkluża s-sena 2011 fir-rigward tas-servizzi en route u sa u inkluża s-sena 2014 fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-qsim tar-riskju tat-traffiku l-ispejjeż iddeterminati tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li jkunu rċevew il-permess li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mingħajr ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

3.   Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali tal-unitajiet tas-servizzi ma jaqbiżx jew ma jaqax taħt il-previżjoni stabbilita fil-pjan ta’ prestazzjoni għal dik is-sena n b’aktar minn 2 %, id-dħul addizzjonali jew mitluf tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fir-rigward tal-ispejjeż iddeterminati ma għandux jiġi riportat.

4.   Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali tal-unitajiet tas-servizzi jaqbeż il-previżjoni stabbilita fil-pjan ta’ prestazzjoni għal dik is-sena n b’aktar minn 2 %, minimu ta’ 70 % tad-dħul addizzjonali miksub mill-fornitur/i tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kkonċernat/i li jaqbeż it-2 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizzi effettivi u l-previżjoni fir-rigward tal-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-pjan ta’ prestazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti tal-ispejjeż iddeterminati tas-sena n + 2.

Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali tal-unitajiet tas-servizzi ikun inqas mill-previżjoni stabbilita fil-pjan ta’ prestazzjoni għal dik is-sena n b’aktar minn 2 %, massimu ta’ 70 % tat-telf tad-dħul imġarrab mill-fornitur/i tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kkonċernat/i li jaqbeż it-2 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizzi effettivi u l-previżjoni fir-rigward tal-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-pjan ta’ prestazzjoni għandu jirriżulta f’żieda korrispondenti tal-ispejjeż iddeterminati li tibda l-aktar kmieni fis-sena n + 2.

5.   Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali tal-unitajiet tas-servizzi huwa taħt id-90 % tal-previżjoni stabbilita fil-pjan ta’ prestazzjoni għal dik is-sena n, l-ammont sħiħ tat-telf ta’ dħul imġarrab mill-fornitur/i tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kkonċernat/i li jaqbeż l-10 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizzi effettivi u l-previżjoni fir-rigward tal-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-pjan ta’ prestazzjoni għandu jirriżulta f’żieda korrispondenti tal-ispejjeż iddeterminati li tibda l-aktar kmieni fis-sena n + 2.

Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali tal-unitajiet tas-servizzi jaqbeż il-110 % tal-previżjoni stabbilita fil-pjan ta’ prestazzjoni għal dik is-sena n, l-ammont sħiħ ta’ dħul addizzjonali miksub mill-fornitur/i tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kkonċernat/i li jaqbeż l-10 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizzi effettivi u l-previżjoni fir-rigward tal-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-pjan ta’ prestazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti tal-ispejjeż iddeterminati tas-sena n + 2.

6.   Fil-każ tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu għall-ajruporti b’inqas minn 225 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 hawn fuq. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dik id-deċiżjoni fi żmien xahrejn wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Qsim tal-ispejjeż

1.   Għandhom japplikaw mekkaniżmi tal-qsim tal-ispejjeż skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

meta, matul il-perjodu ta’ referenza kollu, l-ispejjeż effettivi jkunu inqas mill-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza, id-differenza li tirriżulta għandha tinżamm mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-Istat Membru jew mill-entità kkwalifikata konċernata;

(b)

meta, matul il-perjodu ta’ referenza kollu, l-ispejjeż effettivi jkunu jaqbżu l-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza, id-differenza li tirriżulta għandha titħallas mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-Istat Membru jew mill-entità kwalifikata konċernata;

2.   L-ispejjeż eżenti mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1(a) u 1(b):

(a)

L-arranġamenti tal-qsim tal-ispejjeż fil-paragrafi 1(a) u 1(b) ma għandhomx japplikaw għad-differenza bejn l-ispejjeż iddeterminati u l-ispejjeż effettivi fir-rigward ta’ entrati ta’ spiża li għalihom il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, tal-Istat Membru jew ta’ entitajiet kwalifikati konċernati ħadu passi raġonevoli u identifikabbli biex jikkontrollawhom iżda li jistgħu jitqiesu lil hinn mill-kontroll tagħhom minħabba:

(i)

bidliet imprevedibbli fil-liġi tal-pensjonijiet nazzjonali, fil-liġi dwar il-kontabbiltà tal-pensjonijiet jew il-kosti tal-pensjoni li jirriżultaw minn kundizzjonijiet mhux previsti fis-swieq finanzjarji;

(ii)

bidliet sinifikanti fir-rati tal-imgħax fuq is-self, li jiffinanzja l-ispejjeż li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(iii)

spejjeż ġodda mhux previsti li ma jkunux koperti fil-pjan ta’ prestazzjoni, iżda li huma meħtieġa mil-liġi;

(iv)

bidliet mhux previsti fil-liġi nazzjonali dwar it-tassazzjoni;

(v)

bidliet mhux previsti fl-ispejjeż jew fid-dħul li joriġinaw minn ftehimiet internazzjonali.

(b)

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1), kull spiża inkluża fil-paragrafu 2(a) għandha tkun determinata mill-awtorità superviżorja nazzjonali u għal kull entrata ta’ spiża l-pjan ta’ prestazzjoni għandu jispeċifika b’rabta mal-perjodu ta’ referenza preċedenti:

(i)

deskrizzjoni sħiħa tal-entrata ta’ spiża;

(ii)

il-kost attribwit għal din l-entrata fil-pjan ta’ prestazzjoni;

(iii)

il-ġustifikazzjoni għaliex l-entrata ta’ spiża huwa meqjus bħala eliġibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2(a) minflok skont il-paragrafi 1(a) u 1(b);

(iv)

l-avvenimenti jew ċirkustanzi esterni sottostanti lil hinn mill-kontroll tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jew tal-entità kkwalifikata konċernata li taw bidu għal varjazzjoni bejn l-ispejjeż effettivi u l-ispejjeż iddeterminati relatati ma’ din l-entrata ta’ spiża;

(v)

azzjonijiet meħuda għall-ġestjoni tar-riskju tal-kost assoċjat ma’ din l-entrata ta’ spiża.

(c)

Id-differenzi bejn l-ispejjeż effettivi u l-ispejjeż iddeterminati fir-rigward ta’ dawn l-entrati għandhom jiġu identifikati u spjegati skont l-Anness VII.2

(d)

Fejn, matul il-perjodu ta’ referenza kollu, bir-riżultat tat-tnaqqis tal-ispejjeż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2(a), l-ispejjeż effettivi jkunu inqas mill-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza, id-differenza li tirriżulta għandha tingħata lura lill-utenti tal-ispazju tal-ajru b’riport għall-perjodu/i ta’ referenza ta’ wara.

(e)

Fejn, matul il-perjodu ta’ referenza kollu, bir-riżultat taż-żieda tal-ispejjeż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2(a), l-ispejjeż effettivi jkunu jaqbżu l-ispejjeż iddeterminati stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza, id-differenza li tirriżulta għandha tiġi ttrasferita għal fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru b’riport għall-perjodu/i ta’ referenza ta’ wara.

(f)

L-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata għandha kull sena tistabbilixxi li l-varjazzjoni tal-ispejjeż attwali meta mqabbla mal-ispejjeż iddeterminati tkun fil-fatt ir-riżultat ta’ avveniment jew ċirkustanza rilevanti kif stipulat fil-paragrafu 2(a) u skont id-dispożizzjoni tal-paragrafu 2(b). B’żieda ma’ dan għandha tivverifika li l-varjazzjoni fl-ispejjeż li għandha tiġi ttrasferita għal fuq l-utenti tkun speċifikament identifikata u kategorizzata. L-awtorità għandha tgħarraf lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandha tirrappurta lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha, fuq bażi annwali. Fejn il-Kummissjoni ssib, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport ta’ valutazzjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, li r-rapport ta’ valutazzjoni ma jistabbilixxix li l-varjazzjoni tal-ispejjeż effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż iddeterminati tkun fil-fatt ir-riżultat ta’ avveniment jew ċirkustanza rilevanti kif stipulat fil-paragrafu 2(a) u skont id-dispożizzjoni tal-paragrafu 2(b), hi għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 li l-Istat/i Membru/i konċernat/i ma għandhomx jitħallew japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fir-rigward tal-varjazzjoni tal-ispejjeż effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż iddeterminati, parzjalment jew kompletament skont il-konklużjonijiet tagħha.

(g)

L-ammont riportat għandu jiġi speċifikat b’fatturi u għandu jiġi deskritt fl-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta skont l-Anness VI.

Artikolu 15

Skemi ta’ inċentivi għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw inċentivi finanzjarji għall-fornituri tagħhom tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni dwar il-kapaċità u jistgħu jadottaw inċentivi finanzjarji bħal dawn fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni dwar l-ambjent skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonsistu f’bonusis għall-issuperar u f’penali għal livelli baxxi milħuqa ta’ miri ta’ prestazzjoni u għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-ispejjeż iddeterminati adottati skont il-livell ta’ prestazzjoni milħuq.

Skemi ta’ inċentivi finanzjarji bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

ir-rata għal kull unità għas-sena n + 2 għandha tiġi aġġustata biex tippermetti li jingħata bonus għall-issuperar tal-livelli jew penali jekk il-livelli ma jintlaħqux skont il-livell effettiv ta’ prestazzjoni tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fis-sena n imqabbel mal-mira rilevanti;

(b)

il-livell applikabbli tal-bonusis u tal-penali għandu jkun jaqbel mal-miri li għandhom jintlaħqu u mal-prestazzjoni li għandha tinkiseb. Ma għandu jkun hemm l-ebda bonus għal prestazzjoni li tkun fil-livell mistenni tal-miri ta’ prestazzjoni jew taħtu;

(c)

il-livell applikabbli tal-bonusis u tal-penali għandu jkun ugwali;

(d)

l-ammont massimu aggregat ta’ bonusis u l-ammont massimu aggregat ta’ penali ma għandux jaqbeż 1 % tad-dħul mis-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fis-sena n,

(e)

il-livelli tal-varjazzjoni fil-prestazzjoni u l-livell applikabbli tal-bonusis u tal-penali għandhom jiġu ddeterminati wara l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jiġu stabbiliti bil-pjan ta’ prestazzjoni;

(f)

fil-każ ta’ miri fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-bonusis u l-penali għandhom jiġu applikati lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru konċernati;

(g)

għall-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni dwar il-kapaċità, il-livelli tal-miri ta’ prestazzjoni jistgħu jiġu aġġustati sabiex ikopru biss kawżi ta’ dewmien relatati mal-kapaċita ATC, mar-routing ATC, mal-persunal ATC, mat-tagħmir ATC, mal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u ma‘ avveniment speċjali bil-kodiċijiet C, R, S, T, M u P tal-manwal tal-utent tal-ATFCM.

2.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni korretta ta’ dawn l-iskemi ta’ inċentivi mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 16

Modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru

1.   L-Istati Membri, wara li ssir l-offerta ta’ konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 9 jistgħu, fil-livell nazzjonali jew tal-blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru u fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, jimmodulaw l-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru mġarrba mill-utenti tal-ispazju tal-ajru biex jirriflettu l-isforzi tagħhom magħmula b’mod partikolari biex:

(a)

jottimizzaw l-użu tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(b)

inaqqsu l-impatt ambjentali tat-titjiriet;

(c)

inaqqsu l-ispejjeż kumplessivi tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u biex iżidu l-effiċjenza tagħhom, b’mod partikolari billi jimmodulaw l-imposti skont il-livell tal-konġestjoni tan-netwerk f’qasam speċifiku jew fuq rotta speċifika f’ċerti ħinijiet.

Il-modulazzjoni ta’ imposti ma għandhiex tirriżulta f’xi tibdil kumplessiv fid-dħul għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Irkupri żejda jew neqsin għandhom jiġu ttrasferiti għall-perjodu ta’ wara.

2.   L-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru jistgħu wkoll jiġu modulati, fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, sabiex tiġi aċċellerata l-utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tas-SESAR. Il-modulazzjoni tista’ b’mod partikolari timmira biex tagħti inċentivi sabiex l-inġenji tal-ajru jiġu attrezzati bis-sistemi inklużi fil-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

3.   Il-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru tfisser varjazzjoni tal-imposta en route u/jew tal-imposta tat-terminal ikkalkulati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 12.

4.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni korretta tal-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 17

Stabbiliment ta’ rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati għal kull unità jiġu stabbiliti għal kull żona tal-imposti fuq bażi annwali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-rati għal kull unità ma għandhomx jiġu mmodifikati matul is-sena.

