24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 57/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (2) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 674/2012 (3).

(2)

Skont l-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Kummissjoni qieset it-tweġiba li bagħtet il-Malasja għat-talba bil-miktub tagħha. Il-Malasja mbagħad iddikjarat bil-miktub li l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba tagħha fir-rigward tas-subentrata B1100 - Żingu mhux pur u iebes (spelter) u l-entrati B3010 u GH013 ma kinux jirriflettu l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri eżistenti, u dan ma pprojbixxix l-importazzjonijiet ta’ dan l-iskart. Għalhekk, hija talbet li l-proċedura għas-subentrata B1100 - Żingu mhux pur u iebes (spelter) tinbidel mill-għażla (a) għall-għażla (c) u għall-entrati B3010 u GH013 mill-għażla (a) għall-għażla (d).

(3)

Sabiex jiġi kkorreġut dan l-iżball u meta jitqies l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-erbatax-il jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 196, 24.7.2012, p. 12.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“B1020-B1100”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrati li ġejjin:

“B1020-B1100, għajr għaż-żingu mhux pur u iebes minn B1100

 

minn B1100

Żingu mhux pur u iebes”

 

2.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“B3010”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrata li ġejja:

 

 

 

“B3010”

3.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“GG030-GH013”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrati li ġejjin:

“GG030-GG040

 

 

 

 

 

 

GH013”