10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/60/UE

tas-27 ta’ Novembru 2013

li temenda għar-raġunijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ vetturi ta’ żewġ jew tlett roti b’mutur, id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u d-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ vetturi ta’ żewġ jew tlett roti b’mutur (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-adozzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn ir-rekwiżiti (‘Ftehim Rivedut tal-1958’) (4). Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali intitolat “CARS 21: A Competitive Automotive Regulatory System for the 21st century”, huwa xieraq li jiġu emendati d-Direttivi tal-UE bl-inkorporazzjoni fil-liġi tal-Unjoni u bl-applikazzjoni ta’ Regolamenti UNECE addizzjonali fil-leġiżlazzjoni attwali tal-approvazzjoni tat-tipi tal-vetturi tal-kategorija L mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat mal-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jitħallew ifittxu l-approvazzjoni tat-tip skont ir-regolamenti UNECE msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

(2)

Fil-perjodu ta’ tranżizzjoni sad-data li fiha r-Regolament Nru 41 tal-UNECE dwar l-emissjonijiet tal-istorbju li jagħmlu l-muturi (5) isir obligatorju fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013, dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (6), huwa xieraq li, għal tipi ġodda ta’ vetturi, r-rekwiżiti tal-ħoss għall-muturi stabbiliti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE u fir-raba’ serje ta’ emendi għar-Regolament Nru 41 tal-UNECE, inkluż il-limiti tal-ħsejjes assoċjati stabbiliti fl-Anness 6 għal dak ir-Regolament tal-UNECE, jitqiesu bħala ekwivalenti.

(3)

Minħabba l-livell għoli b’mod sproporzjonat ta’ emissjonijiet tal-idrokarburi u tal-monossidu tal-karbonju prodotti mill-kategoriji ta’ vetturi L1e, L2e u L6e (mopeds b’żewġ roti jew tlieta, u kwadriċikli ħfief) huwa xieraq li ssir reviżjoni tat-test ambjentali tat-tip I (emissjonijiet mill-pajp tal-exhaust wara startjar kiesaħ) billi jiġu inklużi l-kejl tal-emissjonijiet li jibdew direttament wara startjar kiesaħ sabiex jirriflettu aħjar l-użu reali u l-proporzjon sinifikanti ta’ emissjonijiet li jniġġsu prodotti direttament wara startjar kiesaħ waqt li l-magna tisħon. Il-bidliet fil-proċedura tat-test fil-laboratorju tal-emissjonijiet għandhom ikunu riflessi f’dispożizzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari fil-bidliet f’dak li għandu x’jaqsam mal-entrati fiċ-Ċertifikat tal-Konformità (CoC) u r-riżultati tat-testijiet tal-kejl tad-Direttiva 2002/24/KE.

(4)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi kollha u għal raġunijiet ta’ prestazzjoni ambjentali ugwali vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e f’termini tal-emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase huwa wkoll xieraq li l-manifattur tal-vettura, meta japplika għal approvazzjoni ta’ tip ġdid, jintalab jiddikjara espliċitament li ma hemm l-ebda emissjonijiet ġejjin mis-sistema tal-ventilazzjoni tal-gassijiet tal-crankcase għal dawn il-kategoriji tal-vetturi, li jimplika li l-crankcase hija issiġillata sew u li l-gassijiet tal-crankcase ma jkunux qed jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali matul il-ħajja utli tal-vettura.

(5)

Sabiex ikunu koerenti mar-rekwiżiti tad-dawl u tal-installazzjoni tas-sinjalar tad-dawl tal-UNECE għall-vetturi tal-kategorija L u biex titjieb il-viżibbiltà tagħhom, tipi ġodda ta’ vetturi bħal dawn għandhom jiġu mgħammra bi dwal li jixegħlu awtomatikament f’konformità mar-Regolamenti tal-UNECE Nru 74 (vetturi L1e) (7) u Nru 53 (muturi L3e) (8) jew b’dawl għal binhar apposta (ay-time running lights/DRL) f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament UNECE Nru 87 (9). Għas-subkategoriji l-oħra kollha tal-vetturi tal-kategorija L, għandha tkun installata sistema biex id-dawl jinxtegħel awtomatikament jew, skont l-għażla tal-manifattur, dwal għas-sewqan binhar apposta li jinxtegħlu awtomatikament.

(6)

Din id-Direttiva għandha espliċitament tintroduċi l-livell Euro għal vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/24/KE. Ċertifikati ta’ Konformità għal vetturi b’approvazzjoni ta’ emissjonijiet skont id-dispożizzjonijiet preċedenti għandhom jibqgħu jitħallew sabiex il-livell Euro jiġi indikat fuq bażi volontarja.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku għall-Adatazzjoni mal-Progress Tekniku,

(8)

Sabiex tippermetti l-adozzjoni mill-Istati Membri tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien l-iskadenza stabbilita hemmhekk, hi għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 97/24/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/24/KE, l-ekwivalenza għandha tkun rikonoxxuta tar-rekwiżiti tal-Kapitolu 1 (tajers), tal-Kapitolu 2 (strumenti li jagħtu d-dawl u strumenti li jagħmlu sinjal bid-dawl), tal-Kapitolu 4 (mirja li bihom tara xi jkun ġej minn wara), tal-Anness III tal-Kapitolu 9 (il-livell ta’ ħoss permissibbli u rekwiżiti tas-sistema tal-exhaust għal motoċikli) u l-Kapitolu 11 (ċintorini tas-sigurtà) annessi ma din id-Direttiva u dawk tar-Regolamenti UNECE Nri 30 (10), 54 (11), 64 (12) u 75 (13) fir-rigward tat-tajers, 3 (14), 19 (15), 20 (16), 37 (17), 38 (18), 50 (19), 53 (20), 56 (21), 57 (22), 72 (23), 74 (24) u 82 (25) fir-rigward tal-istrumenti li jagħtu d-dawl u strumenti li jagħmlu sinjal bid-dawl, 81 (26) fir-rigward tal-mirja li bihom tara xi jkun ġej minn wara, 16 (27) fir-rigward taċ-ċintorini tas-sigurtà u 41 (28) fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss mill-motoċikli.

(10)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 29."

(11)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 53."

(12)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 63."

(13)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 74."

(14)  E/ECE/TRANS/324/ADD 2."

(15)  E/ECE/TRANS/324/REV 1/ADD 18."

(16)  E/ECE/TRANS/324/REV 1/ADD 19."

(17)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 36."

(18)  E/ECE/TRANS/324/REV 1/ADD 37."

(19)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 49."

(20)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD52/Rev.2."

(21)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 55."

(22)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 56."

(23)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 71."

(24)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD73/Rev.2/Amend.1."

(25)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 81."

(26)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 80."

(27)  E/ECE/TRANS/505/REV 1/ADD 15."

(28)  E/ECE/TRANS/505/Rev.1/Add.40/Rev.2.”"

2.

L-Annessi I, II u IV tal-Kapitolu 5 huma emendati skont l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi IV u VII tad-Direttiva 2002/24/KE huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 2009/67/KE huma emendati skont l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2014, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja u mas-sikurezza funzjonali, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tipi ġodda ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta li ma tikkonformax mad-Direttivi 2002/24/KE u 97/24/KE kif emendati minn din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2014, għandhom jinħarġu ċ-Ċertifikati ta’ Konformità għal vetturi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE kif emendati bil-punt 1 tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test rilevanti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fuq il-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 81.

(5)  ĠU L 317, 14.11.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52.

(7)  ĠU L 166, 18.6.2013, p. 88.

(8)  ĠU L 166, 18.6.2013, p. 55.

(9)  ĠU L 164, 30.6.2010, p. 46.


ANNESS I

L-Annessi I, II u IV tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.2 sa 2.2.1.2.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.2.   Deskrizzjoni tat-testijiet

2.2.1.   Il-vettura tal-kategorija L1e, L2e jew L6e f’konformità mal-emissjonijiet Euro 3 għandha tiġi soġġetta għal testijiet tat-Tip I u II, kif speċifikat hawn taħt:

2.2.1.1.   Test tat-tip I (il-medja ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi gassużi niġġiesa f’żona urbana konġestjonata wara l-istartjar kiesaħ)

2.2.1.1.1.

Il-vettura tat-test titqiegħed fuq dinamometru mgħammar bi brejk u torn. Il-proċedura tat-test li ġejja għandha titwettaq:

2.2.1.1.1.1.

Fażi 1 tat-test fil-kiesaħ li ddum total ta’ 448 sekonda u li tikkonsisti minn erba’ ċikli elementari għandha titwettaq mingħajr interruzzjoni;

2.2.1.1.1.2.

Fażi 2 tat-test fis-sħun għandha ssegwi l-fażi 1 tat-test fil-kiesaħ, mingħajr dewmien, li ddum total ta’ 448 sekonda u li tikkonsisti minn erba’ ċikli elementari. Il-fażi 2 tat-test fis-sħun għandha titwettaq mingħajr interruzzjoni;

2.2.1.1.1.3.

Kull ċiklu elementari għall-fażi 1 tat-test fil-kiesaħ jew il-fażi 2 tat-test fis-sħun għandu jinkludi seba’ operazzjonijiet (mhux ingranat, b’aċċelerazzjoni, b’veloċità stabbli, tnaqqis fl-aċċelerazzjoni, stat stabbli, tnaqqis fl-aċċelerazzjoni, mhux ingranat). Matul kemm il-fażi tat-test fil-kiesaħ kif ukoll fis-sħun il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu dilwiti bl-arja friska sabiex il-volum tal-fluss tat-taħlita jibqa’ kostanti.

2.2.1.1.1.4.

Fit-test tat-tip I:

2.2.1.1.1.4.1.

Fluss kontinwu ta’ kampjuni tat-taħlita tal-gass tal-egżost u tal-arja tad-dilwizzjoni għandu jinġabar fil-borża Nru 1 miġbura matul il-fażi 1 fil-kiesaħ. Fluss kontinwu ta’ kampjuni tat-taħlita tal-gassijiet tal-ekżost u tal-arja tad-dilwizzjoni għandu jinġabar f’borża separata Nru 2 miġbura matul il-fażi 2 fis-sħun. Il-konċentrazzjonijiet ta’ monossidu tal-karbonju, idrokarburi totali, ossidi tan-nitroġenu u diossidu tal-karbonju f’borża Nru 1 u f’borża Nru 2 għandhom jiġu determinati separatament wieħed wara l-ieħor;

2.2.1.1.1.4.2.

Il-volum totali tat-taħlita f’kull borża għandu jitkejjel u jiġu miżjuda biex jipproduċu t-total tal-volum tal-borża;

2.2.1.1.1.4.3.

Fi tmiem kull fażi tat-test id-distanza effettivament magħmulha tiġi rreġistrata mit-total indikat mit-totalizzatur li jkejjel ir-rata kumulattiva tad-dawriet tal-magna mħaddem mir-romblu.

2.2.1.1.2.

It-test jitwettaq skont il-proċedura tat-test deskritt fl-Appendiċi 1. Il-gassijiet huma miġbura u analizzati skont il-metodi stabbiliti.

2.2.1.1.3.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1.1.4, it-test jitwettaq tliet darbiet. Il-massa totali ta’ monossidu tal-karbonju, ta’ idrokarburi u ta’ ossidi tan-nitroġenu miksuba f’kull test għandha tkun inqas mill-valuri ta’ limitu Euro 3 stabbiliti fit-tabella hawn taħt.

2.2.1.1.3.1.

Tabella 1

Il-limiti ta’ emissjoni Euro 3 għall-kategoriji tal-vetturi L1e, L2e u L6e

L-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-komponent tal-produzzjoni

CO (g/km)

HC + NOx (g/km)

L1

L2

1  (1)

1,2 .

2.2.1.1.3.2.

Madankollu, wieħed mit-tliet riżultati għal kull waħda minn dawn il-kontaminanti jistgħu jaqbżu l-valur ta’ limitu preskritt tal-moped konċernat b’massimu ta’ 10 %, dejjem jekk il-medja aritmetika tat-tliet riżultati hi inqas mill-valur tal-limitu preskritt. Jekk aktar minn sustanza waħda li tniġġes taqbeż il-valuri tal-limitu preskritti, huwa immaterjali jekk dan iseħħx fl-istess test jew f’testijiet differenti.

2.2.1.1.4.

L-għadd ta’ testijiet preskritti fil-punt 2.2.1.1.3 jonqos skont il-kundizzjonijiet deskritti hawn taħt fejn V1 huwa r-riżultat tal-ewwel test u V2 huwa r-riżultat tat-tieni test għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu msemmija f’dak il-punt.

2.2.1.1.4.1.

Test wieħed biss huwa meħtieġ jekk V1 ≤ 0,70 L għas-sustanzi li jniġġsu kollha kkonċernati.

2.2.1.1.4.2.

Huma meħtieġa żewġ testijiet biss jekk V1 ≤ 0,85 L għas-sustanzi li jniġġsu kollha kkonċernati u jekk, tal-anqas waħda mis-sustanzi li jniġġsu, V1 > 0,70 L. Minbarra dan, għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu kkonċernati, V2 għandu jkun tali li V1 + V2 < 1,70 L u V2< L.

2.2.1.1.5.

Vettura tal-kategorija L1e, L2e jew L6e li hija konformi mal-limiti tat-test Euro 3 tat-tip I stabbiliti fil-punt 2.2.1.1.3.1 u mar-rekwiżiti t-test tat-tip I stabbiliti f’dan l-Anness għandha tiġi approvata bħala konformi ma’ Euro 3.

2.2.1.2.   It-test tat-Tip II (emissjonijiet ta’ monossidu tal-karbonju u ta’ idrokarburi mhux maħruqa bil-veloċita tal-magna mhux ingranata).

2.2.1.2.1.

Il-massa ta’ monossidu tal-karbonju u l-massa tal-idrokarburi mhux maħruqa li joħorġu bil-magna bil-veloċita tal-magna mhux ingranata jitkejlu għal minuta.

2.2.1.2.2.

It-test jitwettaq skont il-proċedura tat-test deskritta fl-Appendiċi 2.”

(b)

Fl-Appendiċi 1, il-punti 4.2 sa 4.2.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.2.   Tagħmir għall-ġbir tal-gass

It-tagħmir għall-ġbir tal-gass għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin (ara s-Sub-Appendiċi 2 u 3):

4.2.1.

Apparat biex jiġbor il-gassijiet kollha tal-egżost prodotti matul it-test, filwaqt li tinżamm pressjoni atmosferika fl-iżbokk/i għall-egżost tal-moped;

4.2.2.

Tubu li jgħaqqad it-tagħmir tal-ġbir tal-gass tal-egżost mas-sistema ta’ teħid ta’ kampjuni tal-gass tal-egżost. Dan it-tubu li jgħaqqad u t-tagħmir tal-ġbir tal-gass għandhom ikunu magħmulha minn azzar li ma jsaddadx, jew minn xi materjal ieħor li ma jaffettwax il-kompożizzjoni tal-gassijiet miġbura u li jirreżisti għat-temperatura tagħhom;

4.2.3.

Apparat biex tiġbed il-gassijiet dilwiti. Dan l-apparat għandu jiggarantixxi fluss ta’ volum suffiċjenti li jiżgura li l-gassijiet kollha tal-egżost huma miġbuda ’l ġewwa;”

(c)

Fl-Appendiċi 1, il-punti 4.2.4 sa 4.2.8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

4.2.4.   Sonda tat-teħid tal-kampjuni imwaħħla man-naħa ta’ barra tal-apparat li jiġbor il-gass li tista’ tiġbor kampjun kostanti tal-arja ta’ dilwizzjoni bl-użu ta’ pompa, filtru u apparat li jkejjel iċ-ċirkolazzjoni matul it-test;

4.2.5.   Sonda tat-teħid tal-kampjuni mqiegħda qabel il-pompa ta’ spostament u diretta ’l fuq taċ-ċirkolazzjoni tal-gassijiet dilwiti sabiex tieħu kampjuni tat-taħlita matul it-test f’rata kostanti ta’ cirkolazzjoni, bl-użu, jekk neċessarju, ta’ filtru, ta’ apparat li jkejjel iċ-ċirkolazzjoni u ta’ pompa. Ir-rata minima ta’ ċirkolazzjoni tal-gassijiet fiż-żewġ sistemi ta’ teħid ta’ kampjuni deskritti hawn fuq għandha tkun ta’ mill-anqas 150 l/s;

4.2.6.   Valvijiet bi tlieta fuq iċ-ċirkwiti tat-teħid tal-kampjuni deskritti hawn fuq biex iwasslu ċ-ċirkolazzjoni tal-kampjuni jew fl-atmosfera jew inkella għal ġol-boroż ta’ kampjuni rispettivi tagħhom matul it-test;

4.2.7.   Boroż ta’ kampjuni biex jiġbru t-taħlita tal-gass tal-egżost u l-arja tad-dilwizzjoni. Dawn ma għandhomx jiġu affettwati bis-sustanzi li jniġġsu kkonċernati u għandu jkollhom kapaċità biżżejjed biex ma ttellifx iċ-ċirkolazzjoni normali tat-teħid ta’ kampjuni. Għandu jkun hemm tal-anqas borża separata tal-kampjuni (borża Nru 1) għall-fażi 1 tat-test fil-kiesaħ u borża waħda separata tal-kampjuni (borża Nru 2) għall-fażi 2 tat-test fis-sħun;

4.2.7.1.

Dawn il-boroż ta’ kampjuni għandu jkollhom apparat tal-issiġillar awtomatiku fuq in-naħa tal-borża li jkun jista’ jingħalaq malajr u jissikka, kemm fuq iċ-ċirkwit tat-teħid ta’ kampjuni jew fuq iċ-ċirkwit tal-analiżi fit-tmiem tat-test.

4.2.7.1.1.

L-apparat tal-għeluq fuq il-borża Nru 1 għandu jagħlaq wara 448 sekondi wara l-bidu tat-test tat-tip I.

4.2.7.1.2.

L-apparat tal-għeluq fuq il-borża Nru 2 għandu jinfetaħ immedjatament wara l-issiġillar tal-borża Nru 1 u jerġa’ jagħlaq 896 sekondi wara l-bidu tat-test tat-tip I;

4.2.8.   Għandu jkun hemm metodu għall-kejl tal-volum totali ta’ gassijiet dilwiti li jgħaddu mill-apparat għat-teħid ta’ kampjuni matul it-test. Is-sistema ta’ dilwizzjoni tal-egżost għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Kapitlu 6 tal-Anness I tar-Regolament UNECE Nru 83.

Grafika 1

Teħid ta’ kampjuni ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għal Euro 3 meta mqabbla ma’ EUR 2 għal vettura tal-kategorija L1e, L2e jew L6e

Image 1L3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Kejl tat-tniġġis Euro 3

Kiesaħ (30 %)

896 secs.

