10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/368


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/25/UE

tat-13 ta' Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jkunu jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja laħqu ftehim politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-Istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati, fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Għalhekk id-Direttivi 74/557/KEE (1), 77/249/KEE (2), 98/5/KE (3) u 2005/36/KE (4) għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 74/557/KEE, 77/249/KEE, 98/5/KE u 2005/36/KE huma emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE tal-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-akkwist tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji involuti fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 5) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 01 p. 38).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 01 p. 52).

(3)  Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 03 p. 83).

(4)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.).


ANNESS

PARTI A

IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI PROFESSJONALI

Id-Direttiva 2005/36/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(2) jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

l-1 ta' Lulju 2013 għall-Kroazja;”.

2.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima V.1 hija emendata kif ġej:

(i)

fit-tabella fil-punt 5.1.1, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma ‘doktor medicine/doktorica medicine’

Medicinski fakulteti sveučilišta u Republici Hrvatskoj

 

l-1 ta' Lulju 2013”;

(ii)

fit-tabella fil-punt 5.1.2 dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma o specijalističkom usavršavanju

Ministarstvo nadležno za zdravstvo

l-1 ta' Lulju 2013”;

(iii)

fit-tabelli fil-punt 5.1.3, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrati rispettivi għal Franza:

fit-tabella dwar “Anesteżija” u “Kirurġija Ġenerali”:

“Hrvatska

Anesteziologija, reanimatologija i intenzivna medicina

Opća kirurgija”;

fit-tabella dwar “Kirurġija newroloġika” u “Obstetrija u Ġinekoloġija”:

“Hrvatska

Neurokirurgija

Ginekologija i opstetricija”;

fit-tabella dwar “Mediċina (interna) ġenerali” u “Oftalmoloġija”:

“Hrvatska

Opća interna medicina

Oftalmologija i optometrija”;

fit-tabella dwar “Otorinolaringoloġija” u “Pedjatrija”:

“Hrvatska

Otorinolaringologija

Pedijatrija”;

fit-tabella dwar “Mediċina respiratorja” u “Uroloġija”:

“Hrvatska

Pulmologija

Urologija”;

fit-tabella dwar “Ortopedija” u “Anatomija patoloġika”:

“Hrvatska

Ortopedija i traumatologija

Patologija”;

fit-tabella dwar “Newroloġija” u “Psikjatrija”:

“Hrvatska

Neurologija

Psihijatrija”;

fit-tabella dwar “Radjoloġija dijagnostika” u “Radjoterapija”:

“Hrvatska

Klinička radiologija

Onkologija i radioterapija”;

fit-tabella dwar “Kirurġija plastika” u “Bijoloġija klinika”:

“Hrvatska

Plastična, rekonstrukcijska i estetska kirurgija”;

 

fit-tabella dwar “Mikrobijoloġija-batterjoloġija” u “Kimika bijoloġika”:

“Hrvatska

Klinička mikrobiologija”;

 

fit-tabella dwar “Immunoloġija” u “Kirurġija Toraċika”:

“Hrvatska

Alergologija i klinička imunologija”;

 

fit-tabella dwar “Kirurġija pedjatrika” u “Kirurġija vaskolari”:

“Hrvatska

Dječja kirurgija

Vaskularna kirurgija”;

fit-tabella dwar “Kardjoloġija” u “Gastroenteroloġija”:

“Hrvatska

Kardiologija

Gastroenterologija”;

fit-tabella dwar “Rewmatoloġija” u “Ematoloġija Ġenerali”:

“Hrvatska

Reumatologija

Hematologija”;

fit-tabella dwar “Endokrinoloġija” u “Fisjoterapija”:

“Hrvatska

Endokrinologija i dijabetologija

Fizikalna medicina i rehabilitacija”;

fit-tabella dwar “Newropsikjatrija” u “Dermato-venerejoloġija”:

“Hrvatska

 

