15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Settembru 2013

dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

(2013/488/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu żviluppati attivitajiet tal-Kunsill fl-oqsma kollha li jeħtieġu trattament ta’ informazzjoni klassifikata, huwa xieraq li tkun stabbilita sistema komprensiva ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li tkopri lill-Kunsill, lis-Segretarjat Ġenerali tiegħu u lill-Istati Membri.

(2)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fejn il-Kunsill, fil-korpi preparatorji tiegħu, u s-Segretarat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE).

(3)

Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u safejn huwa meħtieġ għall-funzjonament tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw din id-Deċiżjoni meta l-awtoritajiet, il-persunal jew il-kuntratturi kompetenti tagħhom jittrattaw IKUE, sabiex kull wieħed ikun jista’ jkun assigurat li jingħata livell ekwivalenti ta’ protezzjoni lill-IKUE.

(4)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huma impenjati li japplikaw standards ekwivalenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE.

(5)

Il-Kunsill jissottolinja l-importanza li jiġu assoċjati, fejn xieraq, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li huma meħtieġa sabiex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(6)

Il-Kunsill għandu jiddetermina l-qafas xieraq għall-kondiviżjoni tal-IKUE miżmuma mill-Kunsill ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, kif xieraq, skont din id-Deċiżjoni u l-arranġamenti interistituzzjonali fis-seħħ;

(7)

Il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti taħt it-Titolu V tal-Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), Europol u Eurojust għandhom japplikaw, fil-kuntest tal-organizzazzjoni interna tagħhom, il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għall-protezzjoni ta’ IKUE, fejn hekk previst fl-att li jistabbilixxihom.

(8)

L-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet stabbiliti taħt it-Titolu V tal-Kapitolu 2 tat-TUE u l-persunal tagħhom għandhom japplikaw ir-regoli ta’ sigurtà adottati mill-Kunsill għall-protezzjoni ta’ IKUE fejn dan huwa previst fl-att tal-Kunsill li jistabbilixxihom.

(9)

Ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u l-membri tal-gruppi tagħhom għandhom japplikaw ir-regoli ta’ sigurtà adottati mill-Kunsill għall-protezzjoni ta’ IKUE fejn dan huwa previst fl-att tal-Kunsill li jistabbilixxihom.

(10)

Din id-Deċiżjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għall-istrumenti li jimplimentawhom.

(11)

Din id-Deċiżjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-prattika eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-infurmar lill-Parlamenti nazzjonali tagħhom dwar l-attivitajiet tal-Unjoni.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni f’waqtha tar-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għan, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.

2.   Dawn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għandhom japplikaw għall-Kunsill u s-SĠK u jiġu rispettati mill-Istati Membri skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rispettivi tagħhom, sabiex kull wieħed minnhom ikun jista’ jiġi assigurat li jingħata livell ekwivalenti ta’ protezzjoni lill-IKUE.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet imniżżla fl-Appendiċi A għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Definizzjoni ta’ IKUE, klassifikazzjonijiet u mmarkar ta’ sigurtà

1.   “Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżul minn klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   L-IKUE għandha tkun klassifikata f’wieħed minn dawn il-livelli:

(a)

TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(b)

SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(c)

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(d)

RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jkun żvantaġġuż għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

3.   L-IKUE għandu jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà skont il-paragrafu 2. Hija jista’ jkollha marki addizzjonali li juru l-qasam ta’ attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabbiltà.

Artikolu 3

Ġestjoni ta’ klassifikazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-IKUE hija klassifikata b’mod xieraq, identifikata b’mod ċar bħala informazzjoni klassifikata u żżomm il-livell ta’ klassifikazzjoni biss sakemm dan ikun meħtieġ.

2.   L-IKUE m’għandhiex tiġi mnaqqsa fil-grad jew diklassifikata u l-immarkar imsemmi fl-Artikolu 2(3) lanqas m’għandu jiġi modifikat jew imneħħi mingħajr il-permess bil-miktub u minn qabel tal-oriġinatur.

3.   Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-ħolqien ta’ IKUE li għandha tinkludi gwida tal-klassifikazzjoni prattika.

Artikolu 4

Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

1.   L-IKUE għandha tiġi protetta skont din id-Deċiżjoni.

2.   Id-detentur ta’ kwalunkwe punt ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu skont din id-Deċiżjoni.

3.   Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà nazzjonali fi strutturi jew netwerks tal-Unjoni, il-Kunsill u s-SĠK għandu jipproteġi dik l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għal IKUE fil-livell ekwivalenti kif stabbilit fit-tabella ta’ ekwivalenza ta’ klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà li jinsabu fl-Appendiċi B.

4.   Aggregat ta’ IKUE jista’ jeħtieġ livell ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla minn dak tal-komponenti individwali tiegħu.

Artikolu 5

Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

1.   Ir-riskju għal IKUE għandu jiġi ġestit bħala proċess. Dan il-proċess għandu jimmira li jiddetermina riskji ta’ sigurtà magħrufin, jiddefinixxi miżuri ta’ sigurtà biex jitnaqqsu tali riskji għal livell aċċettabbli skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi mniżżla f’din id-Deċiżjoni u li japplika dawn il-miżuri f’konformità mal-kunċett ta’ difiża fil-fond. L-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi evalwata kontinwament.

2.   Miżuri ta’ sigurtà biex tiġi protetta IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha għandhom ikunu jaqblu b’mod partikolari mal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà, il-forma u l-volum tal-informazzjoni jew il-materjal tagħha, il-lokazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ bini jew oqsma li jospitaw IKUE u t-theddida vvalutata lokalment minn attivajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż spjunaġġ, sabutaġġ u terroriżmu.

3.   Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li IKUE tiġi protetta f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat, żvelar jew telf ta’ integrità jew disponibbiltà.

4.   Miżuri preventivi u ta’ rkupru biex jimminimizzaw l-impatt ta’ fallimenti jew inċidenti maġġuri fit-trattament u ħżin ta’ IKUE għandhom jiġu inklużi fi pjanijiet ta’ kontinwazzjoni kummerċjali.