Sħun (70 %)

Kejl tat-tniġġis Euro 2

112 secs.

448 secs.

Veloċità tal-vettura

60

50

40

30

20

10

0

0

100

200

300

400

500

600

700

800

900”

Ħinjiet tat-testijiet

(d)

fl-Appendiċi 1 għandu jiddaħħal il-punt 4.3.3 li ġej:

“4.3.3.

It-tagħmir analitiku għandu jkun kapaċi jkejjel indipendentement il-kampjun tat-taħlita tal-gassijiet tal-egżost u l-arja tad-dilwizzjoni miġbura fil-boroż Nri 1 u 2.”

(e)

fl-Appendiċi 1 il-punti 5.4 sa 5.4.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.4.   L-ikkundizzjonar tal-vettura tat-test

5.4.1.

Il-pressjoni tat-tajer tal-vettura tat-test għandha tkunu kif iddikjarata mill-manifattur għall-użu normali fit-triq. Madankollu, jekk id-dijametru tar-rombli hu anqas minn 500 mm, il-pressjoni tat-tajers tista’ tiżdied b’bejn 30 % u 50 %.

5.4.2.

It-tank(ijiet) tal-fjuwil għandu jiġi mneħħi permezz tad-drejn (ijiet) provduti u jiġu kkargati bil-fjuwil tat-test speċifikat fl-Anness IV.

5.4.3.

Il-vettura tat-test għandha tiċċaqlaq għaż-żona tat-test u għandhom isiru l-operazzjonijiet li ġejjin:”

(f)

fl-Appendiċi 1 jiddaħħlu l-punti 5.4.3.1 sa 5.4.3.5 li ġejjin:

“5.4.3.1.

Il-vettura tat-test għandha tinsaq jew tiġi mbuttata għal fuq dinamometru tax-xażi u għandha titħaddem permezz taċ-ċiklu tat-test stabbilit fil-punt 2.1. Ma hemmx għalfejn li l-vettura tat-test tkun kiesħa, u din tista’ tintuża biex tiġi stabbilita l-qawwa tad-dinamometru.

5.4.3.2.

It-tagħbija fuq rota motriċi għandha tkun fil-limiti ta’ ± 3 kg tat-tagħbija fuq vettura f’użu normali fit-triq, b’sewwieq li jiżen 75 kg ± 5 kg, bilqiegħda f’pożizzjoni wieqfa.

5.4.3.3.

F’punti tat-test jista’ jitwettaq dawran ta’ prattika waħda jew aktar matul iċ-ċiklu tat-test stabbilit fil-punt 2.1, dejjem jekk ma jitteħidx kampjun ta’ emissjoni, biex tiġi ddeterminata l-azzjoni tat-throttle minima meħtieġa għaż-żamma ta’ relazzjoni xierqa bejn l-ispeed u l-ħin.

5.4.3.4.

Qabel ma titqiegħed fiż-żona tat-tkessiħ il-vettura tat-test għandha tgħaddi minn erba’ ċikli konsekuttivi ta’ tħaddim kif stabbilit fil-punt 2.1, b’kull wieħed idum 112-il sekonda. Dan iċ-ċiklu tat-test ta’ prekondizzjonar għandu jitwettaq bis-settings tad-dinamometru stabbiliti fil-punti 5.1 u 5.2. Il-kejl tal-emissjonijiet fil-pajp ta’ wara ma jkunx meħtieġ għal dan iċ-ċiklu tat-test ta’ prekondizzjonar.

5.4.3.5.

Fi żmien ħames minuti minn mindu jitlesta l-prekondizzjonar, il-vettura tat-test għandha titneħħa mid-dinamometru u tinsaq jew tiġi mbuttata għal fuq iż-żona tat-tkessiħ biex tiġi pparkjata. It-temperatura ambjentali fiż-żona tat-tkessiħ għandha tkun ikkontrollata bejn 298 K ± 5 K. Il-vettura tinżamm għal mhux anqas minn sitt sigħat u mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-istartjar kiesaħ tat-tip I test jew sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna TOil, it-temperatura tal-coolant TCoolant jew it-temperatura tal-isparkplug seat/gasket TSP (għal magni biss li tkessħu bl-arja) tkun ugwali għat-temperatura tal-arja taż-żona tat-tkessiħ. Ir-rapport tat-test għandu jindika liema mill-kriterji ġie magħżul.”

(g)

fl-Appendiċi 1 il-punti 7.1 sa 7.1.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“7.1.   Teħid ta’ kampjuni

7.1.1.

It-teħid ta’ kampjuni jibda hekk kif jibda t-test, kif indikat fil-punt 6.2.2.

7.1.2.

Il-boroż Nri 1 u 2 għandhom jiġu ssiġillati b’mod ermetiku u għandhom isegwu s-sekwenza tal-issiġillar stabbilita fil-punt 4.2.7.1. Dawn m’għandhomx ikunu konnessi matul il-fażi 1 tat-test fil-kiesaħ jew il-fażi 2 tat-test fis-sħun.

7.1.3.

Fl-aħħar taċ-ċiklu finali tal-apparat għall-ġbir tal-gassijiet tal-egżost dilwiti u l-arja dilwita għandu jingħalaq u l-gassijiet prodotti mill-magna ddevjati fl-atmosfera.”

(h)

Fl-Appendiċi 1, il-punt 7.2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.2.4.

Il-konċentrazzjonijiet ta’ HC, CO u NOx u CO2 fil-kampjuni tal-gassijiet tal-eġżost dilwiti u fil-boroż fejn inġabret l-arja dilwita jiġu determinati mill-valuri murija jew irreġistrati bit-tagħmir tal-kejl bl-applikazzjoni tal-kurvi ta’ kalibratura rilevanti.”

(i)

fl-Appendiċi 1 il-punti 8 sa 8.4.1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.   DETERMINAZZJONI TAL-KWANTITA’ TA’ EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET LI JNIĠĠSU

8.1.

Il-mases ta’ CO2 u tal-gassijiet li jniġġsu CO, HC, NOx għandhom jiġu determinati separatament għall-boroż Nri 1 u 2 skont il-punti 8.2 sa 8.6.

8.2.

Il-massa tal-gass tal-monossidu tal-karbonju li jkun ħareġ matul it-test hi determinata permezz tal-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn:

8.2.1.

COm hija l-massa tal-monossidu tal-karbonju lijkun ħareġ matul it-test, expressa fi g/km, ikkalkultata separatament għal kull fażi;

8.2.2.

Id-distanza SX attwalment magħmulha, espressa f’km, hija miksuba billi jiġi mmultiplikat in-numru totali ta’ dawriet muri fl-apparat li jkejjel id-dawriet bil-qies tar-romblu,

fejn:

X

=

1 għall-fażi 1 fil-kiesaħ;

X

=

2 għall-fażi 2 fis-sħun.

8.2.3.

dCO hija d-densità tal-monossidu tal-karbonju fit-temperatura ta’ 273,2 K (0 °C) u fi pressjoni ta’

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

;

8.2.4.

COc hija l-konċentrazzjoni tal-volum ta’ monossidu tal-karbonju fil-gassijiet dilwiti espressa f’partiijiet għal kull miljun u kkoreġuta sabiex jitqies it-tniġġis tal-arja dilwita:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn:

8.2.4.1.

COe hija l-konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju, imkejla f’partijiet f’kull miljun, fil-kampjun ta’ gassijiet dilwiti miġbura fil-borża Sa.

8.2.4.2.

COd hija l-konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju, imkejla f’partijiet f’kull miljun, fil-kampjun ta’ arja dilwita miġbura fil-borża Sb.

8.2.4.3.

DF hija l-koeffiċjent speċifikat fil-punt 8.6.

8.2.5.

V hija l-volum totali, espress f’m3/fażi, ta’ gassijiet dilwiti fit-temperatura ta’ referenza 273,2 K (0 °C) u pressjoni ta’ referenza 101,3 kPa,

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn:

8.2.5.1.

V0 hija l-volum ta’ gas spostat mill-pompa P1 matul dawra waħda espressa f’m3/dawra. Dan il-volum hu funzjoni tal-pressjonijiet differenzjali bejn is-sezzjonijiet ta’ dħul u ta’ ħruġ tal-pompa nfisha,

8.2.5.2.

N hija n-numru ta’ dawriet magħmula mill-pompa P1 matul l-erba’ ċikli elementari tat-test ta’ kull fażi;

8.2.5.3.

Pa hija l-pressjoni atmosferika espressa f’kPa;

8.2.5.4.

Pi hija l-valur medju, espress f’kPa, matul il-prestazzjoni tal-waqa’ tal-pressjoni fis-sezzjoni ta’ dħul tal-pompa P1;

8.2.5.5.

Tp (°C) hija l-valur tat-temperatura tal-gassijiet dilwiti mkejla fis-sezzjoni ta’ dħul tal-pompa P1.

8.3.

Il-massa tal-idrokarburi mhux maħruqa li joħorġu permezz tal-egżost tal-moped matul it-test hija kkalkulata permezz tal-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.3.1.

HCm hija l-massa tal-monossidu tal-karbonju li jkun ħareġ matul it-test, expressa fi g/km, ikkalkultata separatament għal kull fażi;

8.3.2.

SX hija d-distanza definita fil-punt 8.2.2;

8.3.3.

dHC hija d-densità tal-idrokarburi f’temperatura ta’ 273,2 K (0 °C) u f’pressjoni ta’ 101,3 kPa (għall-petrol (E5) (C1H1,89O0,016)) (= 631 g/m3);

8.3.4.

