14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 126/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 żamm ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2). Fl-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tal-Anness XVII għal dak ir-Regolament, it-terminu “prodott”, użat fir-restrizzjoni oriġinali dwar l-asbestos fid-Direttiva 76/769/KEE, ġie sostitwit b”oġġett” li ma jkoprix it-taħlitiet. Sabiex l-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tkun tkopri l-istess oġġetti bħal dik id-Direttiva, għandu jiżdied it-terminu “taħlitiet”. |
(2) |
Id-derogi fl-annotazzjonijiet 16 u 17 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-użu tal-karbonati taċ-ċomb u tas-sulfati taċ-ċomb fiż-żebgħa għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, għandhom japplikaw mhux biss għall-użu iżda wkoll għat-tqegħid fis-suq sabiex dik iż-żebgħa ssir disponibbli wkoll għax-xogħlijiet ta’ restawr u manutenzjoni. |
(3) |
Ir-restrizzjoni fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tagħmel referenza għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3) u għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (4) li huma applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk sustanza jew taħlita hijiex koperta minn dik ir-restrizzjoni. Għandu jiġi ċċarat li limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE japplika biss fejn mhuwiex stabbilit limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku fit-tielet Parti tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (5) żied paraffini klorinati ta’ katina qasira (minn issa ‘l quddiem l-“SCCPs”) fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (6). Għaldaqstant, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs huma pprojbiti, suġġetti għal ċerti eżenzjonijiet speċifiċi. L-annotazzjoni 42 fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li tirrestrinġi żewġ użi tal-SCCPs li issa huma pprojbiti skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 saret superfluwa u għandha għalhekk titħassar. |
(5) |
Għandu jintuża metodu ta’ ttestjar armonizzat adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kromju VI li jinħall fl-ilma fis-siment skont id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda għas-26 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (nonilfenol, nonilfenol etossilat u siment) (7). Għall-fini taċ-ċarezza, l-annotazzjoni 47 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tinkludi referenza għal dak il-metodu ta’ ttestjar. |
(6) |
Is-sustanza metilendifenil diisoċjanat (MDI) fl-annotazzjoni 56 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, identifikata bin-numru tal-KE 247-714-0 u n-numru tal-CAS 26447-40-5, tinkludi t-taħlit isomeriku kollu u l-isomeri speċifiċi kollha. Madankollu, ċerti isomeri speċifiċi għandhom numri tal-CAS jew tal-KE speċifiċi. Sabiex jiġi ċċarat li l-isomeri kollha huma koperti, għandhom jiġu miżjuda tliet numri tal-CAS u tal-KE speċifiċi. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (8) ħassar in-noti E, H u S mid-Daħla għall-Appendiċijiet minn 1 sa 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll mill-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5 u 6. Għal raġunijiet ta’ koerenza, in-noti E, H u S għandhom jitħassru wkoll mill-Appendiċi 4. |
(8) |
L-annotazzjoni dwar id-diisopentilftalat fl-Appendiċi 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tindika numri tal-KE u tal-CAS żbaljati, li għandhom jiġu kkoreġuti. |
(9) |
Ġew adottati standards ġodda dwar il-metodi tal-ittestjar għall-ażokoloranti u ż-żebgħat ażo mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-Appendiċi 10 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 sabiex jitqiesu dawk l-istandards. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(3) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(4) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(5) ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1.
(6) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(7) ĠU L 178, 17.7.2003, p. 24.
(8) ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7.
ANNESS
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-annotazzjoni 6, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu qed ikun sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-annotazzjoni 16, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.” |
(3) |
Fl-annotazzjoni 17, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.” |
(4) |
Fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-annotazzjoni 40, l-ewwel kolonna, il-kliem “għal dak ir-Regolament” huma sostitwiti minn “għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”. |
(6) |
L-annotazzjoni 42 qed titħassar. |
(7) |
Fl-annotazzjoni 47, it-tieni kolonna, qed jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
|
(8) |
Fl-annotazzjoni 56, l-ewwel kolonna qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
(9) |
Fl-Appendiċi 4, fil-kolonna bl-intestatura “Noti”, ir-referenzi għan-noti E, H u S qed jitħassru. |
(10) |
Fl-Appendiċi 6, ir-ringiela għall-annotazzjoni dwar l-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-dipentilester, l-n-pentil-isopentilftalat mifruq u lineari, id-di-n-pentil ftalat, id-diisopentilftalat hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Appendiċi 10 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 10 L-Annotazzjoni 43 – Ażokoloranti – Lista tal-metodi tal-ittestjar Lista tal-metodi tal-ittestjar
|