Dermatologija i venerologija”;

fit-tabella dwar “Radjoloġija” u “Psikjatrija tat-tfal”:

“Hrvatska

Klinička radiologija

Dječja i adolescentna psihijatrija”;

fit-tabella dwar “Ġerjatrija” u “Mard renali”:

“Hrvatska

 

Nefrologija”;

fit-tabella dwar “Mard infettiv” u “Mediċina komunitarja”:

“Hrvatska

Infektologija

Javnozdravstvena medicina”;

fit-tabella dwar “Farmakoloġija” u “Mediċina okkupazzjonali”:

“Hrvatska

Klinička farmakologija s toksikologijom

Medicina rada i športa”;

fit-tabella dwar “Allerġoloġija” u “Mediċina nukleari”:

“Hrvatska

Alergologija i klinička imunologija

Nuklearna medicina”;

fit-tabella dwar “Kirurġija maxillo-tal-wiċċ (taħrig mediku bażiku)”:

“Hrvatska

Maksilofacijalna kirurgija”;

fit-tabella dwar “Ematoloġija bijoloġika”:

“Hrvatska”;

 

fit-tabella dwar “Stomatoloġija” u “Dermatoloġija”:

“Hrvatska”;

 

 

fit-tabella dwar “Veneroloġija” u “Mediċina tropika”:

“Hrvatska”;

 

 

fit-tabella dwar “Kirurġija gastro-enteroloġika” u “Medicina ta’ Aċċidenti u Emerġenza”:

“Hrvatska

Abdominalna kirurgija

Hitna medicina”;

fit-tabella dwar “Newrofiżjoloġija klinika” u “Kirurġija dentali, orali, u maxillo-tal-wiċċ (taħriġ bażiku mediku u dentali)”:

“Hrvatska”;

 

 

fit-tabella dwar “Onkoloġija medika” u “Ġenetika medika”:

“Hrvatska”;

 

 

(iv)

fit-tabella fil-punt 5.1.4, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma o specijalističkom usavršavanju

specijalist obiteljske medicine

l-1 ta' Lulju 2013”;

(b)

fit-tabella fil-punt 5.2.2 tat-taqsima V.2, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

1.

Svjedodžba ‘medicinska sestra opće njege/medicinski tehničar opće njege’

2.

Svjedodžba

‘prvostupnik (baccalaureus) sestrinstva/prvostupnica (baccalaurea) sestrinstva’

1.

Srednje strukovne škole koje izvode program za stjecanje kvalifikacije ‘medicinska sestra opće njege/medicinski tehničar opće njege’

2.

Medicinski fakulteti sveučilišta u Republici Hrvatskoj

Sveučilišta u Republici Hrvatskoj

Veleučilišta u Republici Hrvatskoj

1.

medicinska sestra opće njege/medicinski tehničar opće njege

2.

prvostupnik (baccalaureus) sestrinstva/prvostupnica (baccalaurea) sestrinstva

l-1 ta' Lulju 2013”;

(c)

fit-tabella fil-punt 5.3.2 tat-taqsima V.3, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma ‘doktor dentalne medicine/doktorica dentalne medicine’

Fakulteti sveučilišta u Republici Hrvatskoj

 

doktor dentalne medicine/doktorica dentalne medicine

l-1 ta' Lulju 2013”;

(d)

fit-tabella fil-punt 5.4.2 tat-taqsima V.4, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma ‘doktor veterinarske medicine/doktorica veterinarske medicine’

Veterinarski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

 

l-1 ta' Lulju 2013”;

(e)

fit-tabella fil-punt 5.5.2 tat-taqsima V.5, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Svjedodžba

‘prvostupnik (baccalaureus) primaljstva/sveučilišna prvostupnica (baccalaurea) primaljstva’

Medicinski fakulteti sveučilišta u Republici Hrvatskoj

Sveučilišta u Republici Hrvatskoj

Veleučilišta i visoke škole u Republici Hrvatskoj

prvostupnik (baccalaureus) primaljstva/prvostupnica (baccalaurea) primaljstva

l-1 ta' Lulju 2013”;

(f)

fit-tabella fil-punt 5.6.2 tat-taqsima V.6, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma ‘magistar farmacije/magistra farmacije’

Farmaceutsko-biokemijski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Medicinski fakultet Sveučilišta u Splitu

Kemijsko-tehnološki fakultet Sveučilišta u Splitu

 

l-1 ta' Lulju 2013”;

(g)

fit-tabella fil-punt 5.7.1 tat-taqsima V.7, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska”;

 

 

 

 

(3)

Fl-Anness VI, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Hrvatska

Diploma ‘magistar inženjer arhitekture i urbanizma/magistra inženjerka arhitekture i urbanizma’ mogħtija mill-Arhitektonski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Diploma ‘magistar inženjer arhitekture/magistra inženjerka arhitekture’ mogħtija mill-Građevinsko-arhitektonski fakultet Sveučilišta u Splitu

Diploma ‘magistar inženjer arhitekture/magistra inženjerka arhitekture’ mogħtija mill-Fakultet građevinarstva, arhitekture i geodezije Sveučilišta u Splitu

Diploma ‘diplomirani inženjer arhitekture’ mogħtija mill-Arhitektonski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Diploma ‘diplomirani inženjer arhitekture/diplomirana inženjerka arhitekture’ mogħtija mill-Građevinsko-arhitektonski fakultet Sveučilišta u Splitu

Diploma ‘diplomirani inženjer arhitekture/diplomirana inženjerka arhitekture’ mogħtija mill-Fakultet građevinarstva, arhitekture i geodezije Sveučilišta u Splitu

Diploma ‘diplomirani arhitektonski inženjer’ mogħtija mill-Arhitektonski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Diploma ‘inženjer’ mogħtija mill-Arhitektonski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Diploma ‘inženjer’ mogħtija mill-Arhitektonsko-građevinsko-geodetski fakultet Sveučilišta u Zagrebu għall-istudji li ġew kompluti fl-Arhitektonski odjel Arhitektonsko-građevinsko-geodetskog fakulteta

Diploma ‘inženjer’ mogħtija mit-Tehnički fakultet Sveučilišta u Zagrebu għall-istudji li ġew kompluti fl-Arhitektonski odsjek Tehničkog fakulteta

Diploma ‘inženjer’ mogħtija mit-Tehnički fakultet Sveučilišta u Zagrebu għall-istudji li ġew kompluti fl-Arhitektonsko-inženjerski odjel Tehničkog fakulteta

Diploma ‘inženjer arhitekture’ mogħtija mill-Arhitektonski fakultet Sveučilišta u Zagrebu

Id-diplomi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-sħubija tal-Kamra tal-Periti tal-Kroazja (Hrvatska komora arhitekata), maħruġ mill-Kamra tal-Periti tal-Kroazja, Zagreb.

It-tielet sena akkademika wara l-adeżjoni”.

PARTI B

PROFESSJONIJIET LEGALI

(1)

Fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 77/249/KEE, jiżdied dan li ġej:

“il-Kroazja: Odvjetnik/Odvjetnica.”;

(2)

Fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 98/5/KE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“Il-Kroazja: Odvjetnik/Odvjetnica”.

PARTI C

KUMMERĊ U DISTRIBUZZJONI TA' PRODOTTI TOSSIĊI

Fl-Anness għad-Direttiva 74/557/KEE, jiżdied dan li ġej:

“—

Il-Kroazja:

1.

Prodotti kimiċi/tossiċi kif regulat mill-Att dwar il-Kimiċi (OG 150/05, 53/08, 49/11) u l-liġijiet sekondarji adottati abbażi tal-Att imsemmi;

2.

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif regulat mill-Att dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (OG 70/05) u l-liġijiet sekondarji adottati abbażi tal-Att imsemmi.”.