27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/338


DIRETTIVA 2013/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 2013

dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (2) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (3) ġew emendati b’mod sinifikanti f’diversi okkażjonijiet. Ħafna dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment. Għall-fini taċ-ċarezza u sabiex tkun żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jiġu amalgamati f'atti leġislattivi ġodda li huma applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment, jiġifieri din id-Direttiva u r-Regolment (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 26 ta’ Ġunju 2013 (4). Sabiex ikunu iktar aċċessibbli, id-dispożizzjonijiet tal-Annessi għad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jiġu integrati fit-termini normattivi ta’ din id-Direttiva u dak ir-Regolament.

(2)

Din id-Direttiva għandha tinkludi, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni għan-negozju, l-akkwist tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti f'dan ir-rigward u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kapital inizzjali u r-reviżjoni superviżorja tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. L-għan prinċipali u s-suġġett ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu kkoordinati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, il-modalitajiet għall-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom. Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fihom ukoll rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal dawk ir-rekwiżiti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi u direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, billi tali rekwiżiti huma relatati mill-qrib mal-funzjonament tas-swieq finanzjarji fir-rigward ta’ għadd ta’ assi miżmuma mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Din id-Direttiva għandha għalhekk tinqara flimkien mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom flimkien ma' dak ir-Regolament jiffurmaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-attivitajiet bankarji, il-qafas superviżorju u r-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(3)

Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma ssupplimentati minn arranġamenti individwali li jkunu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tar-reviżjoni superviżorja kontinwa tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta' kreditu u d-ditta tal-investiment individwali. Il-firxa ta’ dawn l-arranġamenti superviżorji għandha, fost l-oħrajn, tkun stabbilita f’din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom ikunu imposti. Rigward tali arranġamenti individwali li jirrigwardaw il-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fost l-oħrajn, jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Ispiża-Benefiċċju tal-Likwidità tas-27 ta' Ottubru 2010 tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.

(4)

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (5) tippermetti lid-ditti tal-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom u supervizzati mill-istess awtoritajiet li jistabilixxu fergħat u jipprovdu servizzi mingħajr xkiel fi Stati Membri oħrajn. Dik id-Direttiva għalhekk tipprevedi l-koordinazzjoni tar-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u l-eżerċizzju tan-negozju tad-ditti tal-investiment. Madankollu, din ma tistabilixxix l-ammonti tal-kapital inizjali ta’ ditti bħal dawn jew qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji mġarrba minnhom, li għandu jkun dispost għalihom f'din id-Direttiva.

(5)

Din id-Direttiva għandha tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għall-kisba tas-suq intern mill-aspett kemm tal-libertà tal-istabiliment kif ukoll tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi finanzjarji fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(6)

L-operazzjoni bla intoppi tas-suq intern teħtieġ mhux biss regoli legali iżda wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment imsaħħa ta’ prattiki regolatorji u superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jistabilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)("ABE"). Din id-Direttiva għandha tikkunsidra r-rwol u l-funzjoni tal-ABE stipulati f'dak ir-Regolament u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jiġu kkonferiti kompiti lill-ABE.

(8)

Minħabba ż-żieda tal-kompiti mogħtija lill-ABE minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm riżorsi umani u finanzjarji xierqa.

(9)

Bħala l-ewwel pass lejn unjoni bankarja, mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) għandu jiżgura li l-politika tal-Unjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tiġi implimentata b’mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u li dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità, li ma tkunx ristretta minn konsiderazzjonijiet oħra mhux prudenzjali. MSU huwa l-bażi għall-passi li jmiss lejn unjoni bankarja. Dan jirrifletti l-prinċipju li kwalunkwe introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ intervent komuni f’każ ta’ kriżi għandu jiġi ppreċedut minn kontrolli komuni li jnaqqsu l-probabbiltà li jkollhom jintużaw tali mekkaniżmi ta’ intervent. Il-Kunsill Ewropew innota fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2012 li "[i]l-Kummissjoni ser tippreżenta matul l-2013 proposta għal mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni għall-Istati Membri parteċipanti fil-MSU, li għandha tiġi eżaminata mill-koleġislaturi bħala prijorità bl-intenzjoni li tiġi adottata matul iċ-ċiklu parlamentari attwali". L-integrazzjoni tal-qafas finanzjarju jista' jissaħħaħ ulterjorment bit-twaqqif ta' mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni, li jinkludi arranġamenti għal pjan ta' emerġenza xieraq u effettiv biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni tal-bank jittieħdu malajr, b'mod imparzjali u fl-aħjar interessi ta' dawk kollha kkonċernati.

(10)

Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-Bank Ċentrali Ewropew(BĊE) għal uħud mill-Istati Membri għandu jkun konsistenti mal-qafas tas-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbilita fl-2010 u l-għan sottostanti tagħha li tiżviluppa l-ġabra unika ta’ regoli u ssaħħaħ il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu soġġett għal u f'konformità ma' kwalunkwe liġi primarja u sekondarja rilevanti tal-Unjoni, id-deċiżjonijet tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-għajnuniet mill-Istat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-kontroll tal-fużjonijiet u l-ġabra unika ta’ regoli li tapplika għall-Istati Membri kollha. L-ABE hija fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex tiżgura konverġenza superviżorja u konsistenza ta’ eżiti superviżorji fl-Unjoni. Il-BĊE m'għandux iwettaq dawk il-kompiti, iżda għandu jeżerċita setgħat għall-adozzjoni ta' regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) f'konformità ma' atti adottati mill-Kummissjoni abbażi ta' abbozzi żviluppati mill-ABE u b'linji gwida u rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(11)

Ir-rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti tal-ABE huwa element fundamentali fil-promozzjoni tal-koordinazzjoni, il-konsistenza superviżorja u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Il-medjazzjoni mill-ABE tista' tinbeda jew fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ikun speċifikament previst, jew fuq talba minn awtorità kompetenti jew aktar fil-każ ta' nuqqas ta' qbil li ma taqbilx. Din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jestendu l-firxa ta' sitwazzjonijiet li fihom l-ABE tista' tniedi r-rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti tagħha bil-għan li tikkontribwixxi għall-konsistenza fil-prattiki superviżorji. L-ABE m'għandha l-ebda rwol ta' medjazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess fir-rigward tan-nomina ta' fergħat sinifikanti u d-determinazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għal istituzzjoni skont din id-Direttiva. Madankollu, sabiex tiġi promossa l-koordinazzjoni u jiġu msaħħa l-prattiki superviżorji konsistenti f'dawk l-oqsma sensittivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikorru għall-medjazzjoni tal-ABE fi stadju bikri tal-proċess f'każ ta' nuqqas ta' qbil. Tali medjazzjoni bikrija tal-ABE għandha tiffaċilita s-sejbien ta' soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil.

(12)

Sabiex jipproteġu t-tfaddil kif ukoll sabiex joħolqu kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-miżuri li jikkoordinaw is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, japplikaw għalihom kollha. Madankollu għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa lid-differenzi oġġettivi fl-istatuti u l-għanijiet tagħhom kif stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali.

(13)

Sabiex jiġi żgurat suq intern li jaħdem sew, prattiki u deċiżjonijiet superviżorji, trasparenti, prevedibbli u armonizzati huma meħtieġa biex isir in-negozju u biex jitmexxew gruppi transkonfinali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ABE għandha għalhekk issaħħaħ l-armonizzazzjoni tal-prattiki superviżorji. Il-proċessi u d-deċiżjonijiet superviżorji m'għandhomx itellfu l-funzjonament tas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera tal-kapital. Il-kulleġġi superviżorji għandhom jiżguraw programm ta' ħidma komuni u allinjat u deċiżjonijiet superviżorji armonizzati. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti għandha tissaħħaħ permezz ta' livell ogħla ta' trasparenza u kondiviżjoni tal-informazzjoni.

(14)

L-ambitu tal-miżuri li jikkoordinaw is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għalhekk għandu jkun kemm jista’ jkun wiesa’, u jkopri l-istituzzjonijiet kollha li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu fondi ripagabbli mill-pubbliku, kemm fil-forma ta’ depożiti jew f’forom oħrajn bħall-ħruġ kontinwu ta’ bonds u titoli oħrajn komparabbli u li jagħtu krediti f'isimhom stess. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet fil-każ ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ma tapplikax din id-Direttiva. Din id-Direttiva m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jipprevedu awtorizzazzjonijiet supplimentari speċjali li jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jwettqu attivitajiet speċifiċi jew li jidħlu għal tipi ta’ operazzjonijiet speċifiċi.

(15)

Huwa xieraq li ssir l-armonizzazzjoni li tkun neċessarja u suffiċjenti biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sistemi ta' superviżjoni prudenzjali, biex b'hekk ikun possibbli l-għoti ta’ liċenzja unika rikonoxxuta fl-Unjoni kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' superviżjoni prudenzjali mill-Istat Membru domiċiljari.

(16)

Il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni mill-Istat Membru domiċiljari jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrifjutaw jew jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħall-kontenut tal-programm tal-attivitajiet, id-distribuzzjoni ġeografika tal-attivitajiet jew l-attivitajiet li effettivament isiru jindikaw b’mod ċar li istituzzjoni ta’ kreditu tkun għażlet is-sistema ġuridika ta’ Stat Membru partikolari bl-għan li tevadi standards aktar rigorużi fis-seħħ fi Stat Membru ieħor fejn twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Fejn ma jkunx hemm indikazzjoni ċara ta’ dan, iżda l-parti l-kbira tal-assi totali tal-entitajiet fi grupp bankarju tinsab fi Stat Membru ieħor, li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu responsabbli li jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-responsabbiltà għall-eżerċizzju tas-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tinbidel biss bi ftehim ma’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

(17)

L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw istituzzjoni ta’ kreditu meta jkun hemm il-possibbiltà li jkunu mfixkla milli jeżerċitaw b’mod effikaċi l-funzjonijiet ta' superviżjoni tagħhom minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn dik l-istituzzjoni u persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ tali rabtiet mill-qrib.

(18)

Ir-referenza għall-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet superviżorji tkopri s-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għandha titwettaq fuq istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fejn il-liġi tal-Unjoni hekk tipprevedi. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet li tkun saritilhom talba għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għal eżerċitar ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment.

(19)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri domiċiljari tagħhom għandhom jitħallew iwettqu, fl-Unjoni kollha, kwalunkwe jew kull attività msemmija fil-lista tal-attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku billi jistabilixxu fergħat jew billi jipprovdu servizzi.

(20)

Huwa xieraq li r-rikonoxximent reċiproku jiġi estiż għal dawk l-attivitajiet elenkati fl- meta jitwettqu minn istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, sakemm dawn is-sussidjarji jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriżi prinċipali (parent) tagħhom u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigorużi.

(21)

L-Istat Membru ospitanti għandu jkun jista’, b’konnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt tal-istabiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, jirrikjedi konformità ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet jew regolamenti nazzjonali tiegħu stess min-naħa tal-entitajiet li mhumiex awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri domiċiljari tagħhom u fir-rigward ta’ attivitajiet mhux imsemmija fil-lista tal-attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku sakemm, minn naħa, dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux diġà previsti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u jkunu maħsuba sabiex jipproteġu l-ġid komuni u, sakemm min-naħa l-oħra, dawn l-entitajiet jew dawn l-attivitajiet ma jkunux soġġetti għal regoli ekwivalenti taħt il-liġijiet jew regolamenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom.

(22)

Minbarrra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma hemmx ostakoli għat-twettiq ta’ attivitajiet li jingħataw rikonoxximent reċiproku bl-istess mod bħal fl-Istat Membru domiċiljari, dment li dan tal-aħħar ma jkunx inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-liġi li jħarsu l-ġid komuni fl-Istat Membru domiċiljari.

(23)

Ir-regoli li jirregolaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz għandhom ikunu analogi fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li jkun dispost li dawn ir-regoli ma jkunux aktar favorevoli minn dawk applikabbli għal fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stat Membru ieħor. L-Unjoni għandha jkollha l-kapaċità li tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ regoli li jagħtu lil fergħat bħal dawn l-istess trattament fit-territorju kollu tagħha. Fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiżi terzi m'għandhomx igawdu l-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabiliment fi Stati Membri oħrajn għajr dawk li huma stabbiliti fihom.

(24)

Għandu jintlaħaq ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi bl-għan li tkun tista’ tiġi eżerċitata b’mod prattiku superviżjoni konsolidata fuq l-akbar żona ġeografika possibbli.

(25)

Ir-responsabbiltà tas-superviżjoni tas-solidità finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u b’mod partikolari s-solvenza tagħha fuq bażi konsolidata, għandha tkun tal-Istat Membru domiċiljari tagħha. Is-superviżjoni tal-gruppi bankarji tal-Unjoni għandha tkun l-oġġett ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti.

(26)

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, każ b’każ, kontrolli fuq il-post tal-attivitajiet tal-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jeħtieġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha u għal finijiet ta’ superviżjoni, fejn huma jqisu li jkunu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.

(27)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom jiksbu informazzjoni dwar attivitajiet li jitwettqu fit-territorju tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jieħdu miżuri superviżorji sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma jkunux iridu jieħdu miżuri prekawzjonarji ta’ emerġenza.

(28)

L-operat bla intoppi tas-suq bankarju intern jeħtieġ mhux biss regoli ġuridiċi iżda wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment imsaħħa ta’ prattiki regolatorji u superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, jistgħu jiġu kkunsidrati l-problemi li jirrigwardaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali u għandu jkun hemm skambju reċiproku ta’ informazzjoni permezz tal-ABE. Dik il-proċedura ta’ informazzjoni reċiproka m'għandhiex tissostittwixxi l-kooperazzjoni bilaterali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom dejjem ikollhom il-kapaċità, f’emerġenza, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq inizjattiva tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jikkontrollaw li l-attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fit-territorji tagħhom jikkonformaw mal-liġijiet rilevanti u mal-prinċipji ta’ proċeduri amministrattivi u kontabilitistiċi validi u ta' kontroll intern adegwat.

(29)

Huwa xieraq li jkun permess l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi li, minħabba l-funzjoni tagħhom, jgħinu sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex tinżamm in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni mgħoddija, il-lista tad-destinatarji għandha tinżamm ristretta.

(30)

Ċerta mġiba, bħall-frodi jew abbuż minn informazzjoni privileġġata, tista' taffettwa l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja. Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom ikun awtorizzat l-iskambju tal-informazzjoni f’dawn il-każijiet.

(31)

Meta jkun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkun żvelata biss bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jistipulaw li l-kunsens tagħhom ikun soġġett għal konformità ma’ kundizzjonijiet rigorużi.

(32)

Għandu jkun awtorizzat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali u korpi oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn neċessarju għal raġunijiet ta' superviżjoni prudenzjali prevenzjoni u riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li qed ifallu u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jekk rilevanti, awtoritajiet pubbliċi oħrajn u dipartimenti tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali responsabbli għat-tfassil ta' leġislazzjoni dwar is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji, servizzi ta' investiment u kumpanniji tal-assigurazzjoni, u awtoritajiet pubbliċi, responsabbli mis-superviżjoni tas-sistemi ta’ pagamenti.

(33)

Għall-finijiet tat-tisħiħ tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet u l-protezzjoni tal-klijenti ta’ istituzzjonijiet, l-awdituri għandu jkollhom id-dmir li minnufih jagħmlu rapport lill-awtoritajiet kompetenti, kull meta, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, isiru konxji minn ċerti fatti li jistgħu jħallu effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabilistika ta’ istituzzjoni. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li tali dmir japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ istituzzjoni. Id-dmir tal-awdituri li jinformaw, fejn xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti b’ċerti fatti u deċiżjonijiet li jirrigwardaw lil xi istituzzjoni li huma jiskopru waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom f’impriża mhux finanzjarja m'għandux fih innifsu jibdel in-natura tal-kompiti tagħhom f’dik l-impriża u lanqas il-mod li bih għandhom iwettqu dawk il-kompiti f’dik l-impriża.

(34)

Din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-għan li jiżguraw is-solvenza tal-istituzzjonijiet. Jekk, minkejja r-rekwiżiti ta' solvenza sseħħ kriżi, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jiġu riżolti b'mod ordnat, biex jiġi limitat l-impatt negattiv fuq l-ekonomija reali u tiġi evitata l-ħtieġa tal-involviment tal-kontribwenti fiskali. Għal dak il-għan, sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-ABE għandha tivvaluta u tikkoordina inizjattivi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rigward il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni bil-ħsieb li tippromwovi l-konverġenza f'dak il-qasam. Għal dak l-għan, l-ABE għandha tiġi informata bis-sħiħ u minn qabel dwar l-organizzazzjoni ta' laqgħat dwar il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u għandha tkun intitolata tieħu sehem f'dawn il-laqgħat. L-awtoritajiet f'xi Stati Membri diġà introduċew obbligi għall-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet biex dawn iħejju pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni. Għaldaqstant, ikun adatt li l-istituzzjonijiet ikunu meħtieġa jikkooperaw mal-awtoritajiet f'dak ir-rigward. Meta jkun qed jiġi abbozat pjan ta' rkupru jew riżoluzzjoni, l-ABE għandha tikkontribwixxi fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni effettivi u konsistenti, u tipparteċipa fihom b'mod attiv, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għandha tingħata prijorità fejn tali pjanijiet jinvolvu istituzzjonijiet sistemikament importanti.

(35)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjonijiet, minn dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta' istituzzjoni u mill-membri tal-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni u sabiex jiġi żgurat l-istess trattament fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu għal penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi oħra stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati fl-applikazzjoni tagħhom, fil-pubblikazzjoni tagħhom, is-setgħat ewlenin għall-impożizzjoni ta’ penali u livelli ta’ penali pekunjarji amministrattivi.

(36)

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu penali amministrattivi pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex ipattu għall-benefiċċji li jistgħu jkunu mistennija u li jkunu dissważivi anki għal istituzzjonijiet akbar u d-diriġenti tagħhom.

(37)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ penali amministattivi jew miżuri amministrattivi oħra fl-Istati Membri kollha, meta jiġi ddeterminat it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-penali amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

(38)

Sabiex jiġi żgurat li tali penali amministrattivi jkollhom effett dissważiv, dawn għandhom normalment ikunu ppubblikati ħlief f'ċerti ċirkostanzi speċifikati biċ-ċar.

(39)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tad-diretturi u l-membri tal-korp ta' ġestjoni, hija meħtieġa sistema effiċjenti ta' skambju ta' informazzjoni, fejn soġġett għal rekwiżiti dwar is-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, l-ABE għandu jkollha d-dritt li żżomm bażi ta' data ċentrali li fiha dettalji ta' penali amministrattivi, inkluż kwalunkwe appell fir-rigward tagħhom, li tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni dwar il-kundanni kriminali għandha tiġi skambjata f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (7) u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (8), kif trasposti fil-liġi nazzjonali, u ma' dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi nazzjonali.

(40)

Sabiex ikunu identifikati vjolazzjonijiet potenzjali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji, u għandhom jistabilixxu mekkaniżmu effikaċi biex jinkoraġġixxu r-rapportar tal-vjolazzjonijiet potenzjali jew reali. Dawk il-mekkaniżmi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' difiża ta' kwalunkwe persuna li ġiet imħarrka.

(41)

Din id-Direttiva għandha tipprevedi għal penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra sabiex tiżgura l-usa' kamp ta' applikazzjoni possibbli għal azzjoni wara ksru, u biex tgħin il-prevenzjoni ta' aktar ksur, irrispettivament mill-kwalifika tagħhom bħala penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu penali addizzjonali għal, u livelli ogħla ta' penali pekunjarji amministrattivi minn dawk previsti f'din id-Direttiva.

(42)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fid-dritt tal-Istati Membri li tikkonċerna penali kriminali.

(43)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment jkollhom kapital intern li, meta jitqiesu r-riskji li għalihom ikunu esposti jew jistgħu jkunu esposti, ikun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment ikollhom strateġiji u proċessi fis-seħħ sabiex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

(44)

Għandha tingħata responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom organizzazzjoni tajba u fondi proprji adegwati, b'konsiderazzjoni tar-riskji li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu esposti jew jistgħu jkunu esposti.

(45)

Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet li huma attivi f’bosta Stati Membri ma jkunux mgħobbija b’mod sproporzjonat bħala riżultat tar-responsabbiltajiet kontinwi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri individwali fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni, huwa essenzjali li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tittejjeb b’mod sinifikanti. L-ABE għandha tiffaċilita u ttejjeb din il-kooperazzjoni.

(46)

Sabiex tiġi żgurata dixxiplina komprensiva fis-suq fl-Unjoni kollha, ikun xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw l-informazzjoni dwar it-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Tali informazzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti paragun tal-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti differenti tal-Istati Membri u jiġu kkumplimentati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-iżvelar tal-informazzjoni teknika mill-istituzzjonijiet.

(47)

Is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata timmira li tipproteġi interessi tad-depożituri u l-investituri tal-istituzzjonijiet u li tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex tkun effikaċi, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha għalhekk tkun applikata għall-gruppi bankarji kollha, inklużi dawk li l-impriżi prinċipali tagħhom ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti tal-investiment. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-istrumenti legali neċessarji sabiex jippermettulhom jeżerċitaw tali superviżjoni.

(48)

Fil-każ ta’ gruppi b’attivitajiet diversifikati fejn l-impriżi prinċipali jikkontrollaw mill-inqas sussidjarja waħda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fi grupp bħal dan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom mill-inqas ikollhom il-mezzi sabiex jiksbu mill-impriżi kollha fi ħdan il-grupp l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji differenti fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jwettqu firxa ta’ attivitajiet finanzjarji.

(49)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw jew jirtiraw awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu fil-każ ta’ ċerti strutturi ta’ gruppi meqjusa mhux xierqa għat-twettiq ta’ attivitajiet bankarji, minħabba li strutturi bħal dawn ma jistgħux jiġu supervizzati b’mod effikaċi. F’dak ir-rigward l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex jiżguraw il-ġestjoni valida u prudenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sabiex tkun żgurata kultura bankarja sostenibbli u varjata fl-Unjoni li sservi primarjament l-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni, l-attivitajiet bankarji fuq skala żgħira, bħal dawk tal-unjonijiet tal-kreditu u l-banek kooperattivi, għandhom jiġu inkoraġġuti.

(50)

Il-mandati tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, b’mod xieraq, id-dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk debitament jikkunsidraw l-effett tad-deċiżjonijiet tagħhom mhux biss fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-ġurisdizzjoni tagħhom iżda wkoll fl-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati. Bla ħsara għad-dritt nazzjonali, dak il-prinċipju għandu jservi sabiex jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kollha u m'għandux jorbot legalment lill-awtoritajiet kompetenti li jiksbu riżultat speċifiku.

(51)

Il-kriżi finanzjarja wriet rabtiet bejn is-settur bankarju u l-hekk imsejħa sistema bankarja "parallela". Xi sistemi bankarji "paralleli" jżommu, utilment, ir-riskji separati mis-settur bankarju u, b'hekk, jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kontribwenti fiskali u impatt potenzjali sistemiku. Madankollu, intendiment aħjar tal-operat tas-sistema bankarja "parallela" u r-rabtiet tiegħu ma' entitatjiet fis-settur finanzjarju u tar-regolamentazzjoni li tipprovdu trasparenza, tnaqqis tar-riskju sistemiku u l-eliminazzjoni ta' kwalunkwe prassi mhux xierqa huma meħtieġa għal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Rappurtar addizzjonali mill-istituzzjonijiet jista' jkun utli f'dan is-sens iżda hija meħtieġa wkoll regolamentazzjoni ġdida speċifika.

(52)

Iż-żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet ta' istituzzjonijiet, u b'mod partikolari fir-rigward tal-profitti magħmula, it-taxxi mħallsa u s-sussidji li jirċievu, hija essenzjali biex tinkiseb mill-ġdid il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-settur finanzjarju. Rappurtaġġ obbligatorju f'dak il-qasam jista' jitqies bħala element importanti fir-responsabbiltà korporattiva tal-istituzzjonijiet lejn il-partijiet interessati u s-soċjetà.

(53)

Punti debboli fil-governanza korporattiva f’għadd ta’ istituzzjonijiet kienu fattur li kkontribwixxa għat-teħid eċċessiv u imprudenti ta’ riskji fis-settur bankarju li wassal għall-falliment ta’ istituzzjonijiet individwali u problemi sistemiċi fl-Istati Membri u globalment. Id-dispożizzjonijiet ferm ġenerali dwar il-governanza tal-istituzzjonijiet u n-natura mhux vinkolanti ta’ parti sostanzjali tal-qafas ta’ governanza korporattiva, ibbażati essenzjalment fuq kodiċijiet ta’ kondotta volontarji, ma ffaċilitawx biżżejjed l-implimentazzjoni effikaċi ta’ prattiki validi ta’ governanza korporattiva mill-istituzzjonijiet. F'xi każijiet in-nuqqas ta’ kontrolli u ekwilibriji effettivi fi ħdan l-istituzzjonijiet irriżulta f’nuqqas ta’ sorveljanza effettiva tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tad-diriġenza, li aggrava l-istrateġiji ta' ġestjoni li jħarsu lejn l-immedjat u eċċessivament riskjużi. Ir-rwol xejn ċar tal-awtoritajiet kompetenti fis-sorveljanza tas-sistemi ta’ governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet ma ppermettiex superviżjoni suffiċjenti tal-effikaċja tal-proċessi interni ta’ governanza.

(54)

Sabiex jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali ta’ miżuri ta’ governanza korporattiva mfassla ħażin fuq il-ġestjoni valida tar-riskji, l-Istati Membri għandhom jintroduċu prinċipji u standards sabiex jiżguraw is-sorveljanza effikaċi mill-korp ta' ġestjoni, jippromwovu kultura tar-riskju valida fil-livelli kollha tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-arranġamenti interni ta’ governanza. Dawk il-prinċipji u standards għandhom japplikaw b'kunsiderazzjoni għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu prinċipji u standards ta' governanza korporattiva li huma addizzjonali għal dawk meħtieġa minn din id-Direttiva.

(55)

L-Istati Membri jużaw strutturi ta' governanza differenti. Fil-parti l-kbira tal-każijiet tiġi użata struttura ta' bord unitarju jew doppju, jew it-tnejn li huma. Id-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jinkludu l-istrutturi kollha eżistenti mingħajr ma jippromwovu l-ebda struttura partikolari. Huma purament funzjonali għall-fini tal-istabbiliment ta' regoli mmirati għal eżitu partikolari irrispettivament mil-liġi nazzjonali dwar il-kumpanniji applikabbli għal istituzzjoni f'kull Stat Membru. Għalhekk id-definizzjonijiet m'għandhomx ifixklu l-allokazzjoni ġenerali tal-kompetenzi skont il-liġi nazzjonali dwar il-kumpanniji.

(56)

Għandu jkun mifhum li korp ta' ġestjoni għandu jkollu funzjonijiet eżekuttivi u superviżorji. Il-kompetenza u l-istruttura tal-korpi ta' ġestjoni huma differenti minn Stat Membru għal ieħor. Fl-Istati Membri fejn il-korpi ta' ġestjoni għandhom struttura b'livell wieħed, il-bord normalment iwettaq kompiti ta' ġestjoni u kompiti superviżorji. Fl-Istati Membri li għandhom sistema b'żewġ livelli, il-funzjoni superviżorja tal-korp ta' ġestjoni titwettaq minn bord superviżorju separat li m'għandu l-ebda funzjoni eżekuttiva u l-funzjoni eżekuttiva titwettaq minn bord ta' tmexxija separat li huwa responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża u li għandu jagħti rendikont għaliha. Għaldaqstant, kompiti separati huma assenjati lill-entitajiet differenti fi ħdan korp ta' ġestjoni.

(57)

Ir-rwol tal-membri mhux eżekuttivi tal-korp ta' ġestjoni fi ħdan istituzzjoni għandu jinkludi li jqajmu dubji kostruttivi għall-istrateġija tal-istituzzjoni biex b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tagħha, l-iskrutinju tal-prestazzjoni tal-membri tal-korp ta' ġestjoni fil-kisba ta' objettivi maqbula; għandhom jiżguraw huma stess li l-informazzjoni finanzjarja hija preċiża u li l-kontrolli finanzjarji u s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju huma robusti u jistgħu jiġu difiżi,l-iskrutinju tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika ta' rimunerazzjoni tal-istituzzjoni; u l-forniment ta' opinjonijiet oġġettivi dwar ir-riżorsi, il-ħatriet u l-istandards ta' imġiba.

(58)

Sabiex jiġu mmonitorjati effikaċement l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-diriġenza, il-korp ta' ġestjoni ta’ istituzzjoni għandu jiddedika biżżejjed ħin biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jkun kapaċi jifhem in-negozju tal-istituzzjoni, l-iskoperturi ewlenin tagħha għar-riskji u l-implikazzjonijiet tan-negozju u l-istrateġija tar-riskju. L-ikkombinar ta’ għadd wisq kbir ta’ karigi ta' direttur jipprekludi lil membru tal-korp ta' ġestjoni milli jiddedika ħin adegwat għat-twettiq ta' dak ir-rwol ta’ sorveljanza. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi limitat l-għadd ta' karigi ta' direttur li membru tal-korp ta' ġestjoni ta’ istituzzjoni jkun jista' jżomm fl-istess waqt f'entitajiet differenti. Madankollu, il-karigi ta' direttur fl-organizzazzjonijiet li normalment ma jkollhomx objettivi kummerċjali, bħal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ jew tal-karità, m'għandhomx jitqiesu fl-applikazzjoni ta' dan il-limitu.

(59)

Meta jinħatru l-membri tal-korp ta' ġestjoni, l-azzjonisti jew il-membri ta' istituzzjoni għandhom jikkunsidraw jekk il-kandidati għandhomx l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa biex jassiguraw ġestjoni prudenti u kif xieraq tal-istituzzjoni. Dawk il-prinċipji għandhom jiġu eżerċitati u manifestati permezz ta' proċeduri ta' nomina trasparenti u miftuħa, fir-rigward tal-membri tal-korp ta' ġestjoni.

