8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/20


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/45/UE

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2), 44(2), 45 u 48(1)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 1(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku, il-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura Botanika (l-ICBN) ġiet irriveduta, b’mod partikolari fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam.

(2)

Sabiex jidher dan l-iżvilupp, id-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (3) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE

Id-Direttiva 2002/55/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1)(b) il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(2)

Fit-tabella mogħtija fil-punt 3(a) tal-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(3)

Fit-tabella mogħtija fil-punt 2 tal-Anness III, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2008/72/KE

Fit-tabella mogħtija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/72/KE, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2009/145/KE

Id-Direttiva 2009/145/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fit-tabella mogħtija fl-Anness I, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(2)

Fit-tabella mogħtija fl-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 44.