HCc hija l-konċentrazzjoni ta’ ossidi tan-nitroġenu fil-gassijiet dilwiti, espressa f’partijiets f’kull miljun ta’ ekwivalenti tal-karbonju u kkoreġuta sabiex titqies l-arja dilwita:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.3.4.1.

HCe hija l-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi, espressa f’partijiet f’kull miljun ta’ ekwivalenti tal-karbonju, fil-kampjun ta’ gassijiet dilwiti miġbura fil-borża Sa;

8.3.4.2.

HCd hija l-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi, espressa f’partijiet f’kull miljun ta’ ekwivalenti tal-karbonju, fil-kampjun ta’ arja dilwita miġbura fil-borża Sb;

8.3.4.3.

DF hija l-koeffiċjent speċifikat fil-punt 8.6;

8.3.5.

V hija l-volum totali (ara l-punt 8.2.5).

8.4.

Il-massa ta’ ossidi tan-nitorġenu li joħorġu permezz tal-egżost tal-moped matul it-test hija kkalkulata permezz tal-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.4.1.

NOxm hija l-massa tal-ossidu tan-nitroġenu li jkun ħareġ matul it-test, expressa fi g/km, ikkalkultata separatament għal kull fażi;”

(j)

fl-Appendiċi 1 jiddaħħlu l-punti 8.4.2 sa 8.6.3 li ġejjin:

“8.4.2.

SX hija d-distanza definita fil-punt 8.2.2;

8.4.3.

dNO2 hija d-densità tal-ossidu tan-nitroġenu fil-gassijiet tal-egżost, f’ekwivalenti ta’ NO2, f’temperatura ta’ 273,2 K (0 °C) u f’pressjoni ta’ 101,3 kPa (= 2,050 103 g/m3);

8.4.4.

NOxc hija l-konċentrazzjoni ta’ ossidi tan-nitroġenu fil-gassijiet dilwiti, espressa f’partijiet f’kull miljun u kkoreġua sabiex titqies l-arja dilwita:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.4.4.1.

NOxe hija l-konċentrazzjoni ta’ ossidi tan-nitroġenu, espressa f’partijiet f’kull miljun, fil-kampjun ta’ gassijiet dilwiti miġbura fil-borża Sa;

8.4.4.2.

NOxd hija l-konċentrazzjoni ta’ monossidu tan-nitroġenu, espressa f’partijiet f’kull miljun, fil-kampjun ta’ arja dilwita miġbura fil-borża Sb;

8.4.4.3.

DF hija l-koeffiċjent speċifikat fil-punt 8.6.

8.4.5.

Kh hija l-fattur ta’ korrezzjoni għall-umidità:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.4.5.1.

H hija l-umidità assoluta fi grammi ta’ ilma għal kull kg ta’ arja xotta (fi g/kg)

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.4.5.1.1.

U hija l-kontenut ta’ umidità espress bħala perċentwali;

8.4.5.1.2.

Pd hija l-pressjoni tal-fwar tal-ilma assorbit, espressa f’kPa, fit-temperatura tat-test;

8.4.5.1.3.

Pa hija l-pressjoni atmosferika espressa f’kPa.

8.4.6.

V hija l-volum totali definit fil-punt 8.2.5.

8.5.   Diossidu tal-karbonju (CO2)

Il-massa tal-idrokarburi mhux maħruqa li joħorġu permezz tal-egżost tal-vettura matul it-test hija kkalkulata permezz tal-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.5.1.

CO2 m hija l-massa tal-monossidu tal-karbonju li jkun ħareġ matul it-test, fi g/km, ikkalkultata separatament għal kull fażi;

8.5.2.

SX hija d-distanza definita fil-punt 8.2.2;

8.5.3.

V hija l-volum definit fil-punt 8.2.5;

8.5.4.

dCO2 hija d-densità tal-monossidu tal-karbonju fit-temperatura ta’ 273,2 K (0 °C) u fi pressjoni ta’ 101,3 kPa,

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

;

8.5.5.

CO2c hija l-konċentrazzjoni ta’ gassijiet dilwiti, espressa f’partijiet f’kull miljun ta’ ekwivalenti tal-karbonju u kkoreġuta sabiex titqies l-arja dilwita permezz ta’ din il-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

8.5.5.1.

CO2e hija l-konċentrazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju, espressa f’perċentwali, fil-kampjun ta’ gassijiet dilwiti miġbura fil-borża/boroż SA;

8.5.5.2.

CO2d hija l-konċentrazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju, espressa f’perċentwali, fil-kampjun ta’ arja dilwita miġbura fil-borża/boroż SB;

8.5.5.3.

DF hija l-koeffiċjent definit fil-punt 8.6;

8.6.   DF hija l-koeffiċjent espress permezz ta’ din il-formula:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
għall-petrol (E5)

fejn

8.6.1.

CCO2 = il-konċentrazzjoni ta’ CO2 fil-gass tal-egżost dilwit li jinsab fil-boroż tal-kampjuni, espressa f’perċentwali tal-volum;

8.6.2.

CHC = il-konċentrazzjoni tal-HC fil-gass tal-egżost dilwit li jinsab fil-boroż tal-kampjuni, espressa f’ppm ekwivalenti tal-karbonju,

8.6.3.

CCO = il-konċentrazzjoni tas-CO fil-gass tal-egżost dilwit li jinsab fil-boroż tal-kampjuni, espressa f’ppm.”

(k)

fl-Appendiċi 1, il-punt 9. huwa sostitwit b’dan li ġej:

9.   Preżentazzjoni tar-riżultati tat-test:

Ir-riżultat (medju) tal-fażi fil-kiesaħ jissejjaħ RX1 (fi g), ir-riżultat (medju) tal-fażi fis-sħun jissejjaħ RX2 (fi g). Bl-użu ta’ dawn ir-riżultati ta’ emissjoni ir-riżultat finali tat-test tat-tip I RX (fi g/km) għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
in g/km

Fejn:

 

X = HC, CO, NOx jew CO2

 

RHC_Kiesaħ = HCmassa_fażi_kiesaħ_1 (fi g) u RHC_Sħun = HCmassa_fażi_sħun_2 (fi g), ara l-formula fil-punt 8.3

 

RCO_Kiesaħ = COmassa_fażi_kiesaħ_1 (fi g) u RCO_Sħun = CO massa_fażi_sħun_2 (in g), ara l-formula fil-punt 8.2

 

RNOx_Kiesaħ = NOx_massa_fażi_kiesaħ_1 (fi g) u RNOx_Sħun = NOx_massa_fażi_sħun_2 (fi g), ara l-formula tal-punt 8.4

 

RCO2_Kiesaħ = CO2_massa_fażi_kiesaħ_1 (fi g) u RCO2_Sħun = CO2_massa_fażi_sħun_2 (fi g): ara formula fil-punt 8.5

 

ST:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
effettivament koperta bil-vettura tat-test L1e, L2e jew L6e tfil-fażi 1 fil-kiesaħ u fil-fażi 2 fis-sħun taċ-ċiklu kollu tat-test.”

(l)

fl-Appendiċi 1, jiżdied il-punt 10. li ġej:

“10.   Il-konsum tal-fjuwil

Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw ir-riżultati tat-test mill-punt 9 kif ġej:

FormulaL3292013MT110120131120MT0001.00014141Dikjarazzjoni mill-KummissjoniIl-Kummissjoni tqis li t-titlu ma jirriflettix b’mod xieraq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

fejn

FC

=

il-konsum tal-fjuwil f’litru għal kull 100 km;

D

=

id-densità tal-fjuwil tat-test f’kg/L fi 288,2 K (15 °C).”;

(m)

tiżdied l-Appendiċi 3 li ġejja:

“Appendiċi 3

L-emissjonijiet ta’ gassijiet tal-crankcase u l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil

1.

Żero emissjonijiet ta’ gassijiet tal-crankcase għandu joħroġ mill-vetturi tat-tip approvat tal-kategoriji L1e, L2e u L6e. L-emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase ma għandhomx jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali minn kwalunkwe vettura tal-kategorija L tul iż-żmien tal-utilità tiegħu.

2.

L-interpretazzjoni tar-riżultati tat-test tat-tip I tal-emissjonjiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e.

2.1.

Il-valuri tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil adottati bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun kif iddikjarat mill-manifattur sakemm dan ma jinqabiżx b’aktar minn erba’ fil-mija mill-valur imkejjel mis-servizz tekniku. Il-valur imkejjel jista’ jkun iċken mingħajr l-ebda limitu.

2.2.

Jekk il-valur imkejjel tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jaqbeż il-valur tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddikjarati tal-manifattur b’aktar minn erba’ fil-mija jsir test ieħor fuq l-istess vettura.

2.3.

Jekk il-medja taż-żewġ riżultati tat-testi ma taqbiżx il-valur iddikjarat tal-manifattur b’aktar minn erba’ fil-mija, mela l-valur iddikjarat mill-manifattur jitqies bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip.

2.4.

Jekk il-medja taż-żewġ riżultati tat-testi xorta taqbeż il-valur iddikjarat b’aktar minn erba’ fil-mija, isir test finali fuq l-istess vettura. Il-medja tat-tliet riżultati tat-test titqies bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip.”

(2)

Il-punt 2.2.1.1.7 tal-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

“2.2.1.1.7.

Id-dejta rreġistrata hi mniżżla fis-sezzjonijiet rilevanti tad-dokument imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 2002/24/KE. Il-livell Euro xieraq għandu jiddaħħal fil-punt 46.2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2002/24/KE skont ir-regoli stabbiliti fin-nota f’qiegħ il-paġna għal dan il-punt.”