(60)

In-nuqqas ta’ monitoraġġ mill-korpi ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni huwa parzjalment minħabba l-fenomenu tar-raġunar gregarju. Dan il-fenomenu huwa, fost raġunijiet oħra, ikkawżat minn nuqqas ta’ diversità fil-kompożizzjonital-korpi ta' ġestjoni. Sabiex jiġu ffaċilitati opinjonijiet indipendenti u kontestazzjoni kritika, korpi ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet għandhom għalhekk ikunu varjati biżżejjed f’dak li jirrigwarda l-età, il-ġeneru, l-oriġini ġeografika u l-isfond edukattiv u professjonali sabiex joffru varjetà ta’ fehmiet u esperjenzi. Il-bilanċ bejn is-sessi huwa ta’ importanza partikolari sabiex tkun żgurata rappreżentanza adegwata tal-popolazzjoni. B'mod partikolari, istituzzjonijiet li ma jilħqux limitu minimu ta' rappreżentanza tal-ġeneru sottorappreżentat għandu jieħu azzjoni adatta bħala kwistjoni ta' prijorità. Ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korpi ta' ġestjoni tista' wkoll, biż-żieda ta' perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif jaħdmu internament l-istituzzjonijiet, titqies bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità. Korpijiet ta' ġestjoni aktar diversifikati għandhom jimmonitorjaw b'mod aktar effikaċi lill-ġestjoni u għalhekk jikkontribwixxu favur sorveljanza aħjar tar-riskji u r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet. Għalhekk, id-diversità għandha tkun waħda mill-kriterji għall-kompożizzjoni tal-korpi ta' ġestjoni. Id-diversità għandha wkoll tiġi indirizzata fil-politika ta' reklutaġġ tal-istituzzjonijiet b'mod ġenerali aktar. Din il-politika għandha, pereżempju, tinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet jagħżlu kandidati minn listi mqassra li jinkludu iż-żewġ ġeneri.

(61)

Sabiex jissaħħu l-konformità legali u l-governanza korporattiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex iħeġġu r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/ 2013 L-impjegati li jirrapportaw il-ksur li jitwettaq fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħhom stess għandhom ikunu protetti bis-sħiħ.

(62)

Il-politiki ta’ rimunerazzjoni li jinkoraġġixxu mġiba ta’ teħid eċċessiv ta’ riskju jistgħu jimminaw il-ġestjoni valida u effikaċi tar-riskju mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Membri tal-G-20 impenjaw ruħom li jimplimentaw l-Prinċipji għall-Prattiki u Standards ta’ Implimentazzjoni Tajba dwar il-Kumpens ("Principles for Sound Compensation Practices and Implementing Standards") tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) li jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali ta’ strutturi ta’ rimunerazzjoni mfassla ħażin fuq il-ġestjoni valida tar-riskji u l-kontroll ta’ mġiba tat-teħid ta’ riskju minn individwi. Din id-Direttiva timmira li timplimenta prinċipji u standards internazzjonali fil-livell tal-Unjoni billi tintroduċi obbligu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment sabiex jistabilixxu u jżommu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, politiki u prattiki ta’ rimunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-ġestjoni effikaċi tar-riskji.

(63)

Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ politiki ta’ rimunerazzjoni validi, huwa xieraq li jkunu speċifikati prinċipji ċari dwar il-governanza u dwar l-istruttura tal-politiki ta’ rimunerazzjoni. B'mod partikolari, il-politiki dwar ir-rinumerazzjoni għandhom jiġu allinjati mal-atitudni lejn ir-riskju, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni ta' kreditu u d-ditta tal-investiment. Għal dak il-għan, il-valutazzjoni tal-komponent tar-rimunerazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni fit-tul u tikkunsidra r-riskji attwali u dawk futuri assoċjati ma’ dik il-prestazzjoni.

(64)

Meta tiġi kkunsidrata l-politika dwar ir-rimunerazzjoni varjabbli għandha ssir distinzjoni bejn rimunerazzjoni fissa, li tinkludi ħlasijiet, kontribuzzjonijiet proporzjonali regolari tal-pensjonijiet jew benefiċċji fejn dawn il-benefiċċji huma mingħajr kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe kriterju ta' prestazzjoni), u r-rimunerazzjoni varjabbli, li tinkludi ħlasijiet addizzjonali, jew benefiċċji li jiddependu mill-prestazzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, elementi kuntrattwali oħrajn iżda mhux dawk li jiffurmaw parti minn pakketti ġenerali tal-impjiegi (bħall-kura tas-saħħa, il-faċilitajiet għat-tħaris tat-tfal, jew kontribuzzjonijiet proporzjonali regolari tal-pensjonijiet). Sew benefiċċji monetarji u sew dawk mhux monetarji għandhom ikunu inklużi.

(65)

Fi kwalunkwe każ, sabiex ikunu evitati riskji eċċessivi, għandu jkun stabbilit proporzjon massimu bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-rimunerazzjoni totali. F'dak ir-rigward, huwa xieraq li jkun previst rwol partikolari għall-azzjonisti, is-sidien jew il-membri tal-istituzzjonijiet. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-rimunerazzjoni totali. Bil-għan li jkun inkoraġġit l-użu ta' strumenti azzjonarji jew tad-dejn li huma pagabbli skont arranġamenti ta' differiment fit-tul bħala komponent ta' rimunerazzjoni varjabbli, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, sa ċerti limiti, jippermettu lill-istituzzjonijiet japplikaw rata ta' skont nozzjonali meta jikkalkulaw il-valur ta' tali strumenti għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-proporzjon massimu. Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati jipprevedu għal faċilità bħal din u għandhom ikunu jistgħu jippreveduha biex tapplika għal perċentwal massimu aktar baxx tar-rimunerazzjoni totali varjabbli minn kif jinsab f'din id-Direttiva. Bil-għan li jkun żgurat approċċ armonizzat u koerenti li jiggarantixxi kondizzjonijiet indaqs fis-suq intern kollu, l-ABE għandha tipprevedi gwida xierqa dwar ir-rata ta' skont nazzjonali applikabbli li għandha tintuża.

(66)

Sabiex jiġi żgurat li t-tfassil tal-politiki ta’ rimunerazzjoni jkun integrat fil-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, il-korp ta' ġestjoni għandu jadotta u jirrieżamina perjodikament il-politiki ta’ rimunerazzjoni li jkunu fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar ir-rimunerazzjoni għandhom jirriflettu d-differenzi bejn it-tipi differenti tal-istituzzjonijiet b'mod propozjonali, b'kont meħud tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. B’mod partikolari ma jkunx proporzjonat li ċerti tipi ta’ ditti tal-investiment ikunu meħtieġa li jikkonformaw ma' dawk il-prinċipji kollha.

(67)

Sabiex tkun protetta u mrawma stabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u biex ikun indirizzat kwalunkwe evitar possibbli tar-rekwiżiti mniżżla f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji u r-regoli dwar ir-rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, jiġifieri fil-livelli ta' grupp, ta' impriżi prinċipali u ta' sussidjarji, inkluż il-fergħat u s-sussidjarji mwaqqfa f'pajjiżi terzi.

(68)

Minħabba li politiki ta’ rimunerazzjoni u skemi ta’ inċentivi mfassla ħażin jistgħu jżidu sa punt inaċċettabbli r-riskji li għalihom huma esposti l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, għandha tittieħed azzjoni ta’ rimedju fil-pront u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu miżuri korrettivi xierqa. Konsegwentement, huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu miżuri kwalitattivi u kwantitattivi fuq l-istituzzjonijiet rilevanti li jkunu mfassla sabiex jindirizzaw il-problemi li jkunu ġew identifikati fir-rigward tal-politiki ta’ rimunerazzjoni fir-reviżjoni superviżorja.

(69)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikolu 153(5) TFUE, il-prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali li tirrigwarda d-drittijiet u l-involviment tal-azzjonisti u r-responsabbiltajiet ġenerali tal-korpi ta' ġestjoni tal-istituzzjoni kkonċernata, u id-drittijiet, fejn applikabbli, tal-imsieħba soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi, f’konformità mad-dritt u l-użanzi nazzjonali.

(70)

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu u r-riskju tas-suq għandhom ikunu bbażati fuq klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu biss safejn ikun neċessarju. Fejn ir-riskju tal-kreditu jkun materjali, l-istituzzjonijiet għandhom għalhekk ġeneralment ifittxu li jimplimentaw approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni jew mudelli interni. Madankollu, l-approċċi standardizzati li jiddependu minn klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu jistgħu jintużaw meta r-riskju tal-kreditu jkun inqas materjali, li huwa tipikament il-każ għal istituzzjonijiet inqas sofistikati, għal klassijiet ta’ skoperturi insinifikanti, jew f’sitwazzjonijiet fejn l-użu ta’ approċċi interni jkun ta’ piż eċċessiv.

(71)

Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma wieħed mill-pilastri li fuqu nbniet id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu. Din id-Direttiva għandha tieħu kont tal-konklużjonijiet tal-G20 u l-prinċipji tal-FSB għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiġu inkoraġġuti jużaw klassifikazzjonijiet interni tal-kreditu minflok klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu saħansitra għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji.

(72)

Id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għandha titnaqqas u l-effetti awtomatiċi li jirriżultaw minnhom għandhom jiġu eliminati gradwalment. L-istituzzjonijiet, għandhom għalhekk jiġu meħtieġa li jistabbilixxu kriterji solidi għall-għoti tal-kreditu u proċessi solidi għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kreditu. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jużaw klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu bħala wieħed minn ħafna fatturi f’dak il-proċess iżda m’għandhomx jiddependu biss jew b'mod mekkaniku fuqhom.

(73)

Ir-rikonoxximent ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) m'għandux iżid l-esklużjoni minn suq diġà ddominat minn tliet impriżi L-ABE, l-Banek Ċentrali tal-Istati Membri u l-BĊE, għandhom, mingħajr ma jagħmlu l-proċess aktar faċli jew inqas eżiġenti, jipprevedu r-rikonoxximent ta' aktar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala ECAIs sabiex is-suq jinfetaħ għal impriżi oħra.

(74)

Meta titqies il-firxa wiesgħa ta' approċċi adottati mill-istituzzjonijiet li jużaw approċċi ta' mudellar interni, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE jkollhom stampa ċara tal-firxa ta' valuri għall-assi ppeżati skont ir-riskju u r-rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriżultaw minn skoperturi simili taħt approċċi ta' dan it-tip. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jiġu meħtieġa jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti r-riżultati tal-mudelli interni applikati għall-portafolli ta' referenza żviluppati mill-ABE li jkopru firxa wiesgħa ta' skoperturi. Abbażi tal-informazzjoni li jirċievu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu passi adatti biex jiżguraw li l-aspetti simili jew id-differenzi fir-riżultati għall-istess skopertura jkunu ġustifikabbli f'termini tar-riskji sostnuti. B'mod aktar ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE għandhom jiżguraw li l-għażla bejn approċċ ta' mudellar intern u approċċ standardizzat ma tirriżultax fis-sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Filwaqt li hemm diffikultà akbar fl-allokazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali fil-livell tal-iskopertura individwali u għalhekk jixraq li din il-kategorija tar-riskji tiġi eskluża mill-proċess ta' valutazzjoni komparattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom madankollu jżommu ruħhom aġġornati rigward l-iżviluppi fl-approċċi ta' mudellar interni għar-riskju operazzjonali, bl-għan li jissorveljaw il-firxa ta' prattiki użati u jtejbu l-approċċi superviżorji.

(75)

L-iżvilupp ta’ self ibbażat fuq relazzjoni għandu jiġi inkoraġġat, fejn l-informazzjoni miksuba minn relazzjoni kummerċjali kontinwa mal-klijenti tintuża biex tinkiseb kwalità ogħla ta’ diliġenza u ta’ valutazzjoni tar-riskju minn dik disponibbli purament minn informazzjoni standardizzata u mill-punteġġi ta’ kreditu.

(76)

Rigward is-superviżjoni tal-likwidità, ir-responsabbiltà għandha tkun tal-Istati Membri domiċiljari malli jibdew japplikaw il-kriterji dettaljati għar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità. Għaldaqstant huwa meħtieġ li ssir il-koordinazzjoni tas-superviżjoni f’dan il-qasam sabiex, sa dak iż-żmien, tiġi introdotta s-superviżjoni mill-Istat Membru domiċiljari. Sabiex jiżguraw superviżjoni effikaċi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' oriġini u dawk ospitanti għandhom jikkooperaw ukoll fil-qasam tal-likwidità.

(77)

Meta fi grupp l-assi likwidi f'istituzzjoni waħda f'ċirkostanzi ta’ stress ikunu daqs il-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ membru ieħor ta’ dak il-grupp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw istituzzjoni mir-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità u minflok japplikaw dawk ir-rekwiżiti fuq bażi konsolidata.

(78)

Il-miżuri li jittieħdu abbażi ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-miżuri li ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (9). Il-miżuri superviżorji m'għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni fost kredituri minn Stati Membri differenti.

(79)

Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u l-mekkaniżmi proċikliċi li kkontribwixxew għall-oriġini tagħha u li aggravaw l-effett tagħha, l-FSB, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), u l-G-20 għamlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu mmitigati l-effetti proċikliċi tar-regolazzjoni finanzjarja. F'Diċembru 2010, il-BCBS ħareġ standards regolatorji globali ġodda dwar l-adegwatezza tal-kapital bankarju (ir-regoli ta' Basel III), inkluż regoli li jeħtieġu l-manutenzjoni tal-konservazzjoni tal-kapital u r-riżervi ta' kapital kontroċikliċi.

(80)

Għalhekk huwa xieraq li, apparti rekwiżiti oħra ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment rilevanti jkunu meħtieġa iżommu riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital u riżerva ta' kapital kontroċiklika biex jiġi żgurat dawn jakkumulaw bażi ta' kapital suffiċjenti matul perjodi ta’ tkabbir ekonomiku għall-assorbiment tat-telf f'perjodi ta’ stress. Ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika għandha tiġi akkumulata meta t-tkabbir aggregat fil-kreditu u l-klassijiet oħra ta' assi b'impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment jitqies li jkun assoċjat mal-akkumular tar-riskju mifrux fis-sistema kollha, u jiġi prelevat f'perijodi ta’ stress.

(81)

Sabiex jiġi żgurat li r-riżervi ta' kapital kontroċikliċi jirriflettu tajjeb ir-riskju għas-settur bankarju tat-tkabbir eċċessiv fil-kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jikkalkolaw ir-riżervi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom bħala medja ppeżata tar-rati tar-riżervi kontroċikliku li japplikaw fil-pajjiżi fejn ikunu jinsabu l-iskoperturi tagħhom għall-kreditu. Kull Stat Membru għandu għalhekk jaħtar awtorità responsabbli li fuq bażi trimestrali tiffissa r-rata tar-riżerva kontroċiklika għall-iskoperturi li jkunu jinsabu f'dak l-Istat Membru. Dik ir-rata tar-riżerva għandha tqis it-tkabbir fil-livelli tal-kreditu u l-bidliet fil-proporzjon tal-kreditu għall-PDG f'dak l-Istat Membru, u kwalunkwe varjabbli oħrajn li jkunu rilevanti għar-riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(82)

Sabiex tiġi promossa l-konsistenza internazzjonali fl-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċiklika, il-BCBS żviluppa metodoloġija abbażi tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG. Dan għandu jservi ta’ punt komuni ta’ tluq għad-deċiżjonijiet dwar ir-rati tar-riżerva mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, imma m'għandhomx jirrisżultaw fl-iffissar awtomatiku tar-riżerva jew jorbtu lill-awtorità nominata. Ir-rata tar-riżerva ta' kapital għandha tirrifletti, b'mod sinifikanti, iċ-ċiklu ta' kreditu u r-riskji dovuti għal eċċess ta' tkabbir fil-kreditu fl-Istat Membru u għandha tieħu kont dovut tal-ispeċifiċitajiet tal-kontijiet tal-ekonomija nazzjonali.

(83)

Ir-restrizzjonijiet fuq rimunerazzjoni varjabbli jkunu element importanti biex ikun żgurat li istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment jerġgħu jibnu il-livelli tal-kapital tagħhom meta joperaw fil-medda tar-riżerva. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment huma diġà soġġetti għall-prinċipju li għotjiet u pagamenti diskrezzjonarji ta’ rimunerazzjoni varjabbli għal dawk il-kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jridu jkunu sostenibbli, meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni. Sabiex ikun żgurat li istituzzjoni tirrestawra l-livelli ta’ fondi proprji tagħha f'ħin adatt, huwa xieraq li l-għoti ta’ rimunerazzjoni varjabbli u benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji jkun allinjat mas-sitwazzjoni tal-profitt tal-istituzzjoni matul kull perjodu li fih ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit kombinat tar-riżerva, filwaqt li jittieħed kont tas-saħħa finanzjarja fit-tul tal-istituzzjoni.

(84)

L-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw u jikkontrollaw ir-riskji tal-konċentrazzjoni kollha permezz ta' politiki u proċeduri bil-miktub. Minħabba n-natura tal-iskoperturi tas-settur pubbliku, il-kontroll tar-riskji tal-konċentrazzjoni huwa aktar effettiv mill-ippeżar tar-riskju ta' dawk l-iskoperturi, minħabba d-daqs tagħhom u d-diffikultajiet fl-ikkalibrar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Il-Kummissjoni għandha, f'ħin propizju, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe bidla mixtieqa għat-trattament prudenti tar-riskji tal-konċentrazzjoni.

(85)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li ċerti istituzzjonijiet iżommu, addizzjonalment għal riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital u riżerva ta' kapital kontroċiklika, riżerva tar-riskju sistemiku sabiex jipprevjenu u jimmitigaw ir-riskji sistemiċi jew makroprudenzjali mhux ċikliċi fit-tul li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn hemm riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku. Ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għandha tapplika għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal sottokategorija waħda jew iżjed ta' dawk l-istituzzjonijiet, fejn l-istituzzjonijiet juru profili tar-riskju simili fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

(86)

Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza makroprudenzjali konsistenti fl-Unjoni kollha, ikun xieraq li l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jiżviluppa prinċipji mfassla speċifikament għall-ekonomija tal-Unjoni u li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tagħhom. Din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni lill-BERS milli jieħu kwalunkwe azzjoni li jqis meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (10).

(87)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikonoxxu ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku stabbilit minn Stat Membru ieħor u japplikaw dik ir-rata tar-riżerva għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li jinsabu fl-Istat Membru li jistabbilixxi r-rata tar-riżerva. L-Istat Membru li jistabbilixxi r-rata tar-riżerva għandu jkun jista' wkoll jitlob lill-BERS sabiex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar li huma f'pożizzjoni li jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku b'rakkomandazzjoni li jagħmlu dan. Tali rakkomandazzjoni hija soġġetta għar-regola ikkonforma jew spjega stabbilita fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament.

(88)

Huwa xieraq li deċiżjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-rati tar-riżerva kontroċiklika jkunu kemm jista' jkun ikkoordinati. F'dak ir-rigward, il-BERS, jekk jintalab biex jagħmel hekk mill-awtoritajiet kompetenti jew nominati, għandu jiffaċilita d-diskussjonijiet bejn dawk l-awtoritajiet dwar l-iffissar tar-rati proposti tar-riżervi, inkluż il-varjabbli rilevanti.

(89)

Fejn istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment tonqos milli tissodisfa kompletament ir-rekwiżit għal riżerva kombinata, din għandha tkun soġġetta għal miżuri mfassla biex jiżguraw li hija tirrestawra l-livelli tagħha tal-fondi proprji b'mod propizju. Sabiex jiġi kkonservat il-kapital, huwa xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-distribuzzjonijiet diskrezzjonarji tal-profitti, inkluż pagamenti ta’ dividendi u pagamenti ta' rimunerazzjoni varjabbli. Sabiex jiġi żgurat li tali istituzzjonijiet jew ditti jkollhom strateġija kredibbli jerġgħu jibnu l-livelli tal-fondi proprji, jeħtieġ li huma jkollhom l-obbligu li jfasslu u jaqblu mal-awtoritajiet kompetenti dwar pjan ta’ konservazzjoni tal-kapital li jistipula kif ir-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet ser jiġu applikati u miżuri oħra li l-istituzzjoni jew ditta fi ħsiebha tieħdu biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti kollha dwar il-riżervi.

(90)

L-awtoritajiet huma mistennijin jimponu rekwiżiti ogħla tal-fondi proprji għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) sabiex jikkumpensaw għar-riskju ogħla li l-G-SIIs jirrappreżentaw għas-sistema finanzjarja u l-impatt potenzjali tal-falliment tagħhom fuq il-kontribwenti fiskali. Fejn awtorità timponi r-riżerva tar-riskju sistemiku u r-riżerva ta' G-SII tkun applikabbli, l-ogħla mit-tnejn għandha tapplika. Fejn ir-riżerva tar-riskju sistemiku tapplika biss għall-iskoperturi domestiċi, hija għandha tiżdied mar-riżerva ta' G-SII jew mar-riżerva relatata ma' istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn((O-SIIs) li hija applikata f'konformità ma' din id-Direttiva.

(91)

L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata għad-depożitanti, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala korp b’ħila espert speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u adatt li l-ABE tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jinvolvux għażliet tal-politika, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. L-ABE għandha tiżgura proċessi amministrattivi u ta' rappurtar effiċjenti meta tkun qed tabbozza l-istandards tekniċi.

(92)

Il-Kummissjoni għandha tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fl-oqsma tal-awtorizzazzjoni u l-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f'istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, tal-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tal-kollaborazzjoni superviżorja, tal-politiki ta’ rimunerazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u s-superviżjoni ta' kumpanniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni u l-ABE għandhom jiżguraw li dawk l-istandards jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.

(93)

Minħabba d-dettall u l-għadd ta' standards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont din id-Direttiva, fejn il-Kummissjoni tadotta standard regolatorju tekniku li jkun l-istess bħall-abbozz ta' standard regolatorju tekniku ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju, għandu, fejn opportun, jiġi estiż ulterjorment b'xahar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha timmira li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji fi żmien tajjeb li tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jeżerċitaw skrutinju sħiħ u li tieħu kont tal-volum u l-kumplessità tal-istandards tekniċi regolatorji, u d-dettalji tar-regoli ta' proċedura, il-kalendarju ta' ħidma u l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(94)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi żviluppati mill-ABE fl-oqsma tal-awtorizzazzjoni u l-akkwiti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f'istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, tal-kollaborazzjoni superviżorja, tar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi, u tal-iżvelar ta' informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(95)

Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(96)

Sabiex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-kjarifika tad-definizzjonijiet u t-terminoloġija użata f’din id-Direttiva, l-espansjoni tal-lista ta’ attivitajiet li jkunu soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku u t-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni li tirrigwarda l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(97)

Ir-referenzi għad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(98)

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju (12), id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (13), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (14), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (15) u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (16) jirriferu għal dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li għandhom jiġu stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Konsegwentement, referenzi f'dawk id-Direttivi għad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013

(99)

Sabiex ikun possibbli li jiġu żviluppati standards tekniċi sabiex l-istituzzjonijiet li jkunu parti minn konglomerat finanzjarju japplikaw metodi xierqa ta’ kalkolu għad-determinazzjoni tal-kapital meħtieġ fuq bażi konsolidata, id-Direttiva 2002/87/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(100)

Sabiex is-suq bankarju intern jopera b’mod dejjem aktar effikaċi u sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jibbenefikaw minn livelli adegwati ta’ trasparenza, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw informazzjoni dwar il-modalità ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b’mod li jippermetti paragun attendibbli.

(101)

Rigward is-superviżjoni tal-likwidità, għandu jkun hemm perjodu ta’ żmien li fih l-Istati Membri jagħmlu t-tranżizzjoni lejn reġim regolatorju li skontu japplikaw il-kriterji dettaljati għar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità.

(102)

Sabiex tiġi żgurata transizzjoni stabbli, bla xkiel u progressiva mill-istituzzjonijiet għal rekwiżiti ġodda rigward il-likwidità u l-finanzjament stabbli fil-livell tal-Unjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu użu sħiħ mis-setgħat superviżorji tagħhom skont din id-Direttiva u skont kwalunkwe dritt nazzjonali applikabbli. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu applikati penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, inklużi imposti prudenzjali, li l-livell tagħhom għandu jaqbel b'mod ġenerali mad-differenza bejn il-pożizzjoni ta' likwidità reali tal-istituzzjoni u r-rekwiżiti rigward il-likwidità u l-finanzjament stabbli. F F'din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont dovut tal-kondizzjonijiet tas-suq. Tali penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għandhom japplikaw sakemm fil-livell tal-Unjoni jiġu implimentati atti legali dettaljati dwar ir-rekwiżiti rigward il-likwidità u l-finanzjament stabbli.

(103)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (17) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (18), għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(104)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ regoli li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività ta' istituzzjonijiet, u s-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(105)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tiġi akkumpanjata minn dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(106)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u adotta opinjoni (19).

(107)

Id-Direttiva 2002/87/KE għandha tiġi emendata skont dan u d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jitħassru,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)

l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (kollettivament imsejħa "istituzzjonijiet");

(b)

is-setgħat superviżorji u l-għodod għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament(UE) Nru 575/2013;.

(d)

ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta' istituzzjonijiet.

2.   L-Artikolu 30 għandu japplika fir-rigward ta' ditti lokali.

3.   L-Artikolu 31 għandu japplika fir-rigward tad-ditti msemmija fil-punti (28)(c) sa (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   L-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII għandhom japplikaw għall-kumpanniji azzjonarji finanzjarji, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u l-kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni;

5.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dan li ġej:

(1)

l-aċċess għall-attività tad-ditti tal-investiment dment li jkun irregolat mid-Direttiva 2004/39/KE;

(2)

il-banek ċentrali;

(3)

l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali;

(4)

fil-Belġju, l-‘Institut de Réescompte et de Garantie/Herdiscontering- en Waarborginstituut’;

(5)

fid-Danimarka, l-‧Eksport Kredit Fonden‧, l-‧Eksport Kredit Fonden A/S‧, id-‧Danmarks Skibskredit A/S‧ u l-‧KommuneKredit‧;

(6)

fil-Ġermanja, il-‘Kreditanstalt für Wiederaufbau’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz’ bħala korpi tal-Politika statali dwar l-akkomodazzjoni li mhumiex involuti prinċipalment fi transazzjonijiet bankarji, u impriżi rikonoxxuti skont dik il-liġi bħala impriżi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

(7)

fl-Estonja, l-‧hoiu-laenuühistud‧, bħala impriżi kooperattivi li huma rikonoxxuti taħt il-‧hoiu-laenuühistu seadus‧;

(8)

fl-Irlanda, il-credit unions u l-friendly societies,

(9)

fil-Greċja, il-‘Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων’ (Tamio Parakatathikon kai Danion);

(10)

fi Spanja, l-‘Instituto de Crédito Oficial’;

(11)

fi Franza, il-‘Caisse des dépôts et consignations’;

(12)

fl-Italja, il-‘Cassa depositi e prestiti’;

(13)

fil-Latvja, il-‘krājaizdevu sabiedrības’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘krājaizdevu sabiedrību likums’ bħala impriżi kooperattivi li joffru servizzi finanzjarji lill-membri tagħhom biss;

(14)

fil-Litwanja, il-‘kredito unijos’ minbarra s-‘Centrinė kredito unija’;

(15)

fl-Ungerija, il-‘MFB Magyar Fejlesztési Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’ u l-‘Magyar Export-Import Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’;

(16)

fil-Pajjiżi l-Baxxi, in-‘Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV’, l-‘NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij’, l-‘NV IndustriABEnk Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering’ u l-‘Overijsselse Ontwikkelingsmaatschappij NV’;

(17)

fl-Awstrija, l-impriżi rikonoxxuti bħala assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-interess pubbliku u l-‘Österreichische Kontrollbank AG’;

(18)

fil-Polonja, il-‘Spółdzielcze Kasy Oszczędnościowo — Kredytowe’ u l-‘Bank Gospodarstwa Krajowego’;

(19)

fil-Portugall, il-‘Caixas Económicas’ li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta' dawk inkorporati bħala kumpanniji ta' responsabbiltà litimata u l-‘Caixa Económica Montepio Geral’;

(20)

fis-Slovenja, is-‧SID-Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d. Ljubljana‧;

(21)

fil-Finlandja, it-‘Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB’, u l-‘Finnvera Oyj/Finnvera Abp’;

(22)

fl-Isvezja, il-‘Svenska Skeppshypotekskassan’;

(23)

fir-Renju Unit, in-National Savings Bank, il-Commonwealth Development Finance Company Ltd, l-Agricultural Mortgage Corporation Ltd, is-Scottish Agricultural Securities Corporation Ltd, il-Crown Agents for overseas governments and administrations, il-credit unions u l-municipal banks.

6.   L-entitajiet imsemmija fil-punt (1) u l-punti (3) sa (23) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2)

‘ditta ta' investiment’ tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(3)

‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(4)

‘ditta lokali’ tfisser ditta lokali kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5)

‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6)

‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)

‧korp ta' ġestjoni‧ tfisser korp jew korpi ta' istituzzjoni, li jkunu maħturin skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, u jinkludu l-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni;

(8)

‧korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu‧ tfisser il-korp ta' ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni;

(9)

‘amministrazzjoni għolja’ tfisser dawk il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan istituzzjoni u li jkunu responsabbli, u jagħtu kont lill-korp ta' ġestjoni, għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-istituzzjoni;

(10)

‧riskju sistemiku‧ tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali;

(11)

‧riskju involut fl-użu tal-mudelli‧ tfisser it-telf potenzjali li tista' ġġarrab istituzzjoni, bħala konsegwenza ta' deċiżjonijiet li jistgħu jkunu prinċipalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-mudelli interni, minħabba żbaji fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni jew l-użu ta' dawn il-mudelli;

(12)

‘oriġinatur’ tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(13)

‘sponser’ tfisser sponser kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14)

‘impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15)

‘sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)

‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17)

‘impriża ta’ servizzi anċillari’ tfisser impriża ta’ servizzi anċillari kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18)

‧kumpannija tal-ġestjoni ta' assi‧ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja’ tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(20)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta’ tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(21)

‘kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta’ tfisser kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22)

‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(23)

‘entità tas-settur finanzjarju’ tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(24)

‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(25)

‘istituzzjoni prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(26)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(27)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(28)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(29)

‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(30)

‧istituzzjoni sistemikament importanti‧ tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħha jista' jwassal għal riskju sistemiku;

(31)

‘kontroparti ċentrali’ tfisser kontroparti ċentrali kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(32)

‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni kif definita fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(33)

‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(34)

‘kontroll’ tfisser kontroll kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(35)

‘rabtiet mill-qrib’ tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(36)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(37)

‘superviżur konsolidanti’ tfisser superviżur konsolidanti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(38)

‘awtorizzazzjoni’ tfisser awtorizzazzjoni kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39)

‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(40)

‘Stat Membru ospitanti’ tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41)

‘banek ċentrali tas-SEBĊ’ tfisser banek ċentrali tas-SEBĊ kif definiti fil-punt (45) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(42)

‘banek ċentrali‧ tfisser banek ċentrali kif definiti fil-punt (46) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(43)

‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definita fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44)

‘bażi konsolidata’ tfisser bażi konsolidata kif definita fil-punt (48) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(45)

‘bażi subkonsolidata’ tfisser bażi subkonsolidata kif definita fil-punt (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(46)

‘strument finanzjarju’ tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(47)

‘fondi proprji’ tfisser fondi proprji kif definiti fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48)

‘riskju operattiv’ tfisser riskju operattiv kif definit fil-punt (52) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(49)

‘mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu’ tfisser mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(50)

‘titolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(51)

‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (62) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(52)

‧entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni‧ tfisser entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (66) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(53)

‘benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji’ tfisser benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji kif definiti fil-punt (73) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(54)

‘portafoll tan-negozjar’ tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(55)

‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fil-punt (92) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(56)

‘lieva finanzjarja’ tfisser lieva finanzjarja kif definita fil-punt (93) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(57)

‘riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva’ tfisser riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif definit fil-punt (94) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(58)

‘istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (98) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(59)

‧approċċi interni‧ tfisser l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni li huwa msemmi fl-Artikolu 143(1), l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni li huwa msemmi fl-Artikolu 221, l-approċċ ibbażat fuq l-istimi proprji li huwa msemmi fl-Artikolu 225, l-approċċi bbażati fuq qies avanzat li huma msemmija fl-Artikolu 312(2), il-metodu għall-mudelli interni li huwa msemmi fl-Artikoli 283 u 363, u l-approċċ ibbażat fuq il-valutazzjoni interna li huwa msemmi fl-259(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

2.   Fejn din id-Direttiva tirreferi għall-korp amministrattiv u, skont il-liġi nazzjonali, il-funzjonijiet ta' ġestjoni u superviżorji tal-korp ta' ġestjoni ikunu assenjati lil korpi differenti jew membri differenti fi ħdan korp wieħed, l-Istat Membru għandu jidentifika l-korpi jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn din id-Direttiva.

TITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe tqassim tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet, u meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u biex jinvestigaw ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u l-penali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tal-istituzzjonijiet jippermettu l-verifika tal-konformità tagħhom ma' tali regoli f'kull waqt.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkontrollaw il-konformità ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'kull waqt.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet ta' superviżjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe funzjoni oħra tal-awtoritajiet kompetenti jkunu separati u indipendenti mill-funzjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe separazzjoni tad-dmirijiet.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtoritajiet minbarra l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 5

Koordinazzjoni mal-Istati Membri

Meta l-Istati Membri jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jorganizzaw il-koordinazzjoni fost dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 6

Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji

Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta u affidabbli bejniethom u partijiet oħrajn għas-SESF, f'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni stipulata fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE u, kif adatt, fil-kulleġġi tas-superviżuri;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li jwieġbu għall-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e)

il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-ABE, fejn xieraq tal-BERS jew skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 7

Id-dimensjoni tal-Unjoni tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

TITOLU III

REKWIŻITI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ATTIVITÀ TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

KAPITOLU 1

Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Artikolu 8

Awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 sa 14, huma għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-ABE.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-programm tal-attivitajiet previst fl-Artikolu 10;

(b)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti skont l-Artikolu 14; u

(c)

l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 9

Projbizzjoni kontra persuni jew impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu n-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħrajn mill-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li persuni jew impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu n-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħrajn mill-pubbliku.

2.   L-ewwel paragrafu m'għandux japplika għal ġbir ta’ depożiti jew fondi oħrajn rimborżabbli oħrajn minn Stat Membru, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikun membru Stat Membru wieħed jew aktar, jew għal każijiet koperti espressament mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, dment li dawk l-attivitajiet ma jkunux soġġetti għal regolamenti u kontrolli maħsuba biex jipproteġu lid-depożitanti u l-investituri.

Artikolu 10

Programm tal-operazzjonijiet u l-organizzazzjoni strutturali

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm ta’ attivitajiet li jistipula t-tipi ta’ negozji ppjanati u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 11

Ħtiġijiet ekonomiċi

L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun eżaminata f'termini ta' ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 12

Kapital inizjali

1.   Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet ġenerali oħrajn stipulati mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu, fejn istituzzjoni ta’ kreditu ma jkollhiex fondi proprji separati jew fejn l-kapital inizjali tagħha jkun ta’ inqas minn EUR 5 miljuni.

2.   Il-kapital inizjali għandu jinkludi wieħed jew iżjed mill-elementi imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżit li jkollhom fondi proprji separati u li kienu eżistenti fil-15 ta’ Diċembru 1979 jistgħu jibqgħu jwettqu n-negozju tagħhom. Huma jistgħu jeżentaw lil tali istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jikkonformaw mar-rekwiżit li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).

4.   L-Istati Membri jistgħu, jagħtu awtorizzazzjoni lil kategoriji partikolari tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-kapital inizjali tagħhom ikun inqas minn dak speċifikat fil-paragrafu 1, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kapital inizjali m'huwiex inqas minn EUR 1 miljun;

(b)

l-Istati Membri kkonċernati jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bir-raġunijiet tagħhom għall-eżerċizzju ta' dik l-opzjoni.

Artikolu 13

Tmexxija effettiva tan-negozju u l-post tal-uffiċċju prinċipali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu biss meta jkun hemm mill-inqas żewġ persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu.

Huma m'għandhomx jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk il-membri tal-korp ta' ġestjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 91(1).

2.   Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu li tkun persuna ġuridika u li, skont il-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju rreġistrat għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(b)

istituzzjoni ta’ kreditu minbarra dik imsemmija fil-punt (a) jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu u li fih effettivament twettaq in-negozju tagħha.

Artikolu 14

Azzjonisti u membri

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx infurmathom dwar l-identitajiet tal-azzjonisti tagħha jew il-membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u bl-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet azzjonarji jew, fejn ma jkunx hemm parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, l-akbar 20 azzjonisti jew membri.

Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti jkunux ġew sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (20), u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jkollhom bħala riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli inkluż skont il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, dment li dawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent, u mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu jekk, meta, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta' kreditu, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-idonjetà tal-azzjonisti jew tal-membri, b'mod partikolari fejn ma jiġux sodisfattti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 23(1). L-Artikolu 23 (2) u (3) u l-Artikolu 24 għandhom japplikaw.

3.   Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jimpedixxux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, jimpedixxu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdulhom l-informazzjoni li jeħtieġu għas-sorveljanza tal-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

Artikolu 15

Ċaħda ta' awtorizzazzjoni

Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu, din għandha tinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni jew, fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta meħtieġa għad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni għandha, f'kull każ, tittieħed fi żmien 12-il xahar mill-wasla tal-applikazzjoni.

Artikolu 16

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun:

(a)

sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c)

kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi, sew jekk fiżiċi jew ġuridiċi, bħal dawk li jikkontrollaw istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-superviżjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ditti tal-investiment fl-Istat Membru kkonċernat fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tkun:

(a)

sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(b)

sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(c)

ikkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw ma’ xulxin meta jivvalutaw l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw kull informazzjoni li tirrigwarda l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li tkun ta’ rilevanza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi.

Artikolu 17

Fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor

L-Istati Membri ospitanti m'għandhomx jeħtieġu l-awtorizzazzjoni jew kapital ta’ dotazzjoni għal fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stati Membri oħra. L-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ fergħat bħal dawn għandu jkollhom effett f'konformità mal-Artikoli 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 37, l-Artikoli 40 sa 46, l-Artikolu 49 u l-Artikoli 74 u 75.

Artikolu 18

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija biss fejn tali istituzzjoni ta’ kreditu:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx baqgħet twettaq in-negozju għal aktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni dwar l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni f'tali każijiet;

(b)

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz ieħor irregolari;

(c)

ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

ma tkunx baqgħet tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa jew Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew impost skont l-Artikolu 104 (1)(a) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tkunx tista' tibqa' fdata biex twettaq l-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u b'mod partikolari, ma baqgħetx tipprovdi sigurtà għall-assi fdati f'idejha mid-depożituri tagħha;

(e)

taqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni; jew

(f)

twettaq xi ksur imsemmi fl-Artikolu 67(1).

Artikolu 19

Ismijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, independentement minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-Istat Membru ospitanti rigward l-użu tal-kliem ‘bank’, ‘bank tat-tfaddil’ jew ismijiet bankarji oħra, jużaw fit-territorju kollu tal-Unjoni l-istess isem li jużaw fl-Istat Membru fejn ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Fil-każ li jkun hemm periklu ta’ konfużjoni, l-Istat Membru ospitanti jista’, għall-finijiet ta’ kjarifika, jeħtieġ li l-isem ikun akkumpanjat minn ċerti dettalji ta’ spjegazzjoni.

Artikolu 20

Notifika tal-awtorizzazzjoni u rtirar tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 8.

2.   L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna regolarment, lista tal-ismijiet tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.

3.   Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-ABE l-informazzjoni kollha rigward il-grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), b’mod partikolari rigward l-istruttura ġuridika u organizzattiva tal-grupp u l-governanza tiegħu.

4.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jkollhomx il-kapital speċifikat fl-Artikolu 12(1) u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak is-sens.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni flimkiem mar-raġunijiet għal tali rtirar.

Artikolu 21

Eżenzjonijiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonċedu eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 12 u fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-liġi nazzjonali eżistenti dwar l-applikazzjoni ta' tali eżenzjoni dment li din ma tkunx f'kunflitt ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 17, 33, 34 u 35, l-Artikolu 36(1) sa (3) u l-Artikoli 39 sa 46, it-Taqsima II tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VII u l-Kapitolu 4 tat-Titolu VII għandhom japplikaw għat-totalità kif kostitwit mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.

KAPITOLU 2

Parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu

Artikolu 22

Notifika u valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet proposti

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu b'mod konġunt (l-"akkwirent propost"), li ħadu deċiżjoni jew li jixtru, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu jew li jkomplu jżidu, b’mod dirett jew indirett, tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li, bħala riżultat tagħha, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha (l-"akkwist propost"), l-ewwel jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jakkwistaw jew iżidu l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti bil-miktub qabel l-akkwist, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja maħsuba u l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikata skont l-Artikolu 23(4). L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw il-livell limitu ta’ 30 % meta, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw il-limitu ta’ terz.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-wasla ta' notifika skont il-paragrafu 1 jew ta' informazzjoni skont il-paragrafu 3 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' ħidma wara l-wasla bil-miktub lill-akkwirenti propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mhux aktar minn 60 jum ta' ħidma mid-data tal-konferma tal-wasla bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jinhemżu man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 23(4) (l-"perijodu ta' valutazzjoni"), sabiex iwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 23(1) (l-"valutazzjoni").

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' valutazzjoni fil-waqt tal-konferma tal-wasla.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perijodu ta' valutazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard minn nhar il-50 jum ta' ħidma tal-perijodu ta' valutazzjoni, jitolbu informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perijodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u meta tasal it-tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perijodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż. Is-sospensjoni m'għandhiex teċċedi 20 jum ta' ħidma. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perijodu ta' valutazzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum ta' ħidma jekk l-akkwirent propost ikun jinsab jew irregolat f'pajjiż terz jew huwa persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE.

5.   Jekk l-awtoritajiet kompetentijiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn ta' ħidma wara li titlesta l-valutazzjoni, u filwaqt li ma jaqbżux il-perijodu ta' valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet. Bla preġudizzju għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m'għandux jimpedixxi lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti li tippubblika tali informazzjoni jekk ma ssirx talba mill-akkwirent propost.

6.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub għall-akkwist propost fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni bil-miktub, dan għandu jitqies bħala approvat.

7.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu perijodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestenduh fejn adatt.

8.   L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jew l-approvazzjoni tagħhom ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li jkunu aktar stetti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

9.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 23

Kriterji ta’ valutazzjoni

1.   Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 22(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-sodizza finanzjarja tal-akkwist propost skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b)

ir-reputazzjoni, għarfien, ħiliet u l-esperjenza, kif imniżżel fl-Artikolu 91(1), ta’ kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni u kwalunkwe membru tal-amministrazzjoni għolja li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu bħala riżultat tal-akkwist propost;

(c)

is-sodizza finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li jkun previst fl-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist;

(d)

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx tista' tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, liġi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2009/110/KE, inkluż, jekk il-grupp li tkun ser issir parti minnu jkollux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effikaċi, l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u d-determinazzjoni tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(e)

jekk ikunx hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal suspett li, b’rabta mal-akkwist propost, ikun qiegħed jitwettaq jew ġie mwettaq ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroristi fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (21), jew li l-akkwist propost seta’ jżid ir-riskju ta’ dan.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta.

3.   L-Istati Membri m'għandhom jimponu l-ebda kondizzjoni minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni azzjonarja li għandha tiġi akkwistata u lanqas m'għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwist propost f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista li tispeċifika l-informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.

5.   Minkejja l-Artikolu 22(2), (3) u (4), żewġ proposti jew aktar ta’ akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti jew biex dawn jiżdiedu fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu jkunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta lill-akkwirenti proposti b'mod nondiskriminatorju.

Artikolu 24

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkonsultaw bis-sħiħ ma’ xulxin meta jkunu qegħdin iwettqu l-valutazzjoni jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, jew kumpannija ta' ġestjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b), tad-Direttiva 2009/65/KE ("kumpannija ta' ġestjoni tal-UCITS") awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur li ma jkunx dak li fih tkun proposta l-akkwist;

(b)

il-kumpannija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpannija ta' ġestjoni tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih ikun propost l-akkwist;

(c)

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpannija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih ikun propost l-akkwist.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dak ir-rigward, fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lill-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

Artikolu 25

Notifika fil-każ ta’ ċessjoni

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu l-ewwel tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-miktub qabel iċ-ċessjoni, filwaqt li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja kkonċernata. Tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk hija tkunx ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti tagħha b’mod li l-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax aktar sussidjarja tagħha. L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw il-livell limitu ta’ 30 % meta, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw il-limitu ta’ terz.

Artikolu 26

Obbligi ta’ informazzjoni u penali

1.   Malli jsiru jafu bi kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma kaġun ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt xi wieħed mil-livelli limitu imsemmija fl-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 25, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat għandhom, mill-inqas darba fis-sena, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fil-pussess tagħhomu d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet azzjonarji kif murija, pereżempju, bl-informazzjoni li tkun waslet fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti rigward il-kumpanniji li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) aktarx li tkun topera għad-detriment tal-ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu f’inġunzjonijiet, penali, soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72, kontra membri tal-korp ta' ġestjoni u l-amministraturi jew is-sospenzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif stipulat fl-Artikolu 22(1) u soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72.

Jekk il-parteċipazzjoni azzjonarja tkun ġiet akkwistata minkejja l-oppożizzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentement minn kwalunkwe penali oħra li għandha tiġi adottata, jipprevedu jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot korrispondenti, jew in-nullità tal-voti mitfugħa, jew il-possibbiltà li dawn ikunu annullati.

Artikolu 27

Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti msemmija fl-Artikoli 22, 25 u 26 ikunux sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2004/109/KE, u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 26 ikunux issodisfati, l-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jista’ jkollhom b'riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, sakemmdawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u huma mneħħija fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni.

TITOLU IV

KAPITAL INIZJALI TAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 28

Kapital inizjali tad-ditti tal-investiment

1.   Il-kapital inizjali tad-ditti tal-investiment għandu jinkludi biss wieħed jew aktar mill-elementi msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Id-ditti tal-investiment l-oħrajn kollha minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 29 għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 730 000.

Artikolu 29

Kapital inizjali ta’ tipi partikolari ta’ ditti tal-investiment

1.   Ditta tal-investiment li ma tinnegozja f’ebda strument finanzjarju għall-kont proprju tagħha jew li ma tissottoskrivix il-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli, li madankollu żżomm il-flus jew it-titoli ta’ klijent u li toffri wieħed jew aktar mis-servizzi li ġejjin, għandu jkollha kapital inizjali ta’ EUR 125 000:

(a)

il-wasla u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji;

(b)

l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji;

(c)

il-ġestjoni ta’ portafolli individwali ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil ditta tal-investiment li teżegwixxi l-ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji, li żżomm tali strumenti għaliha nnifisha jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn il-pożizzjonijiet joriġinaw biss bħala riżultat tan-nuqqas min-naħa tad-dittta li tilħaq bl-eżatt l-ordnijiet tal-investituri;

(b)

il-valur totali tas-suq ta’ dawn il-pożizzjonijiet kollha jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 15 % tal-kapital inizjali tad-ditta;

(c)

id-ditta tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 sa 95 u l-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

tali pożizzjonijiet ikunu inċidentali u proviżorji fin-natura tagħhom u limitati strettament għaż-żmien meħtieġ sabiex titwettaq it-transazzjoni inkwistjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal EUR 50 000 meta d-ditta ma tkunx awtorizzata li żżomm il-flus jew it-titoli tal-klijent, li tinnegozja għaliha nnifisha, jew li tissottoskrivi l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli.

4.   Il-pussess ta’ pożizzjonijiet f'portafolli mhux ta’ negozjar fi strumenti finanzjarji sabiex isir investiment f'fondi proprji m'għandux jitqies bħala negozju għall-kont tagħha proprju fir-rigward tas-servizzi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew għall-finijiet tal-paragrafu 3.

Artikolu 30

Kapital inizjali ta' ditti lokali

Id-ditti lokali għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000 dment li jibbenefikaw mil-libertà ta' stabbiliment jew li jipprovdu servizzi speċifikati fl-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2004/39/KE.

Artikolu 31

Kopertura għal ditti li mhumiex awtorizzati li jżommu flus jew titoli ta' klijent

1.   Il-kopertura għad-ditti msemmija fil-punt (2)(c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tkun f’waħda minn dawn il-forom:

(a)

kapital inizjali ta’ EUR 50 000;

(b)

assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-UE jew xi garanzija oħra simili kontra r-responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 1,000,000 li japplikaw għal kull pretensjoni u fl-aggregat EUR 1 500 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha;

(c)

kombinazzjoni ta’ kapital inizjali u assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Il-Kummissjoni għandha tirevedi perjodikament l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   Jekk ditta msemmija fil-punt (2)(c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tkun ukoll irreġistrata skont id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (22), din għandha tikkonforma mal-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Direttiva u jkollha kopertura f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

kapital inizjali ta’ EUR 25,000;

(b)

assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-UE jew xi garanzija oħra simili kontra r-responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 500 000 li japplikaw għal kull pretensjoni u fl-aggregat EUR 750 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha;

(c)

kombinazzjoni ta’ kapital inizjali u assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet ta’ anterjorità

1.   Permezz ta’deroga mill-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) u (3) u l-Artikolu 30, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw ditti tal-investiment u ditti koperti mill-Artikolu 30 li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1995 jew qabel din id-data, li l-fondi proprji tagħhom ikunu inqas mil-livelli ta’ kapital inizjali speċifikati għalihom fl-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) jew (3) jew l-Artikolu 30.

Il-fondi proprji ta’ tali ditti tal-investiment jew ditti m'għandhomx jaqgħu taħt l-ogħla livell ta’ referenza kkalkulat wara t-23 ta’ Marzu 1993. Dak il-livell ta' referenza għandu jkun il-livell medju ta’ kuljum tal-fondi proprji kkalkulati fuq perijodu ta’ sitt xhur qabel id-data tal-kalkolu. Dan għandu jiġi kkalkulat kull sitt xhur fir-rigward tal-perijodu preċedenti korrispondenti.

2.   Jekk il-kontroll ta’ ditta tal-investiment jew ditta koperta mill-paragrafu 1 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika differenti mill-persuna li kkontrollatha fil-31 ta’ Diċembru 1995 jew qabel din id-data, il-fondi proprji ta’ dik id-ditta tal-investiment jew ditta għandhom jilħqu mill-inqas il-livell speċifikat għalihom fl-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) jew (3) jew l-Artikolu 30, għajr fil-każ tal-ewwel trasferiment b’eredità magħmul wara l-31 ta’ Diċembru 1995, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u għal perijodu ta’ mhux aktar minn 10 snin mid-data ta’ dak it-trasferiment.

3.   Fil-każ li jsseħħ fużjoni ta' żewġ ditti tal-investiment jew ditti koperti mill-Artikolu 30 jew aktar, il-fondi proprji tad-ditta li jirriżultaw mill-fużjoni ma jkunux meħtieġa jilħqu l-livell speċifikat fl-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) jew (3) jew l-Artikolu 30. Madankollu, matul kwalunkwe perijodu li fih il-livell speċifikat fl-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) jew (3) jew l-Artikolu 30 ma jkunx intlaħaq, il-fondi proprji tad-ditta l-ġdida li tirriżulta mill-fużjoni m'għandhomx jaqgħu taħt il-livell tal-fondi proprji totali taż-żewġ ditti flimkien fiż-żmien meta tkun saret il-fużjoni.

4.   Il-fondi proprji tad-ditti tal-investiment u d-ditti koperti mill-Artikolu 30 m'għandhomx jaqgħu taħt il-livell speċifikat fl-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(1) jew (3) jew l-Artikolu 30 u fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li biex jiżguraw is-solvenza ta’ tali ditti tal-investiment u ditti, jeħtieġ li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4, il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-LIBERTÀ TA' STABBILIMENT U L-LIBERTÀ TA' FORNIMENT TA' SERVIZZI

KAPITOLU 1

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 33

Istituzzjonijiet ta’ kreditu

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46 jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, dment li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 34

Istituzzjonijiet finanzjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46, jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew sussidjarja taħt sjieda konġunta ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, li l-Memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet u li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

l-impriża jew impriżi prinċipali huma awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru li bid-dritt tiegħu tkun irregolata l-istituzzjoni finanzjarja;

(b)

l-attivitajiet inkwistjoni fil-fatt jitwettqu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c)

l-impriża jew impriżi prinċipali għandhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tal-istituzzjoni finanzjarja;

(d)

l-impriża jew impriżi prinċipali jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward il-ġestjoni prudenti tal-istituzzjoni finanzjarja u ikunu ddikjaraw, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari rilevanti, li huma in solidum u individwalment jiggarantixxu l-impenji li tkun ħadet l-istituzzjoni finanzjarja;

(e)

l-istituzzjoni finanzjarja hija effettivament inkluża, b'mod partikolari għall-attivitajiet inkwistjoni, fis-superviżjoni kkonsolidata tal-impriża prinċipali, jew ta’ kull waħda mill-impriżi prinċipali, skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva u il-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'mod partikolari għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 ta’ dak ir-Regolament għal kontroll ta’ skoperturi kbar previsti fil-Parti Erbgħa ta’ dak ir-Regolament u għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji previsti fl-Artikoli 89 u 90 ta’ dak ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkontrollaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u għandhom jipprovdu lill-istituzzjoni finanzjarja b’ċertifikat ta’ konformità li għandu jagħmel parti min-notifika msemmija fl-Artikoli 35 u 39.

2.   Jekk l-istituzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti għandhom isiru soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru ospitanti.

3.   Għaldaqstant, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal sussidjarji ta’ istituzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

KAPITOLU 2

Id-dritt tal-istabbiliment tal-istituzzjoniijiet ta’ kreditu

Artikolu 35

Ir-rekwiżit tan-notifika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja meta tagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b)

programm tal-attivitajiet li jistipula, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(c)

l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti li minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(d)

l-ismijiet ta’ dawk li ser ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

3.   Dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu, b'kont meħud tal-attivitajiet previsti, huma għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, huma għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 34, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja u l-ammonti totali tal-iskopertura għar-risjku ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-impriża prinċipali tagħha.

4.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kollha.

Dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ tweġiba għandu jkun soġġett għad-dritt ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru domiċiljari.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 36

Bidu tal-attivitajiet

1.   Qabel ma l-fergħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, iħejju għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 u jekk meħtieġ, jindikaw il-kondizzjonijiet li bihom, fl-interess tal-ġid komuni, dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti.

2.   Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew fil-każ li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 1 meta ma tasal l-ebda komunikazzjoni minn dan tal-aħħar, il-fergħa tkun tista’ tiġi stabbilita u tkun tista’ tibda bl-attivitajiet tagħha.

3.   Fil-każ ta’ xi bidla fi kwalunkwe informazzjoni kkomunikata skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 35(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tavża bil-miktub dwar il-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dak ospitanti, mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni biex tiġi stabbilita fergħa fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 35 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jieħdu deċiżjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-bidla skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Għandu jkun preżunt li l-fergħat li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ospitanti tagħhom, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, kienu soġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 35 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn għandhom ikunu rregolati, mill-1 ta’ Jannar 1993, mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikoli 33 u 52 u mill-Kapitolu 4.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 37

Informazzjoni rigward ir-rifjut

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwar in-numru u t-tip ta’ każijiet fejn kien hemm rifjut skont l-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3).

Artikolu 38

Aggregazzjoni ta’ fergħat

Kwalunkwe numru ta’ postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.

KAPITOLU 3

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

Artikolu 39

Proċedura ta’ notifika

1.   Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq teżerċita l-libertà ta' forniment ta' servizzi bit-twettiq tal-attivitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, bl-attivitajiet fil-lista tal-Anness I li tkun biħsiebha twettaq.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

3.   Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa d-drittijiet miksuba mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu jipprovdu s-servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 1993.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

KAPITOLU 4

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

Artikolu 40

Rekwiżiti ta' rappurtar

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti.

Dawn ir-rapporti għandhom jintalbu biss għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta' statistika, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51(1), jew għal finijiet superviżorji f'konformità ma' dan il-Kapitolu. Huma għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu informazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk fergħa tkunx sinifikanti skont l-Artikolu 51(1).

Artikolu 41

Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari skont l-Artikolu 50, jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

hemm riskju materjali li l-istituzzjoni ta’ kreditu mhijiex ser tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja in-nuqqas ta' konformità jew tieħu miżuri sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta' konformità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri mill-lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom jew ma jkunux ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 42

Raġunijiet u komunikazzjoni

Kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 43 jew 44 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta' forniment ta' servizzi jew tal-libertà ta' stabbiliment għandha tkun motivata kif xieraq u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

Artikolu 43

Miżuri prekawzjonarji

1.   Qabel ma jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza, sakemm jittieħdu l-miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu kontra l-instabbiltà finanzjarja li thedded serjament tali interessi kollettivi tad-depożitanti, l-investituri u l-klijenti tal-Istati Membru ospitanti.

2.   Kull miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-fini tagħhom, biex jipproteġu kontra instabbiltà finanzjarja li thedded serjament l-interessi kollettivi ta' depożitanti, investituri u klijenti fl-Istat Membru ospitanti. Tali miżuri ta' prekawzjoni jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-ħlas. Dawn m'għandhomx jirriżultaw fi preferenza għall-kredituri tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti fuq kredituri fi Stati Membri oħrajn.

3.   Kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 m'għandux jibqa' jkollha effett meta l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru domiċiljari jieħdu miżuri skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom itemmu l-miżuri ta' prekawzjoni meta huma jikkunsidraw li dawk il-miżuri m'għandhomx japplikaw skont l-Artikolu 41, dment li ma jibqax ikollhom effett f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu informati bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ta' prekawzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor affettwat joġġezzjonaw għall-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 44

Setgħat tal-Istati Membri ospitanti

L-Istati Membri ospitanti jistgħu, irrispettivament mill-Artikoli 40 u 41, jeżerċitaw is-setgħat ikkonferiti lilhom skont din id-Direttiva biex jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw il-ksur imwettaq fit-territorji tagħhom tar-regoli li jkunu adottaw skont din id-Direttiva jew fl-interess tal-ġid komuni. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew transazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom.

Artikolu 45

Miżuri wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni

Fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma titħallhiex tibda transazzjonijiet oħra fit-territorju tiegħu u biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tad-depożitanti.

Artikolu 46

Reklamar

Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu b'uffiċċji prinċipali fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi ta’ komunikazzjoni kollha disponibbli fl-Istat Membru ospitanti, soġġett għal kwalunkwe regola dwar l-għamla u l-kontenut ta’ tali reklamar adottata fl-interess tal-ġid komuni.

TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 47

Notifika b'rabta mal-fergħat ta’ pajjiż terz u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-istituzzjonijiet ta' kreditu b' tali fergħat

1.   L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw, għal fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE (23) bl-awtorizzazzjonijiet kollha għal fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz.

3.   L-Unjoni tista', permezz ta’ ftehimiet konklużi ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, tiftiehem li tapplika d-dispożizzjonijiet li jagħtu lil fergħat ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz trattament ugwali fit-territorju kollu tal-Unjoni.

Artikolu 48

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata

1.   Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti lill-Kunsill, jew fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi tal-eżerċizzju ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-impriżi prinċipali tagħhom ikollhom l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz;

(b)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu f’pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom, sew jekk ikunu istituzzjonijiet, kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ikollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan, b'mod partikolari, li jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom, tal-istituzzjonijiet, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu jinsabu fl-Unjoni li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f'pajjiż terz, jew li jkollhom partiċipazzjoni fihom;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi prinċipali li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu jinsabu fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew li jkollhom parteċipazzjoni azzjonarja fihom; u

(c)

l-ABE tkun tista’ tikseb mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, teżamina l-eżitu tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.

4.   L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

TITOLU VII

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

Taqsima I

Kompetenza u dmirijiet tal-Istati Membriu tal-oriġini u ta’ dawk ospitanti

Artikolu 49

Kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti

1.   Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata.

3.   Il-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti m'għandhomx jipprovdu trattament diskriminatorju jew restrittiv fuq il-fatt li istituzzjoni tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 50

Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet li joperaw, b'mod partikolari permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar differenti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li x'aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x'aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ istituzzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitazzjoni ta’ skoperturi kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistemiku kkawżat mill-istituzzjoni, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kwalunkwe informazzjoni u sejbiet li jirrigwardaw is-superviżjoni tal-likwidità skont il-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjoni permezz tal-fergħat tagħha, dment li din l-informazzjoni u dawn is-sejbiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-depożitanti jew l-investituri fl-Istat Membru ospitanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha fejn ikun hemm stress ta’ likwidità jew fejn ikun raġonevolment mistenni li dan iseħħ. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru u dwar kwalunkwe miżura prudenzjali ta' superviżjoni meħuda f’dak il-kuntest.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw u jispjegaw fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif l-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti minn dawn tal-aħħar ikunu ġew ikkunsidrati. Meta, b'segwitu għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni u sejbiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li ma ttieħdet l-ebda miżura xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u lill-ABE, jistgħu jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu aktar ksur sabiex jiġu protetti l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li lilhom jiġu pprovduti servizzi jew biex tiġi protetta l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jaqblux mal-miżuri li jkollhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni fi żmien xahar.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE, is-sitwazzjonijiet fejn talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’, f’dawk is-sitwazzjonijiet, taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

6.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta’ skambju ta’ informazzjoni li x'aktarx li jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 51

Fergħat sinifikanti

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti, fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari biex titqies bħala sinifikanti, fergħa ta’ istituzzjoni apparti minn ditta ta' investiment soġġetta għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a)

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b)

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi ta’ pagament, ta' kumpens u ta' saldu fl-Istat Membru ospitanti;

(c)

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-oriġini u tal-Istat Membri ospitanti, u fejn japplika l-Artikolu 112(1), Is-superviżur konsolidanti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi għandhom ikunu stabbiliti f’dokument li jkun fih raġunijiet kompluti, għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’xi sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 59(1) mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskji ta’ istituzzjonijiet b’tali fergħat imsemmija fl-Artikolu 97 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 113(2). Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 104 u 105 sa fejn dawk il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu rilevanti għal dawk il-fergħat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti dwar il-passi operattivi meħtieġa mill-Artikolu 86(11), meta dan ikun rilevanti għar-riskji ta'likwidità fil-munita tal-Istat Membru ospitanti.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkunux ikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew meta, wara tali konsultazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li l-passi operazzjonali rikjesti mill-Artikolu 86(11) ma jkunux adegwati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   Fejn l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jissorveljaw l-istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 50. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li għandhom jiġu ddeterminati, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 7 u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi ddelagata s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 52

Kontroll u ispezzjoni fuq il-post ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ xi fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz tal-medjazzjoni ta’ persuni li jinnominaw għal dak il-għan, kontrolli fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 u ispezzjoni ta' tali fergħat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu wkoll, għall-finijiet tal-ispezzjoni tal-fergħat, jirrikorru għal xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 118.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, każ b’każ, kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jeħtieġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha u għal finijiet ta’ superviżjoni, fejn huma jqisu li jkunu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. Qabel ma jsiru dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Wara dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jieħdu kont dovut ta' dik l-informazzjoni u dawk is-sejbiet fid-determinazzjoni tal-programm tal-eżami superviżorju tagħhom imsemmi fl-Artikolu 99, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.

4.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post tal-fergħat għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isiru l-kontroll jew l-ispezzjoni.

Taqsima II

Skambju ta’ informazzjoni u segretezza professjonali

Artikolu 53

Segretezza professjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, u l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jintrabtu bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Informazzjoni kunfidenzjali li tali persuni, awdituri jew esperti jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, hekk li l-istituzzjonijiet ta' kreditu individwali ma jistgħux ikunu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Madankollu, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun soġġetta għal stralċ b’mod obbligatorju, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna lill-partijiet terzi involuti f'tentattivi ta' salvataġġ ta' din l-istituzzjoni ta' kreditu tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrasmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-ABE, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“AETS”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma' Direttivi oħrajn applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tal-ittestjar għal stress imwettaq skont l-Artikolu 100 ta’ din id-Direttiva jew l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew milli jittrasmettu l-eżitu tal-ittestjar għal stress lill-ABE għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-ABE tar-riżultati tal-ittestjar għal stress fl-Unjoni kollha.

Artikolu 54

Użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 53 għandhom jużawha biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom u biss għal kwalunkwe waħda mill-finijiet li ġejjin:

(a)

biex jiċċekkjaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu sodisfatti u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi mhux ikkonsolidata jew ikkonsolidata, tat-twettiq ta’ tali attività, speċjalment fir-rigward tal-monitoraġġ tal-likwidità, is-solvenza, l-iskoperturi kbar u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;

(b)

biex jimponu penali;

(c)

f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti inkluż proċeduri fil-qrati skont l-Artikolu 72;

(d)

fi proċeduri fil-qrati mibdija skont dispożizzjonijiet speċjali, previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

Artikolu 55

Ftehimiet ta’ kooperazzjoni

L-Istati Membri u l-ABE, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni, li jipprevedu skambji ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanzija ta' konformità ma' rekwiżiti ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti ta' superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandhiex tiġi żvelata biss bil-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Artikolu 56

Skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet

L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru, bejn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti jew bejn awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom:

(a)

l-awtoritajiet li jkunu fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

l-awtoritajiet jew il-korpi inkarigati bir-responsabbiltà taż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu tar-regoli makroprudenzjali;

(c)

korpi ta' riorganizzazzjoni jew awtoritajiet li għandhom l-għan li jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(d)

skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

il-korpi involuti fl-istralċ u l-falliment tal-istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;

(f)

il-persuni responsabbli għat-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijijiet ta’ istituzzjonijiet, impriżi tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iżvelar lil korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija tad-depożiti u skemi ta' kumpens għall-investitur ta’ informazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

L-informazzjoni riċevuta għandha f'kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

Artikolu 57

Skambju ta’ informazzjoni ma’ korpi sorveljanti

1.   Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin:

(a)

Il-korpi involuti fl-istralċ u fil-falliment ta' istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;

(b)

tal-iskemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

persuni inkarigati li jwettqu verifiki statutorji tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas li jiġu sodisfatti ta’ dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

li l-informazzjoni tiġi skambjata għall-fini tat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1);

(c)

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

3.   Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà, u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli bil-liġi għall-kxif u l-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji.

F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-informazzjoni tiġi skambjata bil-għan li jitkixfu u jiġu investigati l-'ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji;

(b)

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).;

(c)

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

4.   Fejn, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija f’paragrafu 1 jwettqu l-kompitu tagħhom ta’ kxif jew investigazzjoni bl-għajnuna, fid-dawl tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni nominati għal dak il-fini u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, Stat Membru jista' jestendi l-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għal tali persuni bil-kondizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ABE l-ismijiet tal-awtoritajiet jew il-korpi li jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu.

6.   Sabiex ikun implimentat il-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew il-korpi li jissemmew fil-paragrafu 3 għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbiltajiet preċiżi tal-persuni li lilhom tkun se tintbagħat.

Artikolu 58

Trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji ta' protezzjoni tad-depożiti, sistemiċi u ta’ pagament

1.   Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil, awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:

(a)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji meta l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi tal-pagament, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament;

(d)

il-BERS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ("EIOPA"), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u l-AETS, meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex ineħħu l-ostakoli li jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jittrasmettu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil dawk l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jistgħu jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 54.

3.   L-informazzjoni li tasal skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, l-informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatat, is-sorveljanza tal-pagamenti, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u lill-BERS meta tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

Artikolu 59

Trasmissjoni ta’ informazzjoni lil entitajiet oħrajn

1.   Minkejja l-Artikoli 53(1) u l-Artikolu 54, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom li jkunu responsabbli għal-liġi dwar is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u lill-ispetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Madankollu, dan l-iżvelar jista' jsir biss meta jkun meħtieġ u għal raġunijiet ta’ superviżjoni prudenzjali u prevenzjoni u riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jiżvelaw informazzjoni li tkun rilevanti għad-dipartimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

2.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom jew entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;

(b)

li l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);

(c)

li l-persuni b'aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1);

(d)

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Sa fejn l-iżvelar tal-informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tkun tinvolvi l-ipproċessar tad-data personali, kwalunkwe proċessar mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 60

Żvelar ta' informazzjoni miksuba permezz ta’ kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 52(4), l-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 56 u l-informazzjoni miksuba permezz ta' kontroll jew ispezzjoni fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 52(1) u (2) m'għandhiex tiġi żvelata skont l-Artikolu 59 ħlief bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun twettqet tali kontroll jew ispezzjoni fuq il-post.

Artikolu 61

Żvelar ta' informazzjoni rigward servizzi ta’ kklerjar u saldu

1.   Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 53, 54 u 55 lil kamra tal-kumpens jew korp ieħor simili rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi servizzi ta’ kumpens u saldu għal xi wieħed mis-swieq nazzjonali tagħhom jekk huma jqisu li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq ta’ dawk il-korpi rigward l-inadempjenzi jew l-inadempjenzi potenzjali mill-parteċipanti tas-suq. L-informazzjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

2.   L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw li informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 53(2) m'għandhiex tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.

Artikolu 62

Ipproċessar ta’ data personali

L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u, fejn rilevanti, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Taqsima III

Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati

Artikolu 63

Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (26) u li twettaq f'istituzzjoni l-kompiti deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (27), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (28) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha tal-inqas id-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni, li dik il-persuna tkun saret konxja tagħhom filwaqt li tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu, li jista':

(a)

jikkonstitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet;

(b)

jaffettwa il-funzjonament kontinwu tal-istituzzjoni;

(c)

iwassal għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li dik il-persuna ssir konxja tagħhom waqt it-twettiq tal-kompitu tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-istituzzjoni li fiha tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu.

2.   Dan l-iżvelar in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m'għandux jinvolvi lil tali persuni fi kwalunkwe responsabbiltà. Tali żvelar għandu jsir simultanjament lill-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti biex dan ma jsirx.

Taqsima IV

Setgħat superviżorji, setgħat ta' impożizzjoni ta' penali u dritt ta’ appell

Artikolu 64

Setgħat superviżorji u setgħat ta' impożizzjoni ta' penali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji kollha biex jintervjenu fl-attività tal-istituzzjonijiet li jkunu meħtieġa fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirtiraw awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18, is-setgħat meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 102 u s-setgħat stipulati fl-Artikoli 104 u 105.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom u setgħat tagħhom ta' impożizzjoni ta' penali, f'konformità ma' din id-Direttiva u mad-dritt nazzjonali, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet;

(d)

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 65

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 64 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta' ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva utar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonalihuma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1japplikaw għall-istituzzjonijiet, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu jistgħu jiġu applikati penali soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp ta' ġestjoni, u għal persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli l-ġbir ta' informazzjoni u s-setgħat investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħra stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dawk is-setgħat għandhom jinkludu:

(a)

is-setgħa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin ikunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex jitwettqu l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta' statistika relatati:

(i)

istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(ii)

kumpanniji azzjonarji finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(iii)

kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti;

(iv)

kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v)

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti(i) sa (iv);

(vi)

partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti(i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali;

(b)

is-setgħa li jitwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji kollha ta' kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a)(i) sa (vi) stabbilita jew li tinsab fl-Istat Membru kkonċernat fejn meħtieġ biex twettaq il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż:

(i)

id-dritt li jesiġi l-preżentazzjoni ta' dokumenti;

(ii)

li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-punti(a)(i) sa (vi)) u jsiru kopji jew jittieħdu estratti mit-tali kotba u reġistri;

(iii)

jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (i) sa (vi)) jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom; u

(iv)

tiġi intervistata kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;

(c)

is-setgħa, soġġetta għal kondizzjonijiet oħra stipulati fid-dritt tal-Unjoni, li jitwettqu l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fuq il-post fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punti (a)(i) sa (vi) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni kkonsolidata meta awtorità kompetenti tkun is-superviżur konsolidanti, soġġett għal notifika minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati soġġett għal applikazzjoni għat-twettiq fejn rikjest mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 66

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta' rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni u rekwiżiti għall-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, tal-inqas fir-rigward ta':

(a)

it-twettiq tan-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħra mill-pubbliku mingħajr ma tkun istituzzjoni ta’ kreditu, bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)

il-bidu ta’ attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 9;

(c)

l-akkwist, dirett jew indirett, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew iż-żieda ulterjuri, diretta jew indiretta, ta' tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu li b'riżultat ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż il-limiti msemmijin fl-Artikolu 22(1) jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha, mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jiksbu jew iżidu l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti, matul il-perijodu ta' valutazzjoni, jew kontra l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal- Artikolu 22(1);

(d)

iċ-ċessjoni, diretta jew indiretta, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti biex b'hekk il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa' taħt il-limiti msemmijin fl-Artikolu 25 jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u ma terġax tirrepeti dik l-imġiba;

(c)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħrajn b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi riċevibbli f'konformità mal-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;

(d)

fil-każ ta’ persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi 17 ta’ Lulju 2013;

(e)

penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-benefiċċju derivat mill-ksur fejn dan il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat;

(f)

sospensjoni tad-drittijiet tal-vot mill-azzjonist jew l-azzjonisti miżmuma responsabbli għall-ksur imsemmi f’paragrafu 1.

Fejn l-impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, id-dħul gross rilevanti għandu jkun id-dħul gross li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

Artikolu 67

Dispożizzjonijiet oħrajn

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika tal-inqas fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(b)

l-istituzzjoni, li meta ssir konxja ta' kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma l-kawża ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt wieħed mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 25, ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1);

(c)

l-istituzzjoni elenkata f'suq regolat kif imsemmi fil-lista li għandha tiġi ppubblikata mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE ma tkunx informat, mill-inqas darba fis-sena, lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) ta' din id-Direttiva;

(d)

l-istituzzjoni ma jkollhiex fis-seħħ l-arranġamenti ta’ governanza meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 74;

(e)

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-konformità mal-obbligu li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1) ta’ dak ir-Regolament;

(f)

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tad-data msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g)

istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h)

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 415(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i)

istituzzjoni tonqos li tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-proporzjon tal-lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 430(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j)

istituzzjoni tonqos b'mod ripetut jew persistenti, li żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(k)

l-istituzzjoni ġġarrab skopertura akbar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(l)

l-istituzzjoni li tkun esposta għar-risku tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mingħajr ma tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(m)

istituzzjoni ma tkunx żvelat l-informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta bi ksur tal-Artikolu 431(1), (2) u (3) jew l-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(n)

istituzzjoni tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tal-istituzzjoni bi ksur tal-Artikolu 141 ta' din id-Direttiva jew f'każijiet fejn l-Artikoli 28, 51 jew 63 ta' Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxu tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(o)

istituzzjoni tinsab responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE;

(p)

istituzzjoni tippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 li jsiru membri jew jibqgħu bħala membri tal-korp ta' ġestjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

fil-każ ta' istituzzjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 18;

(d)

soġġett għall-Artikolu 65(2), projbizzjoni temporanja kontra xi membru tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li titqies responsabbli, milli jeżerċita funzjonijiet fl-istitizzjonijiet;

(e)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħrajn b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi riċevibbli f'konformità mal-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti.

(f)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi 17 ta’ Lulju 2013;

(g)

penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati.

Fejn impriża msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.

Artikolu 68

Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippublikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe sanzjoni amministrattiva li ma tistax tiġi appellata u li tkun imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 inkluż informazzjoni rigward it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut wara li dik il-persuna tiġi informata b'dawk il-penali.

Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali li jistgħu jiġu appellati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw ukoll fuq is-sit web uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali fuq bażi anonima, b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta is-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika u, wara valutazzjoni a priori obbligatorja, jinstab li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata;

(b)

meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c)

meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-istituzzjonijiet jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu x'aktarx jieqfu fi perijodu ta' żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tiġi posposta għal tali perijodu ta' żmiem.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 jew 2 tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mhux inqas minn ħames snin. Id-data personali għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss għall-perijodu li meħtieġ, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

4.   Sa 18 ta’ Lulju 2015 l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' penali mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst skont paragrafu 2 u, b'mod partikolari fejn kien hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe diverġenza sinifikanti fit-tul taż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-penali skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 69

kambju ta' informazzjoni dwar penali u żamma ta' bażi ta' data ċentrali mill-ABE

1.   Soġġett għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali msemmija l-Artikolu 53(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bil-penali amministrattivi kollha, inklużi l-projbizzjonijiet permanenti kollha, imposti skont l-Artikoli 65, 66 u 67 u dwar l-istatus tal-appelli u l-eżiti tagħhom. L-ABE għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali amministrattivi komunikati lilha unikamenti għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Fejn awtorità kompetenti tagħti valutazzjoni rigward reputazzjoni tajba għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 121, hija għandha tikkonsulta l-bażi ta' data tal-ABE dwar il-penali amministrattivi. Fil-każ ta' tibdil fl-istatus jew ta' appell li ikollu suċċess, l-ABE għandha tħassar jew taġġorna l-entrati rilevanti fil-bażi ta' data fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw, f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-eżistenza ta' kundanna rilevanti fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata. Għal dawk il-finijiet, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI kif implimentati fil-liġi nazzjonali.

4.   L-ABE għandha żżomm sitweb b'links għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 68 u għandha turi l-perijodu ta' żmien ta' kemm idumu ppubblikati l-penali amministrattivi ta' kull Stat Membru.

Artikolu 70

Applikazzjoni effettiva tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta’ penali amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:

(a)

il-gravità u kemm idum iseħħ il-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-valur tal-bejgħ totali ta' persuna ġuridika jew l-introjtu annwali ta' persuna fiżika;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 71

Rapportar ta’ ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabilixxu mekkaniżmi effikaċi u affidabbli sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri speċifiċi għar-riċezzjoni ta’ rapporti dwar ksur u s-segwitu tagħhom;

(b)

protezzjoni adatta għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw ksur imwettaq fl-istituzzjoni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta' trattament inġust bħala minimu;

(c)

protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement hija responsabbli għall-ksur, skont id-Direttiva 95/46/KE;

(d)

regoli ċari li jiżguraw li l-kunfidenzjalità tiġi ggarantita fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fl-istituzzjoni, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Tali mezz jista' wkoll jiġi pprovdut permezz ta' arranġamenti previsti għall-imsieħba soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2.

Artikolu 72

Dritt ta’ appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu soġġetti għal dritt ta' appell. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li n-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, huwa soġġett għal dritt ta' appell.

KAPITOLU 2

Proċessi ta' Reviżjoni

Taqsima I

Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern

Artikolu 73

Kapital Intern

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi sodi, effikaċi u komprensivi biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom.

Dawk l-istrateġiji u l-proċessi għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami intern regolari biex ikun żgurat li jibqgħu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata.

Taqsima II

Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet

Sottotaqsima 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 74

Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effikaċi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta’ rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma’ ġestjoni tar-riskji soda u effikaċi u jippromwovuha.

2.   L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabiliti fl-Artikoli 76 sa 95.

3.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, f'konformità mal-paragrafu 2.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti pjanijiet ta' rkupru għar-restawr tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni, konsegwentement għal deterjorazzjoni sinifikanti, kif ukoll pjanijiet ta' riżoluzzjoni. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti biex istituzzjoni tfassal, iżżomm u taġġorna pjanijiet ta' rkupru u għall-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti biex jitħejjew il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, jistgħu jitnaqqsu jekk, wara li jikkonsultaw lill-awtorità makroprudenzjali nazzjonali, l-awtortiajiet kompetenti jqisu li l-falliment ta' istituzzjoni speċifika minħabba, interalia, id-daqs tagħha, il-mudell ta' negozju tagħha, l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra, jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, mhux ser ikollha effett negattiv fuq swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra jew fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u għandhom jiprovduhom bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-tħejjija u l-abbozzar ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni vijabbli li jistabbilixxu għażliet għar-riżoluzzjoni b'mod ordnat tal-istituzzjonijiet f'każ ta' falliment f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha d-dritt li tipparteċipa fi u tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-irkupru effikaċi u konsistenti u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

F'dak ir-rigward l-ABE għandha tkun infurmata u għandha d-dritt li tipparteċipa fir-rigward ta' laqgħat relatati mal-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni. Meta ssir kwalunkwe laqgħa jew attività bħal din, l-ABE għandha tkun infurmata bis-sħiħ minn qabel dwar l-organizzazzjoni ta' tali laqgħat, dwar il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li għandhom jiġu kkunsidrati.

Artikolu 75

Sorveljanza tal-politiki tar-rimunerazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jużawha biex jagħmlu analiżi komparattiva għal xejriet u prattiki tar-rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.

2.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 92 sa 95. Il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (29).

L-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-ABE għall-iżvilupp ta' linji gwida dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni għall-kategoriji tal-persunal involut fil-forniment ta' servizzi u attivitajiet ta’ investiment fit-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

L-ABE għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 biex tagħmel analiżi komparattiva tax-xejriet u l-prattiki tar-rimunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni fiżiċi f’kull istituzzjoni li jirċievu rimunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 1 miljun, inkluż ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format komuni ta’ rapportar. L-ABE tista’ wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

Subtaqsima 2

Kriterji tekniċi rigward l-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji

Artikolu 76

Trattament tar-riskji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni, japprova u jirrieżamina perjodikament l-istrateġiji u l-politiki għat-teħid, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, inklużi dawk ikkawżati mill-ambjent makroekonomiku li tkun topera fih fir-rigward tal-istatus taċ-ċiklu ekonomiku.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għall-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ta' riskju. Il-korp ta' ġestjoni għandu jkun attivament involut fil-ġestjoni tar-riskji materjali kollha indirizzati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-valutazzjoni tal-assi, tal-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu u ta' mudelli interni relatati ma' dawk ir-riskji. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi linji ta' rappurtar lill-korp ta' ġestjoni li jkopru r-riskji materjali u l-politiki dwar il-ġestjoni tar-riskji kollha u l-bidliet relatati magħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat tar-riskji magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jaqdu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Il-membri tal-kumitat tar-riskji għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta xierqa biex jifhmu u jikkontrollaw bis-sħiħ l-istrateġija rigward ir-riskji u l-attitudni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jagħti pariri lill-korp ta' ġestjoni dwar l-attitudni u l-istrateġija ġenerali attwali u futura tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u jassisti lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja. Il-korp ta' ġestjoni għandu jżomm ir-responsabbiltà ġenerali għar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jeżamina jekk il-prezzijiet kollha tal-passivi u l-assi offerti lill-klijenti jiħdux kont bis-sħiħ tal-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni u l-istrateġija relatata mar-riskju. Meta l-prezzijiet ma jirriflettux b'mod adatt ir-riskji f'konformità mal-mudell kummerċjali u l-istrateġija relatata mar-riskju, il-kumitat tar-riskju għandu jippreżenta pjan ta' rimedju lill-korp ta' ġestjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni, li mhijiex meqjusa sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tgħaqqad il-kumitat tar-riskju mal-kumitat tal-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/43/KE. Il-membri tal-kumitat ikkombinat għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta meħtieġa għall-kumitat tar-riskju u għall-kumitat tal-verifika.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn jkun ġie stabbilit kumitat tar-riskji jkun ġie stabbilit, il-kumitat tar-riskji jkollhom aċċess adatt għall-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u, jekk meħtieġ u adatt, għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u għal pariri minn esperti esterni.

Il-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn ikun ġie stabbilit il-kumitat tar-riskji għandu jiddetermina n-natura, l-ammont, il-format, u l-frekwenza tal-informazzjoni dwar ir-riskju li huma jkollhom jirċievu. Bil-għan li jassisti fl-istabbiliment ta' politiki u prattiki sodi ta' rimunerazzjoni, il-kumitat tar-riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-kumitat ta' rimunerazzjoni, jeżamina jekk l-inċentivi pprovduti mis-sistema ta' rimunerazzjoni jikkunsidrawx ir-riskju, il-kapital, il-likwidità u l-probabbiltà u ż-żmien meta jsir il-qligħ.

5.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-rekwiżit ta' proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kummisjoni 2006/73/KE (30), jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji indipendenti mill-funzjonijiet operazzjonali u li jkollhom awtorità, statura, riżorsi u aċċess suffiċjenti għall-korp ta' ġestjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji tiżgura li r-riskji materjali kollha jiġu identifikati, mkejla, u rrapportati b'mod adatt. Huma għandhom jiżguraw li l-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji tkun involuta attivament fl-elaborazzjoni tal-istrateġija tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u fid-deċiżjonijiet materjali kollha tal-ġestjoni tar-riskji u li tkun tista’ tagħti perspettiva kompluta tal-firxa sħiħa tar-riskji tal-istituzzjoni.

Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkun tista’ tirrapporta direttament lill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-amministrazzjoni superjuri, u tista' tindika preokkupazzjonijiet u twissi lil dak il-korp, fejn dan ikun adatt, fejn żviluppi speċifiċi tar-riskju li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, bla preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u/jew ta' ġestjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/ 2013.

Il-kap tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għandu jkun amministratur eżekuttiv superjuri indipendenti b’responsabbiltà distinta għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju. Meta n-natura, l-iskala u kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ma jkunux jiġġustifikaw li jkun hemm persuna nominata speċjalment għal dan, persuna superjuri oħra fi ħdan l-istess istituzzjoni tista’ twettaq dik il-funzjoni, dment li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess.

Il-kap tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji m'għandux jitneħħa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u għandu jkun jista’ jkollu aċċess dirett għall-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu fejn meħtieġ.

L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/73/KE għad-ditti tal-investiment.

Artikolu 77

Approċċi Interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitjiet tagħhom biex jiżviluppaw kapaċità interna ta' valutazzjoni tar-riskji tal-kreditu u jżidu l-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tal-kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f’termini assoluti u meta, fl-istess ħin, huma jkollhom numru kbir ta’ kontropartijiet materjali. Dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-kriterji stipulati fil-Parti Tlieta, Titolu I, Kapitolu 3, Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, jissorveljaw li dawn ma jiddipendux unikament jew b'mod mekkaniku fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità jew l-istrument finanzjarju.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu l-istituzzjonijiet, b'kont meħud tad-daqs, l-organizzazzjoni interna tagħhom u tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, biex jiżviluppaw kapaċità interna speċifika ta' valutazzjoni tar-riskji u jżidu l-użu tal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn fil-portafoll tan-negozjar, flimkien mal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza u migrazzjoni fejn l-iskoperturi tagħhom għar- riskju speċifiku jkunu materjali f’termini assoluti u fejn ikollhom numru kbir ta’ pożizzjonijiet materjali fi strumenti tad-dejn ta’ emittenti differenti.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-sodisfar tal-kriterji stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, it-Taqsimiet 1 sa 5, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi aktar il-kunċett ta’ ‧skoperturi għal riskju speċifiku li jkunu materjali f’termini assoluti‧ msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-limiti għal numri kbar ta’ kontropartijiet u pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn ta’ emittenti differenti.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 78

Valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni ta’ approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet awtorizzati li jużaw approċċi interni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bl-eċċezzjoni tar-riskju operazzjonali jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tal-approċċi interni tagħhom għall-iskoperturi tagħhom jew il-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-portafolli ta' referenza. L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw ir-riżulati tal-kalkoli tagħhom flimkien ma' spjegazzjoni tal-metodoloġiji użati biex jipproduċuhom lill-awtoritajiet kompetenti bi frekwenza adatta, u ta' mill-inqas darba f'sena.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jippreżentaw ir-riżultati tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mal-mudell żviluppat mill-ABE skont il-paragrafu 8 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ABE. Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jiżviluppaw portafolli speċifiċi, huma għandhom jagħmlu dan b'konsultazzjoni mal-ABE u jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli separatament mir-riżultati tal-kalkoli għal portafolli tal-ABE.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, jissorveljaw il-firxa ta' ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, kif applikabbli, bl-eċċezzjoni tar-riskju operazzjonali, għall-iskoperturi jew it-transazzjonijiet fil-portafoll ta' referenza li jirriżulta mill-approċċi interni ta' dawk l-istituzzjonijiet. Tal-inqas darba f'sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kwalità ta' dawk l-approċċi filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

dawk l-approċċi li juru differenzi sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istess skopertura;

(b)

approċċi fejn hemm diversità partikolarment għolja jew baxxa, u wkoll fejn hemm sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta' fondi proprji.

L-ABE għandha tipproduċi rapport li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Fejn istituzzjonijiet partikolari juru diverġenza sinifikanti mill-maġġoranza tal-pari tagħhom jew fejn ma tantx ikun hemm karatteristiċi komuni fl-approċċi, li jwassal għal diversità wiesgħa ta' riżultati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw ir-raġunijiet għal dan u, jekk ikun jista' jiġi identifikat biċ-ċar li l-approċċ ta' istituzzjoni partikolari jwassal għal sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ma tistax tiġi attribwita għad-differenzi fir-riskji sottostanti tal-iskoperturi jew il-pożizzjonijiet, huma għandhom jieħdu azzjoni korrettiva.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet korrettivi kif imsemmija fil-paragrafu 4 jikkonformaw mal-prinċipju li tali azzjonijiet għandhom iżommu l-objettivi ta' approċċ intern, u għalhekk:

(a)

ma jwasslux għall-istandardizzazzjoni jew għall-metodi preferiti;

(b)

ma joħolqux inċentivi ħżiena; jew

(c)

ma jikkawżawx sitwazzjoni fejn kulħadd jagħmel l-istess ħaġa.

6.   L-ABE tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn tqis li jkunu meħtieġa abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitjiebu l-prattiki superviżorji jew il-prattiki tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-approċċ interni.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet magħmula f'konformità mal-paragrafu 3 bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-ABE;

(b)

l-istandards għall-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-mudell, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

il-portafoll jew portafolli ta' referenza msemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   Sal-1 ta' April 2015 u wara li tkun ikkonsultat lill-ABE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tal-valutazzjoni komparattiva tal-mudelli interni inkluż il-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi segwit minn proposta leġislattiva.

Artikolu 79

Il-kreditu u r-riskju tal-kontraparti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

(a)

l-għoti tal-kreditu jkun ibbażat fuq kriterji sodi u ddefiniti sewwa u li l-proċess għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament tal-krediti jkun stabbilit b’mod ċar;

(b)

l-istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għad-debituri individwali, it-titoli jew il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u r-riskju tal-kreditu fil-livell tal-portafoll. B’mod partikolari, il-metodoloġiji interni m'għandhomx jistrieħu unikament jew mekkanikalment fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu. Meta r-rekwiżiti ta' fondi proprji jkunu bbażati fuq klassifikazzjoni minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew ibbażati fuq il-fatt li skopertura ma tkunx ikklassifikata, dan m'għandux jeżenta lill-istituzzjonijiet milli jqisu b'mod addizzjonali l-informazzjoni rilevanti oħra għall-valutazzjoni tal-allokazzjoni interna tal-kapital tagħhom;

(c)

l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-portafolli u l-iskoperturi riskjużi varji tal-istituzzjonijiet, inkluż għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ krediti problematiċi u biex ikun hemm aġġustamenti u dispożizzjonijiet ta' valur u adegwati, ikunu mħaddma permezz ta’ sistemi effikaċi.

(d)

id-diversifikazzjoni tal-portafolli tal-kreditu tkun adegwata fl-ambitu tas-swieq fil-mira u l-istrateġija tal-kreditu kumplessiva tal-istituzzjoni.

Artikolu 80

Riskju residwu

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju li t-tekniki rrikonoxxuti tal-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu użati mill-istituzzjonijiet jirrizultaw inqas effikaċi milli kien mistenni jkun indirizzat u kkontrollat inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub.

Artikolu 81

Riskju ta’ konċentrazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina minn skoperturi għal kull kontroparti, inklużi kontropartijiet ċentrali, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi, u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew mill-istess attività jew prodott bażiku, l-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, u inkluż b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ skoperturi indiretti kbar ta’ kreditu bħal emittent ta’ kollateral waħdieni, ikun indirizzat u kkontrollat inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub.

Artikolu 82

Riskju ta’ titolizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskji li joriġinaw minn transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu investitur, oriġinatur jew sponsor, inklużi riskji ta' reputazzjoni bħal dawk li joriġinaw fir-rigward ta’ strutturi jew prodotti kumplessi, jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri adatti, biex ikun żgurat li s-sustanza ekonomika tat-transazzjoni tkun riflessa bis-sħiħ fil-valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tal-likwidità biex ikunu indirizzati l-implikazzjonijiet tal-amortizzazzjoni kemm dik skedata kif ukoll dik bikrija jkunu jeżistu fl-istituzzjonijiet li jkunu l-oriġinaturi ta’ transazzjonijiet ċirkolanti ta’ titolizzazzjoni li jinvolvu dispożizzjonijiet għal amortizzazzjoni bikrija.

Artikolu 83

Riskju tas-suq

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-politiki u l-proċessi għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tas-sorsi materjali kollha u l-effetti tar-riskji tas-suq ikunu implimentati.

2.   Fejn il-pożizzjoni bin-nieqes ikollha skadenza qabel il-pożizzjoni twila, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ukoll jieħdu miżuri kontra r-riskju ta’ nuqqas ta’ likwidità.

3.   Il-kapital intern għandu jkun adegwat għar-riskji tas-suq materjali li ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji.

L-istituzzjonijiet li huma u jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal riskju tal-pożizzjoni f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu kkalkolaw il-valur nett tal-pożizzjonijiet tagħhom f’wieħed jew aktar mill-ekwitajiet li jikkostitwixxu indiċi tal-borża kontra pożizzjoni waħda jew aktar fil-futuri tal-indiċi tal-borża jew prodotti oħra tal-indiċi tal-borża, għandu jkollhom kapital intern adegwat biex ikopru r-riskju bażiku ta’ telf ikkawżat mill-valur tal-futures jew ta' prodotti oħra li ma jiċċaqalqux totalment skont dak tal-ekwitajiet kostitwenti tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikollhom tali kapital intern adegwat fejn ikollhom pożizzjonijiet opposti fil-futures tal-indiċi tal-borża li ma jkunux identiċi jew fir-rigward tal-maturità tagħhom jew rigward il-kompożizzjoni tagħhom jew fir-rigward tat-tnejn.

Fl-użu tat-trattament fl-Artikolu 345 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom kapital intern suffiċjenti kontra r-riskju ta’ telf li jkun jeżisti bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-ewwel jum ta' ħidma segwenti.

Artikolu 84

Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi għall-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw l-attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.

Artikolu 85

Riskju operazzjonali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskopertura għal riskji operazzjonali, inkluż ir-riskju tal-immudellar, u biex ikopru l-avvenimenti ta’ severità għolja u frekwenza baxxa. L-istituzzjonijiet għandhom ifissru x'inhu li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza u kontinwità tan-negozju biex tiġi żgurata l-kapaċità ta' istituzzjoni li topera fuq bażi kontinwa u tillimita t-telf fil-każ ta’ interruzzjoni serja għan-negozju.

Artikolu 86

Riskju tal-likwidità

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità fuq sett ta' perjodi ta’ żmien adatti, inklużi fl-istess ġurnata, sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli xierqa ta’ riżervi ta' likwidità. Dawk l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom jitfasslu skont il-linji tan-negozju, il-muniti, il-fergħat u l-entitajiet ġuridiċi u għandhom jinkludu mekkaniżmi adegwati ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, il-benefiċċji u r-riskji tal-likwidità.

2.   L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, il-profil ta' riskju, l-ambitu tal-operat tal-istituzzjonijiet u t-tolleranza għar-riskju stabbiliti mill-korp ta' ġestjoni u jirriflettu l-importanza tal-istituzzjoni f’kull Stat Membru li fih tkun twettaq in-negozju. L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw it-tolleranza għar-riskju lil-linji tan-negozju rilevanti kollha.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet, meta jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, għandhom profili relatati mar-riskju ta' likwidità li huma konsistenti, u mhux iktar minn, dawk meħtieġa għal sistema li taħdem sew u robusta.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fir-rigward tal-profili relatati mar-riskju ta' likwidità, pereżempju d-disinn tal-prodott u l-volumi tiegħu, il-ġestjoni tar-riskju, il-politiki relatati mal-finanzjament u l-konċentrazzjonijiet tal-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni effettiva fejn l-iżviluppi msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jwasslu għall-instabbiltà ta' istituzzjoni individwali jew instabbiltà sistemika.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar kwalunkwe azzjoni mwettqa skont it-tielet subparagrafu.

L-ABE għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn xieraq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw metodoloġiji għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet ta’ finanzjament. Dawk il-metodoloġiji għandhom jinkludu l-likwidità materjali attwali u pproġettati fi, u li jitnisslu minn, assi, obbligazzjonijiet, entrati barra mill-karta tal-bilanċ inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti u l-impatt potenzjali ta’ riskju għar-reputazzjoni.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn assi mirhuna u assi ħielsa minn irbit li jkunu disponibbli f'kull ħin, b'mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-istituzzjonijiet iqisu l-entità ġuridika li fiha jkunu jinsabu l-assi, il-pajjiż fejn l-assi jkunu rreġistrati legalment jew f’reġistru jew inkella f’kont, u l-eliġibbiltà tagħhom u għandhom jissorveljaw kif l-assi jistgħu jiġu mmobilizzati mingħajr dewmien.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu wkoll il-limitazzjonijiet legali, regolatorji u operattivi eżistenti għat-trasferimenti potenzjali tal-likwidità u tal-assi ħielsa minn irbit fost l-entitajiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ’il barra minnha.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-għodod differenti għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' likwidità, inkluża sistema ta’ limiti u riżervi ta' likwidità sabiex ikunu b'saħħithom biżżejjed għal sensiela ta’ avvenimenti ta’ stress differenti u struttura ta’ finanzjament adegwatement diversifikata u aċċess għal sorsi ta’ finanzjament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu rieżaminati regolarment.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu xenarji alternattivi ta’ pożizzjonijiet ta' likwidità u tal-mitiganti tar-riskji u jirrieżaminaw is-suppożizzjonijiet sottostanti għad-deċiżjonijiet rigward il-pożizzjoni ta’ finanzjament mill-inqas kull sena. Għal dawk il-finijiet, ix-xenarji alternattivi għandhom jindirizzaw, b'mod partikolari, l-entrati li ma jidhrux u obbligazzjonijiet kontinġenti oħrajn, inklużi dawk tal-Entitajiet bi Skop Speċjali fir-rigward tat-Titolizzazzjoni (SSPEs) jew entitajiet oħrajn bi skopijiet speċjali, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni taġixxi ta’ sponsor jew tipprovdi appoġġ ta’ likwidità materjali.

9.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-impatt potenzjali ta’ xenarji alternattivi li jkunu speċifiċi għall-istituzzjoni, mifruxin mas-suq kollu u kkombinati. Għandhom jitqiesu perijodi ta’ żmien differenti u kondizzjonijiet ta’ stress ta’ gradi varjanti.

10.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġustaw l-istrateġiji, il-politiki interni u l-limitazzjonijiet fuq ir-riskju ta' likwidità tagħhom u jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza effikaċi, filwaqt li jqisu l-eżitu tax-xenarji alternattivi msemmija fil-paragrafu 8.

11.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni xierqa sabiex jindirizzaw il-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ likwidità, inkluż fir-rigward ta’ fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-amministrazzjoni għolja u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjoniiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tali passi operattivi għandhom jinkludu l-pussess ta’ kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta’ kollateral fejn meħtieġ fil-munita ta’ Stat Membru ieħor, jew il-munita ta’ pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operattiv fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li tkun esposta għall-munita tiegħu.

Artikolu 87

Riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki u proċessi fis-seħħ għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva. L-indikaturi tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva għandhom jinkludu l-proporzjon tal-lieva finanzjarja ddeterminat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-diskrepanzi bejn l-assi u l-obbligi.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jindirizzaw ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva bi prekawzjoni billi jqisu ż-żidiet potenzjali fir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kkawżat minn tnaqqis fil-fondi proprji tal-istituzzjoni minħabba telf mistenni jew realizzat, skont ir-regoli kontabbilistiċi applikabbli. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jifilħu għal firxa ta’ avvenimenti ta’ stress differenti fir-rigward tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva.

Sottotaqsima 3

Governanza

Artikolu 88

Arranġamenti ta’ governanza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effikaċi u prudenti ta’ istituzzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess.

Dawk l-arranġamenti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-korp ta' ġestjoni jrid ikollu r-responsabilità kumplessiva għall-istituzzjoni u japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, l-istrateġija tar-riskju u l-governanza interna tal-istituzzjoni;

(b)

il-korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l-integrità tas-sistemi tal-kontabbiltà u tar-rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal-liġi u l-istandards rilevanti;

(c)

il-korp ta' ġestjoni jrid jissorvelja l-proċess tal-iżvelar u l-komunikazzjoni;

(d)

il-korp ta' ġestjoni jrid ikun responsabbli li jipprovdi sorveljanza effikaċi tal-amministrazzjoni għolja;

(e)

il-president tal-korp ta' ġestjoni responsabbli fil-funzjoni superviżorja tiegħu għal istituzzjoni ma jridx fl-istess ħin jeżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal għoli superjuri fi ħdan l-istess istituzzjoni, dment li dan ma jkunx iġġustifikat mill-istituzzjoni u awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jissorvelja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjoni u jieħu passi adatti biex jindirizza kwalunkwe nuqqas.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu:

(a)

jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp ta' ġestjoni jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp ta' ġestjoni, jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp ta' ġestjoni u jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn ta' ħin mistenni.

Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni sabiex tintlaħaq dik il-mira. Il-mira, il-politika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;

(c)

huwa għandu jevalwa perjodikament, u tal-inqas darba f'sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp ta' ġestjoni u tal-korp ta' ġestjoni kollettivament, u jirrapporta dan kollu lill-korp ta' ġestjoni;

(d)

jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp ta' ġestjoni għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta' nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta' deċiżjonijiet mill-korp ta' ġestjoni ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta' individwi b'mod li jkun ta' ħsara għall-interessi tal-istituzzjoni inġenerali.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li huwa jqis adatta, inklużi l-pariri esterni, u għandu jirċievi finanzjament adatt għal dan il-għan.

Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp ta' ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u n-nomina ta' kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m'għandux japplika.

Artikolu 89

Rappurtar Pajjiż b'Pajjiż

1.   Mill-1 ta' Jannar 2015, l-Istati Membri għandhom jesiġu lil kull istituzzjoni biex kull sena tiżvela lill-pubbliku, waqt li tispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandha stabbiliment, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a)

in-natura tal-isem/ismijiet tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

(b)

il-valur tal-bejgħ;

(c)

l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d)

il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

(e)

it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

(f)

is-sussidji pubbliċi riċevuti.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għall-ewwel darba fi 1 ta’ Lulju 2014.

3.   Sa 1 ta’ Lulju 2014, l-istituzzjonijiet globali sistemikament importanti kollha awtorizzati fl-Unjoni għabhom jippreżentawlill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) sa (f)fuq bażi kunfidenzjali. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ABE, lill-EIOPA u lill-AETS, kif opportun, għandha twettaq valutazzjoni ġenerali fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi negattivi potenzjali tal-iżvelar pubbliku ta' tali informazzjoni, inkluż l-impatt fuq il-kompetittività, l-investiment u d-disponibbiltà tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2014.

Fejn ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika effetti negattivi sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġislattiva adatta għall-emendar tal-obbligi tal-iżvelar stipulati fil-paragrafu 1 u tista' konformement mal-punt (h) tal-Artikolu 145 tiddeċiedi li tiddifferixxi dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni kull sena għandha tirrieżamina kull sena n-neċessità li testendi dan id-differiment.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vverifikata skont id-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-istituzzjoni kkonċernata.

5.   Sa fejn atti leġislattivi futuri tal-Unjoni għal obbligi ta' żvelar ikunu jeċċedu dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, dan l-Artikolu m'għandux jibqa' japplika u għandu jitħassar kif meħtieġ.

Artikolu 90

Żvelar pubbliku tal-prestazzjoni fuq l-assi

L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw fir-rapport annwali tagħhom fost l-indikaturi ewlenin il-prestazzjoni tagħhom fuq l-assi, ikkalkulata bħala l-qligħ nett tagħhom diviża bil-karta tal-bilanċ totali tagħhom.

Artikolu 91

Korp ta' ġestjoni

1.   Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom ikunu dejjem ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta' ġestjoni għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta' esperjenzi. Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom, b’mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

2.   Il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni għandhom jiddedikaw ħin biżżejjed għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fl-istituzzjoni.

3.   L-għadd ta’ karigi ta' direttur li jista' jkollu membru tal-korp ta' ġestjoni fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. Sakemm ma jirrappreżentawx l-Istat Membru, il-membri tal-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni li tkun sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u tan-natura, ambitu u kumplessità tal-attivitajiet tagħha, għandhom, mill-1 ta' Lulju 2014, ikollhom biss waħda, u mhux iżjed, mill-kombinazzjonijiet li ġejjin ta' karigi ta' direttur fl-istess ħin:

(a)

kariga ta' direttur eżekuttiv wieħed b'żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttivi;

(b)

erba' karigi ta' direttur mhux eżekuttivi.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dawn li ġejjin jgħoddu bħala kariga ta' direttur wieħed:

(a)

karigi ta' direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmuma fl-istess grupp;

(b)

karigi ta' direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmuma fi:

(i)

istituzzjonijiet li huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013; jew

(ii)

impriżi (inklużi entitajiet mhux finanzjarji) li fihom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti.

5.   Il-karigi ta' direttur f'organizzazzjonijiet li ma jsegwux b'mod predominanti objettivi kummerċjali m'għandhomx jgħoddu għall-finijiet tal-paragrafu 3.

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw membri tal-korp ta' ġestjoni biex ikollhom kariga addizzjonali ta' direttur mhux eżekuttiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b'mod regolari lill-ABE dwar tali awtorizzazzjonijiet.

7.   Il-korp ta' ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r-riskji ewlenin.

8.   Kull membru tal-korp ta' ġestjoni għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b’mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet ta' ġestjoni.

9.   L-Istituzzjonijiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta' ġestjoni.

10.   L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jużaw persuni b'sett wiesa' ta' kwalitajiet u kompetenzi fir-reklutaġġ ta' membri għall-korp ta' ġestjoni u għal dak l-għan jistabbilixxu politika li tippromwovi d-diversità fi ħdan il-korp ta' ġestjoni.

11.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jagħmlu użu minnha biex jivvalutaw b'mod komparattiv il-prattiki ta' diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE. L-ABE għandha tuża dik l-informazzjoni għall-valutazzjoni komparattiva tal-prattika ta' diversità fil-livell tal-Unjoni.

12.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar dan li ġej:

(a)

il-kunċett ta’ impenn suffiċjenti tal-ħin iddedikat ta’ membru tal-korp ta' ġestjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b'rabta maċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet fl-istituzzjoni;

(b)

il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7;

(c)

il-kunċett ta' onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8;

(d)

il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 9;

(e)

il-kunċett ta' diversità li għandha titqies fl-għażla tal-membri tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 10.

L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sal-31 ta’ Diċembru 2015.

13.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta' ġestjoni kif previst mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 92

Politiki ta’ rimunerazzjoni

1.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikoli 93, 94 u 95 għandha tkun żgurata mill-awtoritajiet kompetenti għall-istituzzjonijiet fil-livell ta’ grupp, kumpannija prinċipali u kumpannija sussidjarja, inklużi dawk stabbiliti fiċ-ċentri finanzjarji offshore.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta’ rimunerazzjoni totali, li jinkludu s-salarji u l-benefiċċji ta’ pensjoni diskrezzjonali, għall-kategoriji tal-persunal inkluż l-amministrazzjoni għolja, dawk li jieħdu r-riskju, il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li jpoġġihom fl-istess kategorija ta’ rimunerazzjoni bħall-amministrazzjoni għolja u dawk li jieħdu r-riskju, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sa fejn ikun xieraq għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:

(a)

il-politika ta’ rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ ġestjoni ta' riskji soda u effikaċi u tippromwoviha u ma tinkoraġġixxix it-teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;

(b)

il-politika tar-rimunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;

(c)

il-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ rimunerazzjoni u jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;

(d)

l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(e)

il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità xierqa, u jkun irrimunerat skont il-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(f)

ir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-rimunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 95 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(g)

il-politika ta' rimunerazzjoni, b'kont meħud tal-kriterji nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji għall-iffissar ta':

(i)

rimunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg; u

(ii)

rimunerazzjoni varjabbli li għandha tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju kif ukoll prestazzjoni ikbar minn dik mitluba biex wieħed jissodisfa d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg.

Artikolu 93

Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern

Fil-każ tal-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent eċċezzjonali tal-gvern, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 92(2):

(a)

rimunerazzjoni varjabbli tkun strettament limitata bħala persentaġġ tad-dħul nett meta din ma tkunx konsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda u l-ħruġ f’waqtu mill-appoġġ tal-gvern;

(b)

l-awtoritjajiet kompetenti rilevanti jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jirristrutturaw ir-rimunerazzjoni b’mod allinjat mal-ġestjoni tar-riskji sod u t-tkabbir fuq terminu twil, inkluż, meta jkun xieraq, l-istabbiliment ta’ limiti għar-rimunerazzjoni tal-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni;

(c)

l-ebda rimunerazzjoni varjabbli ma titħallas lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni sakemm ma tkunx iġġustifikata.

Artikolu 94

Elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni

1.   Għall-elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’, u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Artikolu 92(2):

(a)

meta r-rimunerazzjoni tkun irrelatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq kombinazzjoni tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tal-istituzzjoni u meta ssir il-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali, għandhom jitqiesu kriterji finanzjarji u mhux finanzjarji;

(b)

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali sabiex ikun żgurat li l-proċess ta' evalwazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jqis iċ-ċiklu ekonomiku sottostanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u r-riskji tan-negozju tagħha;

(c)

ir-rimunerazzjoni varjabbli totali ma tillimitax il-kapaċità tal-istituzzjoni li ssaħħaħ il-bażi kapitali tagħha;

(d)

ir-rimunerazzjoni varjabbli ggarantita mhix konsistenti mal-ġestjoni tajba tar-riskju jew mal-prinċipju ta' ħlas għal prestazzjoni u m'għandhiex tkun parti mill-pjanijiet ta' rimunerazzjoni prospettivi;

(e)

rimunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali, isseħħ biss meta jiġi impjegat persunal ġdid u fejn l-istituzzjoni jkollha bażi ta' kapital tajba u b'saħħitha u tkun limitata għall-ewwel sena tal-impjieg;

(f)

il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali huma bbilanċjati b'mod adatt u l-komponent fiss jirrapreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali biex tkun tista’ titħaddem politika kompletament flessibbli, fuq komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;

(g)

l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent fiss u l-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni totali, fejn għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(i)

Il-komponent varjabbli m'għandux jaqbeż il-100 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx;

(ii)

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-azzjonisti jew lis-sidien jew membri tal-istituzzjoni japprovaw livell massimu ogħla tal-proporzjon bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-rimunerazzjoni sakemm il-livell ġenerali tal-komponent varjabbli ma jaqbiżx il-200 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

Kwalunkwe approvazzjoni ta' proporzjon ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura li ġejja:

l-azzjonisti jew is-sidien jew il-membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu fuq rakkomandazzjoni dettaljata mill-istituzzjoni, u jagħtu r-raġunijiet għal u l-ambitu ta' approvazzjoni mitluba, inkluż l-għadd ta' persunal affettwat, il-funzjonijiet tagħhom kif ukoll l-impatt mistenni fuq ir-rekwiżit biex tinżamm bażi ta' kapital soda;

l-azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' mill-inqas 66 % sakemm mill-inqas 50 % tal-ishma jew tad-drittijiet ta' sjieda ekwivalenti jkunu rappreżentati jew, jekk ma jsirx hekk, huma għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' 75 % tad-drittijiet tas-sjieda rappreżentati;

l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tal-istituzzjoni, filwaqt li tagħti perijodu ta' notifika raġonevoli minn qabel, li ser tintalab approvazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;

l-istituzzjoni, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti dwar ir-rakkomandazzjoni lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tagħha, inkluż il-proporzjon massimu ogħla propost u r-raġunijiet għal dan, u għandha, tkun kapaċi turi lill-awtorità kompetenti li l-proporzjon ogħla propost jaqbel mal-obbligi tal-istituzzjoni skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara li kkunsidrat b'mod partikolari l-obbligi ta' fondi proprji tal-istituzzjoni;

l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-azzjonisti jew sidien membri tagħha, inkluż kwalunkwe proporzjon massimu ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni li taslilhom biex jivvalutaw b'mod komparattiv il-prattiki tal-istituzzjonijiet f'dak ir-rigward. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-informazzjoni lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format ta’ rappurtar komuni. L-ABE tista’ wkoll tfassal linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan l-inċiż u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

il-persunal li huwa kkonċernat direttament mil-livelli massimi ogħla ta' rimunerazzjoni varjabbli msemmija f'dan il-punt m'għandhiex, fejn applikabbli, tingħata permess teżerċita, direttament jew indirettament, kwalunkwe dritt tal-vot li huma jista' jkollhom bħala azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni.

(iii)

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet japplikaw ir-rata ta' skont imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għal massimu ta' 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali sakemm titħallas fi strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

L-ABE għandha tħejji u tippubblika, sal-31 ta' Maruz 2014, linji gwida dwar ir-rata ta' skont nozzjonali applikabbli b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha inkluż ir-rata tal-inflazzjoni u r-riskju, li jinkludi t-tul ta' differiment. Il-linji gwida tal-ABE dwar ir-rata ta' skont għandha tqis speċifikament kif tagħti inċentiv għall-użu ta' strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin.

(h)

il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien u ma jingħatawx falliment jew kondotta ħażina;

(i)

pakketti ta' rimunerazzjoni relatati mal-kumpens jew l-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti għandu jallinja mal-interessi fit-tul tal-istituzzjoni inkluż retenzjoni, differiment, prestazzjoni u arranġamenti ta' restituzzjoni (claw back).

(j)

il-kalkolu tal-prestazzjoni użat fil-kalkolu tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew aggregazzjonijiet ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jinkludi l-aġġustament għat-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri u jqis l-ispejjeż tal-kapital u l-likwidità meħtieġa;

(k)

l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni għandha tqis ukoll it-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri;

(l)

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’bilanċ ta' dan li ġej:

(i)

ishma jew interessi ta’ sjieda ekwivalenti, soġġetti għall-istruttura ġuridika tal-istituzzjoni kkonċernata jew strumenti marbuta ma’ ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta’ istituzzjoni ta' kreditu mhux kwotata;

(ii)

fejn ikun possibbli, strumenti oħra fis-sens tal-Artikolu 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew strumenti oħra li jistgħu jiġu konvertiti kompletament għall-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew jinkitbu, li f'kull każ jirriflettu adegwatament il-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat u huma adatti biex jintużaw għall-finijiet ta' rimunerazzjoni varjabbli.

L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa mfassla b'mod li l-inċentivi jkunu allinjati mal-interessi aktar fit-tul tal-istituzzjoni. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, kif ikun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni differit skont il-punt (m) u l-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni mhux differit;

(m)

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perijodu ta’ mhux inqas minn tliet snin sa ħames snin u jkun allinjat b’mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni.

Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta’ differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi ddifferit. It-tul tal-perijodu tad-differiment għandu jkun stabbilit skont iċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni;

(n)

ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon iddifferit, titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata abbażi tal-prestazzjoni tal-istituzzjoni, l-unità tan-negozju u l-individwu kkonċernat.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali tal-liġijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u dwar l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiċċekken konsiderevolment meta sseħħ prestazzjoni finanzjarja mdgħajfa jew negattiva tal-istituzzjoni, b’kont meħud kemm tar-rimunerazzjoni attwali kif ukoll tat-tnaqqis fil-pagamenti ta’ ammonti li jkunu ddaħħlu preċedentement, inklużi minħabba arranġamenti ta’ malus jew clawback.

Sa 100 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta' malus jew clawback. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw kriterji speċifiċi għall-applikazzjoni tal-malus u l-clawback. Tali kriterji għandhom b'mod partikolari jkopru sitwazzjonijiet fejn il-membru tal-persunal:

(i)

ipparteċipa fi jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għall-istituzzjoni;

(ii)

naqas li jissodisfa standards xierqa ta' idoneità u proprjetà;

(o)

il-politika dwar il-pensjonijiet tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal- istituzzjoni.

Jekk l-impjegat jitlaq mill-istituzzjoni qabel ma jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l). Fejn impjegat li jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l) soġġetti għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;

(p)

il-membri tal-persunal jkunu meħtieġa jimpenjaw ruħhom li ma jużawx strateġiji personali ta' kopertura jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex jimminaw l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-rimunerazzjoni tagħhom;

(q)

ir-rimunerazzjoni varjabbli ma titħallasx b'mezzi jew metodi li jiffaċilitaw in-nuqqas ta' konformità ma’ din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (l)(ii) tal-paragrafu 1 u fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u l-kriterji kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 92(2).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 95

Kumitat għar-Rimunerazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti fid-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat għar-rimunerazzjoni. Il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jkun ikkostitwit b’tali mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskji, il-kapital u l-likwidità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kumitat għar-rimunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni kkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp ta' ġestjoni. Il-President u l-membri tal-kumitat għar-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta' ġestjoni, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji deċiżjonijiet bħal dawn, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jqis l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, l-investituri u partijiet interessati oħra fl-istituzzjoni u l-interess pubbliku.

Artikolu 96

Sit elettroniku dwar il-governanza korporattiva u r-rimunerazzjoni

L-istituzzjonijiet li jkollhom sit web għandhom jispjegaw hemmhekk kif huma jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 88 sa 95.

Taqsima III

Rieżami superviżorju u proċess ta’ evalwazzjoni

Artikolu 97

Rieżami superviżorju u evalwazzjoni

1.   B'kont meħud tal-kriterji tekniċi stipulati fl-Artikolu 98, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jevalwaw:

(a)

ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

(b)

ir-riskji li tikkawża l-istituzzjoni għas-sistema finanzjarja b'kont meħud tal-identifikazzjoni u l-kalkolu tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS, fejn adatt; u

(c)

ir-riskji skoperti mill-ittestjar għal stress b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.

2.   L-ambitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru r-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

3.   Abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni u kopertura tajbin tar-riskji tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata u jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom ikunu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta' eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 99(2).

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn rieżami juri li istituzzjoni tista' toħloq riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-ABE mingħajr dewmien bir-riżultati tar-rieżami.

Artikolu 98

Kriterji tekniċi għar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji

1.   Minbarra r-riskji tal-kreditu, tas-swieq u operattivi, ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 97 għandhom jinkludu tal-inqas:

(a)

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq f'konformità mal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjonijiet li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni;

(b)

l-iskopertura għar-riskju ta’ konċentrazzjoni u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inklużi l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 81 ta’ din id-Direttiva;

(c)

is-sodezza, l-idoneità u l-mod tal-applikazzjoni tal-politiki u l-proċeduri implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju residwu assoċjat mal-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rikonoxxuti;

(d)

il-grad sa fejn il-fondi proprji miżmuma minn istituzzjoni fir-rigward tal-assi li tkun iggarantixxiet b'assi eżistenti jkunu adegwati meta titqies is-sustanza ekonomika tat-transazzjoni, inkluż il-grad tat-trasferiment tar-riskju miksub;

(e)

l-iskopertura għar-riskju tal-likwidità, il-kalkolu u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta’ analiżijiet ta’ xenarji alternattivi, l-ġestjoni tal-mitiganti tar-riskju (b’mod partikolari l-livell, il-kompożizzjoni u l-kwalità tar-riżervi ta' likwidità) u l-pjani ta’ kontinġenza effikaċi;

(f)

l-impatt tal-effetti tad-diversifikazzjoni u kif tali effetti jiġu kkunsidrati fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju;

(g)

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq mill-istituzzjonijiet permezz ta’ mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-Kapitolu 5 tal-Parti Tlieta, Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(h)

iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet;

(i)

il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;

(j)

il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku, f'konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 97.

2.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu regolarment valutazzjoni komprensiva tal-ġestjoni kumplessiva tar-riskju tal-likwidità mill-istituzzjonijiet u jippromwovu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji interni validi. Waqt li jwettqu dawn ir-rieżamijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ir-rwol tal-istituzzjonijiet fis-swieq finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru wieħed għandhom iqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw jekk istituzzjoni tkunx ipprovdiet appoġġ impliċitu għal titolizzazzjoni. Jekk istituzzjoni tinstab li pprovdiet appoġġ impliċitu f’aktar minn okkażjoni waħda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa li jirriflettu aspettattiva akbar li tkun ser tipprovdi appoġġ fil-futur għall-assigurazzjoni tagħha b'assi eżistenti u b’hekk ma tiksibx trasferiment sinifikanti tar-riskju.

4.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni li trid issir skont l-Artikolu 97(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-aġġustamenti tal-valutazzjoni magħmula għal pożizzjonijiet jew portafolli fil-protafoll ta’ negozjar, kif stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jippermettux lill-istituzzjoni tbiegħ jew tkopri l-pożizzjonijiet tagħha fi żmien qasir mingħajr ma tagħmel telf materjali skont kondizzjonijiet normali tas-suq.

5.   Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li joriġina minn attivitajiet mhux ta’ negozjar. Huma meħtieġa miżuri tal-inqas fil-każ tal-istituzzjonijiet li l-valur ekonomiku tagħhom jonqos b’aktar minn 20 % tal-fondi proprji tagħhom bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax ta' 200 punt bażi jew tali bidla kif definit fil-linji gwida tal-ABE.

6.   Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif rifless mill-indikaturi tal-lieva finanzjarja eċċessiva, inkluż il-proporzjon tal-lieva finanzjarja iddeterminat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeterminaw l-adegwatezza tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji ta’ lieva finanzjarja eċċessiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-mudell tan-negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet.

7.   Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjonijiet, il-kultura u l-valuri korporattivi tagħhom u l-kapaċità tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li jwettqu dmirijiethom. Fit-twettiq ta’ dan ir-rieżami u tal-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas, ikollhom aċċess għall-aġendi u d-dokumenti akkumpanjanti tal-laqgħat tal-korp ta' ġestjoni u l-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni.

Artikolu 99

Programm ta’ eżami superviżorju

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas kull sena, jadottaw programm ta’ eżami superviżorju għall-istituzzjonijiet li huma jissorveljaw. Tali programm għandu jqis il-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97. Dan għandu jkun fih li ġej:

(a)

indikazzjoni ta' kif l-awtoritajiet kompetenti biħsiebhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jallokaw ir-riżorsi tagħhom;

(b)

identifikazzjoni ta’ liema istituzzjonijiet ikunu maħsuba li jkunu soġġetti għal superviżjoni msaħħa u l-miżuri meħuda għal tali superviżjoni kif stipulat fil-paragrafu 3;

(c)

pjan għal ispezzjonijiet fil-bini użat mill-istituzzjoni, inklużi l-fergħat u l-livelli sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra skont l-Artikoli 52, 119 u 122.

2.   Il-programmi ta’ eżami superviżorju għandhom jinkludu l-istituzzjonijiet li ġejjin:

(a)

i-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-ittestjar għal stress msemmi fil-punti (a) u (g) tal-Artikolu 98(1) u l-Artikolu 100, jew l-eżitu tal-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97, jindikaw riskji sinifikanti għas-sodezza finanzjarja kontinwa tagħhom jew jindikaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

istituzzjonijiet li joħolqu riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja;

(c)

kwalunkwe istituzzjoni oħra li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti jqisu li dan ikun meħtieġ.

3.   Fejn jitqies xieraq skont l-Artikolu 97, il-miżuri li ġejjin għandhom jittieħdu, b'mod partikolari, fejn ikun meħtieġ:

(a)

żieda fin-numru jew il-frekwenza ta’ ispezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni;

(b)

preżenza permanenti tal-awtorità kompetenti fl-istituzzjoni;

(c)

rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti mill-istituzzjoni;

(d)

rieżami addizzjonali jew aktar frekwenti tal-pjani operattivi, strateġiċi jew tan-negozju tal-istituzzjoni;

(e)

eżamijiet tematiċi ta' monitoraġġ ta' riskji speċifiċi li x'aktarx li jkunu ser jimmaterjalizzaw.

4.   L-adozzjoni ta' programm ta' eżami superviżorju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari m'għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, każ b'każ, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqin minn fergħat ta' istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 52(3).

Artikolu 100

Testijiet tal-istress superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu, kif adatt iżda tal-inqas kull sena, testijiet superviżorji tal-istress fuq l-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom, biex jiffaċilitaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni skont l-Artikolu 97.

2.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiżgura li jintużaw metodoloġiji komuni mill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu testijiet superviżorji tal-istress ta' kull sena.

Artikolu 101

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u tal-inqas kull tliet snin, il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti dwar approċċi li jeħtieġu l-permess mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jużaw tali approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom iqisu b’mod partikolari l-bidliet fin-negozju ta' istituzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-approċċi għal prodotti ġodda. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali fil-kopertura tar-riskju mill-approċċ intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn jiġu rranġati jew jittieħdu passi adatti biex jittaffew il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jiġu imposti fatturi ta’ multiplikazzjoni ogħla, jew jiġu imposti żidiet kapitali, jew jittieħdu miżuri adatti u effettivi oħrajn.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'mod partikolari, jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk l-approċċi.

3.   Jekk għal mudell intern tar-riskju tas-suq tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jindikaw li l-mudell mhuwiex jew m'għadux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess biex jintuża l-mudell intern jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb minnufih.

4.   Jekk istituzzjoni tkun irċiviet permess li tapplika approċċ li jeħtieġ il-permess tal-awtoritajiet kompetenti qabel ma jintuża tali approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżda dan ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi applikat dan l-approċċ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġ li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali fejn ikun applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tippreżenta pjan għar-restawr mingħajr dewmien tal-konformità mar-rekwiżiti u tistabbilixxi skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu titjib f’dak il-pjan jekk ikun hemm il-probabbiltà li ma jirriżultax f’konformità sħiħa jew jekk l-iskadenza ma tkunx xierqa. Jekk l-istituzzjoni x'aktarx li ma tkunx tista’ tirrestawra l-konformità fi ħdan skadenza xierqa u - fejn applikabbli - ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali, il-permess biex jintuża l-approċċ għandu jkun irrevokat jew limitat għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi skadenza xierqa.

5.   Sabiex tippromwovi s-sodezza konsistenti tal-approċċi interni fl-Unjoni, l-ABE għandha tanalizza l-approċċi interni fl-istituzzjonijiet kollha, inkluża l-konsistenza tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta’ falliment u kif dawk l-istituzzjonijiet ittrattaw riskji jew skoperturi simli.

L-ABE għandha tiżvilupppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jkun fihom punti ta' riferiment abbażi ta’ dik l-analiżi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dik l-analiżi u l-punti ta' riferiment għar-rieżami tal-permessi li jagħtu lill-istituzzjonijiet biex jużaw l-approċċi interni.

Taqsima IV

Miżuri u setgħat superviżorji

Artikolu 102

Miżuri superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil istituzzjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa fi stadju bikri biex tindirizza problemi rilevanti fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li hu probabbli li l-istituzzjoni tikser ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fit-12-il xahar li ġejjin.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu dawk is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104.

Artikolu 103

Applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji għal istituzzjonijiet bi profili ta' riskju simili

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw skont l-Artikolu 97 li l-istituzzjonijiet bi profili ta' riskju simili bħalma huma mudelli tan-negozju jew żoni ġeografiċi ta' skoperturi simili, huma jew jistgħu jkunu esposti għal riskji simili jew jirrappreżentaw riskji simili għas-sistema finanzjarja, huma jistgħu japplikaw ir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni msemmijin fl-Artikolu 97 għal dawk l-istituzzjonijiet b'mod simili jew identiku. Għal dawk il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat legali meħtieġa biex jimponu r-rekwiżiti skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq dawk l-istituzzjonijiet b'mod simili jew identiku, inkluż b'mod partikolari l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji taħt l-Artikoli 104, 105 u 106.

It-tipi ta' istituzzjoniji imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu, b'mod partikolari, jiġu ddeterminati skont il-kriterji msemmija fl-Artikolu 98(1)(j).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE fejn japplikaw il-paragrafu 1. L-ABE għandha tissorvelja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida li jispeċifikaw kif riskji simili għandhom jiġu vvalutati u kif tista' tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1 kullimkien fl-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 104

Setgħat superviżorji

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 97, l-Artikolu 98(4), l-Artikolu 101(4), u l-Artikoli 102 u 103 u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom tal-inqas is-setgħat li ġejjin:

(a)

li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 relatat ma' elementi ta' riskju u riskji mhux koperti mill-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament;

(b)

li jeħtieġu r-rinfurzar tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 73 sa 74;

(c)

li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex jirkupraw il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;

(d)

li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta’ proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(e)

li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-attivitajiet jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-sodezza ta’ istituzzjoni;

(f)

li jeħtieġu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet;

(g)

li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala persentaġġ tad-dħul nett meta ma tkunx konsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda;

(h)

li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;

(i)

li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostituwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;

(j)

li jimponu rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-pożizzjonijiet ta' kapital u ta' likwidità;

(k)

li jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inklużi restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-passiv;

(l)

li jeħtieġu rilaxx addizzjonali.

2.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jiġu imposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-inqas fejn:

(a)

l-istituzzjoni ma tkunx tissodisfa r-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-riskji jew l-elementi tar-riskji mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

L-unika applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi oħrajn x'aktarx li ma ttejjibx l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji suffiċjentement fi żmien skadenza adatta;

(d)

ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 98(4) jew l-Artikolu 101(4) jiżvela li n-nonkonformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ rispettiv x'aktarx li twassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji mhux adegwati;

(e)

x'aktarx li r-riskji jiġu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

(f)

l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 377(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li r-riżultati tal-ittestjar għal stress imsemmi f'dak l-Artikolu jaqbżu b'mod materjali r-rekwiżit ta' fondi proprji tagħha għall-portafoll ta' negozjar ta’ korrelazzjoni.

3.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell adatt ta’ fondi proprji abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mat-Taqsima III, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk kwalunkwe impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali li jaqbeż ir-rekwiżit ta' fondi proprji tkunx meħtieġa għall-kopertura tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, meta jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-proċess ta’ valutazzjoni ta' istituzzjoni msemmi fl-Artikolu 73;

(b)

l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta' istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 74;

(c)

l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 97 jew 101;

(d)

il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku.

Artikolu 105

Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell adatt ta’ fondi proprji abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mat-Taqsima III, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk kwalunkwe impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku rigward il-likwidità tkunx meħtieġa għall-kopertura tar-riskji ta' likwidità li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, meta jittieħed kont ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-mudell tan-negozju partikolari tal-istituzzjoni;

(b)

'l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta' istituzzjoni msemmija fit-Taqsima II u b'mod partikolari l-Artikolu 86;

(c)

l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 97;

(d)

ir-riskju sistemiku ta' likwidità li jhedded l-integrità tas-swieq finanzjarji ta' Stat Membru kkonċernat.

B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li japplikaw penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, inklużi imposti prudenzjali, li l-livell tagħhom ikun relatat b'mod ġenerali mad-disparità bejn il-pożizzjoni konkreta ta' likwidità ta' istituzzjoni u kwalunkwe rekwiżit ta' likwidità u finanzjament stabbli stabbilit fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 106

Rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrikjedu li l-istituzzjonijiet:

(a)

jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 aktar minn darba kull sena, u li jistabbilixxu l-iskadenzi għall-pubblikazzjoni;

(b)

jużaw mezzi tax-xandir u postijiet speċifiċi għall-pubblikazzjonijiet apparti r-rapporti finanzjarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu lill-impriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b’mod sħiħ jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika tagħhom u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp tal-istituzzjonijiet skont l-Artikoli 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2).

Artikolu 107

Konsistenza tar-rieżamijiet superviżorji, l-evalwazzjonijiet u l-miżuri superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar:

(a)

il-funzjonament tal-proċess tagħhom ta' rieżami u evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 97;

(b)

il-metodoloġija użata biex id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 98, 100, 101, 102, 104 u 105 dwar il-proċess imsemmi fil-punt (a).

L-ABE għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet li tiżviluppa konsistenza fil-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni superviżora. Hija tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, fuq bażi proporzjonata f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.   L-ABE għandha tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta’ konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu bejn l-Istati Membri.

Sabiex jiżdied il-livell ta’ tali konverġenza, l-ABE għandha twettaq analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-proċeduri u metodoloġiji komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 97 u għall-valutazzjoni tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikoli 76 sa 87, b'mod partikolari relatati mar-riskju ta' konċentrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 81.

Taqsima V

Livell ta’ applikazzjoni

Artikolu 108

Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil kull istituzzjoni li la tkun sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u ssorveljata, u lanqas impriża prinċipali, u kull istituzzjoni mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 72 fuq bażi individwali.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi kkonsolidata kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fuq bażi individwali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, sa fejn u bil-mod preskritt fl-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsimiet 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, sa fejn u bil-mod preskritt fl-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsimiet 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Meta aktar minn istituzzjoni waħda tkun ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni li għaliha tapplika s-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet sussidjarji japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 73 fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali meta tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, ikollhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpannija għall-ġestjoni tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni azzjonarja f’tali impriża.

Artikolu 109

Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligi stipulati fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi individwali, dment li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħmlux użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stipulati fit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu fuq bażi kkonsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa mit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu jkunu konsistenti u integrati sew u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw tali arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ukoll ikunu konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu jistgħu wkoll jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' superviżjoni.

3.   L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji, li huma nnifishom mhumiex soġġetti għal din id-Direttiva, m'għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, ikunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita s-sussidjarja.

Artikolu 110

Rieżami u evalwazzjoni u miżuri superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni msemmi fit-Taqsima III ta' dan il-Kapitolu u l-miżuri superviżorji msemmija fit-Taqsima IV ta' dan il-Kapitolu f'konformità mal-livell ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stipulati fit-Titolu II tal-Parti Wieħed ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi kkonsolidata kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 97 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment fuq bażi individwali.

KAPITOLU 3

Superviżjoni fuq bażi konsolidata

Taqsima I

Prinċipji għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 111

Determinazzjoni tas-superviżur konsolidanti

1.   Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni.

2.   Meta l-entità prinċipali ta’ istituzzjoni tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni.

3.   Meta l-istituzzjonijiet awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpannija prinċipali tagħhom, l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali, l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni awtorizzata fl-Istat Membru li fih kienet ġiet stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Meta l-impriżi prinċipali tal-istituzzjonijiet awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu aktar minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni ta' kreditu f’kull wieħed minn dawk l-Istati, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-ikbar total fil-karta tal-bilanċ.

4.   Meta aktar minn istituzzjoni waħda awtorizzata fl-Unjoni jkollha bħala l-entità prinċipali tagħha l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja jew l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-ebda waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ma tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih kienet ġiet stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istituzzjoni bl-ikbar total tal-karta tal-bilanċ, li għandha titqies, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala l-istituzzjoni kontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.

5.   F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw il-kriterji msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b'kont meħud tal-istituzzjonijiet u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. F’tali każijiet, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, jew lill-istituzzjoni bl-ikbar total fil-karta tal-bilanċ, kif xieraq, l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fl-ambitu tal-paragrafu 5.

Artikolu 112

Koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji mis-superviżur konsolidanti

1.   Minbarra l-obbligi imposti minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

il-koordinazzjoni tal-ġbir u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti jew essenzjali f'sitwazzjonijiet ta' negozju operattiv jew ta’ emerġenza;

(b)

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta' negozju attiv, inkluż rigward l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu 3 tat-Titolu VII, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;

(c)

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’kooperazzjoni mal- awtoritajiet kompetenti involuti, u jekk ikun meħtieġ mal-banek ċentrali tas-SEBĊ, bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-kriżijiet.

2.   Meta s-superviżur konsolidanti jonqos milli jwettaq il-kompiti msemmija f'paragrafu 1 jew meta l-awtoritajiet kompetenti ma jikkooperawx mas-superviżur konsolidanti sal-punt meħtieġ fit-twettiq tal-kompiti f'paragrafu 1, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista’ tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

3.   L-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu jinkludu l-miżuri eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 117(1)(d) u l-Artikolu 117(4)(b), it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet konġunti, l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ kontinġenza u l-komunikazzjoni lill-pubbliku.

Artikolu 113

Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

(a)

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 li jiddeterminaw l-adegwatezza tal-livell ikkonsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta’ istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1)(a) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta’ istituzzjonijiet u fuq bażi kkonsolidata;

(b)

dwar miżuri li jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejbiet materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż b'rabta mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u b'rabta mal-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi għall-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 105 ta’ din id-Direttiva.

2.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu:

(a)

għall-fini tal-paragrafu 1(a) fi żmien erba’ xhur minn meta s-superviżur konsolidanti jippreżenta rapport li jkun fih il-valutazzjoni tar-riskji tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 73 u 97 u l-Artikolu 104(1)(a) lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra;

(b)

għall-finijiet tal-paragrafu 1(b) fi żmien xahar minn meta s-superviżur konsolidanti jippreżenta rapport li jkun fih l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet skont l-Artikoli 86 u 105.

Id-deċiżjonijiet konġunti għandhom jieħdu kont xieraq ukoll tal-valutazzjoni tar-riskji tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikoli 73 u 97.

Id-deċiżjonijiet konġunti mmotivati bis-sħiħ għandhom ikunu stipulati f’dokumenti li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, is-superviżur konsolidanti għandu fuq it-talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

3.   Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, l-Artikolu 104(1)(a) u l-Artikolu 105 fuq bażi kkonsolidata mis-superviżur konsolidanti wara li jqis kif jixraq il-valutazzjoni tar-riskji tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernata tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew il-perijodu ta' xahar, skont kif japplika, jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, l-Artikolu 104(1)(a) u l-Artikolu 105 għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif jixraq il-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem kwalunkwe wieħed mill-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija f'paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew ta' xahar, skont kif japplika, jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjonijiet mmotivati bis-sħiħ għandhom ikunu stipulati f’dokument u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskji, il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jiġi pprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Meta l-ABE tkun ġiet ikkonsultata, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-pariri tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnhom.

4.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala determinanti u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 3, għandhom ikunu aġġornati fuq bażi annwali jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, meta awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti biex jaġġorna d-deċiżjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1)(a) u l-Artikolu 105. Fil-każ tal-aħħar, l-aġġornament jista’ jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti msemmi f’dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, l-Artikolu 104(1)(a) u l-Artikolu 105 bil-għan li jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont -Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 114

Rekwiżiti tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta’ żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur konsolidanti għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, u fejn applikabbli l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha.

Jekk bank ċentrali tas-SEBĊ isir konxju ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, dan għandu jwissi mill-aktar fis possibbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 112, u lill-ABE.

Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(4) għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni eżistenti.

2.   Is-superviżur konsolidant għandu, fejn jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ngħatat lil awtorità kompetenti oħra, jikkuntattja lil dik l-awtorità kull fejn jkun possibbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rappurtar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.

Artikolu 115

Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita superviżjoni effikaċi, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandu ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.

Skont dawk l-arranġamenti jistgħu jkunu fdati kompiti addizzjonali lis-superviżur konsolidanti u jistgħu jkunu speċifikati proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.

2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw lil sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun istituzzjoni jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u wettqu s-superviżjoni tal-impriża prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabbiltà tas-superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha tgħaddi tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej.

Artikolu 116

Kulleġġi tas-superviżuri

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmi fl-Artikoli 112 u 113 u l-Artikolu 114(1) u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għal-liġi tal-Unjoni, jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rilevanti fejn ikun xieraq.

L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tipparteċipa kif ikun xieraq u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dik il-fini.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur konsolidanti, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(b)

qbil dwar l-affidament volontarju tal-kompiti u d-delega volontarja tar-responsabbiltajiet fejn ikun xieraq;

(c)

id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju msemmija fl-Artikolu 99 ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont l-Artikolu 97;

(d)

żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż b’rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 114 u l-Artikolu 117(3);

(e)

applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-entijiet kollha fi grupp tal-istituzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-alternattivi u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;

(f)

applikazzjoni tal-Artikolu 112(1)(c) b’kunsiderazzjoni għal-ħidma ta’ fora oħra li jistgħu jitwaqqfu f’dak il-qasam.

2.   L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Taqsima II tal-Kapitolu 1, ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-supervizuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub msemmija fl-Artikolu 115, iddeterminati wara li ġew ikkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mis-superviżur konsolidanti.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif xieraq, u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Taqsima II tal-Kapitolu 1 ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.

7.   Is-superviżur konsolidanti għandu jippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ u għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu sehem f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur konsolidanti għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħudin f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.

8.   Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti għandha tieħu kont tar-rilevanza tal-attività superviżorja li tkun ser tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikoli 7 u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 51(2).

9.   Is-superviżur konsolidanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Taqsima II tal-Kapitolu 1, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta’ rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 117

Obbligi ta’ kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni rilevanti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament 1093/2010.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza materjalment il-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor.

B’mod partikolari, is-superviżuri konsolidanti tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorvelja s-sussidjarji ta’ dawk l-impriżi prinċipali. Biex ikun iddeterminat l-ammont ta' informazzjoni rilevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawk is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.

L-informazzjoni essenzjali jew rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-punti li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika tal-grupp u l-istruttura tal-governanza inkluża l-istruttura organizzattiva, li jkopru l-entitajiet irregolati, l-entitajiet mhux irregolati, is-sussidjarji mhux irregolati u l-fergħat sinifikanti tal-grupp, l-impriżi prinċipali, skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet irregolati fil-grupp;

(b)

il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet fi grupp, u l-kontroll ta’ dik l-informazzjoni;

(c)

żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew f’entiajiet oħra ta’ grupp, li jistgħu jaffettwaw serjament lill-istituzzjonijiet;

(d)

penali sinifikanti u miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE is-sitwazzjonijiet fejn:

(a)

meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;

(b)

meta t-talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma jkun sar xejn dwarha fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżviluppaw prattiki konsistenti ta' kooperazzjoni anki fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ikkontrollati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE għandhom kull fejn jkun possibbli jikkuntattjaw lis-superviżur konsolidanti meta jeħtieġu infomazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-approċċi u l-metodoloġiji stipulati f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tista’ tkun diġà disponibbli għas-superviżur konsolidanti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, jikkonsultaw lil xulxin rigward il-punti li ġejjin, fejn tali deċiżjonijiet ikunu ta’ importanza għall-kompiti superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti oħra:

(a)

bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti, dik organizzattiva jew ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi grupp, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; u

(b)

penali sinifikanti jew miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur konsolidanti għandu dejjem jiġi kkonsultat.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax awtoritajiet kompetenti oħra f’każijiet ta’ urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tista’ tippreġudika l-effikaċja tad-deċiżjonijiet tagħha. F’tali każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 118

Kontrolli tal-informazzjoni rigward entitajiet fi Stati Membri oħra

Meta, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jixtiequ f’każijiet speċifiċi jikkontrollaw l-informazzjoni rigward istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, sussidjarja kif msemmija fl-Artikolu 125 jew sussidjarja kif msemmija fl-Artikolu 119(3), li jkunu jinstabu fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor għat-twettiq ta' dak il-kontroll. L-awtoritajiet li jirċievu tali talba għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu fir-rigward tagħha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, jew billi jippermettu li titwettaq mill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba, billi jippermettu li titwettaq minn awditur jew espert. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’, jekk tkun tixtieq hekk, tipparteċipa fil-kontroll meta ma twettaqx il-kontroll hija stess.

Taqsima II

Kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta

Artikolu 119

Inklużjoni ta’ kumpanniji azzjonarji f’superviżjoni konsolidata

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura meħtieġa, fejn xieraq, biex jinkludu kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta f’superviżjoni kkonsolidata.

2.   Fejn sussidjarja li hija istituzzjoni ma tkunx inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab is-sussidjarja jistgħu jitolbu lill-impriża prinċipali għal informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom ta’ dik is-sussidjarja.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 122. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trasmissjoni u l-kontroll tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu.

Artikolu 120

Superviżjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħalltin

1.   Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari fir-rigward tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur konsolidanti jista’, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, japplika biss id-Direttiva 2002/87/KE għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

2.   Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari fir-rigward tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur konsolidanti jista’, bi ftehim mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta japplika biss id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mas-settur finanzjarju l-aktar sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

3.   Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-ABE u lill-EIOPA dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-ABE, l-EIOPA u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida, jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-istess fini.

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 121

Kwalifiki tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri tal-korp ta' ġestjoni ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom tagħrif, ħiliet u esperjenza biżżejjed kif imsemmi fl-Artikolu 91(1) biex iwettqu dawk id-dmirijiet, b'kont meħud tar-rwol speċifiku ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Artikolu 122

Talbiet għal informazzjoni u ispezzjonijiet

1.   Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-metodi ta’ konsolidazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet għandhom, billi javviċinaw lill-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha direttament jew permezz ta’ sussidjarji li jkunu istituzzjonijiet, jesiġu minnhom li huma jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-fini tas-superviżjoni ta' dawk is-sussidjarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu ispezzjonijiet fuq il-post, jew iqabbdu lil spetturi esterni biex iwettquhom, biex jikkontrollaw l-informazzjoni li tkun waslet mill-kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom. Jekk il-kumpannija azzjonarja mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun impriża tal-assigurazzjoni, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 125 tista’ tintuża wkoll. Jekk kumpannija azzjonarja b'attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun tinsab fi Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab sussidjarja li tkun istituzzjoni, il-kontroll fuq il-post tal-informazzjoni għandha titwettaq skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 118.

Artikolu 123

Superviżjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-impriża prinċipali ta’waħda jew aktar mill-istituzzjonijiet tkun kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandhom jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq it-transazzjonijiet bejn l-istituzzjoni u l-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jkollhom fis-seħħ proċessi ta' ġestjoni tar-riskji u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri tajba ta’ rappurtar u kontabbilistiċi, sabiex jidentifikaw, ikalkoluu, jissorveljaw u jikkontrollaw kif xieraq it-transazzjonijiet mal-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta prinċipali u s-sussidjarji tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu ir-rappurtar mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe transazzjoni sinifikanti ma’ dawk l-entitajiet minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 394 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk il-proċeduri u transazzjonijiet sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 124

Skambju ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti ġuridiku li jipprevjeni l-iskambju, bejn l-impriżi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3), ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni skont l-Artikolu 110 u l-Kapitolu 3.

2.   Meta impriża prinċipali u kwalunkwe sussidjarja tagħha li tkun istituzzjoni tkun tinsab fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha li tista’ tippermetti jew tgħin fit-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih tkun tinsab impriża prinċipali ma jkunux huma stess li jwettqu s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 111, huma jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal eżerċizzju ta' tali superviżjoni biex jitolbu lill-impriża prinċipali għal kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet superviżorji fuq bażi kkonsolidata u li jittrasmettuha lil dawk l-awtoritajiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta' servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni m'għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jwettqu rwol superviżorju fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi b'mod awtonomu.

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 122 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess tal-informazzjoni ma jimplikax li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3).

Artikolu 125

Kooperazzjoni

1.   Meta istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew kumpannija azzjonarja b'attività mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li huma kumpanniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment li jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bil-kompitu pubbliku ta' superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew dawk l-impriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li x'aktarx li tissimplifika l-kompitu tagħhom u tippermetti s-superviżjoni tal-attività u tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-impriżi li huma jissorveljaw.

2.   L-informazzjoni li tasal, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew taħt id-Direttiva 2004/39/KE għad-ditti tal-investiment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.

Artikolu 126

Penali

Konformement mat-Taqsima IV tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur fuq kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu.

Artikolu 127

Valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-superviżjoni kkonsolidata ta’ pajjiżi terzi

1.   Meta istituzzjoni, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju ewlieni tagħha jkun jinsab f’pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata skont l-Artikoli 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati f‘din id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għal superviżjoni kkonsolidata jekk ikun applikabbli l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ kwalunkwe entità rregolata awtorizzata fl-Unjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat tal-Banek Ewropej biex jagħti gwida ġenerali rigward jekk il-possibbiltà li l-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata tal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, fir-rigward tal-istituzzjonijiet meta l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz. Il-Kumitat Bankarju Ewropew għandu jżomm kwalunkwe tali gwida taħt rieżami u jqis kwalunkwe bidla għall-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata applikata minn tali awtoritajiet kompetenti. L-ABE għandha tgħin lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inklużi fir-rigward tal-valutazzjoni jekk tali gwida għandhiex tkun aġġornata.

L-awtorità kompetenti li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe gwida ta' dan it-tip. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel ma tadotta d-deċiżjoni.

3.   Fin-nuqqas ta’ tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjoni mutatis mutandisjew għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw tekniki superviżorji adattati oħra li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet.

Dawk it-tekniki superviżorji għandhom, wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, ikunu maqbula mill-awtorità kompetenti li ser tkun responsabbli għas-superviżjoni kkonsolidata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod partikolari, jirrikjedu l-istabbiliment ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni kkonsolidata għall-pożizzjoni kkonsolidata ta' dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-pożizzjoni kkonsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

It-tekniki superviżorji għandhom jitfasslu biex jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f'dan il-Kapitolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.

KAPITOLU 4

Riżervi ta' Kapital

Taqsima I

Riżervi kontroċikliċi

Artikolu 128

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‧riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital‧ tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 129;

(2)

‧riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni‧ tfisser il-fondi proprji li l-istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 130;

(3)

‧riżerva ta' G-SII‧ tfisser il-fondi proprji huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(4);

(4)

‧riżerva ta' O-SII‧ tfisser il-fondi proprji li huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(5);

(5)

‧riżerva għar-riskju sistemiku‧ tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun jew tista' tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 133;

(6)

‧rekwiżit ta' riżerva kombinata‧ tfisser il-kapital totali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżit għar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital estiż b'dawn li ġejjin, skont il-każ:

(a)

riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni;

(b)

'riżerva ta' G-SII;

(c)

riżerva ta' O-SII;

(d)

riżerva għal riskju sistemiku;

(7)

‧rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika‧ tfisser ir-rata li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biex jikkalkolaw ir-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom, u li tiġi stabbilita f'konformità mal-Artikolu 136, l-Artikolu 137 jew minn awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz, skont il-każ;

(8)

‧istituzzjoni awtorizzata domestikament‧ tfisser istituzzjoni li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru, li għaliha awtorità nnominata partikolari tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rata ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika;

(9)

‧gwida għar-riżerva‧ tfisser rata ta' riżerva li tkun punt ta' riferiment ikkalkulata skont l-Artikolu 135(1).

Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għad-ditti tal-investiment li ma jkunux awtorizzati jipprovdu s-servizzi ta' investiment imsemmija fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE.

Artikolu 129

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, minbarra l-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit tal-fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jżommu riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital ta' kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ugwali għal 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tagħhom ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak r-Regolament fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Ewwel Parti ta’ dak ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment mir-rekwiżiti stipulati f'dak il-paragrafu jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' tali eżenzjoni għandha tkun raġunata bis-sħiħ, għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fiha d-definizzjoni preċiża tad-ditti żgħar u ta'daqs medju tal-investiment li huma eżenti.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw tali eżenzjoni għandu jinnotifika dan il-fatt lill-Kummissjoni, il-BERS, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati b' dan.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jinnomina l-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (31).

5.   L-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, li jkun miżmum biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikolu 104.

6.   Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Artikolu 130

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont totali tal-iskopertura tagħhom għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-medja peżata tar-rati ta' riżervi ta' kapital kontroċikliċi kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 140 ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Ewwel Parti ta’ dak ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment stabbiliti f'dak il-paragrafu jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' tali eżenzjoni għandha tkun raġunata bis-sħiħ, għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fiha d-definizzjoni preċiża żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li huma eżentati.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw tali eżenzjoni għandu jinnotifika dan il-fatt lill-Kummissjoni, il-BERS, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati b' dan.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jinnomina l-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit impost mill-paragrafu 1 b'kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, li għandu jkun addizzjonali għal kwalunkwe kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit li tinżamm riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital f'konformità mal-Artikolu 129 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 104 ta' din id-Direttiva.

6.   Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Artikolu 131

Istituzzjonijiet sistemikament importanti globali u oħrajn

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi kkonsolidata, ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs), u, fuq bażi individwali subkonsolidata jew ikkonsolidata, kif applikabbli, istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda. Il-G-SIIs għandhom ikunu istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew istituzzjoni. Il-G-SIIs ma għandhomx ikunu istituzzjoni sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE. L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni prinċipali tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew istituzzjoni.

2.   Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:

(a)

id-daqs tal-grupp;

(b)

l-interkonnettività tal-grupp mas-sistema finanzjarja;

(c)

is-sostitwibilità tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp;

(d)

il-kumplessità tal-grupp;

(e)

l-attività transkonfinali tal-grupp, inkluż l-attività transkonfinali bejn l-Istati Membri u bejn Stat Membru u pajjiż terz.

Kull kategorija għandha tirċievi peżar ugwali u għandhom tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli.

Il-metodoloġija għandha tipproduċi punteġġ globali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 li tiġi valutata, li jippermetti li l-G-SIIs jkunu identifikati u allokati f'subkategorija kif deskritta fil-paragrafu 9.

3.   L-OSIIs għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 1. L-importanza sistemika għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

id-daqs;

(b)

l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni, jew tal-Istat Membru rilevanti;

(c)

is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali;

(d)

l-interkonnettività tal-istituzzjoni jew tal-grupp mas-sistema finanzjarja.

L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha sal-1 ta' Jannar 2015 tippubblika linji gwida dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu kont tal-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet sistemikament importanti domestiċi u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali.

4.   Kull G-SII għandha, fuq bażi kkonsolidata, iżżomm riżerva għall-G-SII li għandha tikkorrispondi għas-subkategorija li tiġi assenjata fiha l-G-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn u għandha tissupplimenta l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

5.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata jew subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 2 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn u għandha tissupplimenta l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

6.   Meta tesiġi li tinżamm riżerva O-SII l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tirrispetta li ġej:

(a)

ir-riżerva ta' O-SII m'għandhiex tinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi li jifformaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern;

(b)

ir-riżerva ta' O-SII għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-inqas kull sena.

7.   Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill -ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall li ġej:

(a)

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva O-SII titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(b)

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva O-SII fuq is-suq intern, abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(c)

ir-rata tar-riżerva O-SII li l-Istat Membru jixtieq jiffissa.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn OSII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija istituzzjoni prinċipali tal-UE u soġġetta għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, ir-riżerva li tapplika fuq livell individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandhiex tkun iktar mill-ogħla valur ta':

(a)

1 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

ir-rata ta' riżerva ta' G-SII jew O-SII applikabbli għall-grupp f'livell ikkonsolidat.

9.   Għandu jkun hemm tal-inqas ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni. Il-punteġġi li jifirdu s-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, bl-eċċezzjoni tal-ogħla subkategorija. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemikuhija l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata riżerva ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-riżerva assenjata lil kull subkategorija għandu jiżdied b'pendili ta' 0,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sa u inkluża r-raba' subkategorija. L-ogħla subkategorija tar-riżerva ta' G-SIIgħandha tkun soġġetta għal riżerva ta' 3,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

10.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 9, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista', fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta:

(a)

tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla;

(b)

talloka entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollha punteġġ globali aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa f'dik is-subkategorija jew f'subkategorija ogħla, u b'hekk tinnomina bħala G-SII.

11.   Jekk l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tieħu deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 10(b), hija għandha tinnotifika lill-ABE b'dan, u tagħti raġunijiet.

12.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għadha tinnotifika l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII, lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-ABE, u għandha tiżvela isimhom lill-pubbliku. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet innominati għandhom jiżvelaw lill-pubbliku s-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII.

L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoniji sistemikament importanti kkonċernata, lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-EBA u tiżvela l-lista aġġornata ta' istituzzjonijijiet sistemikament importanti li jkunu identifikati lill-pubbliku u għandha tiżvela lill-pubbliku s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata.

13.   Istituzzjoniji sistemikament importanti m'għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm biex jissodisfa r-rekwiżiti skont il-paragrafi 4 u 5 biex jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 129 u 130 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikoli 102 u 104 ta' din id-Direttiva.

14.   Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal li ġej, għandu japplika r-riżerva l-aktar għolja f'kull każ;

(a)

riżerva ta' G-SII u riżerva ta' O-SII;

(b)

riżerva ta' G-SII, riżerva ta' O-SII u riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133.

Meta istituzzjoni, fuq bażi individwali jew subkonsolidata, tkun soġġetta għal riżerva O-SII u riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133, għandha tapplika r-riżerva l-aktar għolja.

15.   Minkejja l-paragrafu 14, fejn tkun tapplika riżerva għal riskju Ssistemiku għall-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-riżerva biex jindirizza r-riskju makroprudenzjali ta' dak l-Istat Membru, iżda ma japplikax għall-iskoperturi barra mill-Istat Membru, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tkun kumulattiva mar-riżerva ta' O-SII jew G-SII li tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

16.   Fejn ikun japplika l-paragrafu 14 u istituzzjoni tkun parti minn grupp jew subgrupp li għalih jappartjenu G-SII jew O-SII, dik l-istituzzjoni m'għandhiex titqies li hija, fuq bażi individwali, soġġetta għal rekwiżit ta' riżerva kkombinata li hija inqas mis-somma tar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika, u l-ogħla waħda mir-riżervi O-SII u għal riskju sistemiku applikabbli għaliha fuq bażi individwali.

17.   Fejn ikun japplika l-paragrafu 15 u istituzzjoni tkun parti minn grupp jew subgrupp li għalih jappartjenu G-SII jew O-SII, dik l-istituzzjoni m'għandhiex titqies li hija, fuq bażi individwali, soġġetta għal rekwiżit ta' riżerva kkombinata li hija inqas mis-somma tar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika, u s-somma tar-riżervi O-SII u tar-riskju sistemiku applikabbli għaliha fuq bażi individwali.

18.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għall-finijiet ta' dan l-Artikolu,il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata biex tidentifika istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE bħala G-SII u biex tiġi speċifikata l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-subkategoriji u l-allokazzjoni tal-G-SIIs f'subkategoriji abbażi tar-sinifikat sistemiku tagħhom, waqt li jitqiesu l-istandards maqbula fuq livell internazzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2014 dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 132

Rapportar

1.   Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2015 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-bażi tal-iżviluppi internazzjonali u l-opinjoni tal-ABE, dwar il-possibbiltà li l-qafas għall-G-SIIs jiġi estiż għal aktar istituzzjonijiet sistemikament importanti fl-Unjoni. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2016, wara li tikkonsulta lill-BERS u lill-ABE tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk it-trattament stipulat fl-Artikolu 131 għandux jinbidel. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tieħu kont dovut tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali u għandha tirrevedi, fejn ikun meħtieġ, il-proċess tal-allokazzjoni ta' riżervi O-SII speċifiċi għal istituzzjoni fi ħdan grupp waqt li tikkunsidra kull impatt possibbli mhux dovut fuq l-implimentazzjoni tas-separazzjoni strutturali fi ħdan l-Istati Membri.

Artikolu 133

Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku

1.   Kull Stat Membru jista' jintroduċi riżerva għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur, biex jipprevjeni u jtaffi r-riskji sistemiċi jew makroprudenzjali mhux ċikliċi fuq perijodu twil li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jinnomina l-awtorità responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tas-settijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Din l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta' mill-inqas 1 % bbażata fuq l-iskoperturi li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali kkonsolidata jew subkonsolidata, skont kif japplika f'konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II ta' dak ir-Regolament. L-awtorità kompetenti jew innominata rilevanti tista' tesiġi li l-istituzzjonijiet iżommu r-riżerva għal riskju sistemiku fuq livell individwali u fuq livell ikkonsolidat.

4.   L-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jissodisfa r-rekwiżit skont il-paragrafu 3 biex jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 129 u 130 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikoli 102 u 104 ta' din id-Direttiva. Meta grupp li jkun ġie identifikat bħala istituzzjoni sistemikament importanti li hi soġġetta għal riżerva ta' G-SII jew għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata f'konformità mal-Artikolu 131 jkun soġġett ukoll għal riżerva għal riskju sistemiku fuq bażi kkonsolidata f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tapplika l-ogħla waħda mir-riżervi. Meta istituzzjoni, fuq bażi individwali jew subkonsolidata, tkun soġġetta għal għal riżerva ta' O-SII f'konformità mal-Artikolu 131 u għal riżerva għal riskju sistemiku f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tapplika l-ogħla waħda mit-tnejn.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, meta r-rekwiżit ta' riżerva għal riskju sistemiku japplika għall-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membru li jiffissa r-riżerva biex jindirizza r-riskju makroprudenzjali ta' dak l-Istat Membru, iżda ma japplikax għall-iskoperturi barra mill-Istat Membru, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tkun kumulattiva mar-riżerva ta' O-SII jew G-SII li tkun applikata f'konformità mal-Artikolu 131.

6.   Fejn ikun japplika l-paragrafu 4 u istituzzjoni tkun parti minn grupp jew subgrupp li għalih jappartjenu G-SII jew O-SII, dan m'għandu qatt jimplika li dik l-istituzzjoni għandha, fuq bażi individwali, tkun soġġetta għal rekwiżit ta' riżerva kkombinata li hija inqas mis-somma tar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika, u l-ogħla waħda mir-riżervi O-SII u għal riskju sistemiku applikabbli għaliha fuq bażi individwali.

7.   Fejn ikun japplika l-paragrafu 5 u istituzzjoni tkun parti minn grupp jew subgrupp li għalih jappartjenu G-SII jew O-SII, dan m'għandu qatt jimplika li dik l-istituzzjoni għandha, fuq bażi individwali, tkun soġġetta għal rekwiżit ta' riżerva kkombinata li hija inqas mis-somma tar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika, u s-somma tar-riżervi O-SII u għal riskju sistemiku applikabbli għaliha fuq bażi individwali.

8.   Ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għall-iskoperturi li jinsabu fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-riżerva u jista' japplika wkoll għal skoperturi f'pajjiżi terzi. Ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika wkoll għal skoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, soġġett għall-paragrafi 15 u 18.

9.   Ir- riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandu jiġi ffissat b'passi gradwali jew aċċellerati ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tas-settur.

10.   Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:

(a)

ir-riżerva għal riskju sistemiku m'għandhiex tinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi li jifformaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern;

(b)

ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-inqas kull sena.

11.   Qabel tiġi ffissata jew iffissata mill-ġdid rata ta' riżerva għal riskju sistemiku ta' mhux aktar minn 3 %, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni,lill-BERS u lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 16. Jekk ir-riżerva tapplika għall-iskoperturi li qegħdin f'pajjiżi terzi l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall:

(a)

ir-riskju sistemiku jew makroprudenzjali fl-Istat Membru;

(b)

ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji sistemiċi jew makroprudenzjali thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(d)

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(e)

il-ġustifikazzjoni għalfejn l-ebda waħda mill-miżuri eżistenti f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-Artikoli 458 u 459 ta' dak ir-Regolament, waħedha jew flimkien ma' oħrajn mhu ser tkun biżżejjed biex tindirizza r-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat b'kont meħud tal-effettività relattiva ta' dawk il-miżuri;

(f)

ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-Istat Membru jixtieq jesiġi.

12.   Qabel tiġi ffissata jew iffissata mill-ġdid ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ta' aktar minn 3 %, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati. Jekk ir-riżerva tapplika għall-iskoperturi li qegħdin f'pajjiżi terzi l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall:

(a)

ir-riskju sistemiku jew makroprudenzjali fl-Istat Membru;

(b)

ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji sistemiċi jew makroprudenzjali thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(d)

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(e)

il-ġustifikazzjoni għalfejn ebda waħda mill-miżuri eżistenti f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-Artikoli 458 u 459 ta' dak ir-Regolament, waħedha jew flimkien ma' oħrajn ma ser tkun biżżejjed biex tindirizza r-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat b'kont meħud tal-effettività relattiva ta' dawk il-miżuri;

(f)

ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-Istat Membru jixtieq jesiġi.

13.   Mill-1 ta' Jannar 2015, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tiffissa jew tiffissa mill-ġdid rata ta' riżerva għal riskju sistemiku li tapplika għall-iskoperturi li jinsabu f'dak l-Istat Membru u tista' tapplika wkoll għall-iskoperturi f'pajjiżi terzi sa 5 % u ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 11. Meta tiffissa jew tiffissa mill-ġdid rata ta' riżerva għal riskju sistemiku 'l fuq minn 5 % il-proċeduri stipulati fil-paragrafu 12 għandhom jiġu segwiti.

14.   Meta r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun ser tiġi ffissata bejn it-3 % u l-5 % skont il-paragrafu 13, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li iffissat r-riżerva għandha dejjem tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan u tistenna l-opinjoni tal-Kummissjoni qabel ma tadotta l-miżuri inkwistjoni.

Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li iffissat ir-riżerva għandha tikkonforma ma' din l-opinjoni jew jagħtu r-raġunijiet għalfejn mhijiex ser tagħmel dan.

Fejn subsett wieħed tas-settur finanzjarju ikun sussidjarju ta' kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru, lill-Kummissjoni u l-BERS. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom joħorġu rakkomandazzjoni dwar il-miżuri meħuda f'konformità ma' dan il-paragrafu. Meta l-awtoritajiet ma jaqblux u fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex tiġi ffissata riżerva għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni.

15.   Fi żmien xahar min-notifika msemmija fil-paragrafu 12, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva għal riskju sistemiku titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar ir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien xahrejn min-notifika, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk tkun rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-riżerva għal riskju sistemiku ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta.

16.   Kull awtorità kompetenti jew awtorità nnominata għandha tħabbar l-iffissar ta' riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(b)

l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

ġustifikazzjoni għar-riżerva għal riskju sistemiku;

(d)

id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u

(e)

l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku.

Jekk il-pubblikazzjoni msemmija fil-punt (c) tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, l-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b) m'għandhiex tiġi inkluża fit-tħabbira.

17.   Meta istituzzjoni ma tissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u 3.

Meta l-applikazzjoni ta' dawk ir-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 64.

18.   Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 11, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-riżerva għall-iskoperturi kollha. F'każ li l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva sa 3 % abbażi tal-iskoperturi fi Stati Membri oħrajn, r-riżerva għandha tiġi ffissata indaqs għall-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni.

Artikolu 134

Rikonoxximent ta' rata ta' riżerva għal riskju sistemiku

1.   Stati Membri oħrajn jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata skont l-Artikolu 133 u jistgħu japplikaw dik ir-rata tar-riżerva għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li qegħdin fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata tar-riżerva.

2.   Jekk l-Istati Membri jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata tar- riżerva għal riskju sistemiku.

3.   Meta jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix rata ta' riżerva għal riskju sistemiku l-Istat Membru għandu jqis l-informazzjoni ppreżentat mill-Istat Membru li jiffissa r-rata tar-riżerva skont l-Artikolu 133(11),(12) jew (13).

4.   Stat Membru li jiffissa rata tar-riżerva għal riskju sistemiku skont l-Artikolu 133 jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stati Membru wieħed jew aktar li jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku.

Taqsima II

L-iffissar u l-kalkolu tar-riżervi ta' kapital kontroċikliċi

Artikolu 135

Gwida tal-BERS dwar l-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi

1.   Permezz ta’ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS jista' jipprovdi gwida lill-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136(1) dwar l-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, li tinkludi dan li ġej:

(a)

prinċipji li jiggwidaw lill-awtoritajiet nominati meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, biex jiżguraw li l-awtoritajiet jadottaw approċċ tajjeb għaċ-ċikli makroekonomiċi rilevanti u jippromwovu teħid ta' deċiżjonijiet tajjeb u konsistenti fl-Istati Membri kollha;

(b)

gwida ġenerali dwar:

(i)

il-kalkolu u l-kalkolu tad-devjazzjoni minn xejriet fit-tul tal-proporzjonijiet bejn il-kreditu u l-prodott domestiku gross (PDG);

(ii)

il-gwidi għall-kalkolu tar-riżervi ta' kapital meħtieġa skont l-Artikolu 136(2);

(c)

gwida dwar il-fatturi varjabbli li jindikaw l-akkumulu tar-riskju mifrux mas-sistema assoċjat ma' perijodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu f'sistema finanzjarja, b'mod partikolari l-koeffiċjent rilevanti tal-kreditu għall-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza fuq perijodu taż-żmien twil, u dwar fatturi oħra rilevanti, inkluż it-trattament ta' żviluppi ekonomiċi f'setturi individwali tal-ekonomija, li għandu jservi ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet magħżula dwar ir-rata adatta tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont l-Artikolu 136;

(d)

gwida dwar il-fatturi varjabbli, inklużi kriterji kwalitattivi, li jindikaw li r-riżerva ta' kapital għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi żvelata totalment.

2.   Meta joħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jieħu kont dovut tad-differenzi bejn l-Istati Membri u b'mod partiklari l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri b'ekonomiji żgħar u miftuħin.

3.   Fejn ikun ħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jżommha taħt rieżami u jaġġornaha, fejn meħtieġ, fid-dawl tal-esperjeza tal-istabbiliment tar-riżervi ta' kapital skont din id-Direttiva jew tal-iżviluppi fil-prattiki miftiehma internazzjonalment.

Artikolu 136

L-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina korp jew awtorità pubblika (minn hawn 'il quddiem "awtorità nnominata") li tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal dak l-Istat Membru.

2.   Kull awtorità nnominata għandha tikkalkola, għal kull tliet xhur, gwida għar-riżerva ta' kapital bħala referenza biex tiggwida l-eżerċizzju tal-ġudizzju tagħha fl-istabbiliment tar-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont il-paragrafu 3. Il-gwida dwar ir-riżerva ta' kapital għandha tirrifletti, b'mod sinifikanti, iċ-ċiklu ta' kreditu u r-riskji dovuti għal eċċess ta' tkabbir fil-kreditu fl-Istat Membru u għandha tieħu kont dovut tal-ispeċifiċitajiet tal-kontijiet tal-ekonomija nazzjonali. Hi għandha tkun ibbażata fuq id-devjazzjoni tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG mix-xejra fit-tul tagħha, b'kont meħud, inter alia:

(a)

ta' indikatur tat-tkabbir tal-livelli tal-kreditu f'dik il-ġurisdizzjoni u, b'mod partikolari, indikatur li jirrifletti l-bidliet fil-proporzjon bejn il-kreditu mogħti f'dak l-Istat Membru u l-PDG;

(b)

ta' kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(b).

3.   Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta u tistabbilixxi rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha fuq bażi ta' kull tliet xhur, u hi u tagħmel dan tqis:

(a)

il-gwida tar-riżerva ta' kapital ikkalkulata skont il-paragrafu 2;

(b)

kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(a), (c) u (d) u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-BERS dwar l-iffissar ta' rata ta' riżerva;

(c)

fatturi varjabbli oħra li l-awtorità nnominata tqis rilevanti għall-indirizzar tar-riskju sistemiku ċikliku.

4.   Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, espressa bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi tal-kreditu f'dak l-Istat Membru, għandhom ikunu bejn 0 % u 2,5 %, ikkalibrati f'intervalli ta’ 0,25 punti perċentwali jew multipli ta’ 0,25 punti perċentwali. Fejn ġustifikat abbażi tal-konsiderazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, l-awtorità nnominata tista' tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-fini stipulat fl-Artikolu 140(2) ta' din id-Direttiva.

5.   Meta l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn żero għall-ewwel darba, jew fejn sussegwentement l-awtorità nnominata żżid l-istabbiliment tar-rata prevalenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-riżerva ta' kapital ogħla għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard minn 12-il xahar wara d-data meta jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla skont il-paragrafu 7. Jekk id-data tkun inqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.

6.   Jekk l-awtorità nnominata tnaqqas ir-rata eżistenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, irrispettivament minn jekk tnaqqashiex għal żero jew le, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar perijodu indikattiv li fih ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-riżerva ta' kapital. Madankollu, dak il-perijodu indikattiv m'għandux ikun vinkolanti fuq l-awtorità nnominata.

7.   Kull awtorità nnominata għandha tħabbar l-istabbiliment ta' kull tliet xhur tar-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli;

(b)

il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;

(c)

il-gwida tar-riżerva ta' kapital ikkalkulata skont il-paragrafu 2;

(d)

ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(e)

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet ikollhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(f)

fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun ta' inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;

(g)

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva ta' kapital, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perjodu;

L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha tingħata l-aħbar.

L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar l-istabbiliment ta' kull tliet xhur tar-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika u l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (g). Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.

Artikolu 137

Rikonoxximent tar-rati tar-riżerva kontroċiklika ogħla minn 2,5 %

1.   Fejn l-awtorità nnominata, skont l-Artikolu 136(4) jew l-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tkun stabbilixxiet rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet nominati l-oħra jistgħu jirrikonoxxu dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tar-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifika għall-istituzzjoni tagħhom.

2.   Fejn l-awtorità nnominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tirrikonoxxi rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hi għandha tħabbar dak ir-rikonoxximent permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli;

(b)

l-Istat Membru jew il-pajjiżi terzi li għalihom tkun applikabbli;

(c)

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istat Membru tal-awtorità nnominata għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(d)

fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.

Artikolu 138

Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tar-riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi

Il-BERS jista', skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet nominati dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi għal dak il-pajjiż terz fejn:

(a)

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ma tkunx ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz (l-‧awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz‧) li għalih istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jkollha skoperturi tal-kreditu;

(b)

il-BERS iqis li r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li tkun ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi kif xieraq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż, jew awtorità nnominata tinnotifika lill-BERS li hija tqis li r-rata tar-riżervi ta' kapital ma tkunx biżżejjed għal dak il-fini.

Artikolu 139

Deċiżjoni mill-awtoritajiet nominati dwar ir-rati ta' riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu japplika irrispettivament minn jekk il-BERS ikunx ħareġ rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet nominati kif imsemmi fl-Artikolu 138.

2.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 138, l-awtoritajiet nominati jistgħu jistabbilixxu r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istitutuzzjonijiet tagħhom.

3.   Fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika tkun ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz, l-awtorità nnominata tista tistabbilixxi rata differenti tar-riżervi ta' kapital għal dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom jekk dawn raġonevolment iqisu li r-rata tar-riżerva ta' kapital stabbilita mill-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet kif xieraq mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż.

Meta teżerċita s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, awtorità nnominata m'għandhiex tiffissa rata tar-riżerva kontroċiklika inqas mil-livell iffissat mill-awtorità rilevanti ta' pajjiż terz sakemm dik r-rata ta' riżerva ma taqbiżx it-2,5 %, espressa bħala perċentwali tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi ta’ kreditu f'dak il-pajjiż terz.

Biex tinkiseb koerenza għar-rati ffissati tar-riżerva għal pajjiżi terzi l-BERS jista' jagħti rakkomandazzjonijiet għal dawk ir-rati ffissati.

4.   Meta awtorità nnominata tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 li żżid ir-rata applikabbli eżistenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, l-awtorità nnominata ta’ pajjiż terz għandha tiddeċiedi dwar id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma tistax tkun qabel 12-il xahar wara d-data meta r-rata tar-riżerva ta' kapital titħabbar skont il-paragrafu 5. Jekk dik id-data tkun inqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-istabbiliment, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.

5.   L-awtoritajiet nominati għandhom jippubblikaw kwalunkwe stabbiliment ta’ rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 fuq is-siti web tagħhom u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika u l-pajjiż terz li għalih tkun applikabbli;

(b)

ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(c)

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tkun stabbilita ogħla minn żero għall-ewwel darba jew tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(d)

fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-istabbiliment skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.

Artikolu 140

Kalkolu tar-rati ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

1.   Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni għandha tikkonsisti mill-medja peżata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-ġurisdizzjoni fejn l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti tal-istituzzjoni jkunu jinsabu, jew jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu bis-saħħa tal-Artikolu 139(2) jew (3).

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li bil-għan li jikkalkolaw il-medja peżata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet japplikaw għal kull rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu, iddeterminati skont it-Titoli II u IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti fit-territorju inkwistjoni, diviżi bir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu b'rabta mal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti kollha tagħha tal-kreditu.

2.   Jekk, skont l-Artikolu 136(4), l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità nnominata (‧Stat Membru A‧) għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:

(a)

l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(b)

l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);

(c)

l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità nnominata tal-Istat Membru A jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital f'konformità mal-Artikolu 137.

3.   Jekk ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz teċċedi 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu f'dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:

(a)

l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);

(b)

l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ssettjata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital skont l-Artikolu 137;

4.   L-iskoperturi rilevanti tal-kreditu għandhom jinkludu dawk il-klassijiet kollha ta' skoperturi, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), sa (f) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013 li jkunu soġġetti għal:

(a)

rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tal-kreditu skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

(b)

fejn l-iskopertura tinżamm f'portafoll tan-negozjar, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament jew r-riskju inkrimentali għall-inadempjenza u migrazzjoni skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

(c)

fejn l-iskopertura tkun garantita b'assi eżistenti, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-pożizzjoni ġeografika tal-iskopertura għall-kreditu rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7.

6.   Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1:

(a)

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal Stat Membru għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 136(7)(e) jew l-Artikolu 137(2)(c) jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(b)

sosoġġett għall-punt (c), ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha tapplika 12-il xahar wara d-data li fiha tkun tħabbret bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz, irrispettivament minn jekk l-awtorità tkunx teħtieġ li l-istituzzjonijiet inkorporati f'dak il-pajjiż terz japplikaw il-bidla f'perijodu iqsar, jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(c)

fejn l-awtorità nnominata tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 139(2) jew (3), jew tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 137, dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 139(5)(c) jew l-Artikolu 137(2)(c), jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(d)

rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għandha tapplika immedjatament jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li titnaqqas ir-rata tar-riżerva ta' kapital.

Għall-finijiet tal-punt (b), bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha titqies li tkun tħabbret fid-data li fiha tkun ippubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-postazzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti msemmija fil-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima III

Miżuri ta’ konservazzjoni tal-kapital

Artikolu 141

Restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li kwalunkwe istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva ta' kapital kombinata milli tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni sal-punt li jitnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha għal livell fejn ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata ma jibqax issodisfat.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata biex jikkalkolaw l-Ammont Massimu Distribwibbli (AMD) skont il-paragrafu 4 u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan l-AMD.

Fejn ikun applikabbli l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi li kwalunkwe istituzzjoni bħal din twettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:

(a)

tagħmel distribuzzjoni b’rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b)

toħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa r-rekwiżiti tar-riżerva ta' kapital kombinata;

(c)

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

3.   Fiż-żmien li istituzzjoni ma tissodisfax jew teċċedi r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxuha milli tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 b'fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

5.   Is-somma li tkun immultiplikata f'konformità mal-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a)

il-profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iġġenerati wara l-aktar deċiżjoni reċenti dwar id-distribuzzjoni tal-profitti jew kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda ta'

(b)

il-profitti fi tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iġġenerati wara l-aktar deċiżjoni reċenti dwar id-distribuzzjoni tal-profitti jew kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

bit-tnaqqis ta'

(c)

l-ammonti li jkunu pagabbli bit-taxxa li kieku l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu kellhom jinżammu.

6.   Il-fatturi għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

(a)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fl-ewwel (jiġifieri, fl-aktar baxx) kwart tar-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata, il-fattur ikun 0;

(b)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata, il-fattur għandu jkun 0,2;

(c)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-92(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata, il-fattur għandu jkun 0,4;

(d)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, l-ogħla kwart) tar-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata, il-fattur għandu jkun 0,6.

Il-limitu minimu u massimu ta’ kull kwart tar-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

Formula

"Qn"

tindika n-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.

7.   Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-ħlas jew in-nuqqas li jsir il-ħlas ma tikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.

8.   Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata u jkollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew tidħol f'azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, hi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont tal-kapital miżmum mill-istituzzjoni, subdiviż kif ġej:

(i)

kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,

(ii)

kapital tal-Grad 1 Addizzjonali,

(iii)

kapital tal-Grad 2.

(b)

l-ammont tal-profitti tagħha interim u fi tmiem is-sena;

(c)

l-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4;

(d)

l-ammont tal-profitti distribwibbli li jkollha l-intenzjoni talloka bejn dawn li ġejjin:

(i)

pagamenti f'dividendi,

(ii)

riakkwist tal-ishma,

(iii)

pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

(iv)

il-pagament ta’ rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, kemm jekk permezz ta’ ħolqien ta’ obbligu ġdid ta' ħlas, jew pagament b'segwitu għal obbligu ta’ ħlas maħluq fi żmien meta l-istituzzjoni ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti tar-riżerva ta' kapital kombinata tagħha.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD jkunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.

10.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, id-distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tinkludi li ġej:

(a)

ħlas ta’ dividendi fi flus;

(b)

distribuzzjoni ta’ ishma bonus imħallsa totalment jew parzjalment jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

tifdija jew xiri minn istituzzjoni tal-ishma proprji tagħha stess jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;

(d)

ħlas mill-ġdid tal-ammonti żburżati b'rabta ma' strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

distribuzzjoni ta’ entrati msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 142

Pjan ta’ Konservazzjoni ta' Kapital

1.   Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata tagħha, hija għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, dment li l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta' kreditu u b'konsiderazzjoni tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

2.   Il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

estimi tal-introjtu u n-nefqa u karta tal-bilanċ previżjonarja;

(b)

miżuri biex jiżdiedu l-proporzjonijiet ta' kapital tal-istituzzjoni;

(c)

pjan u skeda taż-żmien għaż-żieda fil-fondi proprji bl-objettiv li jiġi ssodisfatt bis-sħiħ ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata;

(d)

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis li tkun meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 3.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital, u għandha tapprova l-pjan biss jekk tqis li jekk jiġi implimentat, ikun raġonevolment probabbli li l-pjan jikkonserva jew jakkumula kapital suffiċjenti biex jippermetti lill-istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tar-riżerva ta' kapital kombinata f'perijodu ta' żmien li jitqies xieraq mill-awtorità kompetenti.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tapprovax il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital skont il-paragrafu 3, hija għandha timponi waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a)

teħtieġ li l-istituzzjoni żżid il-fondi proprji sa livelli speċifikati f'perijodi speċifikati;

(b)

teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 102 biex timponi restrizzjonijiet aktar strinġenti fuq id-distribuzzjonijiet minn dawk meħtieġa skont l-Artikolu 141.

TITOLU VIII

ŻVELAR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 143

Rekwiżiti ġenerali tal-iżvelar

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali;

(b)

il-mod kifu jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;

(c)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97;

(d)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1, Titolu VII ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, id-data ta' statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f’kull Stat Membru, inkluż l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda skont l-Artikolu 102(1)(a), u ta' penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65.

2.   L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun suffiċjenti biex ikun jista’ jsir paragun sodisfaċenti rigward l-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Dak li jiġi żvelat għandu jkun ippubblikat b’format komuni u aġġornat regolarment. Dak li jiġi żvelat għandu jkun aċċessibbli f’post elettroniku uniku.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 144

Rekwiżiti speċifiċi tal-iżvelar

1.   Għall-finijiet tal-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji adottati għar-rieżami tal-konformità mal-Artikoli 405 sa 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1, Titolu VII, id-deskrizzjoni sommarja tal-eżitu tar-rieżami superviżorju u d-deskrizzjoni tal-miżuri imposti fil-każijiet ta’ nonkonformità mal-Artikoli 405 sa 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, identifikati fuq bażi annwali.

