5.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/214


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Diċembru 2013

li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

(2013/707/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku tal-anti-dumping”), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidju”), u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4) il-Kummissjoni aċċettat prezz ta' impenn (“l-impenn”) minn grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) fir-rigward ta' dazji provviżorji. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013, (5) il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 biex tintroduċi bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn.

(3)

Fit-8 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni nediet proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u wejfers) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni. (6)

2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni dwar id-dumping, il-ħsara, u l-interess tal-Unjoni, kif ukoll il-proċediment parallel kontra s-sussidju. Il-wejfers ġew esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ investigazzjonijiet, u għalhekk mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri definittivi.

(5)

L-investigazzjoni tal-anti-dumping kkonfermat is-sejbiet provviżorji ta' dumping dannuż. Is-sejbiet definittivi tal-investigazzjoni huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (7) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mir-RPĊ.

(6)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (8), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mir-RPĊ.

B.   IMPENN KIF EMENDAT

1.   Offerta ta' impenn emendata

(7)

Wara l-iżvelar definittiv tas-sejbiet tal-anti-dumping u anti-sussidju, il-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME ssottomettew notifika biex jemendaw l-offerta ta' impenn inizjali tagħhom.

(8)

Il-produtturi esportaturi, flimkien mas-CCCME, fl-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, talbu li t-termini tal-impenn jiġu aċċettati mill-Kummissjoni biex jeliminaw kwalunkwe effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati wkoll.

(9)

Barra minn hekk, numru ta' produtturi esportaturi addizzjonali, fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, talbu biex jipparteċipaw fl-impenn.

(10)

Barra minn hekk, is-CCCME u l-produtturi esportaturi talbu li jirrevedu l-impenn biex titqies l-esklużjoni ta' wejfers mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni.

2.   Il-kummenti tal-partijiet interessati

(11)

L-offerta ta' impenn kif emendata qiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. F'dan li ġej il-Kummissjoni tindirizza l-kummenti ewlenin sottomessi mill-partijiet interessati wara li tkun irċeviet l-offerta ta' impenn.

2.1.   L-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali

(12)

Bosta partijiet talbu aċċess għal informazzjoni dwar ptar-Regolament bażiku ta' kontrarezzijiet minimi ta' importazzjoni (“MIP”), il-livell annwali jew b'mod ġenerali termini differenti tal-impenn. Waħda mill-partijiet ilmentat li ma kinetx infurmata fil-ħin dwar l-offerta ta' impenn inizjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-verżjoni mhux kunfidenzjali inizjali tal-offerta ta' impenn ġiet inkluża fil-fajl li hu miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati direttament mal-wasla tiegħu kif previst fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping.

(13)

Il-MIPs u l-livell annwali huma soġġetti għas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-Trattat u kunfidenzjali skont l-Artikoli 19 tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji. Għalhekk, f'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, huma ma jintwerewx lil partijiet terzi. Fil-każ kurrenti, fuq talba tal-partijiet, il-Kummissjoni talbet lis-CCCME jekk tistax tiġi żvelata ftit iktar informazzjoni relatata mal-MIP u l-livell annwali. Is-CCCME qablet li tiżvela approssimazzjoni tal-MIP (definiti bħala “inqas” valur speċifiku). Il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw dik l-informazzjoni dwar fajl mhux kunfidenzjali. Il-Kummissjoni tqis li tali informazzjoni, f'dan il-każ speċifiku, iġġib bilanċ xieraq bejn ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u d-dritt għad-difiża.

(14)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra talbiet dwar termini differenti tal-impenn. Hija waslet għal konklużjoni li, bl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba, dan iżid ir-riskju ta' manipolazzjoni fil-prezz u l-logħob fis-suq għall-pannelli solari. Sabiex ma tfixkilx il-funzjonament tas-suq għal pannelli solari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mitluba ma għandhiex tkun disponibbli lix-xerrejja u l-kompetituri tal-kumpanniji li offrew l-impenn. Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll għal MIP u livell annwali li ma għandux ikun żvelat f'livell akbar ta' dettall.

2.2.   Perjodu tranżitorju

(15)

Parti interessata waħda talbet lill-Kummissjoni biex tippermetti perjodu ta' tranżizzjoni (u eżenzjoni mid-dazji ta' kontra d-dumping) meta l-prodotti kienu ordnati qabel id-dħul fis-seħħ tal-impenn iżda ppreżentati għall-approvazzjoni doganali wara dik id-data mingħajr fattura ta' impenn. Sabiex jiġu eżentati mid-dazji ta' kontra d-dumping, l-oġġetti ppreżentati għall-approvazzjoni doganali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 748/2013. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat.

3.   L-evalwazzjoni tal-offerta tal-impenn kif emendata

(16)

Il-Kummissjoni evalwat l-offerta ta' impenn kif emendata. L-ewwel nett, hija nnutat li r-reviżjoni teknika tal-impenn hija meħtieġa biex tirrifletti s-sejbiet definittivi fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping u kontra s-sussidju (jiġifieri l-esklużjoni ta' wejfers mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni).

(17)

It-tieni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tad-dejta tal-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-kummerċ ta' kumpaniji addizzjonali mill-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE huwa limitat ħafna u għalhekk ma jbiddilx il-valutazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni li l-impenn ineħħi l-effett ta' ħsara tad-dumping, mal-MIP u fi ħdan il-livell annwali kif inizjalment offrut.