Ir-rati għal kull unità għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċess li ġej:

(a)

Għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza, ir-rati għal kull unità għas-sena n għandhom jiġu kkalkulati sal-1 ta’ Novembru tas-sena n-1 fuq il-bażi tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità mniżżla fil-pjan ta’ prestazzjoni u l-aġġustamenti stabbiliti fil-paragrafu 2.2 tal-Anness IV u tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(b)

Ir-rati għal kull unità għas-sena n għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju tas-sena n-1 f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 9(1) u 9(2).

(c)

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawn ir-rati għal kull unità mqabbla mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(d)

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-rati għal kull unità jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, hi għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat skont dan fi żmien erba’ xhur wara s-sottomissjoni tar-rati għal kull unità.

(e)

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-rati għal kull unità ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, hi għandha, fi żmien erba’ xhur wara s-sottomissjoni tar-rati għal kull unità, tinforma lill-Istat Membru konċernat skont dan, u l-Istat Membru għandu fi żmien xahar jibgħat lill-Kummissjoni r-rati għal kull unità riveduti.

(f)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol, fejn xieraq, bir-rati għal kull unità għal kull żona tal-imposti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru tas-sena n-1.

Ir-rati għal kull unità għandhom jiġu stabbiliti fil-munita nazzjonali. Fejn Stati Membri li jiffurmaw parti minn blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru jiddeċiedu li jistabbilixxu żona komuni tal-imposti b’rata waħdanija għal kull unità, dik ir-rata għal kull unità għandha tiġi stabbilita f’Euro jew fil-munita nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri konċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol bil-munita applikabbli.

2.   Fejn il-pjanijiet ta’ prestazzjoni jiġu adottati wara l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jibda l-perjodu ta’ referenza jew jiġu riveduti skont l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, ir-rati għal kull unità għandhom fejn ikun meħtieġ jiġu kkalkulati mill-ġdid fuq il-bażi tal-pjan finali adottat jew tal-miżuri korrettivi applikabbli. Għal dan l-għan, u f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u japplikaw ir-rata għal kull unità tagħhom skont il-pjan ta’ prestazzjoni adottat kmieni kemm jista’ jkun matul l-ewwel sena tal-perjodu ta’ referenza jew l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni riveduti. Id-differenza fid-dħul minħabba l-applikazzjoni temporanja tar-rata għal kull unità inizjali għandha tiġi riportata fil-kalkolu tar-rata għal kull unità tas-sena ta’ wara. Għall-ewwel sena tal-perjodu ta’ referenza jew l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni riveduti, il-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku stipulat fl-Artikolu 13 għandu jiġu applikat fuq il-bażi tal-ispejjeż iddeterminati u tal-unitajiet tas-servizzi li jinsabu fl-aħħar pjan ta’ prestazzjoni adottati fl-unitajiet tas-servizzi effettivi tas-sena.

Artikolu 18

Ġbir tal-imposti

1.   L-Istati Membri jistgħu jiġbru l-imposti permezz ta’ imposta unika kull titjira. Fejn l-imposti jiġu ffatturati u jinġabru fuq bażi reġjonali, il-munita tal-ħlas tista’ tkun l-Euro, u rata amministrattiva għal kull unità għall-ispejjeż tal-ħlas u tal-fatturazzjoni tista’ tiżdied mar-rata għal kull unità konċernata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammonti miġbura għan-nom tagħhom jintużaw biex jiffinanzjaw l-ispejjeż iddeterminati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom iħallsu l-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru kollha mal-ewwel u b’mod sħiħ.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati miżuri ta’ infurzar effikaċi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu r-rifjut ta’ servizzi, iż-żamma tal-inġenju tal-ajru jew miżuri oħra ta’ infurzar skont il-liġi applikabbli.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu skont dan ir-Regolament ikunu spjegati b’mod tajjeb u jkunu soġġetti għal proċedura effettiva ta’ reviżjoni u/jew ta’ appell.

Artikolu 20

Faċilitar tal-monitoraġġ tal-konformità

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ mill-awtorità superviżorja nazzjonali jew minn entità kkwalifikata li taġixxi f’isem l-awtorità superviżorja, inklużi ż-żjarat fuq il-post. Il-persuni awtorizzati għandhom ikollhom is-setgħa:

(a)

li jeżaminaw id-dokumenti ta’ kontabbiltà rilevanti, il-kotba tal-assi, l-inventarji u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-istabbiliment tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru;

(b)

li jieħdu kopji ta’ jew estratti minn dan it-tip ta’ dokumenti;

(c)

li jitolbu għal spjegazzjonijiet bil-fomm fuq il-post;

(d)

li jidħlu f’bini, f’art jew f’vetturi rilevanti.

Dawn it-tipi ta’ spezzjonijiet u stħarriġ għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri fis-seħħ fl-Istat Membru fejn se jkunu jitwettqu.

Artikolu 21

Reviżjoni

Ir-reviżjoni mill-Kummissjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 għandha tinkludu mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 13, il-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż previst fl-Artikolu 14, l-iskemi ta’ inċentivi stabbiliti skont l-Artikolu 15, il-modulazzjoni ta’ imposti skont l-Artikolu 16, u l-impatt u l-effettività tagħhom biex jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni stabbiliti.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-tieni perjodu ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u matul dak il-perjodu. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, tkun tista’ ssir l-adozzjoni ta’ miri għall-Unjoni kollha previsti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 qabel il-bidu tat-tieni perjodu ta’ referenza u l-preparazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 l-Artikoli 1(5), 3, 7(4), 9, 14(2)(b)-(f) u 17, kif ukoll l-Annessi ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerkhuwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(4)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.

(6)  ĠU L 333, 17.12.2010, p. 6.

(7)  ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.


ANNESS I

VALUTAZZJONI TAL-EŻISTENZA TA’ KUNDIZZJONIJIET TAS-SUQ GĦALL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU FIT-TERMINAL U/JEW TAS-SERVIZZI CNS, TES U AIS SKONT L-ARTIKOLU 3

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati sabiex jiġi determinat jekk is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal u/jew is-servizzi CNS, TES u AIS humiex ipprovduti skont il-kundizzjonijiet tas-suq huma kif ġej:

1.

Safejn il-fornituri tas-servizzi jistgħu joffru liberament li jipprovdu jew li jirtiraw il-forniment ta’ dawn is-servizzi:

(a)

l-eżistenza jew le ta’ ostakli legali jew ekonomiċi sinifikanti li se jwaqqfu lill-fornitur tas-servizzi milli joffri li jipprovdi jew li jirtira l-forniment ta’ dawn is-servizzi;

(b)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, u

(c)

l-eżistenza ta’ proċedura li tippermetti li l-assi u l-persunal jiġu ttrasferiti minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għal ieħor.

2.

Safejn hemm għażla libera fir-rigward tal-fornitur tas-servizzi, inkluż, fil-każ tal-ajruporti, l-alternattiva li juża l-provvista tiegħu stess (self-supply):

(a)

l-eżistenza jew le ta’ ostakli legali, kuntrattwali jew prattiċi għall-bidla fil-fornitur tas-servizzi jew fil-każ tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal, għall-bidla min-naħa tal-ajruporti favur l-użu tal-provvista tagħhom stess tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(b)

ir-rwol tar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru li jagħżlu l-fornitur tas-servizzi.

3.

Safejn dan jista’ jiġi magħżul minn firxa ta’ fornituri tas-servizzi:

(a)

l-eżistenza ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti pubblika (mhux applikabbli fil-każ ta’ self-supply);

(b)

jekk applikabbli, evidenza ta’ fornituri tas-servizzi alternattivi li jipparteċipaw fi proċess ta’ sejħa għall-offerti u li fil-passat ikunu pprovdew servizzi, inkluża l-għażla ta’ self-supply għall-ajruport.

4.

Għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal, safejn l-ajruporti huma soġġetti għal pressjonijiet tal-ispiża kummerċjali jew tar-regolamentazzjoni bbażata fuq inċentivi:

(a)

jekk l-ajruporti jikkompetux b’mod attiv għan-negozju tal-linji tal-ajru,

(b)

safejn l-ajruporti jħallsu l-imposta tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru,

(c)

jekk l-ajruporti joperawx f’ambjent kompetittiv jew skont inċentivi ekonomiċi maħsuba biex jillimitaw il-prezzijiet jew biex jinċentivaw it-tnaqqis fl-ispejjeż.

5.

Fejn il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal jew is-servizzi CNS, TES u AIS jipprovdi wkoll servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru en route, dawn l-attivitajiet għandhom ikunu soġġetti għal kontabbiltà u rappurtar separati.

6.

Għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal, il-valutazzjoni f’dan l-Anness għandha ssir fil-livell ta’ kull ajruport individwali, kif xieraq.


ANNESS II

TRASPARENZA TAL-ISPEJJEŻ U L-ISPEJJEŻ GĦAL KULL UNITÀ

1.   IT-TABELLA TA’ RAPPURTAR

L-Istati Membri kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jimlew it-tabella ta’ rappurtar f’dan l-Anness għal kull żona tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll tabella ta’ rappurtar ikkonsolidata għal kull żona tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Għandha timtela tabella kkonsolidata għal kull ajruport li huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għall-ajruporti b’inqas minn 70 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena kkalkulati bħala l-medja fuq it-tliet snin ta’ qabel, l-ispejjeż jistgħu jiġu ppreżentati b’mod konsolidat.

Meta żona tal-imposti tkun testendi fuq l-ispazju tal-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom jimlew it-tabella b’mod konġunt skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5(4).

L-ispejjeż effettivi għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontijiet awditjati tal-aħħar tas-sena. L-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-pjan tan-negozju meħtieġ miċ-ċertifikat u għandhom jiġu rrappurtati fil-munita li fiha jkunu stabbiliti skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(1).

L-unitajiet tas-servizzi reali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi taċ-ċifri pprovduti mill-entità li qed tagħmel il-kontijiet għall-imposti u tiġborhom. Kwalunkwe varjazzjoni minn dawn iċ-ċifri għandha tkun debitament iġġustifikata fl-informazzjoni addizzjonali.

Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta’ miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, u mingħajr preġudizzju għall-pjanijiet ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu adottati, l-Istati Membri kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jimlew tabella ta’ rappurtar biċ-ċifri tal-previżjoni inizjali dsatax-il xahar qabel ma jibda l-perjodu ta’ referenza.

Tabella 1 -   Spejjeż totali u Spejjeż għal kull Unità

Isem taż-żona tal-imposti

Munita

Isem l-entità:

 

Perjodu ta' referenza : N - N+4

 

 

 

Spejjeż iddeterminati (pjan ta' prestazzjoni)

 

Spejjeż effettivi

 

Dettalji tal-ispiża

 

N

N+1

N+2

N+3

N+4

 

N

N+1

N+2

N+3

N+4

1.   Detall skont in-natura (f'termini nominali)

1.1

Persunal

1.2

Spejjeż operattivi oħrajn (1)

1.3

Deprezzament

1.4

Spiża tal-kapital

1.5

Entrati eċċezzjonali

1.6

Spejjeż totali

Total

% n/n-1

Persunal

% n/n-1

Spejjeż op. oħrajn

% n/n-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Detall skont is-servizz (f'termini nominali)

2.1

Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM)

2.2

Komunikazzjoni (2)

2.3

Navigazzjoni (2)

2.4

Sorveljanza (2)

2.5

Tfittxija u salvataġġ

2.6

Informazzjoni ajrunawtika (2)

2.7

Servizzi meteoroloġiċi (2)

2.8

Spejjeż ta' superviżjoni

2.9

Spejjeż oħra tal-Istat (1)

2.10

Spejjeż totali

Total

% n/n-1

ATM

% n/n-1

CNS

% n/n-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.   Informazzjoni komplementari (f'termini nominali)

Bażi tal-assi medja

3.1

Valur nett kontabbli tal-assi fissi

3.2

Aġġustamenti tal-assi totali

3.3

Assi kurrenti netti

3.4

Bażi tal-assi totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spiża tal-kapital %

3.5

Spiża tal-kapital qabel it-taxxa

3.6

Redditu fuq l-ekwità

3.7

Medja tal-imgħax fuq djun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spiża tal-proġetti komuni

3.8

Spejjeż totali tal-proġetti komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża (l-Artikolu 14(2)(b))

3.9

Spejjeż totali eżentati mill-qsim tal-ispiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   Spejjeż totali wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tas-servizzi għal titjiriet eżentati (f'termini nominali)

4.1

Spejjeż għal titjiriet VFR eżentati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2

Spejjeż iddeterminati/effettivi totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   Indikatur ta' Prestazzjoni Ewlieni dwar il-Kosteffiċjenza - Spiża ddeterminata/effettiva għal kull Unità (f'termini reali)

5.1

Inflazzjoni % (3)

5.2

Indiċi tal-prezz (4)

5.3

Spejjeż totali f'termini reali  (5)

Total

% n/n-1

5.4

Unitajiet tas-Servizzi totali

Total

% n/n-1

5.5

Spiża kull unità

Total

% n/n-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Entrati tal-ispejjeż u tal-bażi tal-assi f'000 - Unitajiet tas-servizzi f'000

2.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Minbarra dan, l-Istati Membri kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-faċilitajiet jew tas-servizzi bejn servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru differenti fuq il-bażi tal-lista tal-faċilitajiet u tas-servizzi elenkati fil-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew (Dokument 7754) u deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati dawk l-ispejjeż bejn żoni tal-imposti differenti;

(b)

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet użati biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru pprovduti għal titjiriet VFR, meta jingħataw eżenzjonijiet għal titjiriet VFR skont l-Artikolu 10;

(c)

b’żieda mal-Artikolu 7(2), deskrizzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Istandards tal-Kontabbiltà Internazzjonali;

(d)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-metodu adottat għall-kalkolu tal-ispejjeż ta’ deprezzament: spejjeż storiċi jew spejjeż kurrenti. Meta tiġi adottata l-kontabbiltà tal-kosti kurrenti, l-għoti ta’ dejta komparabbli dwar l-ispejjeż storiċi;

(e)

ġustifikazzjoni tal-ispiża tal-kapital, inkluż il-komponenti tal-bażi tal-assi, l-aġġustamenti possibbli tal-assi totali u r-redditu fuq l-ekwità;

(f)

spejjeż totali għal kull ajruport għall-ajruporti kollha b’inqas minn 70 000 movimenti tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena, meta dawn huma pprovduti b’mod konsolidat fit-tabella ta’ rappurtar;

(g)

definizzjoni tal-kriterji użati biex l-ispejjeż jiġu allokati bejn is-servizzi tat-terminal u s-servizzi en route għal kull ajruport fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(h)

tqassim tal-ispejjeż meteoroloġiċi bejn spejjeż diretti u “spejjeż prinċipali tal-MET” iddefiniti bħala l-ispejjeż tal-appoġġ ta’ faċilitajiet u servizzi meteoroloġiċi li jservu wkoll għar-rekwiżiti meteoroloġiċi b’mod ġenerali. Dawn jinkludu l-analiżijiet u l-previżjoni ġenerali, in-netwerks tal-osservazzjoni ta’ wiċċ l-art u tal-ajru ta’ fuq, is-sistemi ta’ komunikazzjoni meteoroloġiċi, iċ-ċentri tal-ipproċessar tad-dejta u l-appoġġ tar-riċerka ta’ bażi, tat-taħriġ u tal-amministrazzjoni;

(i)

deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-ispejjeż kollha tal-MET u l-ispejjeż prinċipali tal-MET għall-avjazzjoni ċivili u bejn iż-żoni tal-imposti;

(j)

kif mitlub fil-punt 1, dsatax-il xahar qabel ma jibda perjodu ta’ referenza, deskrizzjoni tal-ispejjeż u tat-traffiku previsti rrappurtati;

(k)

deskrizzjoni tal-ispejjeż effettivi rrappurtati u d-differenza bejn l-ispejjeż iddeterminati, għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza;

(l)

deskrizzjoni ta’ unitajiet tas-servizzi effettivi rrappurtati u d-differenzi kemm imqabbla mal-previżjoni kif ukoll imqabbla maċ-ċifri pprovduti mill-Eurocontrol, kif xieraq, għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza;

(m)

għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza, id-differenza bejn l-investimenti tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru rreġistrati fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni u l-infiq effettiv, kif ukoll id-differenza bejn id-data ppjanata għall-bidu tal-operat ta’ dawn l-investimenti u s-sitwazzjoni reali.


(1)  Inklużi l-ispejjeż tal-EUROCONTROL (ara d-dettalji fit-Tabella 3).

(2)  Jitħalla vojt meta servizzi bħal dawn jiġu fornuti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3

(3)  Inflazzjoni effettiva/prevista użata għall-istabbiliment tal-ispejjeż iddeterminati f'termini nominali – inflazzjoni effettiva/prevista riveduta

(4)  

Indiċi tal-prezz previst - bażi 100 fis-sena N-3

inflazzjoni N-2 :

inflazzjoni N-1:

Indiċi tal-prezz reali - bażi 100 fis-sena N-3

inflazzjoni N-2 :

inflazzjoni N-1:

(5)  Spejjeż iddeterminati (pjan ta' prestazzjoni) f'termini reali – spejjeż effettivi/previsti riveduti bil-prezzijiet ta' N-3


ANNESS III

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ TRASPARENZA GĦAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU PPROVDUTI SKONT IL-KUNDIZZJONIJIET TAS-SUQ

Informazzjoni żvelata fl-applikazzjoni ta’ dan l-Anness għandha tkun kunfidenzali għall-Kummissjoni u ma għandhiex tkun disponibbli pubblikament.

1.   L-ISPEJJEŻ TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU

1.1.   Tabella ta’ rappurtar

L-Istati Membri għandhom jimlew it-tabelli ta’ rappurtar f’dan l-Anness. It-tabelli A u B għandhom jimtlew għaż-żona tal-imposti kollha kemm hi, bl-eċċezzjoni fil-każ tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fit-terminal, it-Tabella B dwar il-prezzijiet għandha timtela għal kull ajruport fejn is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru huma pprovduti skont il-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żona tal-imposti tat-terminal taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Għat-Tabella A, iċ-ċifri għandhom ikunu ċ-ċifri reali għas-sena (n-3) sas-sena (n-1) u ċ-ċifri ppjanati għas-sena (n) ‘il quddiem. L-ispejjeż effettivi għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontijiet awditjati tal-aħħar tas-sena. L-ispejjeż ippjanati għandhom ikunu stabbiliti skont il-pjan tan-negozju meħtieġ miċ-ċertifikat.

Għat-Tabella B, il-prezz annwali għandu jirrifletti l-valur tal-kuntratt. L-unità ta’ produzzjoni kkunsidrata sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-kuntratt għandha tiġi deskritta u rrappurtata fit-tabella mill-Istat Membru konċernat.

L-ispejjeż u l-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti fil-munita nazzjonali.

Tabella A

Organizzazzjoni:

Żona tal-imposti:

 

Sena

n

 

 

 

(n-3)

A

(n-2)

A

(n-1)

A

(n) F

(n+1)

F

(n+2)

P

(n+3)

P

(n+4)

P

(n+5)

P

Dettall skont in-natura

Persunal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż operattivi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deprezzament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spiża tal-kapital

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Entrati eċċezzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella B

Organizzazzjoni:

Żona tal-imposti:

Isem l-ajruport:

 

Sena

n

 

 

Ajruport i

(n-3)

(n-2)

(n-1)

(n)

(n+1)

(n+2)

(n+3)

(n+4)

(n+5)

Prezz Annwali (a)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Unità ta' Produzzjoni (b)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prezz ta' Unità

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2.   Informazzjoni addizzjonali

Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-kriterji użati biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-faċilitajiet jew tas-servizzi bejn is-servizzi differenti tan-navigazzjoni tal-ajru fuq il-bażi tal-lista tal-faċilitajiet u s-servizzi mniżżlin fil-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew (id-Dokument 7754);

(b)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tad-differenzi bejn iċ-ċifri ppjanati u dawk reali għas-sena (n-1) fir-rigward tad-dejta kollha pprovduta fit-tabelli A u B;

(c)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-ispejjeż u l-investimenti ppjanati fuq ħames snin b’rabta mat-traffiku mistenni;

(d)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-metodu adottat biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż tad-deprezzament: l-ispejjeż storiċi jew l-ispejjeż attwali;

(e)

ġustifikazzjoni għall-ispiża tal-kapital, inklużi l-komponenti tal-bażi tal-assi.

2.   L-IFFINANZJAR TAS-SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-mod jew tal-modi li bihom l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jiġu ffinanzjati b’rabta ma’ kull żona tal-imposti.


ANNESS IV

KALKOLU TAL-UNITAJIET TAS-SERVIZZI EN ROUTE U TAR-RATI GĦAL KULL UNITÀ

1.   Il-kalkolu tal-unitajiet tas-servizzi en route

1.1.

L-unità tas-servizzi en route għandha tiġi kkalkulata billi jiġu mmultiplikati l-fattur tad-distanza u l-fattur tal-piż għall-inġenju tal-ajru konċernat. It-total tal-unitajiet tas-servizzi en route għandu jikkonsisti fit-total tal-unitajiet tas-servizzi fir-rigward tat-titjiriet IFR, kif ukoll l-unitajiet tas-servizzi fir-rigward tat-titjiriet VFR, fejn dawn mhumiex eżentati skont l-Artikolu 10.

1.2.

Il-fattur tad-distanza għandu jinkiseb billi jiġi diviż b’mija n-numru ta’ kilometri ta’ titjir fid-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn il-punt ta’ dħul u l-punt ta’ ħruġ taż-żoni tal-imposti, skont l-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat mill-inġenju tal-ajru konċernat għall-iskopijiet tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

1.3.

Jekk il-punt tal-ħruġ u tad-dħul ta’ titjira waħda jkunu identiċi f’żona tal-imposti, il-fattur tad-distanza għandu jkun ugwali għad-distanza fid-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn dawn il-punti u l-punt l-aktar imbiegħed tal-pjan tat-titjira mmultiplikata bi tnejn.

1.4.

Id-distanza li għandha titqies għandha titnaqqas b’20 kilometru għal kull tluq minn u għal kull wasla fit-territorju ta’ Stat Membru.

1.5.

Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda sa żewġ punti deċimali, għandu jkun l-għerq kwadrat tal-kwozjent miksub meta jiġi diviż b’ħamsin in-numru ta’ tunnellati metriċi fil-piż tat-tlugħ massimu ċċertifikat tal-inġenju tal-ajru kif muri fiċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor ekwivalenti pprovdut mill-operatur tal-inġenju tal-ajru. Fejn dan il-piż ma jkunx magħruf, il-piż tal-itqal inġenju tal-ajru tal-istess tip magħruf li jeżisti għandu jintuża. F’każ fejn inġenju tal-ajru jkollu aktar minn piż tat-tlugħ massimu wieħed iċċertifikat, għandu jintuża l-akbar wieħed. Fejn operatur ta’ inġenju tal-ajru jopera żewġ inġenji tal-ajru jew aktar li huma verżjonijiet differenti tal-istess tip, il-medja tal-piżijiet tat-tlugħ massimi tal-inġenji tal-ajru kollha tiegħu ta’ dak it-tip għandha tintuża għal kull inġenju tal-ajru ta’ dak it-tip. Il-kalkolu tal-fattur tal-piż għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru u għal kull operatur għandu jiġi maħdum tal-inqas darba fis-sena.

2.   Il-kalkolu tar-rati għal kull unità en route

2.1.

Ir-rata għal kull unità en route għandha tiġi kkalkulata qabel il-bidu ta’ kull sena tal-perjodu ta’ referenza.

2.2.

Din għandha tiġi kkalkulata billi t-total mistenni ta’ unitajiet tas-servizzi en route għas-sena rilevanti kif definit fil-pjan ta’ prestazzjoni jiġi diviż bis-somma alġebrajka tal-elementi li ġejjin:

(i)

l-ispejjeż iddeterminati, espressi f’termini nominali, tas-sena rilevanti kif definit fil-pjan ta’ prestazzjoni,

(ii)

l-applikazzjoni tad-differenza bejn l-inflazzjoni prevista u dik effettiva msemmija fl-Artikolu 7(1),

(iii)

l-irkupru tal-ispejjeż ta’ ristrutturar, jekk awtorizzati skont l-Artikolu 7(4),

(iv)

ir-riporti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-qsim tar-riskju tat-traffiku kif imsemmi fl-Artikolu 13,

(v)

ir-riporti awtorizzati mill-perjodu ta’ referenza ta’ qabel li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-qsim tal-ispejjeż imsemmi fl-Artikolu 14,

(vi)

il-bonusis u l-penali li jirriżultaw mill-iskemi ta’ inċentivi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 15,

(vii)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru b’applikazzjoni tal-Artikolu 16;

(viii)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-varjazzjonijiet tat-traffiku,

(ix)

għall-ewwel żewġ perjodi ta’ referenza, l-irkupri żejda jew nieqsa mġarrba mill-Istati Membri sa u inkluża s-sena 2011,

(x)

tnaqqis ta’ dħul ieħor.