2.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;

(b)

l-għadd ta' istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd minn dawk li jinkorporaw sussidjarji f'pajjiż terz;

(c)

fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:

(i)

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(ii)

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(iii)

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 ta' dak ir-Regolament fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

3.   L-awtorità kompetenti li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika dan kollu li ġej:

(a)

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;

(b)

l-għadd tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd ta’ dawn l-istituzzjonijiet prinċipali li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz;

(c)

fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:

(i)

l-ammont totali tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkunu miżmuma f’pajjiż terz;

(ii)

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(iii)

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

TITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 145

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 148 rigward dan li ġej:

(a)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c)

l-allinjament tat-terminoloġija u t-tfassil tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 skont l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet relatati;

(d)

aġġustament tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 31(1) sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat, f'konformità mal-aġġustamenti magħmula u fl-istess ħin li jsiru skont l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE;

(e)

l-espansjoni tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(f)

identifikazzjoni tal-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-infomazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 50;

(g)

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 76 sa 88 u l-Artikolu 98 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards kontabbilistiċi jew ir-rekwiżiti li jqisu l-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji;

(h)

id-differiment tal-obbligi tal-iżvelar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) fejn ir-rapport tal-Kummissjoni ppreżentat skont l-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu jidentifika effetti negativi sinifikanti;

(i)

l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1), sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 146

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 147(2):

(a)

l-aġġustamenti tekniċi għal-lista fl-Artikolu 2;

(b)

it-tibdil fl-ammont tal-kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-Titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju.

Artikolu 147

Kumitat Bankarju Ewropew

1.   Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkapplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 148

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 145 għandha tiġi kkonferita għal perijodu ta’ żmien indeterminat minn 17 ta’ Lulju 2013.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 145 tista’ tkun irrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 145 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż bi tliet xhur oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 149

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

Meta l-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju skont din id-Direttiva li jkun l-istess bħall-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għandu jkun ta’ xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’xahar. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji jista', fejn opportun, jiġi estiż ulterjorment b'xahar.

TITOLU X

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2002/87/KE

Artikolu 150

Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE

L-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/87/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I,Parti II, ta' din id-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva, l-ESA għandha, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva.

L-ESA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [hames xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 309(1) tad-Direttiva 2009/138/KE].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.".

TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jeżerċitaw il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi

Artikolu 151

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw minflok l-Artikoli 40, 41, 43, 49, 50 u 51 sad-data li fiha r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità jiġi applikabbli f'konformità ma' att iddelegat adottat skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Sabiex tiġi żgurata li l-introduzzjoni progressiva tal-arranġamenti superviżorji għal-likwidità tkun allinjata bis-sħiħ mal-iżvilupp ta’ regoli uniformi dwar il-likwidità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 145 filwaqt li tipposponi d-data msemmija fil-paragrafu 1 b'mhux aktar minn sentejn, fejn regoli uniformi dwar il-likwidità ma jkunux għadhom ġew introdotti fl-Unjoni billi ma jkunx għadu ntlaħaq qbil rigward l-istandards internazzjonali dwar is-superviżjoni tal-likwidità fid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 152

Rekwiżiti ta' rapportar

L-Istati Membri ospitanti, għall-finijiet ta' statistika, jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, għandhom jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti f'dawk l-Istati Membri ospitanti.

Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet imposti fuqhom fl-Artikolu 156 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni li jkunu jeħtieġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu nazzjonali għal dak il-fini.

Artikolu 153

Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew li tipprovdi servizzi fit-territorju tagħhom ma tkunx qed tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi adottati f'dak l-Istat Membru skont din id-Direttiva li jinvolvu s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità.

2.   Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tonqos li tieħu passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b'dan.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mal-ewwel opportunità, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità. In-natura ta' dawk il-miżuri għandha tkun kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru domiċiljari jew minħabba li tali miżuri jirriżultaw inadegwati jew ma jkunux previsti fl-Istat Membru inkwistjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tippersisti fil-ksur tar-regoli legali msemmija fil-paragrafu 1 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, dan tal-aħħar jista', wara li jinfurma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza ksur ulterjuri u, sa fejn ikun meħtieġ, jipprevjeni lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tibda aktar transazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ikun possibbli li d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri jiġu nnotifikati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-territorji tagħhom.

Artikolu 154

Miżuri prekawzjonarji

Qabel ma jsegwu l-proċedura prevista fl-Artikolu 153, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f'emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni meħtieġa biex jipproteġu l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li jingħataw is-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien bla bżonn.

Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru inkwistjoni għandu jemenda jew ineħħi dawk il-miżuri.

Artikolu 155

Responsabbiltà

1.   Is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha f'konformità mal-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont din id-Direttiva.

3.   L-awtoritajiet kompetenti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

Artikolu 156

Superviżjoni tal-likwidità

L-Istati Membri ospitanti għandhom, sakemm issir aktar koordinazzjoni, iżżommu r-responsabbiltà f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għas-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa għar-rinfurzar tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri ospitanti għandhom iżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-miżuri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politiki monetarji tagħhom.

Tali miżuri ma jistgħux jipprevedu trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 157

Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet ta' istituzzjonijiet li joperaw, b'mod partikolari permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet li x'aktarx li tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x'aktarx li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ tali istituzzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitar ta’ skoperturi kbar, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern.

Artikolu 158

Fergħat sinifikanti

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, biex fergħa ta' istituzzjoni minbarra ditta tal-investiment soġġetta għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titqies bħala sinifikanti.

2.   Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a)

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b)

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u fuq is-sistemi ta' pagament, kumpens u saldu fl-Istat Membru ospitanti;

(c)

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u tal-Istat Membru ospitanti, u s-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1), għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi mmotivata bis-sħiħ għandhom jiġu stipulati f’dokument, għandhom jiġu mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi fl-iqsar żmien possibbli lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59(1).

5.   Meta l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq ta' deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta' fergħa bħala li hija sinifikanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 60. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub iddeterminati, wara li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.

6.   Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 155(3) u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

7.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

Artikolu 159

Kontrolli fuq il-post

1.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, fejn istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz ta’ intermedjarju, kontroll fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu ukoll, għall-finijiet tal-kontrolli fuq il-post tal-fergħat, jirrikorru għal xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 118.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, kontrolli fuq il-post tal-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital

Artikolu 160

Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital

1.   Dan l-Artikolu jemenda r-rekwiżiti tal-Artikoli 129 u 130 għal perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018.

2.   Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016:

(a)

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017:

(a)

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018:

(a)

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   Ir-rekwiżit għal pjan ta’ konservazzjoni kapitali u r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 141 u 142 għandu japplika matul perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018 fejn l-istituzzjonijiet jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata b'kont meħud tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   L-Istati Membri jistgħu jimponu perijodu transizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafi 1 sa 3 u b'hekk jimplimentaw ir-riżerva ta’ Konservazzjoni ta' kapital u r-riżerva ta' kapital kontroċiklika minn 31 ta’ Diċembru 2013. Meta Stat Membru jimponi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinfurma lill-partijiet rilevanti, inkluż lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti,b'dan. Tali perijodu transizzjonali iqsar jista' jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħra. Fejn Stat Membru ieħor jirrikonoxxi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti skont dan.

7.   Fejn Stat Membru jimponi perijodu transizzjonali iqsar għar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, il-perijodu iqsar għandu japplika biss għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika tal-istituzzjoni mill-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fl-Istat Membru li għalihom l-awtorità nnominata tkun responsabbli.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 161

Rieżami u Rapport

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami perjodiku tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni ma tirriżultax f'diskriminazzjoni evidenti bejn l-istituzzjonijiet abbażi tal-istruttura ġuridika jew il-mudell tas-sjieda tagħhom.

2.   Wara r-rieżami, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2016, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq, dwar id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li tqis l-iżviluppi internazzjonali u b'konsiderazzjoni partikolari għal:

(a)

l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom, inkluża l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe lakuna li toriġina mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawk id-dispożizzjonijiet;

(b)

l-impatt tal-konformità mal-prinċipju fl-Artikolu 94(1)(g) fir-rigward ta':

(i)

il-kompetittività u l-istabbiltà finanzjarja; u

(ii)

kwalunkwe persunal li effettivament u fiżikament jaħdem f'sussidjarji stabbiliti barra ż-ŻEE ta' istituzzjonijiet prinċipali stabbiliti ġewwa ż-ŻEE.

Dak ir-rieżami għandu jikkunsidra, b'mod partikolari, jekk il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 94(1)(g) għandux ikompli japplika għal kwalunkwe persunal kopert bil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu.

3.   Mill-2014, l-ABE għandha, f'kooperazzjoni mal-AEAPX u l-AETS, tippubblika darbtejn fis-sena rapport li janalizza sa fejn il-liġi tal-Istati Membri tirriferi għall-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għal finijiet regolatorji u l-passi meħuda mill-Istati Membri biex jitnaqqsu tali referenzi. Dawk ir-rapporti għandhom jispjegaw kif l-awtoritajiet kompetenti jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 77(1) u (3) u l-Artikolu 79(b). Dawk ir-rapporti għandhom wkoll jispjegaw il-grad tal-konverġenza superviżorja f'dak ir-rigward.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 108 u 109 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba skont l-Artikolu 91(11), inkluża l-idoneità tal-analiżi komparattiva tal-prattiki dwar id-diversità, b'kont meħud tal-iżviluppi rilevanti kollha fl-Unjoni kif ukoll dawk internazzjonali, u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt.

6.   Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BERS, lill-ABE, lill-EIOPA, lill-AETS u lil partijiet rilevanti oħra dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, kemm fi żminijiet normali kif ukoll fi żminijiet ta' diffikultà.

7.   Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-ABE għandha terġa' teżamina u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013, dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri ma' pajjiżi terzi. Dak ir-rapport għandu jidentifika kwalunkwe qasam li jeħtieġ aktar żvilupp fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni. L-ABE għandha tippubblika r-rapport fuq il-websajt tagħha.

8.   Meta tirċievi mandat mill-Kummissjoni, l-ABE għandha tesplora jekk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li jiddikjaraw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-prinċipji bankarji Iżlamiċi humiex koperti adegwatament minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rapport imħejji mill-ABE u, għandha jekk ikun adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

9.   Sal-1 ta' Lulju 2014, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu kif ukoll il-ksib ta' benefiċċji min-naħa tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid fuq perijodu twil tal-banek ċentrali tas-SEBĊ u minn miżuri oħra simili ta' fondi ta' appoġġ tal-banek ċentrali. Abbażi ta' dak ir-rapport u wara li tikkonsulta lill-BĊE, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2014, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu proprju u l-benefiċċji minn dawk l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u minn miżuri oħra ta' fondi ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fl-Unjoni, flimkien ma' proposta leġislattiva dwar l-użu ta' tali operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u miżuri ta' fondi ta' appoġġ, jekk ikun adatt.

Artikolu 162

Traspożizzjoni

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2013 l-Istati Membi għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 2013.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-ABE bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 tal-Kapitolu 4, Titolu VI, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

3.   Il-liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità mal-Artikolu 94(1)(g) għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet japplikaw il-prinċipji stabbiliti fih għar-rimunerazzjoni mogħtija għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni mis-sena 2014 'il quddiem, kemm jekk dovuta abbażi ta' kuntratti konklużi qabel jew wara 31 ta’ Diċembru 2013.

4.   Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi f’liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

5.   B'deroga mill-Artikolu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 131 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-Artikolu 131(4) mill-1 ta' Jannar 2016 bil-mod li ġej:

(a)

25 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2016;

(b)

50 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2017;

(c)

75 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2018; u

(d)

100 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2019.

6.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 133 għandu japplika minn 31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 163

Revoka

Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II ta' din id-Direttiva u fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 164

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 165

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. SHATTER


(1)  ĠU C 105, 11.4.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(4)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(7)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠA (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).

(9)  ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

(10)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(12)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 04 p. 340).

(13)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1

(14)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(15)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(16)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

(17)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(18)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(19)  ĠU C 175, 19.6.2012, p. 1.

(20)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(21)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(22)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(23)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.

(24)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(25)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(26)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(27)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 21).

(28)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 58).

(29)  ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.

(30)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).

(31)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. (mhux disponibbli bil-Malti)


ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET SOĠĠETTI GĦAR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

1.

Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura.

2.

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturaġġ riversibbli u irriversibbli (recourse u non-recourse factoring), il-finanzjament ta’ transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).

3.

Leasing finanzjarju.

4.

Servizzi ta’ pagament kif iddefiniti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE.

5.

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħlas (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4.

6.

Garanziji u impenji.

7.

Negozju għall-kont proprju jew f’isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożiti, eċċ.);

(b)

kambju (tal-valuti);

(c)

futures u opzjonijiet finanzjarji;

(d)

strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax;

(e)

titoli trasferibbli.

8.

Parteċipazzjoni f'ħarġiet ta’ titoli u l-forniment ta' servizzi relatati ma’ tali kwistjonijiet.

9.

Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi.

10.

Intermedjazzjoni fis-suq monetarju.

11.

Ġestjoni ta’ portafolli u pariri.

12.

Żamma sikura u amministrazzjoni ta’ titoli

13.

Servizzi tar-referenza tal-kreditu.

14.

Servizzi tal-kustodja sikura.

15.

Ħruġ ta’ flus elettroniċi.

Is-servizzi u l-attivitajiet previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku skont din id-Direttiva.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 2006/48/KE

Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 2(1)

 

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 2(3)

 

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 2

 

Artikolu 2(6)

Artikolu 1(3)

 

Artikolu 3

Artikolu 4

 

Artikolu 3(1), punt (53)

Artikolu 4, punt (49)

 

Artikolu 4(1)

 

 

Artikolu 4(2)

 

 

Artikolu 4(3)

 

 

Artikolu 4(4)

 

 

Artikolu 4(5)

 

Artikolu 35(1)

Artikolu 4(6)

 

 

Artikolu 4(7)

 

 

Artikolu 4(8)

 

 

Artikolu 5

Artikolu 128

 

Artikolu 6

Artikolu 42b(1)

 

Artikolu 7

Artikolu 40(3)

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 8(3)

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 8(4)

 

 

Artikolu 9

Artikolu 5

 

Artikolu 10

Artikolu 7

 

Artikolu 11

Artikolu 8

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(2)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 12(3)

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 12(4)

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(1)

 

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(2)

 

Artikolu 14(1)

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 14(2)

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 14(3)

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 15

Artikolu 13

 

Artikolu 16(1)

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 16(2)

Artikolu 15(2)

 

Artikolu 16(3)

Artikolu 15(3)

 

Artikolu 17

Artikolu 16

 

Artikolu 18

Artikolu 17(1)

 

Artikolu 19

Artikolu 18

 

Artikolu 20(1)

Artikolu 14

 

Artikolu 20(2)

Artikolu 14

 

Artikolu 20(3)

 

 

Artikolu 20(5)

Artikolu 17(2)

 

Artikolu 21

Artikolu 3

 

Artikolu 22(1)

Artikolu 19(1)

 

Artikolu 22(2)

Artikolu 19(2)

 

Artikolu 22(3)

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 22(4)

Artikolu 19(4)

 

Artikolu 22(5)

Artikolu 19(5)

 

Artikolu 22(6)

Artikolu 19(6)

 

Artikolu 22(7)

Artikolu 19(7)

 

Artikolu 22(8)

Artikolu 19(8)

 

Artikolu 22(9)

Artikolu 19(9)

 

Artikolu 23(1)

Artikolu 19a(1)

 

Artikolu 23(2)

Artikolu 19a(2)

 

Artikolu 23(3)

Artikolu 19a(3)

 

Artikolu 23(4)

Artikolu 19a(4)

 

Artikolu 23(5)

Artikolu 19a(5)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 19b(1)

 

Artikolu 24(2)

Artikolu 19b(2)

 

Artikolu 25

Artikolu 20

 

Artikolu 26(1)

Artikolu 21(1)

 

Artikolu 26(2)

Artikolu 21(2)

 

Artikolu 27

Artikolu 21(3)

 

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 4

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 9

Artikolu 29(1)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 29(2)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 29(3)

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 29(4)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 30

 

Artikolu 6

Artikolu 31(1)

 

Artikolu 7

Artikolu 31(2)

 

Artikolu 8

Artikolu 32(1)

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 32(2)

 

Artikolu 10(2)

Artikolu 32(3)

 

Artikolu 10(3)

Artikolu 32(4)

 

Artikolu 10(4)

Artikolu 32(5)

 

Artikolu 10(5)

Artikolu 33

Artikolu 23

 

Artikolu 34(1)

Artikolu 24(1)

 

Artikolu 34(2)

Artikolu 24(2)

 

Artikolu 34(3)

Artikolu 24(3)

 

Artikolu 35(1)

Artikolu 25(1)

 

Artikolu 35(2)

Artikolu 25(2)

 

Artikolu 35(3)

Artikolu 25(3)

 

Artikolu 35(4)

Artikolu 25(4)

 

Artikolu 35(5)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 35(6)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 35(7)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 36(1)

Artikolu 26(1)

 

Artikolu 36(2)

Artikolu 26(2)

 

Artikolu 36(3)

Artikolu 26(3)

 

Artikolu 36(4)

Artikolu 26(4)

 

Artikolu 36(5)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 36(6)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 36(7)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 37

Artikolu 36

 

Artikolu 38

Artikolu 27

 

Artikolu 39(1)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 39(2)

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 39(3)

Artikolu 28(3)

 

Artikolu 39(4)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 39(5)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 39(6)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 40, l-ewwel paragrafu

Artikolu 29, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 40, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 40, it-tielet paragrafu

 

 

Artikolu 41(1)

Artikolu 30(1) u (2)

 

Artikolu 41(2)

 

 

Artikolu 42

Artikolu 32

 

Artikolu 43(1)

Artikolu 33, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 43(2)

 

 

Artikolu 43(3)

 

 

Artikolu 43(4)

 

 

Artikolu 43(5)

 

 

Artikolu 44

Artikolus 31 u 34

 

Artikolu 45

Artikolu 35

 

Artikolu 46

Artikolu 37

 

Artikolu 47(1)

Artikolu 38(1)

 

Artikolu 47(2)

Artikolu 38(2)

 

Artikolu 47(3)

Artikolu 38(3)

 

Artikolu 48(1)

Artikolu 39(1)

 

Artikolu 48(2)

Artikolu 39(2)

 

Artikolu 48(3)

Artikolu 39(3)

 

Artikolu 48(4)

Artikolu 39(4)

 

Artikolu 49(1)

Artikolu 40(1)

 

Artikolu 49(2)

Artikolu 40(2)

 

Artikolu 49(3)

Artikolu 41(3), it-tielet paragrafu

 

Artikolu 50(1)

Artikolu 42, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 50(2)

 

 

Artikolu 50(3)

 

 

Artikolu 50(4)

 

 

Artikolu 50(5)

Artikolu 42, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 50(6)

Artikolu 42, it-tielet u s-sitt paragrafi

 

Artikolu 50(7)

Artikolu 42, ir-raba' u s-seba' paragrafi

 

Artikolu 50(8)

Artikolu 42, il-ħames paragrafu

 

Artikolu 51(1)

Artikolu 42a(1)

 

Artikolu 51(2)

Artikolu 42a(2)

 

Artikolu 51(3)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(4)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(5)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(6)

 

 

Artikolu 52(1)

Artikolu 43(1)

 

Artikolu 52(2)

Artikolu 43(2)

 

Artikolu 52(3)

 

 

Artikolu 52(4)

 

 

Artikolu 53(1)

Artikolu 44(1)

 

Artikolu 53(2)

Artikolu 44(2)

 

Artikolu 53(3)

 

 

Artikolu 54

Artikolu 45

 

Artikolu 55

Artikolu 46

 

Artikolu 56

Artikolu 47

 

Artikolu 57(1)

Artikolu 48(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 57(2)

Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 57(3)

Artikolu 48(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

Artikolu 57(4)

Artikolu 48(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 57(5)

Artikolu 48(2), il-ħames subparagrafu

 

Artikolu 57(6)

Artikolu 48(2), ir-raba' subparagrafu

 

Artikolu 58

Artikolu 49, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 58(2)

Artikolu 49, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 58(3)

Artikolu 49, ir-raba' paragrafu

 

Artikolu 58(4)

Artikolu 49, il-ħames paragrafu

 

Artikolu 59(1)

Artikolu 50

 

Artikolu 59(2)

 

 

Artikolu 60

Artikolu 51

 

Artikolu 61(1)

Artikolu 52, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 61(2)

Artikolu 52, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 62

 

 

Artikolu 63(1)

Artikolu 53(1)

 

Artikolu 63(2)

Artikolu 53(2)

 

Artikolu 64

 

 

Artikolu 65

 

 

Artikolu 66

 

 

Artikolu 67

 

 

Artikolu 68

 

 

Artikolu 69

 

 

Artikolu 70

 

 

Artikolu 71

 

 

Artikolu 72

Artikolu 55

 

Artikolu 73

Artikolu 123

 

Artikolu 74(1)

Artikolu 22(1)

 

Artikolu 74(2)

Artikolu 22(2)

 

Artikolu 74(3)

Artikolu 22(6)

 

Artikolu 74(4)

 

 

Artikolu 75(1)

Artikolu 22(3)

 

Artikolu 75(2)

Artikolu 22(4)

 

Artikolu 75(3)

Artikolu 22(5)

 

Artikolu 76(1)

Anness V, punt 2

 

Artikolu 76(2)

 

 

Artikolu 76(3)

 

 

Artikolu 76(4)

 

 

Artikolu 76(5)

 

 

Artikolu 77

 

 

Artikolu 78

 

 

Artikolu 79

Anness V, punti 3, 4 u 5

 

Artikolu 80

Anness V, punt 6

 

Artikolu 81

Anness V, punt 7

 

Artikolu 82(1)

Anness V, punt 8

 

Artikolu 82(2)

Anness V, punt 9

 

Artikolu 83(1)

Anness V, punt 10

 

Artikolu 83(2)

 

Anness IV, punt 5

Artikolu 83(3)

 

Anness I, punts 38 u 41

Artikolu 84

Anness V, punt 11

 

Artikolu 85(1)

Anness V,, punt 12

 

Artikolu 85(2)

Anness V punt 13

 

Artikolu 86(1)

Anness V, punt 14

 

Artikolu 86(2)

Anness V, punt 14a

 

Artikolu 86(3)

 

 

Artikolu 86(4)

Anness V, punt 15

 

Artikolu 86(5)

Anness V, punt 16

 

Artikolu 86(6)

Anness V, punt 17

 

Artikolu 86(7)

Anness V, punt 18

 

Artikolu 86(8)

Anness V, punt 19

 

Artikolu 86(9)

Anness V, punt 20

 

Artikolu 86(10)

Anness V, punt 21

 

Artikolu 86(11)

Anness V, punt 22

 

Artikolu 87

 

 

Artikolu 88(1)

Anness V, punt 1

 

Artikolu 88 (2)

 

 

Artikolu 89

 

 

Artikolu 90

 

 

Artikolu 91

 

 

Artikolu 92(1)

Anness V, punt 23, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 92(2), is-sentenza introduttorja

Anness V, punt 23, is-sentenza introduttorja

 

Artikolu 92(2)(a)

Anness V, punt 23(a)

 

Artikolu 92(2)(b)

Anness V, punt 23(b)

 

Artikolu 92(2)(c)

Anness V, punt 23(c)

 

Artikolu 92(2)(d)

Anness V, punt 23(d)

 

Artikolu 92(2)(e)

Anness V, punt 23(e)

 

Artikolu 92(2)(f)

Anness V, punt 23(f)

 

Artikolu 92(2)(g)

 

 

Artikolu 93

Anness V, punt 23(k)

 

Artikolu 94(1)(a)

Anness V, punt 23(g)

 

Artikolu 94(1)(b)

Anness V, punt 23(h)

 

Artikolu 94(1)(c)

Anness V, punt 23(i)

 

Artikolu 94(1)(d)

 

 

Artikolu 94(1)(e)

Anness V, punt 23(j)

 

Artikolu 94(1)(f)

Anness V, punt 23(l)

 

Artikolu 94(1)(g)

 

 

Artikolu 94(1)(h)

Anness V punt 23(m)

 

Artikolu 94(1)(i)

 

 

Artikolu 94(1)(j)

Anness V, punt 23(n)

 

Artikolu 94(1)(k)

Anness V, punt 23(n)

 

Artikolu 94(1)(l)

Anness V, punt 23(o)

 

Artikolu 94(1)(m)

Anness V, punt 23(p)

 

Artikolu 94(1)(n)

Anness V, punt 23(q)

 

Artikolu 94(1)(o)

Anness V, punt 23(r)

 

Artikolu 94(1)(p)

Anness V, punt 23(s)

 

Artikolu 94(1)(q)

Anness V, punt 23(t)

 

Artikolu 94(2)

Artikolu 150(3)b

 

Artikolu 95

Anness V, punt 24

 

Artikolu 96

 

 

Artikolu 97(1)

Artikolu 124(1)

 

Artikolu 97(2)

Artikolu 124(2)

 

Artikolu 97(3)

Artikolu 124(3)

 

Artikolu 97(4)

Artikolu 124(4)

 

Artikolu 98(1)

Anness XI, punt 1

 

Artikolu 98(2)

Anness XI, punt 1a

 

Artikolu 98(3)

Anness XI, punt 2

 

Artikolu 98(4)

Anness XI, punt 3

 

Artikolu 98(5)

Artikolu 124(5)

 

Artikolu 98(6)

 

 

Artikolu 98(7)

 

 

Artikolu 99

 

 

Artikolu 100

 

 

Artikolu 101

 

 

Artikolu 102(1)

Artikolu 136(1)

 

Artikolu 102(2)

 

 

Artikolu 103

 

 

Artikolu 104

Artikolu 136

 

Artikolu 105

 

 

Artikolu 106(1)

Artikolu 149

 

Artikolu 106(2)

 

 

Artikolu 107

 

 

Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 68(2)

 

Artikolu 108(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3

 

Artikolu 108(1), it-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 108(2)

Artikolu 71(1)

 

Artikolu 108(3)

Artikolu 71(2)

 

Artikolu 108(4)

Artikolu 73(2)

 

Artikolu 109(1)

Artikolu 68(1)

 

Artikolu 109(2)

Artikolu 73(3)

 

Artikolu 109(3)

 

 

Artikolu 110(1)

Artikolu 124(2)

 

Artikolu 110(2)

Artikolu 23

 

Artikolu 111(1)

Artikolu 125(1)

Artikolu 2

Artikolu 111(2)

Artikolu 125(2)

Artikolu 2

Artikolu 111(3)

Artikolu 126(1)

 

Artikolu 111(4)

Artikolu 126(2)

 

Artikolu 111(5)

Artikolu 126(3)

 

Artikolu 111(6)

Artikolu 126(4)

 

Artikolu 112(1)

Artikolu 129(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 112(2)

Artikolu 129(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 112(3)

Artikolu 129(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 113(1)(a)

Artikolu 129(3), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 113(1)(b)

 

 

Artikolu 113(2)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 113(2)(b), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 113(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 113(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 113(3)

Artikolu 129(3), mir-raba' sas-seba' subparagrafu

 

Artikolu 113(4)

Artikolu 129(3), it-tmien u d-disa' subparagrafi

 

Artikolu 113(5)

Artikolu 129(3), l-għaxar subparagrafu u l-ħdax-il subparagrafu

 

Artikolu 114

Artikolu 130

 

Artikolu 115

Artikolu 131

 

Artikolu 116(1)

Artikolu 131a(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 116(2)

Artikolu 131a(1), ir-raba' subparagrafu

 

Artikolu 116(3)

Artikolu 131a(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 116(4)

Artikolu 131a(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 116(5)

Artikolu 131a(2), ir-raba' u l-ħames subparagrafi

 

Artikolu 116(6)

Artikolu 131a(2), is-sitt subparagrafu

 

Artikolu 116(7)

Artikolu 131a(2), is-seba' subparagrafu

 

Artikolu 116(8)

Artikolu 131a(2), it-tmien subparagrafu

 

Artikolu 116(9)

Artikolu 131a(2), id-disa' subparagrafu

 

Artikolu 117(1)

Artikolu 132(1), mill-ewwel sas-sitt subparagrafu

 

Artikolu 117(2)

Artikolu 132(1), is-seba' u tmien subparagrafi

 

Artikolu 117(3)

Artikolu 132(2)

 

Artikolu 117(4)

Artikolu 132(3)

 

Artikolu 118

Artikolu 141

 

Artikolu 119(1)

Artikolu 127(1)

 

Artikolu 119(2)

Artikolu 127(2)

 

Artikolu 119(3)

Artikolu 127(3)

 

Artikolu 120

Artikolu 72a

 

Artikolu 121

Artikolu 135

 

Artikolu 122

Artikolu 137

 

Artikolu 123 (1)

Artikolu 138(1)

 

Artikolu 123(2)

Artikolu 138(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 124

Artikolu 139

 

Artikolu 125

Artikolu 140

Artikolu 2

Artikolu 126

Artikolu 142

 

Artikolu 127

Artikolu 143

 

Artikolu 128

 

 

Artikolu 129

 

 

Artikolu 130

 

 

Artikolu 131

 

 

Artikolu 132

 

 

Artikolu 133

 

 

Artikolu 134

 

 

Artikolu 135

 

 

Artikolu 136

 

 

Artikolu 137

 

 

Artikolu 138

 

 

Artikolu 139

 

 

Artikolu 140

 

 

Artikolu 141

 

 

Artikolu 142

 

 

Artikolu 143

Artikolu 144

 

Artikolu 144(1)

Artikolu 122a(9)

 

Artikolu 144(2)

Artikolu 69(4)

 

Artikolu 144(3)

Artikolu 70(4)

 

Artikolu 145

Artikolu 150(1)

 

Artikolu 146

Artikolu 150(1a)

 

Artikolu 147(1)

Artikolu 151(1)

 

Artikolu 147(2)

Artikolu 151(2)

 

Artikolu 148(1)

Artikolu 151a(3)

 

Artikolu 148(2)

Artikolu 151a(1)

 

Artikolu 148(3)

Artikolu 151b

 

Artikolu 148(4)

Artikolu 151a(2)

 

Artikolu 148(5)

Artikolu 151c

 

Artikolu 149

 

 

Artikolu 150

 

 

Artikolu 151

 

 

Artikolu 152

Artikolu 29

 

Artikolu 153

Artikolu 30

 

Artikolu 154

Artikolu 33

 

Artikolu 155

Artikolu 40

 

Artikolu 156

Artikolu 41

 

Artikolu 157

Artikolu 42

 

Artikolu 158

Artikolu 42a

 

Artikolu 159

Artikolu 43

 

Artikolu 160

 

 

Artikolu 161(1)

Artikolu 156, is-sitt paragrafu

 

Artikolu 161(2)

Artikolu 156, ir-raba'paragrafu 4

 

Artikolu 161(3)

 

 

Artikolu 161(4)

 

 

Artikolu 161(5)

 

 

Artikolu 161(6)

 

 

Artikolu 161(7)

 

 

Artikolu 161(8)

 

 

Artikolu 161(9)

 

 

Artikolu 162(1)

 

 

Artikolu 162(2)

 

 

Artikolu 162(3)

 

 

Artikolu 162(4)

Artikolu 157(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 162(5)

 

 

Artikolu 162(6)

 

 

Artikolu 163

Artikolu 158

 

Artikolu 164

Artikolu 159

 

Artikolu 165

Artikolu 160

 

Anness I

Anness I