(3)

L-Anness IV tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-FJUWILS TA’ REFERENZA

Il-fjuwils ta’ referenza petrol (E5) u diżil (B5) għandhom ikunu speċifikati skont it-Taqsima A tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*1).


(1)  Il-limitu tal-massa ta’ CO għandu jkun 3,5 g/km fil-każ ta’ mopeds bi tliet roti (L2e) u ta’ kwadriċikli ħfief (L6e).

(*1)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.”


ANNESS II

(1)

L-Annessi IV tad-Direttiva 2002/24/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 46. huwa emendat kif ġej:

“46.   Emissjonijiet tal-egżost (11):

46.1.

Livell Euro: …(1, 2, jew 3) (12)

46.2.

Test tat-tip I CO: … g/km HC: … g/km NOx … g/km HC + NOx: … g/km (13)

46.3.

Test tat-tip II CO (13): … g/min HC (13): … g/min

CO (14): … % vol

Tniġġis tal-arja viżibbli kkawżat minn magna b’compression-ignition:

valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment: … m–1

(b)

In-noti ta’ qiegħ il-paġna 12, 13 u 14 jiżdiedu fl-Anness IV tad-Direttiva 2002/24/KE:

“(12)

Skont in-numru tad-Direttiva rilevanti u l-aħħar att ta’ emenda applikabbli għall-approvazzjoni, il-konformità mal-livell Euro 1, 2 jew 3 għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

Bl-indikazzjoni tal-livell Euro jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tagħżel hekk, għall-approvazzjonijiet mogħtija qabel id-data: il-11 ta’ Diċembru 2013.

Fit-tabella 2.2.1.1.3 tal-Anness I tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE, il-konformità mal-ewwel ringiela tal-valuri ta’ limitu għandha tfisser il-konformità mal-livell ‘EUR 1’ u l-konformità mat-tieni ringiela tal-valuri ta’ limitu għandha tfisser konformità mal-livell ‘Euro 2’;

Il-konformità sħiħa mal-Anness I tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE, li tinkludi l-osservanza tal-livell “Euro 2” flimkien mal-metodoloġija tat-test methodology stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/60/UE (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 15), għandha tfisser konformità mal-livell ‘Euro 3’;

Fit-tabella 2.2.1.1.5 tal-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE, il-konformità ma’:

ir-ringieli tal-limiti tal-valur tal-Parti A tat-tabella 2.2.1.1.5 dwar il-klassi I (< 150 cm3) u l-klassi II (≥ 150 cm3), għandhom ifissru konformità mal-livell ‘Euro 2’;

ir-ringieli tal-limiti tal-valur tal-Parti B tat-tabella 2.2.1.1.5 dwar il-klassi I (< 150 cm3) u l-klassi II (≥ 150 cm3), għandhom ifissru konformità mal-livell ‘Euro 3’;

ir-ringieli tal-limiti tal-valur tal-Parti C tat-tabella 2.2.1.1.5 dwar il-klassi I (vmax < 130 km/h) u l-klassi II (vmax ≥ 130 km/h), għandhom ifissru konformità mal-livell ‘Euro 3’;

(13)

Għall-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e biss li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE, kif emendat bid-Direttiva 2013/60/UE.

(14)

Għall-vetturi tal-kategorija L fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e.”

(2)

L-Anness VII tad-Direttiva 2002/24/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2 sa 2.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet

In-numru tad-Direttiva rilevanti u tal-atti ta’ emenda tagħha applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip. Fil-każ ta’ Direttiva b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, għandhom jiġu indikati wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni u l-livell Euro:

 

Varjant/Verżjoni: …

 

Livell Euro (1): …

2.1.   Test tat-Tip I

CO: … g/km

HC (3): … g/km

NOx (3). … g/km

HC + NOx (2): … g/km

CO2 (2): … g/km

Konsum tal-fjuwil (2): … l/100km

2.2.   Tip II

CO (g/min) (2) …

HC (g/min) (2) …

CO (% vol) (3) bil-veloċita tal-magna mhux ingranata …

Speċifika l-veloċita tal-magna mhux ingranata (3) (4): …

CO (% vol) (3) bil-magna mhux ingranata taħdem b’veloċità għolja …

Speċifika l-veloċita tal-magna mhux ingranata (3) (4): …

It-temperatura taż-żejt tal-magna (3) (5): …”

(b)

in-noti ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness VII tad-Direttiva 2002/24/KE huma emendati kif ġej:

“(1)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 fl-Anness IV.

(2)

Għall-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e biss.

(3)

Għall-vetturi tal-kategorija L fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e.’;

(4)

Semmi t-tolleranza tal-kejl.

(5)

Applikabbli għall-magni four-stroke biss.’

ANNESS III

L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 2009/67/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Il-lista tal-Annessi hija emendata kif ġej:

(a)

ir-referenzi għall-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness II huma mħassra;

(b)

ir-referenzi għall-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness IV huma mħassra.

(2)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiżdiedu l-punti 16 sa 18 li ġejjin:

“16.

‘lampa tas-sewqan binhar’

tfisser lampa li tiffaċċja f’direzzjoni ’l quddiem u li tintuża biex tagħmel il-vettura viżibbli b’mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar;

17.

‘sistema stop/start’

tfisser waqfien u startjar awtomatiku tal-magna sabiex jitnaqqas il-ħin tal-vettura wieqfa bil-magna ingranata, u b’hekk jonqsu l-konsum tal-fjuwil, is-sustanzi li jniġġsu u l-emissjonijiet tas-CO2;

18.

‘swiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura”

jfisser apparat li permezz tiegħu s-sistema tal-elettronika abbord il-vettura tgħaddi minn modalità mitfija, bħal fil-każ fejn vettura tkun ipparkjata mingħajr il-preżenza tas-sewwieq, għal dik ta’ tħaddim normali.”;

(b)

fil-Parti B, il-punt 10. huwa sostitwit b’dan li ġej:

10.   Il-konnessjonijiet elettriċi jridu jkunu tali li l-lampa ta’ quddiem jew il-lampa ta’ quddiem għad-dawl (dipped beam) baxx, jekk ma jkunx hemm lampa ta’ quddiem, il-lampa ta’ wara u l-lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jinxtegħlu u jintfew biss simultanjament.

Il-vetturi għandu jkollhom jew:

lampi tas-sewqan binhar: jew

lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li jinxtegħlu awtomatikament meta jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura.”;

(c)

fil-Parti B, il-punt 11. huwa sostitwit b’dan li ġej:

11.   Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi, il-konnessjonijiet elettriċi jridu jkunu tali li l-lampa ta’ quddiem tad-dawl prinċipali, il-lampa ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-lampi taċ-ċpar ma jkunux jistgħu jinxtegħlu sakemm il-lampi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-punt 10 ma jkunux huma wkoll mixgħula. Dan ir-rekwiżit ma japplikax, madankollu għal-lampi ta’ quddiem tad-dawl prinċipali u għall-lampi ta’ quddiem li jagħtu dawl baxx meta s-sinjal tat-twissija tagħhom ikun jikkonsisti minn tidwil intermittenti f’intervalli qosra tal-lampa ta’ quddiem għad-dawl baxx, jew ta’ tidwil li jalterna f’intervalli qosra tal-lampi ta’ quddiem tad-dawl prinċipali u għad-dawl baxx.”;

(d)

fil-Parti B, jiżdiedu l-punti 15. sa 17. li ġejjin:

15.   Il-vetturi tal-kategoriji L1e u L3e jistgħu ikunu mgħammra b’apparati u materjali supplementari ta’ wara u tal-ġnub li jkunu retroriflettivi sakemm dawn ma jfixklux l-effikaċja tal-apparati mandatorji tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl. B’mod partikolari, il-kompartimenti tal-bagalji u l-ixkejjer tas-srieġ jistgħu jkunu mgħammra b’materjali retroriflettivi, sakemm dawn ikunu tal-istess kulur bħall-apparat tad-dawl f’dak il-post.

16.   L-ebda vettura ma għandha tiġi mgħammra b’sorsi tad-dawl awżiljarji li jarmu dawl li jista’ jiġi direttament u/jew indirettament osservat f’kundizzjonijiet normali tas-sewqan, minbarra dawk għall-iskop tat-tidwil tal-kontrolli, ta’ tell-tales u ta’ indikaturi jew ta’ kompartiment tal-okkupant.

17.   Fejn l-attivazzjoni ta’ lampa ta’ quddiem jew ta’ lampa tas-sewqan binhar li tinxtegħel awtomatikament hija marbuta mat-tħaddim ta’ magna, din għandha tkun meqjusa li hija marbuta mal-attivazzjoni tas-swiċċ ta’ kontroll prinċipali. B’mod partikolari dan japplika għal vetturi b’sistemi tal-elettriku jew b’sistema ta’ propulsjoni alternattivi u għal vetturi mgħammra b’sistema awtomatika għall-waqfien jew tal-istarjar tal-magna.”

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 1 sa 1.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

1.   Il-vetturi tal-kategorija L1e għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tar-Regolament UNECE Nru 74. Il-vetturi b’veloċità massima tad-disinn tal-vettura ta’ ≤ 25 km/h għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha kif preskritt għal vetturi b’veloċità massima tad-disinn tal-vettura ta’ > 25 km/h.

1.1.   Il-vetturi tal-kategorija L1e għandhom, fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi għal vetturi ta’ dik il-kategorija, ikunu mgħammra b’lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara.

