8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrata l-ġdida għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu laħam frisk huma awtorizzati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u laħam frisk tagħhom. Skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 laħam frisk għall-konsum mill-bniedem jista’ jiġi importat biss jekk ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ma’ dak ir-Regolament u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti.

(2)

Il-Ġappun talab li jiġi elenkat għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-bovini fl-Unjoni u l-verifika tal-Kummissjoni dwar il-laħam tal-bovini fil-Ġappun fl-2008 kkonfermat li r-rekwiżiti ġew sodisfatti. L-elenkar kien, madankollu, pospost meta seħħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġappun fl-2010.

(3)

Minn dakinhar il-Ġappun eradika l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tiegħu u ġie rikonoxxut bħala “ħieles mingħajr tilqim” għal din il-marda mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(4)

Il-Ġappun b’hekk jipprovdi garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u reġa’ talab biex ikun inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-bovini fl-Unjoni.

(5)

Il-Ġappun għalhekk għandu jitħalla jimporta laħam frisk tal-bovini lejn l-Unjoni.

(6)

Il-Parti 1 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ġappun tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Islanda:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data ta’ għeluq (*)

Data tal-ftuħ (**)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

“JP — il-Ġappun

JP

Il-pajjiż kollu

BOV

 

 

 

it-28 ta' Marzu 2013”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(*)  Laħam li ġej minn annimali li nqatlu fid-data jew qabel id-data stipulata fil-kolonna 7 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni għal 90 ġurnata minn dik id-data. Konsenji li nġarru fuq vetturi f'ibħra fondi jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data stipulata fil-kolonna 7 fi żmien 40 ġurnata minn dik id-data. (Nota: jekk m'hemmx data fil-kolonna 7 dan ifisser li m'hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' żmien).

(**)  Laħam minn annimali maqtula fid-data jew wara d-data stipulata fil-kolonna 8 biss jista' jiġi impurtat fl-Unjoni (jekk m'hemmx data fil-kolonna 8 dan ifisser li m'hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' żmien).