28.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/48


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 298/2013

tas-27 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, entitajiet u korpi fiżiċi jew ġuridiċi.

(2)

Fit-23 ta’ Lulju 2012 u t-18 ta’ Frar 2013, il-Kunsill ikkonkluda li referendum kostituzzjonali paċifiku u kredibbli fiż-Żimbabwe jirrappreżenta progress importanti bi tħejjija għall-elezzjonijiet demokratiċi, li jiġġustifika sospensjoni immedjata tal-maġġoranza tal-miżuri li jifdal tal-UE li huma mmirati u restrittivi kontra ċerti individwi u entitajiet.

(3)

Fid-dawl tar-riżultat tar-referendum kostituzzjonali fiż-Żimbabwe tas-16 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi li japplikaw għall-maġġoranza tal-individwi u l-entitajiet elenkati fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Is-sospensjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni mill-Kunsill kull tliet xhur fid-dawl tas-sitwazzjoni fuq il-post.

(4)

Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 hija sospiża sal-20 ta’ Frar 2014 sa fejn dan japplika għal persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Is-sospensjoni għandha tiġi riveduta kull tliet xhur

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.


ANNESS

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

1.

Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna

2.

Buka (a.k.a. Bhuka), Flora

3.

Bvudzijena, Wayne

4.

Charamba, George

5.

Chidarikire, Faber Edmund

6.

Chigwedere, Aeneas Soko

7.

Chihota, Phineas

8.

Chinamasa, Patrick Anthony

9.

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

10.

Chinotimba, Joseph

11.

Chipwere, Augustine

12.

Chombo, Ignatius Morgan Chiminya

13.

Dinha, Martin

14.

Goche, Nicholas Tasunungurwa

15.

Gono, Gideon

16.

Gurira, Cephas T.

17.

Gwekwerere, Stephen (alias Steven)

18.

Kachepa, Newton

19.

Karakadzai, Mike Tichafa

20.

Kasukuwere, Saviour

21.

Kazangarare, Jawet

22.

Khumalo, Sibangumuzi

23.

Kunonga, Nolbert (a.k.a. Nobert)

24.

Kwainona, Martin

25.

Langa, Andrew

26.

Mabunda, Musarashana

27.

Machaya, Jason (a.k.a. Jaison) Max Kokerai

28.

Made, Joseph Mtakwese

29.

Madzongwe, Edna (a.k.a. Edina)

30.

Maluleke, Titus

31.

Mangwana, Paul Munyaradzi

32.

Marumahoko, Reuben

33.

Masuku, Angeline

34.

Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya

35.

Mathuthu, Thokozile (alias Sithokozile)

36.

Matibiri, Innocent Tonderai

37.

Matiza, Joel Biggie

38.

Matonga, Brighton (a.k.a Bright)

39.

Mhandu, Cairo (a.k.a. Kairo)

40.

Mhonda, Fidellis

41.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

42.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

43.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

44.

Moyo, Jonathan Nathaniel

45.

Moyo, Sibusio Bussie

46.

Moyo, Simon Khaya

47.

Mpofu, Obert Moses

48.

Muchena, Henry

49.

Muchena, Olivia Nyembesi (a.k.a. Nyembezi)

50.

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

51.

Mudede, Tobaiwa (a.k.a. Tonneth)

52.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

53.

Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku

54.

Murerwa, Herbert Muchemwa

55.

Musariri, Munyaradzi

56.

Mushohwe, Christopher Chindoti

57.

Mutezo, Munacho Thomas Alvar

58.

Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose)

59.

Mzembi, Walter

60.

Mzilikazi, Morgan S.

61.

Nguni, Sylvester Robert

62.

Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan

63.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

64.

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

65.

Rugeje, Engelbert Abel

66.

Rungani, Victor Tapiwa Chashe

67.

Sakupwanya, Stanley Urayayi

68.

Savanhu, Tendai

69.

Sekeramayi, Sydney (a.k.a. Sidney) Tigere

70.

Sekeremayi, Lovemore

71.

Shamu, Webster Kotiwani

72.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

73.

Shungu, Etherton

74.

Sibanda, Chris

75.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

76.

Sigauke, David

77.

Sikosana, (a.k.a. Sikhosana), Absolom

78.

Tarumbwa, Nathaniel Charles

79.

Tomana, Johannes

80.

Veterai, Edmore

81.

Zimondi, Paradzai Willings


II.   Entitajiet

 

Isem

1.

Cold Comfort Farm Trust Co-operative

2.

Comoil (PVT) Ltd

3.

Famba Safaris

4.

Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company)

5.

M & S Syndicate (PVT) Ltd

6.

OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy)

7.

Swift Investments (PVT) Ltd

8.

Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd)