30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUTM MALI/3/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)

(2013/697/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

B'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Svizzera mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Konfederazzjoni Svizzera għandu jiġi aċċettat.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hi marbuta biha u lanqas hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontributi ta' Stati Terzi

1.   Il-kontribut mill-Konfederazzjoni Svizzera għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) huwa aċċettat u huwa meqjus bħala sinifikanti.

2.   Il-Konfederazzjoni Svizzera hija eżentata minn kontributi finanzjarji għall-baġit ta' EUTM Mali.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU 14, 18.1.2013, p. 19.