ANNESS V

KALKOLU TAL-UNITAJIET TAS-SERVIZZI TAT-TERMINAL U TAR-RATI GĦAL KULL UNITÀ

1.   Il-kalkolu tal-unitajiet tas-servizzi tat-terminal

1.1.

L-unità tas-servizzi tat-terminal għandha tkun ugwali għall-fattur tal-piż għall-inġenju tal-ajru kkonċernat.

1.2.

Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda sa żewġ punti deċimali, għandu jkun il-kwozjent miksub billi jiġi diviż b’ħamsin in-numru ta’ tunnellati metriċi fl-ogħla piż massimu ċċertifikat tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru, imsemmi fil-punt 1.5 tal-Anness IV, immultiplikat bih innifsu għal 0.7 darbiet.

2.   Il-kalkolu tar-rati għal kull unità tat-terminal

2.1.

Ir-rata għal kull unità tat-terminal għandha tiġi kkalkulata qabel il-bidu ta’ kull sena tal-perjodu ta’ referenza.

2.2.

Din għandha tiġi kkalkulata billi t-total previst ta’ unitajiet tas-servizzi tat-terminal għas-sena rilevanti kif definit fil-pjan ta’ prestazzjoni jiġi diviż bis-somma alġebrajka tal-elementi li ġejjin:

(i)

l-ispejjeż iddeterminati, espressi f’termini nominali, tas-sena rilevanti kif definit fil-pjan ta’ prestazzjoni;

(ii)

l-aġġustament tad-differenza bejn l-inflazzjoni prevista u dik effettiva kif imsemmija fl-Artikolu 7(1);

(iii)

l-irkupru tal-ispejjeż ta’ ristrutturar, jekk awtorizzati skont l-Artikolu 7(4);

(iv)

ir-riporti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-qsim tar-riskju tat-traffiku msemmi fl-Artikolu 13, jekk applikabbli;

(v)

ir-riporti awtorizzati mill-perjodu ta’ referenza ta’ qabel li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-qsim tal-ispejjeż imsemmi fl-Artikolu 14;

(vi)

il-bonusis u l-penali li jirriżultaw mill-iskemi ta’ inċentivi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 15;

(vii)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru b’applikazzjoni tal-Artikolu 16;

(viii)

l-irkupri żejda jew nieqsa li jistgħu jirriżultaw mill-varjazzjonijiet tat-traffiku;

(ix)

għall-ewwel żewġ perjodi ta’ referenza, l-irkupri żejda jew nieqsa imġarrba mill-Istati Membri sa u inkluża s-sena 2014;

(x)

tnaqqis ta’ dħul ieħor.


ANNESS VI

MEKKANIŻMU TAL-IMPOSTI

1.   TABELLA TA’ RAPPURTAR

L-Istati Membri kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jimlew it-tabella ta’ rappurtar f’dan l-Anness għal kull żona tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll tabella kkonsolidata għal kull żona tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Meta żona tal-imposti tkun testendi fuq l-ispazju tal-ajru ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawn l-Istati Membri għandhom jimlew it-tabella b’mod konġunt skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(4).

Tabella 2 -   Kalkolu tar-rata għal kull unità

Isem taż-żona tal-imposti :

Isem l-entità:

 

Perjodu ta' referenza : N - N+4

 

 

Kalkolu tar-rata għal kull unità

N

N+1

N+2

N+3

N+4

 

1.   Spejjeż iddeterminati f'termini nominali u aġġustament tal-inflazzjoni

1.1

Spejjeż iddeterminati f'termini nominali - VFR esklużi - Tabella 1

1.2

Rata ta' inflazzjoni effettiva - Tabella 1

1.3

Rata ta' inflazzjoni prevista - Tabella 1

1.4

Aġġustament tal-inflazzjoni (1) : l-ammont tas-sena n għandu jiġi riportat

 

 

 

 

 

2.   Totali ta' unitatijiet tas-servizz previsti u effettivi

2.1

Unitajiet tas-servizzi previsti totali (pjan ta' prestazzjoni)

2.2

Unitajiet tas-servizzi effettivi totali

2.3

Unitajiet tas-servizzi effettivi/previsti totali (f'%)

 

 

 

 

 

3.   Spejjeż soġġetti għall-qsim tar-riskju tat-traffiku

3.1

Spejjeż iddeterminati f'termini nominali- VFR esklużi (irrappurtati mit-Tabella 1)

3.2

Aġġustament tal-inflazzjoni : ammont riportat għas-sena n

3.3

Traffiku : ammonti riportati għas-sena n

3.4

Qsim tar-riskju tat-traffiku : dħul addizzjonali riportat għas-sena n

3.5

Qsim tar-riskju tat-traffiku : telf ta' dħul riportat għas-sena n

3.6

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża : ammonti riportati għas-sena n

3.7

Bonus jew penali għall-prestazzjoni

3.8

Irkupri żejda(-) jew nieqsa(+) (2) : ammonti riportati għas-sena n

3.9

Total għall-kalkolu tar-rata għal kull unità tas-sena n

3.10

Qsim tar-riskju tat-traffiku : dħul addizzjonali tas-sena n għandu jiġi riportat

3.11

Qsim tar-riskju tat-traffiku : telf ta' dħul tas-sena n għandu jiġi riportat

3.12

Irkupri żejda/nieqsa mill-varjazzjonijiet tat-traffiku għandhom jiġu riportati

 

 

 

 

 

Parametri għall-qsim tar-riskju tat-traffiku

3.13

% dħul addizzjonali ritornat lill-utenti fis-sena n+2

3.14

% telf ta' dħul imġarrab mill-utenti tal-ispazju tal-ajru

 

 

 

 

 

4.   Spejjeż mhux soġġetti għall-qsim tar-riskju tat-traffiku

4.1

Spejjeż iddeterminati f'termini nominali - VFR esklużi (Tabella 1)

4.2

Aġġustament tal-inflazzjoni: ammont riportat għas-sena n

4.3

Traffiku : ammonti riportati għas-sena n

4.4

Spejjeż eżentati mill-qsim tar-riskju : ammonti riportati għas-sena n

4.5

Spejjeż ta' ristrutturar : ammonti riportati għas-sena n

4.6

Irkupri żejda(-) jew nieqsa(+) (2) : ammonti riportati għas-sena n

4.7

Total għall-kalkolu tar-rata għal kull unità tas-sena n

4.8

Irkupri żejda/nieqsa minn varjazzjonijiet tat-traffiku tas-sena n għandhom jiġu riportati