Artikolu 6

Implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

1.   Fejn meħtieġ, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà, għandu japprova linji politiċi ta’ sigurtà li jistabbilixxu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kumitat ta’ Sigurtà jista’ jaqbel fil-livell tiegħu dwar linji gwida ta’ sigurtà biex jissupplimenta jew jappoġġa din id-Deċiżjoni u kwalunkwe linji politiċi ta’ sigurtà approvati mill-Kunsill.

Artikolu 7

Sigurtà tal-persunal

1.   Is-sigurtà tal-persunal hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li jkunu:

fil-ħtieġa ta’ għarfien (need-to know);

ingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti, fejn xieraq; u

ingħataw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom.

2.   Il-proċeduri għal approvazzjoni ta’ sigurtà tal-persunal għandhom jitfasslu biex jiddeterminaw jekk individwu jistax ikun awtorizzat aċċess għal IKUE, b’kont meħud tal-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu.

3.   L-individwi kollha fis-SĠK li d-doveri tagħhom jitolbu li jkollhom aċċess għal jew jittrattaw IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti qabel ma jingħataw aċċess għal tali IKUE. Dawn l-individwi għandhom ikunu awtorizzati mill-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK biex ikollhom aċċess għall-IKUE sa livell speċifikat u sa data speċifikata.

4.   Il-persunal tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 15(3) li d-doveri tagħhom tiegħu jitolbu li jkollu aċċess għal IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandu jingħata approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti jew jiġi awtorizzat debitament b’mod ieħor bis-saħħa tal-funzjonijiet tiegħu, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, qabel ma jingħata aċċess għal tali IKUE.

5.   Qabel ma jingħataw aċċess għal IKUE u f’intervalli regolari wara, l-individwi kollha għandhom jiġu infurmati bir-responsabbiltajiet tagħhom u jaċċettawhom biex jipproteġu IKUE skont din id-Deċiżjoni.

6.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 8

Sigurtà fiżika

1.   Is-sigurtà fiżika hija l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għal IKUE.

2.   Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jkunu diżinjati sabiex jiċħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn intruż, sabiex jkunu ta’ deterrent, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati u sabiex jippermettu għas-segregazzjoni ta’ persunal fl-aċċess tagħhom għal IKUE fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Tali miżuri għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ proċess ta’ ġestjoni ta’ riskju.

3.   Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jitpoġġew fis-seħħ fil-bini, l-uffiċċji, il-kmamar u ż-żoni l-oħra kollha li fihom hija ttrattata jew maħżuna IKUE, inklużi żoni b’sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni kif definit fl-Artikolu 10(2).

4.   Żoni li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ sigurtà skont l-Anness II u approvati mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.

5.   Tagħmir jew apparat approvat biss għandu jintuża biex tiġi protetta l-IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

6.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 9

Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Il-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha sabiex jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 7, 8 u 10 u b’hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi impedut u mikxuf. Tali miżuri jirrelataw b’mod partikolari għall-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkuppjar, it-traduzzjoni, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni, il-ġarr u l-qerda ta’ IKUE.

2.   Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tiġi rċevuta. L-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrar għal dan il-għan. Informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f’reġistri magħżulin.

3.   Servizzi u uffiċċji fejn tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni regolari mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.

4.   IKUE għandha tintbagħat bejn servizzi u bini li mhumiex f’żoni protetti fiżikament kif ġej:

(a)

bħala regola ġenerali, IKUE għandha tiġi trasmessa b’mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 10(6);

(b)

meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), l-IKUE għandha tinġarr jew:

(i)

b’mezzi elettroniċi (pereżempju USB sticks, CDs, hard drives) protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 10(6); jew

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, kif preskritt mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti skont il-miżuri protettivi rilevanti stabbiliti fl-Anness III.

5.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma mniżżlin fl-Annessi III u IV.

Artikolu 10

Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f’sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni

1.   L-Assigurazzjoni ta’ Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li huma jittrattaw u ser jiffunzjonaw kif meħtieġ, meta meħtieġ, taħt il-kontroll tal-utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli adegwati ta’ kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.

2.   “Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament ta’ informazzjoni f’forma elettronika. SKI għandha tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inkluż l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta’ informazzjoni. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal SKI li tittratta IKUE.

3.   Is-SKI għandha tittratta IKUE skont il-kunċett tal-AI.

4.   Is-SKI kollha għandhom jgħaddu minn proċess ta’ akkreditament. L-akkreditament għandu jimmira li jikseb assigurazzjoni li l-miżuri kollha xierqa ta’ sigurtà jkunu ġew implimentati u li jkun intlaħaq livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-IKUE u tas-SKI skont din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjonii ta’ akkreditament għandha tiddetermina l-livell massimu ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni li tista’ tiġi ttrattat fi SKI kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet korrispondenti.

5.   Għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ sigurtà għall-protezzjoni tas-SKI li tittratta informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla kontra l-kompromess ta’ tali informazzjoni permezz ta’ sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonali (“miżuri ta’ sigurtà TEMPEST”). Tali miżuri ta’ sigurtà għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju tal-isfruttament u l-livell ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni.

6.   Fejn il-protezzjoni ta’ IKUE tingħata bi prodotti kriptografiċi, tali prodotti għandhom ikunu approvati kif ġej:

(a)

il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla għandha tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mill-Kunsill bħala Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK) wara rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Sigurtà.

(b)

il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill (“is-Segretarju Ġenerali”) bħala AAK, wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà.

Minkejja l-punt (b), fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, il-kunfidenzjalità ta’ IKUE klassifikata CONDIENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew RESTRIENT UE/EU RESTRICTED tista’ tiġi protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mill-AAK (Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto) ta’ Stat Membru.

7.   Matul it-trasmissjoni ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi, għandhom jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, proċeduri speċifiċi jistgħu jiġu applikati taħt ċirkostanzi ta’ emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness IV.

8.   L-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri rispettivament għandhom jistabbilixxu l-funzjonijiet AI li ġejjin:

(a)

Awtorità AI (AAI);

(b)

Awtorità TEMPEST (AT);

(c)

Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK);

(d)

Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK);

9.   Għal kull sistema, l-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri rispettivament għandhom jistabbilixxu:

(a)

Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà (AAS);

(b)

Awtorità Operattiva AI.