1.2.   Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi fir-Regolament UNECE Nru 74, il-vetturi tal-kategorija L1e jistgħu jkunu mgħammra b’lampi tas-sewqan binhar li huma attivati minflok b’lampi ta’ quddiem li jinxtegħlu awtomatikament u li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti 6.15. li 6.15.7. tal-Anness III.”;

(b)

l-Appendiċijiet 1 u 2 huma mħassra;

(c)

l-Appendiċi 3 hija nnumerata mill-ġdid bħala l-Appendiċi 1 u r-referenza għaliha fil-Lista tal-Annessi hija emendata skont dan.

(d)

l-Appendiċi 4 hija nnumerata mil-ġdid bħala l-Appendiċi 2 u r-referenza għaliha fil-Lista tal-Annessi hija emendata skont dan.

(e)

fl-Appendiċi 2 jiddaħħal il-punt 5.7 li ġej:

“5.7.

Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara”;

(f)

fl-Appendiċi 2, il-punt 6.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.

Lampa tas-sewqan binhar: iva/le (*)”.

(4)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 1.8 li ġej:

1.8.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara”;

(b)

il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

2.3.   lampa tas-sewqan binhar”;

(c)

il-punt 6.1.10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.1.10.   Circuit-closed tell-tale: obbligatorju jekk tkun imwaħħla l-lampa ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan (tell-tale blu li ma jteptipx).”;

(d)

jiddaħħal il-punt 6.1.11. li ġej:

6.1.11.   Rekwiżiti oħra:

il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan ta’ vetturi li għandhom it-tendenza li jinklinaw f’kantunieri jistgħu jkunu mgħammra b’sistema għall-aġġustament orizzontali tal-inklinazzjoni (HIAS) kif definit fil-paragrafu 2.25 tar-Regolament UNECE Nru 53, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dak ir-Regolament li japplikaw għal HIAS huma sodisfatti,

Il-valur ikkombinat tal-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan kollha li tista’ tiġi attivata fl-istess ħin m’għandux jaqbeż 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100.”;

(e)

il-punt 6.2.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.3.1.

Fil-wisa’:

lampa ta’ quddiem tad-dawl tal-inkrocjar (passing beam) unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem “passing beam” għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem “main-beam” unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa ta’ quddiem għad-dawl baxx (“passing-beam”), iċ-ċentru ta’ referenza taż-żewġ lampi għandu jkun simetriku f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

Fejn hemm żewġ lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.”;

(f)

il-punt 6.2.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.2.11.   Rekwiżiti oħra:

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx ta’ vetturi li għandhom it-tendenza li jinklinaw f’kantunieri jistgħu jkunu mgħammra b’sistema għall-aġġustament orizzontali tal-inklinazzjoni (HIAS) kif definit fil-paragrafu 2.25 tar-Regolament UNECE Nru 53, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dak ir-Regolament li japplikaw għal HIAS huma sodisfatti,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa 0,8 m jew anqas ’il fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,0 % u –1,5 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa bejn 0,8 m u 1,0 ’il fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,0 % u –2,0 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa 1,0 m jew aktar ’il fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,5 % u –2,0 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

għal lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx b’sors tad-dawl bi fluss luminuż oġġettiv li ma jaqbiżx 2 000 lumen u b’inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,0 % u –1,5 %, l-inklinazzjoni vertikali għandha tibqa’ bejn –0,5 % u –2,5 % fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija. L-inklinazzjoni vertikali għandha tibqa’ bejn –1,0 % u –3,0 % jekk l-inklinazzjoni inizjali hija stabbilita bejn –1,5 % u –2,0 %. Apparat ta’ aġġustament estern jista’ jintuża biex jissodisfa r-rekwiżiti, sakemm ma hija meħtieġa l-ebda għodda oħra ħlief dawk ipprovduti mal-vettura,

għal lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx b’sors tad-dawl bi fluss lumenuż oġġettiv li jaqbeż l-2 000 lumen u b’inklinazzjoni inizjali ta’ bejn –1.0 % u –1,5 %, l-inklinazzjoni verikali għandha tibqa’ bejn –0,5 % u –2,5 % fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija. L-inklinazzjoni vertikali għandha tibqa’ bejn –1,0 u –3,0 % jekk l-inklinazzjoni inizjali hija stabbilita bejn –1,5 % u –2,0 %. Apparat għall-invellar tal-lampi ta’ quddiem ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan il-punt, sakemm it-tħaddim huwa kompletament awtomatika u l-ħin tar-rispons huwa inqas minn 30 sekonda.”;

(g)

jiddaħħal il-punt 6.2.11.1 li ġej:

“6.2.11.1.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar:

ir-rekwiżiti tal-inklinazzjoni fil-punt 6.2.11 għandhom jiġu vverifikati kif ġej:

vettura b’massa fi stat ta’ tħaddim u b’massa ta’ 75 kg li tirrappreżenta s-sewwieq,

vettura mgħobbija kompletament bil-massa distribwita sabiex tilħaq it-tagħbijiet massimi tal-fus kif iddikjarat mill-manifattur għal din kundizzjoni ta’ tagħbija,

vettura b’massa ta’ 75 kg li tirrappreżenta s-sewwieq u b’tagħbija addizzjonali sabiex tinkiseb it-tagħbija massima permissibbli tal-fus ta’ wara kif iddikjarat mill-manifattur; madankollu, it-tagħbija tal-fus ta’ quddiem għandha tkun baxxa kemm jista’ jkun f’dan il-każ,

qabel kull kejl, il-vettura għandha tkun imbandla tliet darbiet u mbagħad tiġi mċaqilqa lura u’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.”;

(h)

il-punt 6.4.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.4.1.   Numru:

wieħed jew tnejn, fil-każ ta’ vetturi ta’ wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

tnejn, fil-każ ta’ vetturi ta’ wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

Lampa ta’ waqfien supplementari tal-kategorija S3 jew S4 ċentrali (jiġifieri lampa tal-waqfien immuntata fl-għoli) tista’ tkun mgħammra, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha tar-Regolament UNECE Nru 48 li japplikaw l-installazzjoni ta’ tali lampi tal-waqfien għal vetturi tal-kategorija M1 huma sodisfatti.”;

(i)

il-punt 6.5.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.5.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem li l-ebda waħda minnhom, waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

fejn hemm żewġ lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.”;

(j)

il-punt 6.6.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.6.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tal-pożizzjoni ta’ wara unika għandha tiġi installata fil-vettura sabiex iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ wara jkun jinsab fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampa tal-pożizzjoni ta’ wara għandhom jiġu installati fil-vettura sabiex iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ wara jkun simetriku f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara u tal-wisa’ ġlobali ta’ aktar minn 1 300 mm, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż 400 mm.”;

(k)

il-punt 6.7.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.7.3.1.

Fil-wisa’:

jekk ikun hemm retroriflettur ta’ wara uniku, dan għandu jiġi installat fuq il-vettura b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jinsab fil-pjan lonġitudinali medjan tagħha,

jekk ikun hemm żewġ retrorifletturi ta’ wara, dawn għandhom jiġu installati fil-vettura b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tagħha,

jekk ikun hemm żewġ retrorifletturi ta’ wara, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.”;

(l)

jiżdiedu l-punti 6.15 sa 6.15.7 li ġejjin:

“6.15.   Lampa tas-sewqan binhar:

6.15.1.   Numru:

wieħed jew tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm.

6.15.2.   Arranġament

l-ebda rekwiżit speċifiku.

6.15.3.   Pożizzjoni:

6.15.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa tas-sewqan binhar għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa tas-sewqan binhar, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampi tas-sewqan binhar li l-ebda waħda minnhom, waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

it-trufijieta ta’ ġewwa tas-superfiċji li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 500 mm’ il bogħod minn xulxin fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ globali ta’ aktar minn 1 300 mm.

6.15.3.2.

Fl-għoli:

minimu ta’ 250 mm u massimu ta’ 1 500 mm ’l fuq mill-art.

6.15.3.3.

Fit-tul:

fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tar-riflessjoni minn fuq il-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew mis-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.15.3.4.

Distanza

Jekk id-distanza bejn il-lampa ta’ quddiem li tindika d-direzzjoni u l-lampa tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-lampa tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

tkun mitfija, jew

l-intensità luminuża tagħha titnaqqas sa livell li ma jaqbżix 140 cd;

matul il-perjodu kollu (iċ-ċiklu kemm meta tinxtegħel u kemm meta tintefa) l-attivazzjoni tal-lampa ta’ quddiem rilevanti li tindika d-direzzjoni.

6.15.4.   Viżibilità ġeometrika:

α = 10° ’il fuq and 10° ’l isfel,

β = 20° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk ikun hemm biss lampa waħda tas-sewqan binhar,

β = 20° ’il barra u 20° ’il ġewwa jekk hemm żewġ lampi tas-sewqan binhar.

6.15.5.   Orjentazzjoni

fuq quddiem; tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering ta’ kwalunkwe manubriju.