(18)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk l-inklużjoni ta' produtturi esportaturi addizzjonali x'aktarx tipperikola l-monitoraġġ effettiv tal-impenn jew iżżid ir-riskju ta' evażjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat li s-CCCME wriet ir-rwol attiv tagħha fl-implimentazzjoni prattika tal-impenn. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta' produtturi esportaturi addizzjonali mhux se tbiddel it-termini tal-impenn. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-inklużjoni tal-produtturi addizzjonali ma tbiddilx ir-riżultati inizjali dwar il-monitoraġġ effettiv tal-impenn u dwar ir-riskju limitat ta' evażjoni.

(19)

It-tielet, l-investigazzjonijiet dwar anti-sussidju u anti-dumping twettqu b'mod parallel f'dan il-każ attwali. Skont ir-regola tal-inqas dazju, rata ta' taxxa kompensatorja definittiva ġiet stabbilita fuq il-livell tal-marġini tas-sussidju u dazju definittiv ta' anti-dumping fuq il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara. Għalhekk, ir-rata ta' dazju anti-dumping u kumpensatorju se tkun ugwali mal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara (dazju kumpensatorju flimkien mad-dazju tal-antidumping sa livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenn għadu jelimina l-effetti kemm ta' ħsara tad-dumping kif ukoll tas-sussidjar, u b'hekk ma hi meħtieġa l-ebda bidla għall-MIP.

(20)

Ir-raba', waħda mill-partijiet ikkontestat il-fatt li l-Kummissjoni kienet ibbażat fuq id-Deċiżjoni 2013/423/UE fuq dejta ta' wara l-IP sabiex tivvaluta jekk l-impenn neħħiex l-effett dannuż tad-dumping, imsejjes fuq l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping jistipula li l-“informazzjoni dwar perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni għandu, normalment [enfasi miżjuda], ma jitqiesx.” Kliem simili jista' jinsab fl-Artikolu 11(1) l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju. Il-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE tispjega ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-Kummissjoni biex toqgħod fuq dejta ta' wara l-IP f'dan il-każ. Il-parti ma kkontestax l-eżattezza fattwali ta' dawk iċ-ċirkostanzi. Għaldaqstant, l-argument ġie rrifjutat.

(21)

Il-ħames, l-impenn jiżgura stabbilta ta' forniment lejn l-Unjoni b'livell ta' prezz sostenibbli. Għaldaqstant, ma hemmx raġunijiet ta' politika ġenerali sabiex ma jiġix aċċettat l-impenn.

(22)

Parti waħda qieset li l-MIP huwa għoli wisq, parti waħda kienet qieset li huwa ffissat fil-baxx wisq. Kif stabbilit fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, sabiex jiġi vvalutat jekk dak il-prezz tal-impenn ineħħix l-effett dannuż tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat, inter alia, il-prezzijiet attwali tal-esportazzjoni u l-livell ta' dazju provviżorju. Wara li analizzat l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-partijiet, l-informazzjoni disponibbli dwar l-evoluzzjoni kurrenti u mistennija fl-ispiża tal-produzzjoni, u l-iżviluppi tal-prezzijiet mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE.

(23)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, is-sejbiet fil-premessi 3 sa 9 tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, kif ikkomplementati mis-sejbiet stipulati hawn fuq fil-premessi 16 sa 22 huma kkonfermati.

4.   Bidliet fl-ismijiet tal-kumpaniji u bidliet fil-lista ta' kumpaniji relatati fl-UE

(24)

L-inklużjoni ta' kumpaniji ġodda fl-impenn tikkawża bidliet fil-lista ta' kumpaniji relatati fl-UE kif ippreżentata fl-offerta ta' impenn inizjali. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed talab l-inklużjoni ta' kumpanija ġdida relatata tal-UE biex tissostitwixxi kumpanija oħra.

(25)

Fl-aħħar nett, kumpanija waħda bidlet isimha.

C.   AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN KIF EMENDATA

(26)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-impenn offrut huwa aċċettabbli. Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali, il-konsiderazzjonijiet u l-obligazzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata l-aċċettazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME), b'rabta mal-proċedimenti anti-dumping u anti-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa hawnhekk aċċettat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2013.

Magħmul fi Brussell, it-4 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1

(6)  ĠU C 340, 8.11.2012, p. 13.

(7)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  Ara paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Lista tal-kumpaniji:

Isem il-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

CSI Solar Power (China) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

B805

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co. Ltd

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

B791

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD.

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD.

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD.

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd

B810

Delsolar (Wujiang) Ltd

B792

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Solar Industry Limited

ET Energy Co. Ltd

B819

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Suzhou) Limited

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Technology Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd

B825

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

JingAo Solar Co.Ltd

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

B794

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

B851

MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co., Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST-Solar Co. Ltd

Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co., Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Shenzhen Topray Solar Co., Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co., Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co., Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy(Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

B796

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

Fabbrika għall-Bini tal-Magni Huanghe mmexxija mill-Istat Korporazzjoni ta' Importazzjoni u Esportazzjoni

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd,

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd,

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co., Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co., Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co., Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co., Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co., Ltd

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co., Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co., Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co., Ltd

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co., Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co., Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

RENESOLA ZHEJIANG LTD

Renesola Jiangsu Ltd

B921

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923