10.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 11

Sigurtà industrijali

1.   Sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi u subkuntratturi f’negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati. Tali kuntratti m’għandhomx jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET.

2.   Is-SĠK jista’ jagħti, permezz ta’ kuntratt, kompiti li jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess jew it-trattament jew il-ħżin ta’ IKUE minn entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn reġistrati fi Stat Membru jew fi Stat terz li jkun ikkonkluda ftehim jew ftehim amministrattiv skont il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 13(2).

3.   Is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiżgura li jkun hemm konformità mal-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u msemmijin fil-kuntratt, waqt l-għoti ta’ kuntratti klassifikati lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħra.

4.   L-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN), l-Awtorità ta’ Sigurtà Kompetenti (ASK) jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra ta’ kull Stat Membru għandha tiżgura li, safejn possibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, kuntratturi u subkuntratturi reġistrati fit-territorju tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu IKUE fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u fil-prestazzjoni ta’ kuntratt klassifikat.

5.   L-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra ta’ kull Stat Membru għandha tiżgura, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li kuntratturi jew subkuntratturi reġistrati fl-Istat Membru rispettiv li jipparteċipa f’kuntratti jew subkuntratti klassifikati li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fi ħdan il-faċilitajiet tagħhom, fil-prestazzjoni ta’ tali kuntratti jew matul l-istadju prekuntrattwali, ikollhom Approvazzjoni ta’ Sigurtà għal Faċilità (ASF) fil-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni.

6.   Il-persunal ta’ kuntrattur jew subkuntrattur, li għall-prestazzjoni ta’ kuntratt klassifikat jeħtieġ aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jingħata Approvazzjoni ta’ Sigurtà ta’ Persunal (PSC) mill-ASN, l-ASM rispettiva jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u l-istandards ta’ sigurtà minimi stabbiliti fl-Anness I.

7.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma mniżżla fl-Anness V.

Artikolu 12

Kondiviżjoni ta’ IKUE

1.   Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom huwa jista’ jikkondividi l-IKUE miżmuma minnu ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni. Jista’ jiġi stabbilit qafas xieraq biex isir dan, inkluż billi jsiru ftehimiet interistituzzjonali jew arranġamenti oħra fejn meħtieġ għal dak il-għan.

2.   Kwalunkwe qafas bħal dan għandu jiżgura li l-IKUE tingħata protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont il-prinċipji bażiċi u standards minimi li għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 13

Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Fejn il-Kunsill jiddetermina li hemm bżonn ta’ skambju ta’ IKUE ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandu jiġi attwat qafas adatt għal dan il-għan.

2.   Sabiex jiġi stabbilit tali qafas u jiġu definiti regoli reċiproċi dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata,

(a)

l-Unjoni għandha jikkonkludi ftehimiet ma’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (“ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni”); jew

(b)

is-Segretarju Ġenerali jista’ jidħol f’arranġamenti amministrattivi f’isem is-SĠK skont il-paragrafu 17 tal-Anness VI fejn il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li għandha tiġi rilaxxata, b’regola ġenerali mhuwiex ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

3.   Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu IKUE, tali informazzjoni tingħata protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont l-istandards minimi li mhumiex anqas striġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

4.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE li toriġina fil-Kunsill lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed mill-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ tali informazzjoni, il-ħtieġa ta’ għarfien tar-riċevitur u l-miżura ta’ vantaġġ għall-Unjoni. Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għaliha huwa mixtieq ir-rilaxx mhuwiex il-Kunsill, is-SĠK għandu jfittex l-ewwel il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx. Jekk l-oriġinatur ma jistax jiġi stabbilit, il-Kunsill għandu jassumi r-responsabbiltà ta’ dan tal-ewwel.

5.   Żjarat ta’ valutazzjoni għandhom jiġu organizzati sabiex jaċċertaw l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ fi Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex tiġi protetta IKUE prevista jew skambjata.

6.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 14

Ksur ta’ sigurtà u kompromess ta’ IKUE

1.   Ksur ta’ sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta’ att jew ommissjoni minn individwu li jkun kontra r-regoli ta’ sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

2.   Jsir kompromess ta’ IKUE meta, bħala riżultat ta’ ksur ta’ sigurtà, tkun ġiet żvelata kollha kemm hi jew parti minnha lil persuni mhux awtorizzati.

3.   Kwalunkwe ksur jew ksur suspettat ta’ sigurtà għandu jiġu rappurtat immedjatament lill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.

4.   Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jassumi li IKUE ġiet kompromessa jew mitlufa, l-ANS jew awtorità kompetenti oħra għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti biex:

(a)

tinforma lill-oriġinatur;

(b)

tiżgura li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur sabiex jistabbilixxi l-fatti;

(c)

tivvaluta d-dannu potenzjali kkawżat għall-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(d)

tieħu miżuri adatti biex tiġi prevenuta rikorrenza; u

(e)

tinnotifika lill-awtorità adatta dwar l-azzjoni meħuda.

5.   Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli għal ksur tar-regoli ta’ sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli. Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli għall-kompromess ta’ IKUE għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Artikolu 15

Responsabbiltà għall-implimentazzjoni

1.   Il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-konsistenza globali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li, meta tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE jew kwalunkwe informazzjoni klassifikata oħra, din id-Deċiżjoni tiġi applikata fl-edifiċji użati mill-Kunsill u fi ħdan is-SĠK, minn uffiċjali tas-SĠK u impjegati oħrajn, minn persunal issekondat lis-SĠK u minn kuntratturi tas-SĠK.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, biex jiżguraw li meta tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE, tiġi rispettata din id-Deċiżjoni:

(a)

persunal tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea, u delegati nazzjonali li jattendu għal-laqgħat tal-Kunsill jew tal-korpi preparatorji tiegħu, jew li jipparteċipaw f’attivitajiet oħrajn tal-Kunsill;

(b)

persunal ieħor f’amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inkluż persunal issekondat għal dawk l-amministrazzjonijiet, kemm jekk iservu fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll jekk barra l-pajjiż;

(c)

persuni oħrajn fl-Istati Membri debitament awtorizzati, bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom, biex ikollhom aċċess għal IKUE; u

(d)

kuntratturi tal-Istati Membri, kemm jekk fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll jekk barra l-pajjiż.