6.15.6.   Konnessjonijiet elettriċi:

il-lampi tas-sewqan binhar kollha għandhom jinxtegħlu meta jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali; madankollu, huma jistgħu jibqgħu mitfija fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jkun fil-pożizzjoni tal-parking, jew

il-brejk tal-ipparkjar huwa attivat, jew

qabel mal-vettura tinsaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-swiċċ tal-kontroll prinċipali u tas-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura;

il-lampi tas-sewqan binhar jistgħu jkunu diżattivati manwalment; madankollu, dan ikun possibbli biss fil-veloċità however, this shall be possible only at a vehicle speed not exceeding 10 km/s. The lamps shall be automatically reactivated when the vehicle speed exceeds 10 km/s or when the vehicle has travelled more than 100 m,

il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu diżattivati awtomatikament meta:

il-vettura ikun mitfija permezz ta’ swiċċ tal-kontroll prinċipali,

jiġu attivati l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem,

jiġu attivati l-lampi ta’ quddiem, ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra, kif ukoll

f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali ta’ inqas minn 1 000 lux fejn il-veloċità indikata fuq is-speedometer tal-vettura għadha tkun tista’ tinqara faċilment (eż. meta l-illuminazzjoni tas-speedometer tkun dejjem mixgħula) u l-vettura ma tkunx mgħammra b’sinjal aħdar li ma jteptipx f’konformità mal-punt 6.5.9 jew b’sinjalatur aħdar tal-ingranaġġ (‘green circuit-closed tell-tale’) apposta għal-lampa tas-sewqan binhar identifikata bis-simbolu xieraq. F’dan il-każ, il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I Taqsima B għandhom jiġu attivati awtomatikament b’mod simultanju f’temp ta’ żewġ sekondi wara li l-livell tad-dawl ambjentali jinżel taħt l-1 000 lux.. Jekk il-kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali sussegwentement jilħqu livell ta’ mill-inqas 7 000 lux, il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu riattivati awtomatikament, filwaqt li l-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I, Taqsima B għandhom jiġi diżattivati simultanjament f’temp ta’ minn ħames sa 300 sekonda (jiġifieri hija meħtieġa attivazzjoni tad-dawl totalment awtomatika jekk ix-xufier ma jkollu l-ebda indikazzjoni viżibbli u stimolu biex jattiva dawl normali meta jkun id-dlam).

6.15.7.   Circuit-closed tell-tale:

fakultattiv.”;

(m)

fl-Appendiċi 4 jiddaħħal il-punt 5.8. li ġej:

“5.8.

Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara”;

(n)

fl-Appendiċi 4, il-punt 6.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.4.

Lampa tas-sewqan binhar: iva/le (*)”.

(5)

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   Il-vetturi tal-kategorija L3e għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tar-Regolament UNECE Nru 53, bl-eċċezzjoni tal-punt 5.14.9.”;

(b)

l-Appendiċi 1 u 2, huma mħassra;

(c)

l-Appendiċi 3 hija nnumerata mill-ġdid bħala l-Appendiċi 1 u r-referenza għaliha fil-Lista tal-Annessi hija emendata skont dan.

(d)

l-Appendiċi hija nnumerata mill-ġdid bħala l-Appendiċi 2 u r-referenza għaliha fil-Lista tal-Annessi hija emendata skont dan.

(e)

fl-Appendiċi 2, jiżdied il-punt 6.5. li ġej:

“6.5.

Lampa tas-sewqan binhar: iva/le (*)”;

(6)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-punt 2.5 li ġej:

2.5.   Lampa tas-sewqan binhar”;

(b)

il-punt 6.1.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.1.11.   Rekwiżiti oħra:

il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan ta’ vetturi li għandhom it-tendenza li jinklinaw f’kantunieri jistgħu jkunu mgħammra b’sistema għall-aġġustament orizzontali tal-inklinazzjoni (HIAS) kif definit fil-paragrafu 2.25. tar-Regolament UNECE Nru 53, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dak ir-Regolament li japplikaw għal HIAS huma sodisfatti,

il-valur ikkombinat tal-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan kollha li jistgħu jiġu attivati fl-istess ħin ma għandhomx jaqbżu l-430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100.”;

(c)

jiżdiedu l-punti 6.13 sa 6.13.7 li ġejjin:

“6.13.   Lampa tas-sewqan binhar:

6.13.1.   Numru:

wieħed jew tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm.

6.13.2.   Arranġament

l-ebda rekwiżit speċifiku.

6.13.3.   Pożizzjoni:

6.13.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa tas-sewqan binhar għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa tas-sewqan binhar, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampi tas-sewqan binhar li l-ebda waħda minnhom, waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

it-trufijieta ta’ ġewwa tas-superfiċji li jdawlu għandhom ikunu tal-anqas 500 mm’ il bogħod minn xulxin fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ globali ta’ aktar minn 1 300 mm.

6.13.3.2.

Fl-għoli:

minimu ta’ 250 mm u massimu ta’ 1 500 mm ’l fuq mill-art.

6.13.3.3.

Fit-tul:

fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tar-riflessjoni minn fuq il-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew mis-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.13.3.4.

Distanza

Jekk id-distanza bejn il-lampa ta’ quddiem li tindika d-direzzjoni u l-lampa tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-lampa tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

tkun mitfija, jew

l-intensità luminuża tagħha titnaqqas sa livell li ma jaqbżix 140 cd.

matul il-perjodu kollu (iċ-ċiklu kemm meta tinxtegħel u kemm meta tintefa) l-attivazzjoni tal-lampa ta’ quddiem rilevanti li tindika d-direzzjoni.

6.13.4.   Viżibilità ġeometrika:

α = 10° ’il fuq and 10° ’l isfel,

β = 20° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk ikun hemm biss lampa waħda tas-sewqan binhar,

β = 20 ’il barra u 20° ’il ġewwa jekk hemm żewġ lampi tas-sewqan binhar.

6.13.5.   Orjentazzjoni

fuq quddiem; tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering ta’ kwalunkwe manubriju.

6.13.6.   Konnessjonijiet elettriċi:

il-lampi tas-sewqan binhar kollha għandhom jinxtegħlu meta jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali; madankollu, huma jistgħu jibqgħu mitfija fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jkun fil-pożizzjoni tal-parking, jew

il-brejk tal-ipparkjar huwa attivat, jew

qabel mal-vettura tinsaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-swiċċ tal-kontroll prinċipali u tas-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura;

il-lampi tas-sewqan binhar jistgħu jkunu diżattivati manwalment; madankollu, dan ikun possibbli biss fil-veloċità tal-vettura li ma taqbiżx 10 km/s. Il-lampi għandhom jiġu riattivati awtomatikament meta l-veloċità tal-vettura taqbeż 10 km/s jew meta l-vettura tkun għamelt aktar minn 100 m,

il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu diżattivati awtomatikament meta:

il-vettura tkun mitfija permezz ta’ swiċċ tal-kontroll prinċipali,

jiġu attivati l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem,

jiġu attivati l-lampi ta’ quddiem, ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra, kif ukoll

f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali ta’ inqas minn 1 000 lux fejn il-veloċità indikata fuq is-speedometer tal-vettura għadha tkun tista’ tinqara faċilment (eż. meta l-illuminazzjoni tas-speedometer tkun dejjem mixgħula) u l-vettura ma tkunx mgħammra b’tell-tale aħdar li ma jteptipx f’konformità mal-punt 6.5.9 jew b’sinjalatur aħdar tal-ingranaġġ apposta għal-lampa tas-sewqan binhar identifikata bis-simbolu xieraq. F’dan il-każ, il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I Taqsima B għandhom jiġu attivati awtomatikament b’mod simultanju f’temp ta’ żewġ sekondi wara li l-livell tad-dawl ambjentali jinżel taħt l-1 000 lux. Jekk il-kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali sussegwentement jilħqu livell ta’ mill-inqas 7 000 lux, il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu riattivati awtomatikament, filwaqt li l-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I, Taqsima B għandhom jiġi diżattivati simultanjament f’temp ta’ minn ħames sa 300 sekonda (jiġifieri hija meħtieġa attivazzjoni tad-dawl totalment awtomatika jekk ix-xufier ma jkollu l-ebda indikazzjoni viżibbli u stimolu biex jattiva dawl normali meta jkun id-dlam).

6.13.7.   Circuit-closed tell-tale:

fakultattiv”;

(d)

fl-Appendiċi 4, jiżdied il-punt 6.5 li ġej:

“6.5.

Lampa tas-sewqan binhar: iva/le (*)”;

(7)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

2.4.   lampa tas-sewqan binhar”:

(b)

il-punt 6.1.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.1.11.   Rekwiżiti oħra:

il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan ta’ vetturi li għandhom it-tendenza li jinklinaw f’kantunieri jistgħu jkunu mgħammra b’sistema għall-aġġustament orizzontali tal-inklinazzjoni (HIAS) kif definit fil-paragrafu 2.25 tar-Regolament UNECE Nru 53, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dak ir-Regolament li japplikaw għal HIAS huma sodisfatti;

Il-valur ikkombinat tal-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ tas-sewqan kollha li tista’ tiġi attivata fl-istess ħin m’għandux jaqbeż 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100.”;

(c)

Il-punt 6.3.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.3.1.

