14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2013

li taġġusta kull xahar bejn l-1 ta’ Awwissu 2012 u l-1 ta’ Ġunju 2013 il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoniji tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2013/655/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259259/68 (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 13, tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

L-istatistiċi disponibbli għall-Kummissjoni juru li għal ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni u r-rata tal-kambju korrispondenti qabżet il-5 % minn mindu koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż ta’ impjieg tagħhom ġew stabbiliti l-aħħar;

(2)

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal f’dan il-każ dawk il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni jeħtieġ li jiġu aġġustati kull xahar, b’effett mill-1 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Ottubru, l-1 ta’ Novembru, l-1 ta’ Diċembru 2012 u l-1 ta’ Jannar, l-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April, l-1 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2013, rispettivament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu qed jaħdmu, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Dan l-Anness fih għaxar tabelli mensili li juru liema pajjiżi huma kkonċernati u liema huma d-dati effettivi applikabbli għal kull wieħed minnhom.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (2) u jikkorrespondu għad-dati rilevanti indikati fit-tabelli mill-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

Awwissu 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Awwissu 2012

Rata tal-kambju Awwissu 2012 (*)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Awwissu 2012 (**)

Is-Sudan (Khartoum)

4,584

6,20915

73,8


Ottubru 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Ottubru 2012

Rati tal-kambju Ottubru 2012 (***)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Ottubru 2012 (****)

In-Nepal

84,89

110,170

77,1


Novembru 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Novembru 2012

Rati tal-kambju Novembru 2012 (*****)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Novembru 2012 (******)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

USD 2,057

USD 1,29620

158,7

Il-Liberja

USD 1,528

USD 1,29620

117,9

Il-Malawi

216,6

404,926

53,5


Diċembru 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Diċembru 2012

Rata tal-kambju Diċembru 2012 (*******)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Diċembru 2012 (********)

Il-Venezwela

6,090

5,58047

109,1


Jannar 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Jannar 2013

Rata tal-kambju Jannar 2013 (*********)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Jannar 2013 (**********)

Il-Belarus

6 723

11 320,0

59,4

Il-Ginea (Conakry)

6 716

9 250,40

72,6

Is-Sudan (Khartoum)

4,916

7,56599

65,0


Frar 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Frar 2013

Rata tal-kambju Frar 2013 (***********)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Frar 2013 (************)

Il-Kongo (Brazzaville)

792,1

655,957

120,8

Kuba

0,9438

1,35410

69,7

Il-Ġordan

0,9175

0,960057

95,6

Is-Serbja (Belgrad)

82,53

111,934

73,7

Timor-Leste

1,583

1,35410

116,9

L-Użbekistan

1 396

2 706,60

51,6

Il-Venezwela

6,429

5,81539

110,6

Iż-Żambja

6,630

7,18680

92,3


Marzu 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Marzu 2013

Rata tal-kambju Marzu 2013 (*************)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Marzu 2013 (**************)

L-Angola

168,2

126,516

132,9

Il-Kosovo (Pristina)

0,7227

1,00000

72,3

Il-Kirgiżistan

48,69

62,3897

78,0

Il-Malawi

238,5

479,834

49,7

Ir-Russja

46,33

40,0240

115,8

Sjerra Leone

6 785

5 663,73

119,8

L-Afrika t’Isfel

6,746

11,6220

58,0

Is-Sudan (Khartoum)

5,331

7,43654

71,7


April 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi April 2013

Rata tal-kambju April 2013 (***************)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni April 2013 (****************)

Iċ-Ċina

7,903

7,96000

99,3

Ġibuti

222,3

227,572

97,7

Il-Gana

2,025

2,48950

81,3

Il-Ġappun

149,8

120,870

123,9

Il-Korea t’Isfel

1 534

1 425,03

107,6

L-Użbekistan

1 467

2 611,71

56,2


Mejju 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Mejju 2013

Rata tal-kambju Mejju 2013 (*****************)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Mejju 2013 (******************)

Il-Belarus

7 086

11 230,0

63,1

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

671,7

655,957

102,4

L-Indja

49,37

71,0370

69,5

It-Tuneżija

1,381

2,09250

66,0

Il-Venezwela

6,839

8,25083

82,9


Ġunju 2013

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi Ġunju 2013

Rata tal-kambju Ġunju 2013 (*******************)

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni Ġunju 2013 (********************)

L-Awstralja

1,439

1,34930

106,6

Il-Beliż

1,859

2,61469

71,1

Il-Gambja

31,18

47,5800

65,5

In-Nikaragwa

18,39

31,8519

57,7

It-Turkija

2,242

2,42740

92,4

L-Użbekistan

1 545

2 694,41

57,3

Il-Vanwatu

145,8

122,435

119,1

Il-Venezwela

7,195

8,14449

88,3


(*)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**)  Brussell = 100.

(***)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(****)  Brussell = 100.

(*****)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(******)  Brussell = 100.

(*******)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(********)  Brussell = 100.

(*********)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**********)  Brussell = 100.

(***********)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(************)  Brussell = 100.

(*************)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**************)  Brussell = 100.

(***************)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(****************)  Brussell = 100.

(*****************)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(******************)  Brussell = 100.

(*******************)  EUR 1 = x unitajiet ta’ munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(********************)  Brussell = 100.