Artikolu 16

L-organizzazzjoni ta’ sigurtà fil-Kunsill

1.   Bħala parti mir-rwol tiegħu biex jiżgura konsistenza globali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill għandu japprova:

(a)

ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 13(2)(a);

(b)

id-deċiżjonijiet li jawtorizzaw jew jagħtu kunsens għar-rilaxx ta’ IKUE li toriġina fi jew hija miżmuma mill-Kunsill lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, f’konformità mal-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur;

(c)

programm annwali ta’ żjarat ta’ valutazzjoni rrakkomandat mill-Kumitat ta’ Sigurtà għal żjarat ta’ valutazzjoni tas-servizzi u l-edifiċji tal-Istati Membri, korpi, aġenziji u entitajiet tal-Unjoni li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha, u għaż-żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiġi aċċertata l-effettività tal-miżuri implimentati biex tiġi protetta IKUE; u

(d)

il-linji ta’ politika dwar is-sigurtà kif previst fl-Artikolu 6(1).

2.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun l-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK. F’dik il-kompetenza, is-Segretarju Ġenerali għandu:

(a)

jimplimenta l-politika ta’ sigurtà tal-Kunsill u jżommha taħt reviżjoni;

(b)

jikkoordina mal-ASN tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà relatati mal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata rilevanti għall-attivitajiet tal-Kunsill;

(c)

jagħti lill-uffiċjali, ħaddiema oħrajn u l-esperti nazzjonali sekondati tas-SĠK awtorizzazzjoni għal aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla f’konformità mal-Artikolu 7(3);

(d)

kif adatt, jordna investigazzjonijiet dwar kwalunkwe kompromess attwali jew suspettat jew telf ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma jew li toriġina fil-Kunsill u jitlob lill-awtoritajiet ta’ sigurtà rilevanti biex jassistu f’tali investigazzjonijiet;

(e)

iwettaq ispezzjonijiet perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata fl-edifiċji tas-SĠK;

(f)

iwettaq żjarat ta’ valutazzjoni perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE f’korpi, aġenziji u entitajiet tal-Unjoni li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha;

(g)

flimkien u bi ftehim mal-ASN ikkonċernata, iwettaq valutazzjonijiet perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà biex tiġi protetta IKUE fis-servizzi u l-uffiċċji tal-Istati Membri;

(h)

jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà jkunu koordinati kif meħtieġ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma responsabbli biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata u, kif xieraq, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż dwar in-natura tat-theddid għas-sigurtà ta’ IKUE u l-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom; u

(i)

jidħol fl-arranġamenti amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 13(2)(b);

L-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK għandu jkun għad-dispożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali biex jassisti f’dawn ir-responsabbiltajiet.

3.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(3), l-Istati Membri għandhom:

(a)

jaħtru ASN, kif elenkat fl-Appendiċi C, responsabbli għall-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE sabiex:

(i)

l-IKUE miżmuma minn kwalunkwe dipartiment, korp jew aġenzija nazzjonali, pubblika jew privata, fil-pajjiż jew barra l-pajjiż, hija protetta f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(ii)

l-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE huma spezzjonati jew ivvalutati perjodikament;

(iii)

l-individwi kollha impjegati f’amministrazzjoni nazzjonali jew minn kuntrattur li jistgħu jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, huma mogħtija approvazzjoni ta’ sigurtà adatta jew huma awtorizzati debitament b’mod ieħor skont il-funzjonijiet tagħhom f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(iv)

jiġu stabbiliti programmi ta’ sigurtà kif meħtieġ sabiex ikun minimizzat ir-riskju li IKUE tiġi kompromessa jew mitlufa;

(v)

kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-protezzjoni ta’ IKUE huma kkoordinati ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, inklużi dawk imsemmijin f’din id-Deċiżjoni; u

(vi)

jingħataw tweġibiet għal talbiet ta’ approvazzjoni ta’ sigurtà adatti b’mod partikolari minn kwalunkwe korp, aġenzija, entità, operazzjoni tal-Unjoni stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) u t-timijiet tagħhom li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha;

(b)

jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jipprovdu informazzjoni u parir lill-gvernijiet tagħhom, u permezz tagħhom lill-Kunsill, dwar in-natura tat-theddid għas-sigurtà ta’ IKUE u l-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom.

Artikolu 17

Kumitat ta’ Sigurtà

1.   Kumitat ta’ Sigurtà huwa b’dan stabbilit. Huwa għandu jeżamina u jivvaluta kwalunkwe materja ta’ sigurtà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill kif xieraq.

2.   Il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-ASN tal-Istati Membri u għalih għandu jattendi rappreżentant tal-Kummissjoni u tas-SEAE. Huwa għandu jkun ippresedut mis-Segretarju Ġenerali jew mid-delegat magħżul tiegħu. Huwa għandu jiltaqa’ meta hekk jitlob il-Kunsill, jew fuq talba tas- Segretarju Ġenerali jew ta’ ASN.

Rappreżentanti ta’ korpi, aġenziji u entitajiet tal-Unjoni li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha jistgħu jiġu mistiedna jattendu meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jikkonċernawhom.

3.   Il-Kumitat ta’ sigurtà għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu b’tali mod li jkun jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar oqsma speċifiċi ta’ sigurtà. Huwa għandu jistabbilixxi sub-żona esperta għall-kwistjonijiet ta’ AI u sub-żoni esperti oħrajn kif meħtieġ. Huwa għandu jfassal termini ta’ referenza għal tali sub-żoni esperti u jirċievi rapporti minn għandhom dwar l-attivitajiet tagħhom inkluż, kif meħtieġ, kwalunkwe rakkomandazzjoni għall-Kunsill.

Artikolu 18

Sostituzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE (2).

2.   L-IKUE klassifikata kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE (3) u d-Deċiżjoni 2011/292/UE għandha tkompli tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1).


ANNESSI

ANNESS I

Sigurtà tal-persunal

ANNESS II

Sigurtà fiżika

ANNESS III

Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata

ANNESS IV

Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f’SKI

ANNESS V

Sigurtà industrijali

ANNESS VI

Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali


ANNESS I

SIGURTÀ TAL-PERSUNAL

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Huwa jistabbilixxi kriterji għad-determinazzjoni ta’ jekk individwu, b’kont meħud tal-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu, jistax jiġi awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE u l-proċeduri investigattivi u amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan.