 

 

 

 

 

5.   Dħul ieħor - rata għal kull unità applikata (fil-munita nazzjonali)

5.1

Total ta' dħul ieħor

5.3

li minnhom programmi ta' assistenza tal-Unjoni

5.4

li minnhom iffinanzjar pubbliku nazzjonali

5.5

Attivitajiet kummerċjali

5.6

Dħul ieħor li ma jidhirx hawn fuq

5.7

Total globali għall-kalkolu tar-rata għal kull unità tas-sena n

5.8

Rata għal kull unità tas-sena n (fil-munita nazzjonali)

5.9

Komponent ANSP tar-rata għal kull unità

5.10

Komponent MET tar-rata għal kull unità

5.11

Komponent NSA-Stat tar-rata għal kull unità

5.12

Rata għal kull unità tas-sena n li kienet tkun tapplika mingħajr dħul ieħor

 

 

 

 

 

Spejjeż, dħul u ammonti oħra f'000 ta' Euro - Unitajiet tas-servizzi f'000

2.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Minbarra dan, l-Istati Membri konċernati għandhom jiġbru u jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-istabbiliment taż-żoni tal-imposti differenti u r-raġuni fundamentali għal dan l-istabbiliment, b’mod partikulari fir-rigward taż-żoni tal-imposti tat-terminal u l-ikkostjar biż-żejjed jew bin-nieqes li jista’ jkun hemm bejn l-ajruporti;

(b)

deskrizzjoni tal-politika dwar l-eżenzjonijiet u deskrizzjoni tal-mezzi ta’ finanzjament biex ikopru l-ispejjeż relatati;

(c)

deskrizzjoni tal-entrati l-oħra ta’ dħul, jekk ikun hemm, imqassma bejn id-diversi kategoriji indikati fl-Artikolu 2(10);

(d)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-inċentivi applikati għall-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tiegħu;

(e)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni tal-ajru applikati skont l-Artikolu 16.


(1)  Impatt kumulat tad-differenzi annwali bejn l-inflazzjoni effettiva u prevista – aġġustament tal-ispejjeż iddeterminati totali

(2)  Irkupri żejda/nieqsa mġarrba sas-sena tad-dħul fis-seħħ tal-metodu tal-ispiża ddeterminata


ANNESS VII

INFORMAZZJONI KOMPLEMENTARI

1.   TABELLA TA’ RAPPURTAR

L-Istati Membri għandhom jimlew it-tabella ta’ rappurtar f’dan l-Anness għal kull żona tal-imposti taħt ir-responsabbiltà tagħhom u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza.

Tabella 3 -   Informazzjoni Komplementari

Isem taż-żona tal-imposti

 

Perjodu ta' referenza : N - N+4

 

PARTI A:

Informazzjoni komplementari dwar spejjeż

 

N

N+1

N+2

N+3

N+4

N

N+1

N+2

N+3

N+4

 

 

Spejjeż iddeterminati (pjan ta' prestazzjoni)

Spejjeż effettivi

Spejjeż tal-Eurocontrol

1.1

Spejjeż tal-EUROCONTROL (f'Euro)

1.2

Rata tal-kambju (jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spiża tal-proġetti komuni

2.1

Spejjeż totali tal-proġetti komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2

Proġett komuni 1

2.3

Proġetti komuni 2

2.4

Proġett komuni …

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-arranġaemnti tal-qsim tal-ispiża - l-Artikolu 14(2)(b) (skont in-natura)

3.1

Persunal

3.2

Spejjeż operattivi oħrajn

3.3

Deprezzament

3.4

Spiża tal-kapital

3.5

Entrati eċċezzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6

Total ta' Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-arranġamenti tal-qsim tal-ispiża - l-Artikolu 14(2)(b) (skont il-fattur/l-entrata)

3.7

Pensjoni

3.8

Rati ta' mgħax fuq self

3.9

Liġi nazzjonali dwar it-tassazzjoni

3.10

Entrata ta' spiża ġdida meħtieġa skont il-liġi

3.11

Ftehimiet internazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.12

Total ta' Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż ta' ristrutturar, jekk awtorizzati skont l-Artikolu 7(4)

Spejjeż ippjanati (każ tan-negozju)

Spejjeż effettivi (għall-informazzjoni)

4.1

Total ta' Spejjeż ta' ristrutturar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI B:

Informazzjoni komplementari dwar l-aġġustamenti

 

Ammonti

Total C/O

Qabel RP

N

N+1

N+2

N+3

N+4

After RP

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N+1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N+2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N+3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tal-inflazzjoni tas-Sena N+4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Aġġustament tal-Inflazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N+1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N+2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N+3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ fuq il-varjazzjonijiet tat-traffiku tas-Sena N+4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Aġġustament tat-Traffiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-SenaN-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Aġġustament tad-Dħul tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku tas-Sena N+2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Aġġustament tat-Telf tal-Qsim tar-Riskju tat-Traffiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża tas-Sena N-5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża tas-Sena N-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża tas-Sena N-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża tas-Sena N-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża tas-Sena N-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Spejjeż eżentati mill-qsim tal-ispiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2005

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2006

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2009

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2010

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2012 (TNC biss)(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2013 (TNC biss)(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkupri żejda-nieqsa qabel l-ispejjeż iddeterminati tas-Sena 2014 (TNC biss)(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' riporti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

tqassim tal-ispejjeż tal-proġetti komuni għal kull proġett individwali;

(b)

deskrizzjoni tal-ammonti li jirriżultaw minn fatturi tal-ispejjeż li ma jistgћux jiġu kkontrollati skont in-natura u l-fattur tagħhom, inkluż ir-raġuni u l-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti;

(c)

deskrizzjoni tar-riporti tal-irkupri żejda jew nieqsa mġarrba mill-Istati Membri sas-sena 2011 għall-imposti en route u sas-sena 2014 għall-imposti tat-terminal;

(d)

deskrizzjoni tar-riporti li jirriżultaw mill-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku skont l-Artikolu 13;

(e)

deskrizzjoni tar-riporti li jirriżultaw mill-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż skont l-Artikolu 14(2).