Fil-wisa’:

lampa ta’ quddiem tad-dawl tal-inkrocjar (passing beam) unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem “passing beam” għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem “main-beam” unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa ta’ quddiem għad-dawl baxx, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

Fejn hemm żewġ lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.’;

(d)

il-punt 6.2.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.2.11.   Rekwiżiti oħra:

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx ta’ vetturi li għandhom it-tendenza li jinklinaw f’kantunieri jistgħu jkunu mgħammra b’sistema għall-aġġustament orizzontali tal-inklinazzjoni (HIAS) kif definit fil-paragrafu 2.25 tar-Regolament UNECE Nru 53, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dak ir-Regolament li japplikaw għal HIAS huma sodisfatti,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa 0,8 m jew anqas ’il fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,0 % u –1,5 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa bejn 0,8 m u 1,0 ’l fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,0 % u –2,0 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx li l-aktar punt fil-baxx tagħhom tas-superfiċje li tarmi d-dawl huwa 1,0 m jew aktar ’il fuq mill-art, għandhom jiġu aġġustati għal inklinazzjoni ta’ mmirar inizjali ta’ bejn –1,5 % u –2,0 %. Il-valur preċiż jista’ jiġi ddikjarat mill-manifattur,

għal lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx b’sors tad-dawl bi fluss lumenuż oġġettiv li jaqbeż l-2 000 lumen u b’inklinazzjoni inizjali ta’ bejn –1,0 % u –1.,5 %, l-inklinazzjoni verikali għandha tibqa’ bejn –0,5 % u –2,5 % fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija. L-inklinazzjoni vertikali għandha tibqa’ bejn –1,0 u –3,0 % jekk l-inklinazzjoni inizjali hija stabbilita bejn –1,5 % u –2,0 %. Apparat ta’ aġġustament estern jista’ jintuża biex jissodisfa r-rekwiżiti, sakemm ma hija meħtieġa l-ebda għodda oħra ħlief dawk ipprovduti mal-vettura,

għal lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx b’sors tad-dawl bi fluss lumenuż oġġettiv li jaqbeż l-2 000 lumen u b’inklinazzjoni inizjali ta’ bejn –1,0 % u –1,5 %, l-inklinazzjoni verikali għandha tibqa’ bejn –0,5 % u –2,5 % fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija. L-inklinazzjoni vertikali għandha tibqa’ bejn –1,0 u –3,0 % jekk l-inklinazzjoni inizjali hija stabbilita bejn –1,5 % u –2,0 %. Apparat għall-invellar tal-lampi ta’ quddiem ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan il-punt, sakemm it-tħaddim tiegħu huwa kompletament awtomatiku u l-ħin tar-rispons huwa inqas minn 30 sekonda.”

(e)

jiddaħħal il-punt 6.2.11.1 li ġej:

“6.2.11.1.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar:

ir-rekwiżiti tal-inklinazzjoni fil-punt 6.2.11 għandhom jiġu vverifikati kif ġej:

vettura b’massa fi stat ta’ tħaddim u b’massa ta’ 75 kg li tirrappreżenta s-sewwieq,

vettura mgħobbija kompletament bil-massa distribwita sabiex tilħaq it-tagħbijiet massimi tal-fus kif iddikjarat mill-manifattur għal din kundizzjoni ta’ tagħbija,

vettura b’massa ta’ 75 kg li tirrappreżenta s-sewwieq u b’tagħbija addizzjonali sabiex tinkiseb it-tagħbija massima permissibbli tal-fus ta’ wara kif iddikjarat mill-manifattur; madankollu, it-tagħbija tal-fus ta’ quddiem għandha tkun baxxa kemm jista’ jkun f’dan il-każ,

qabel kull kejl, il-vettura għandha tkun imbandla tliet darbiet u mbagħad tiġi mċaqilqa lura u’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.”;

(f)

il-punt 6.4.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

6.4.1.   Numru:

wieħed jew tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

Lampa ta’ waqfien supplementari tal-kategorija S3 jew S4 ċentrali (jiġifieri lampa tal-waqfien immuntata fl-għoli) tista’ tkun mgħammra, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti kollha tar-Regolament UNECE Nru 48 li japplikaw l-installazzjoni ta’ tali lampi tal-waqfien għal vetturi tal-kategorija M1 huma sodisfatti.”

(g)

il-punt 6.5.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.5.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem li l-ebda waħda minnhom, waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

fejn hemm żewġ lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.”

(h)

il-punt 6.6.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.6.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tal-pożizzjoni ta’ wara unika għandha tiġi installata fil-vettura sabiex iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ wara jkun jinsab fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi tal-pożizzjoni ta’ wara għandhom jiġu installati fil-vettura sabiex iċ-ċentri ta’ referenza tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ wara jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara u tal-wisa’ ġlobali ta’ aktar minn 1 300 mm, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż 400 mm.”

(i)

il-punt 6.12.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.12.3.1.

Fil-wisa’:

jekk ikun hemm retroriflettur ta’ wara uniku, dan għandu jiġi installat fuq il-vettura b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jinsab fil-pjan lonġitudinali medjan tagħha,

jekk ikun hemm żewġ retrorifletturi ta’ wara, dawn għandhom jiġu installati fil-vettura b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tagħha,

jekk ikun hemm żewġ retrorifletturi ta’ wara, id-distanza laterali bejn it-trufijiet esterni tas-superfiċji li jdawlu u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma għandhiex taqbeż l-400 mm.”

(j)

jiżdiedu l-punti 6.14 sa 6.14.7 li ġejjin:

6.14.   Lampa tas-sewqan binhar:

6.14.1.   Numru:

wieħed jew tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm,

tnejn, fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ ġlobali li ma jaqbiżx l-1 300 mm.

6.14.2.   Arranġament

l-ebda rekwiżit speċifiku.

6.14.3.   Pożizzjoni:

6.14.3.1.

Fil-wisa’:

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew maġenb lampa oħra ta’ quddiem: Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa tas-sewqan binhar għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; Jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa tas-sewqan binhar unika indipendenti li hija inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem għandha tkun installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampa oħra ta’ quddiem maġenb il-lampa tas-sewqan binhar, iċ-ċentri ta’ referenza taż-żewġ lampi għandhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

żewġ lampi tas-sewqan binhar li l-ebda waħda minnhom, waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, għandhom ikunu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

it-trufijieta ta’ ġewwa tas-superfiċji li jdawlu għandhom ikunu tal-anqas 500 mm’ il bogħod minn xulxin fil-każ ta’ vetturi tal-wisa’ globali ta’ aktar minn 1 300 mm.

6.14.3.2.

Fl-għoli:

minimu ta’ 250 mm u massimu ta’ 1 500 mm ’l fuq mill-art.

6.14.3.3.

Fit-tul:

fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tar-riflessjoni minn fuq il-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew mis-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.14.3.4.

Distanza

Jekk id-distanza bejn il-lampa ta’ quddiem li tindika d-direzzjoni u l-lampa tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-lampa tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

tkun mitfija, jew

l-intensità luminuża tagħha titnaqqas sa livell li ma jaqbżix 140 cd;

matul il-perjodu kollu (iċ-ċiklu kemm meta tinxtegħel u kemm meta tintefa) l-attivazzjoni tal-lampa ta’ quddiem rilevanti li tindika d-direzzjoni.

6.14.4.   Viżibilità ġeometrika:

α = 10° ’il fuq and 10° ’l isfel,

β = 20° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk ikun hemm biss lampa waħda tas-sewqan binhar,

β = 20° ’il barra u 20° ’il ġewwa jekk hemm żewġ lampi tas-sewqan binhar.

6.14.5.   Orjentazzjoni

fuq quddiem; tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering ta’ kwalunkwe manubriju.

6.14.6.   Konnessjonijiet elettriċi:

il-lampi tas-sewqan binhar kollha għandhom jinxtegħlu meta jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali; madankollu, huma jistgħu jibqgħu mitfija fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jkun fil-pożizzjoni tal-parking, jew

il-brejk tal-ipparkjar huwa attivat, jew

qabel mal-vettura tinsaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-swiċċ tal-kontroll prinċipali u tas-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura;

il-lampi tas-sewqan binhar jistgħu jkunu diżattivati manwalment; madankollu, dan ikun possibbli biss fil-veloċità tal-vettura li ma taqbiżx 10 km/s. Il-lampi għandhom jiġu riattivati awtomatikament meta l-veloċità tal-vettura taqbeż 10 km/s jew meta l-vettura tkun għamelt aktar minn 100 m;

f’kull każ il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu diżattivati awtomatikament meta:

il-vettura tkun mitfija permezz ta’ swiċċ tal-kontroll prinċipali,

jiġu attivati l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem,

jiġu attivati l-lampi ta’ quddiem, ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra, kif ukoll

f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali ta’ inqas minn 1 000 lux fejn il-veloċità indikata fuq is-speedometer tal-vettura għadha tkun tista’ tinqara faċilment (eż. meta l-illuminazzjoni tas-speedometer tkun dejjem mixgħula) u l-vettura ma tkunx mgħammra b’tell-tale aħdar li ma jteptipx f’konformità mal-punt 6.5.9 jew b’sinjalatur aħdar tal-ingranaġġ apposta għal-lampa tas-sewqan binhar identifikata bis-simbolu xieraq. F’dan il-każ, il-lampi ta’ quddiem għad-dawl baxx u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I Taqsima B għandhom jiġu attivati awtomatikament b’mod simultanju f’temp ta’ żewġ sekondi wara li l-livell tad-dawl ambjentali jinżel taħt l-1 000 lux.. Jekk il-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali sussegwentement jilħqu livell ta’ mill-inqas 7 000 lux, il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu riattivati awtomatikament, filwaqt li l-lamp ta’ quddiem ‘passing beam’ u l-apparati tad-dawl meħtieġa fil-punt 11 tal-Anness I Taqsima B għandu jiġi diżattivat simultanjament f’temp ta’ minn ħames sa 300 sekonda (jiġifieri hija meħtieġa attivazzjoni tad-dawl totalment awtomatika jekk ix-xufier ma jkollu l-ebda indikazzjoni viżibbli u stimolu biex jattiva dawl normali meta jkun id-dlam).

6.14.7.   Circuit-closed tell-tale:

fakultattiv”;

(k)

fl-Appendiċi 4, il-punt 6.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.5.

Lampa tas-sewqan binhar: iva/le (*)”