II.   L-GĦOTI TA’ AĊĊESS GĦAL IKUE

2.

Individwu għandu jingħata biss aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla wara li:

(a)

il-ħtieġa ta’ għarfien tiegħu tiġi determinata; u

(b)

ikun ġie infurmat dwar ir-regoli u l-proċeduri ta’ sigurtà biex tiġi protetta l-IKUE u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta’ tali informazzjoni; u

(c)

fil-każ ta’ informazzjoni kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla:

ikun ingħata PSC għal-livell rilevanti jew ikun awtorizzat debitament b’mod ieħor skont il-funzjonijiet tiegħu f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jew

fil-każ ta’ uffiċjali tas-SĠK, impjegati oħrajn jew esperti nazzjonali sekondati, ikun ingħata awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE mill-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK f’konformità mal-paragrafi 16 sa 25 sa livell speċifikat u sa data speċifikata.

3.

Kull Stat Membru u s-SĠK għandhom jidentifikaw il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tagħhom li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla u għaldaqstant jeħtieġu approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell rilevanti.

III.   REKWIŻITI GĦAL APPROVAZZJONI TA’ SIGURTÀ TAL-PERSUNAL

4.

Wara li jkunu rċevew talba debitament awtorizzata, ANS jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li jitwettqu investigazzjonijiet ta’ sigurtà fuq iċ-ċittadini tagħhom li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla. L-istandards ta’ investigazzjoni għandhom ikunu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali bil-ħsieb li tinħareġ PSC jew tkun ipprovduta assigurazzjoni biex l-individwu jingħata awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE, kif xieraq.

5.

Jekk l-individwu kkonċernat ikun joqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stat terz, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ifittxu assistenza mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ residenza f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet ta’ sigurtà skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

6.

Fejn permessibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, ASN jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra jistgħu jwettqu investigazzjonijiet fuq persuni mhux ċittadini li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla. L-istandards ta’ investigazzjoni għandhom ikunu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

Kriterji ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà

7.

Il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà ta’ individwu għall-finijiet li tingħata awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tagħmel valutazzjoni ġenerali bbażata fuq ir-riżultati ta’ tali investigazzjoni ta’ sigurtà. Il-kriterji prinċipali użati għal dak il-fini jinkludu, safejn possibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, eżaminazzjoni ta’ jekk l-individwu:

(a)

wettaq jew ipprova jwettaq, assoċja ruħu ma’ jew għen u assista lil xi ħadd ieħor fit-twettiq ta’ kwalunkwe att ta’ spjunaġġ, terroriżmu, sabutaġġ, tradiment jew tixwix;

(b)

hu, jew kien, sħab ma’ spiji, terroristi, sabutaturi, jew ma’ individwi raġonevolement suspettati li huma tali jew sħab ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzonijiet jew stati barranin, inkluż servizzi tal-intelligence ta’ stati barranin, li jistgħu jheddu s-sigurtà tal-Unjoni u/jew ta’ Stati Membri, sakemm dawn l-assoċjazzjonijiet ma kinux awtorizzati matul id-dover uffiċjali;

(c)

hu, jew kien, membru ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li permezz ta’ mezzi vjolenti, sovversivi jew kwalunkwe mezz illegali ieħor, ippruvaw inter alia jwaqqgħu l-gvern ta’ Stat Membru, jew jibdlu l-forma kostituzzjonali ta’ Stat Membru jew jibdlu l-forma jew il-linji politiċi tal-gvern tiegħu;

(d)

hu, jew kien, sostenitur ta’ kwalunkwe organizzazzjoni deskritta fil-punt (c), jew hu, jew kien assoċjat mill-qrib ma’ membri ta’ tali organizzazzjonijiet;

(e)

deliberament żamm jew irrappreżenta ħażin jew iffalsifika informazzjoni ta’ sinifikanza, b’mod partikolari ta’ natura ta’ sigurtà, jew deliberatament gideb fl-ikkompletar tal-kwestjonarju ta’ sigurtà tal-persunal jew matul intervista ta’ sigurtà;

(f)

kien ikkundannat b’reat jew reati kriminali;

(g)

għandu storja ta’ dipendenza fuq alkoħol, użu illegali ta’ drogi u/jew użu ħażin ta’ drogi legali;

(h)

hu jew kien involut f’kondotta li tista’ twassal għar-riskju ta’ vulnerabbiltà għal rikatt jew pressjoni;

(i)

b’att jew bi kliem, wera diżonestà, żlealtà, nuqqas ta’ affidabbiltà, jew li mhux den ta’ fiduċja;

(j)

kiser regolamenti ta’ sigurtà serjament jew ripetutament; jew ipprova, jew irnexxielu jwettaq, attività mhux awtorizzata fir-rigward ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni; u

(k)

jistax ikun suxxettibbli għal pressjoni (pereżempju jekk għandu ċittadinanza waħda jew aktar ta’ pajjiż li mhuwiex fl-UE jew permezz ta’ familjari jew sħab mill-qrib li jistgħu jkunu vulnerabbli għal servizzi ta’ intellignce barranin, gruppi terroristiċi jew organizzazzjonijiet jew sovversivi oħra, jew individwi li l-għanijiet tagħhom jistgħu jheddu l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri).

8.

Fejn hu adatt u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-isfond finanzjarju u mediku ta’ individwu jista’ wkoll jitqies rilevanti matul l-investigazzjoni ta’ sigurtà.

9.

Fejn hu adatt u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, il-kondotta u ċ-ċirkostanzi tal-konjugi, tal-koabitant jew ta’ membru mill-qrib tal-familja, jistgħu wkoll jitqiesu rilevanti matul l-investigazzjoni ta’ sigurtà.

Rekwiżiti investigattivi għal aċċess għal IKUE

Għoti inizjali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà

10.

L-approvazzjoni tas-sigurtà inizjali għal aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tkun ibbażata fuq investizzjoni ta’ sigurtà li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar, li għandha tinkludi:

(a)

l-ikkompletar ta’ kwestjonarju nazzjonali ta’ sigurtà tal-persunal għal-livell ta’ IKUE li għaliha l-individwu jista’ jeħtieġ aċċess; kif jitlesta, dan il-kwestjonarju għandu jintbagħat lill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti;

(b)

kontroll tal-identità/ċittadinanza/status ta’ ċittadinanza – il-post u d-data tat-twelid tal-individwu għandhom ikunu verifikati u l-identità tiegħu kkontrollata. L-istatus taċ-ċittadinanza u/jew in-nazzjonalità, passata u preżenti, tal-individwu għandha tiġi stabbilita; dan għandu jinkludi valutazzjoni ta’ kwalunkwe vulnerabbiltà għal pressjoni minn sorsi barranin, pereżempju, minħabba residenza passata jew assoċjazzjonijiet passati; u

(c)

kontrolli tar-rekords nazzjonali u lokali – għandu jsir kontroll ta’ rekords ta’ sigurtà nazzjonali u kriminali ċentrali, fejn dawn tal-aħħar jeżistu, u/jew rekords tal-pulizija u tal-gvern komparabbli oħrajn. Ir-rekords tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi b’ġurisdizzjoni legali fejn l-individwu rrisjeda jew kien impjegat għandhom jiġu kontrollati.

11.

L-approvazzjoni tas-sigurtà inizjali għal aċċess għal informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tkun ibbażata fuq investigazzjoni ta’ sigurtà li tkopri mill-inqas l-aħħar 10 snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar. Jekk l-intervisti jitwettqu kif iddikjarat fil-punt (e), l-investigazzjonijiet għandhom ikopru mill-inqas l-aħħar seba’ snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar. Flimkien mal-kriterji indikati fil-paragrafu 7 hawn fuq, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu investigati, safejn hu possibbli taħt liġijiet u regolamenti nazzjonali, qabel ma tingħata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET PSC; huma jistgħu wkoll jiġu investigati qabel tingħata PSC CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, fejn hu meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali:

(a)

status finanzjarju – għandha tiġi mfittxija informazzjoni dwar il-finanzi tal-individwu sabiex tiġi stmata kwalunkwe vulnerabbiltà għal pressjoni barranija jew domestika minħabba diffikultajiet finanzjarji serji, jew biex tiġi skoperta kwalunkwe affluwenza mhux spjegata;

(b)

edukazzjoni – għandha tiġi mfittxija informazzjoni biex jiġi vverifikat l-isfond edukattiv tal-individwu fi skejjel, universitajiet u stabbilimenti oħra tal-edukazzjoni li wieħed ikun attenda minn għeluq it-18-il sena ‘l hawn, jew matul perijodu lil-awtorità ta’ investigazzjoni tqis xieraq;

(c)

impjieg – għandha tiġi mfittxija informazzjoni li tkopri l-impjiegi preżenti u preċedenti, b’referenza għal sorsi bħal rekords ta’ mpjieg, rapporti ta’ prestazzjoni jew effiċjenza u għal min iħaddmu jew għal superviżuri;

(d)

servizz militari – fejn hu applikabbli, is-servizz tal-individwu fil-forzi armati u t-tip ta’ rilaxx għandhom jiġu vverifikati; u

(e)

intervisti - fejn previst u ammissibbli taħt il-liġi nazzjonali, għandu/għandhom isir/u intervista jew intervisti mal-individwu. Għandhom isiru wkoll intervisti ma’ individwi oħrajn li huma f’pożizzjoni li jagħtu valutazzjoni imparzjali tal-isfond, l-attivitajiet, il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tal-individwu. Meta hija l-prattika nazzjonali li s-suġġett tal-investigazzjoni jintalab għal referenzi, dawk li jagħtu referenza għandhom ikunu intervistati sakemm m’hemmx raġunijiet tajba biex dan ma jsirx.

12.

Fejn hu meħtieġ u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet addizzjonali biex tiġi żviluppata l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar individwu u biex tiġi sostanzjata jew ikkonfutata informazzjoni avversa.

Tiġdid ta’ approvazzjoni tas-sigurtà

13.

Wara l-għoti inizjali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà u sakemm dak l-individwu kellu servizz mingħajr waqfa ma’ amministrazzjoni nazzjonali jew mas-SĠK u għandu bżonn kontinwu għal aċċess għal IKUE, l- approvazzjoni tas-sigurtà għandha tkun riveduta għal tiġdid f’intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin għal approvazzjoni TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET u għaxar snin għal approvazzjoni SECRET UE/EU SECRET u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, b’effett mid-data ta’ notifika tar-riżultat tal-aħħar investigazzjoni ta’ sigurtà li kienu bbażati fuqha. L-investigazzjonijiet kollha ta’ sigurtà għat-tiġdid ta’ approvazzjoni tas-sigurtà għandhom ikopru l-perijodu mill-investigazzjoni preċedenti.

14.

Għat-tiġdid ta’ approvazzjonijiet tas-sigurtà, għandhom jiġu investigati l-elementi mniżżlin fil-paragrafi 10 u 11.

15.

Talbiet għal tiġdid għandhom isiru b’mod xieraq waqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-investigazzjonijiet ta’ sigurtà. Madankollu, fejn l-ASN jew awtorità nazzjonali kompetenti oħra rilevanti tkun irċeviet it-talba rilevanti għal tiġdid u l-kwestjonarju korrispondenti ta’ sigurtà tal-persunal qabel tiskadi l-approvazzjoni tas-sigurtà, u l-investigazzjoni ta’ sigurtà meħtieġa ma tkunx tkompliet, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’, fejn ammissibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, testendi l-validità tal- approvazzjoni tas-sigurtà eżistenti għal perijodu sa 12-il xahar. Jekk, fl-aħħar ta’ dan il-perijodu ta’ 12-il xahar, l-investigazzjoni ta’ sigurtà tkun għadha ma ġietx ikkompletata, l-individwu għandu jiġi assenjat doveri li ma jeħtiġux approvazzjoni tas-sigurtà.

Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni fis-SĠK

16.

Għal uffiċjali u impjegati oħra fis-SĠK, l-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK għandha tibgħat il-kwestjonarju ta’ sigurtà tal-persunal komplut lill-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu huwa ċittadin, li jitlob li investigazzjoni ta’ sigurtà titwettaq għal-livell ta’ IKUE li għaliha l-individwu ser jeħtieġ aċċess.

17.

Fejn is-SĠK isir jaf b’informazzjoni rilevanti għal investigazzjoni ta’ sigurtà rigward indivdiwu li applika għal approvazzjoni tas-sigurtà għal aċċess għal IKUE, is-SĠK, filwaqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti b’dan.

18.

Wara t-tlestija tal-investigazzjoni ta’ sigurtà, l-ASN rilevanti għandha tinnotifika lill-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK bl-eżitu ta’ tali investigazzjoni, bl-użu ta’ format standard għall-korrispondenza preskritta mill-Kumitat ta’ Sigurtà.

(a)

Fejn l-investigazzjoni ta’ sigurtà tirriżulta f’assikurazzjoni li mhuwa magħruf xejn avvers li jrawwem dubju dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tal-individwu, l-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK tista’ tagħti lill-individwu kkonċernat awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE sal-livell rilevanti sa data speċifikata;

(b)

Fejn l-investigazzjoni ta’ sigurtà ma tirriżultax f’tali assigurazzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK għandha tinnotifika lill-individwu kkonċernat, li jista’ jitlob li jinstema’ mill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra tista’ titlob lill-ASN kompetenti għal kwalunkwe kjarifika ulterjuri li tista’ tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-eżitu jiġi kkonfermat, m’għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għall-aċċess għal IKUE.

19.

L-investigazzjoni ta’ sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) (“ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg”).

20.

Esperti nazzjonali ssekondati lis-SĠK għal pożizzjoni li titlob aċċess għal IKUE kklasifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandhom jippreżentaw Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal’ (ĊASP) validu għal aċċess għal IKUE lill-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SĠK qabel ma jibdew ħidmiethom, abbażi ta’ liema l-Awtorità tal-Ħatra għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-aċċess tal-IKUE.

21.

Is-SĠK għandu jaċċetta l-awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE mogħtija minn kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, dment li din tibqa’ valida. L-awtorizzazzjoni għandha tkopri kwalunkwe kompitu mill-individwu kkonċernat fis-SĠK. L-istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni li fiha l-individwu ser jibda impjieg għandha tinnotifika lill-ANS rilevanti bil-bidla ta’ min iħaddem.

22.

Jekk perijodu ta’ servizz ta’ individwu ma jibdix fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni ta’ sigurtà lill-Awtorita ta’ Ħatra tas-SĠK, jew jekk ikun hemm pawża ta’ 12-il xahar fis-servizz ta’ individwu, li matul dan iż-żmien m’huwiex impjegat mas-SĠK jew m’għandux kariga ma’ amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, dan l-eżitu għandu jiġi riferut lill-ASN rilevanti għal konferma li din tibqa’ valida u adatta.

23.

Jekk issir magħrufa lis-SĠK informazzjoni rigward riskju ta’ sigurtà kkawżat minn indivdiwu li għandu awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE, is-SĠK, filwaqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti b’dan u jista’ jissospendi l-aċċess għal IKUE jew jirtira awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE..

24.

Meta ASN tinnotifika lis-SĠK b’irtirar ta’ assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 18(a) għal individwu li għandu awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE, l-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK tista’ titlob kwalunkwe kjarifika li l-ASN tista’ tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk tiġi konfermata informazzjoni avversa, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata u l-individwu għandu jiġi eskluż minn aċċess għal IKUE u minn karigi fejn tali aċċess ikun possibbli jew fejn huwa jista’ jpoġġi s-sigurtà f’periklu.

25.

Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata jew sospiża awtorizzazzjoni minn uffiċjal jew impjegat ieħor tas-SĠK għal aċċess għal IKUE u, fejn adatt, ir-raġunijiet biex dan isir għandhom jiġu notifikati lill-individwu kkonċernat, li jista’ jitlob sabiex jinstema’ mill-Awtorità tal-Ħatra. Informazzjoni pprovduta minn ASN għandha tkun soġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg.

Rekords ta’ approvazzjonijiet tas-sigurtà u awtorizzazzjonijiet

26.

Rekords tal-PSC u l- approvazzjonijiet mogħtija għal aċċess għal informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jinżammu minn kull Stat Membru u mis-SĠK rispettivament. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu mill-inqas il-livell ta’ IKUE li individwu jista’ jingħata aċċess għaliha, id-data li fiha ngħatat l- approvazzjoni tas-sigurtà u l-perijodu ta’ validità tagħha.

27.

L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà tista’ toħroġ ĊASP li juri l-livell ta’ IKUE li individwu jista’ jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta’ validità tal-PSC rilevanti għall-aċċess għal IKUE jew tal-awtorizzazzjoni rilevanti għal aċċess għal IKUE u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu.

Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ PSC

28.

Aċċess għal IKUE minn individwi fi Stati Membri debitament awtorizzati minħabba l-funzjonijiet tagħhom għandu jiġi determinat skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; tali individwi għandhom jiġu infurmati dwar l-obbligi ta’ sigurtà tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE.

IV.   EDUKAZZJONI U GĦARFIEN DWAR IS-SIGURTÀ

29.

L-individwi kollha li ngħatatilhom approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE u l-konsegwenzi ta’ jekk IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mill-Istat Membru u mis-SĠK, kif adatt.

30.

L-individwi kollha li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għal, jew li huma meħtieġa jittrattaw IKUE, għandhom l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni dwar it-theddid għas-sigurtà u għandhom jirrappurtaw immedjatament lill-awtoritajiet adatti ta’ sigurtà dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw suspettuża jew mhux tas-soltu.

31.

L-individwi kollha li ma jibqgħux impenjati f’doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE għandhom jiġu mgħarrfa, u fejn xieraq jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta’ IKUE.

V.   ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI

32.

Fejn permessibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, approvazzjoni ta’ sigurtà mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru li tawtorizza aċċess għal informazzjoni klassifikata nazzjonali tista’, għal perijodu temporanju sakemm tingħata PSC għall-aċċess għal IKUE, tippermetti aċċess minn uffiċjali nazzjonali għal IKUE sal-livell ekwivalenti speċifikat fit-tabella ta’ ekwivalenza fl-Appendiċi B fejn tali aċċess temporanju huwa meħtieġ fl-interess tal-Unjoni. L-ASN għandhom jinfurmaw lill-Kumitat ta’ Sigurtà fejn il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ma jippermettux tali aċċess temporanju għal IKUE.

33.

Għal raġunijiet ta’ urġenza, fejn debitament ġustifikat fl-interessi tas-servizz u t-tkomplija pendenti ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà sħiħa, l-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK, wara konsultazzjoni mal-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu huwa ċittadin u soġġett għall-eżitu ta’ kontrolli preliminari biex jiġi verifikat li l-ebda informazzjoni avversa m’hija magħrufa, tista’ tagħti awtorizzazzjoni temporanja lill-uffiċjali tas-SĠK u impjegati oħrajn biex ikollhom aċċess għal IKUE għal funzjoni speċifika. Tali awtorizzazzjonijiet temporanji għandhom ikunu validi għal perijodu li ma jeċċedix is-sitt xhur u m’għandhomx jippermettu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET. L-individwi kollha li ngħatatilhom awtorizzazzjoni temporanja għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE u l-konsegwenzi ta’ jekk IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mis-SĠK.

34.

Meta individwu jkun ser jiġi assenjat f’kariga li teħtieġ approvazzjoni tas-sigurtà f’livell wieħed ogħla minn dak li bħalissa hu fil-pussess tiegħu, l-inkarigu jista’ jsir fuq bażi proviżorja, dment li:

(a)

il-ħtieġa konvinċenti għall-aċċess għal IKUE f’livell ogħla għandha tiġi ġustifikata, bil-miktub, mis-superviżur tal-individwu;

(b)

l-aċċess għandu jkun limitat għal punti speċifiċi ta’ IKUE b’sostenn tal-inkarigu;

(c)

l-individwu għandu fil-pussess tiegħu PSC jew awtorizzazzjoni rilevanti għal aċċess għal IKUE;

(d)

inbdiet azzjoni biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għal-livell ta’ aċċess meħtieġ għall-kariga;

(e)

saru kontrolli sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti li l-individwu ma kisirx b’mod serju jew ripetutament ir-regolamenti ta’ sigurtà;

(f)

l-inkarigu tal-individwu huwa approvat mill-awtorità kompetenti; u

(g)

rekord tal-eċċezzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-informazzjoni li għaliha kien approvat l-aċċess, għandu jinżamm mir-reġistru jew ir-reġistru subordinat responsabbli.

35.

Il-proċedura ta’ hawn fuq għandha tintuża għal aċċess ta’ darba għal IKUE f’livell wieħed ogħla minn dak li l-individwu ġie mogħti approvazzjoni għalih. M’għandux isir rikors għal din il-proċedura fuq bażi rikorrenti.

36.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, bħal pereżempju missjonijiet f’ambjenti ostili jew matul perijodi ta’ tensjoni internazzjonali dejjem tikber meta miżuri ta’ emerġenza hekk jeħtieġu, b’mod partikolari għall-finijiet li jiġu salvati ħajjiet, l-Istati Membri u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jagħtu, fejn possibbli bil-miktub, aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFINENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lil individwi li m’għandhomx l-approvazzjoni tas-sigurtà rekwiżita, sakemm tali permess ikun assolutament meħtieġ, u ma jkun hemm l-ebda dubji raġonevoli dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tal-individwu kkonċernat. Għandu jinżamm rekord ta’ dan il-permess li jiddeskrivi l-informazzjoni li għaliha ġie approvat l-aċċess.

37.

Fil-każ ta’ informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET, dan l-aċċess ta’ emerġenza għandu jkun ristrett għal ċittadini tal-Unjoni li ġew awtorizzati aċċess għall-ekwivalenti nazzjonali ta’ TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET.

38.

Il-Kumitat ta’ sigurtà għandu jiġi informat b’każijiet meta jsir rikors għall-proċedura mniżżla fil-paragrafi 36 u 37.

39.

Fejn il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ta’ Stat Membru jistipolaw regoli aktar stretti fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet temporanji, inkarigi provviżorji, l-aċċess ta’ darba waħda jew l-aċċess ta’ emerġenza minn individwi għal informazzjoni klassifikata, il-proċeduri previsti f’din it-Taqsima għandhom jiġu implimentati biss fil-limiti mniżżlin fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rilevanti.

40.

Il-Kumitat ta’ sigurtà għandu jirċievi rapport annwali dwar l-użu tal-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima.

VI.   ATTENDENZA F’LAQGĦAT FIL-KUNSILL

41.

Soġġett għall-paragrafu 28, individwi assenjati biex jipparteċipaw f’laqgħat tal-Kunsill jew ta’ korpi preparatorji tal-Kunsill li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara konferma tal-istatus tal- approvazzjoni tas-sigurtà tal-individwu. Għal delegati, għandu jintbagħat ĊASP jew prova oħra ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mill-awtoritajiet adatti lill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK, jew eċċezzjonalment jiġi ppreżentat mid-delegat ikkonċernat. Fejn applikabbli, tista’ tintuża lista konsolidata ta’ ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti ta’ approvazzjoni tas-sigurtà.

42.

Fejn għal raġunijiet ta’ sigurtà, tiġi rtirata PSC għall-aċċess għal IKUE minn individwu li d-doveri tiegħu jeħtieġu attendenza f’laqgħat tal-Kunsill jew ta’ korpi preparatorji tal-Kunsill, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-SĠK b’dan.

VII.   AĊĊESS POTENZJALI GĦAL IKUE

43.

Kurrieri, għassiesa u skorti għandhom jingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà fil-livell rilevanti jew ikunu investigati b’mod adegwat skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu informati dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE u għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar id-doveri tagħhom biex jipproteġu tali informazzjoni fdata lilhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.).


ANNESS II

SIGURTÀ FIŻIKA

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8. Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni fiżika ta’ edifiċji, bini, uffiċċji, kmamar u żoni oħra li fihom IKUE tkun trattata u maħżuna, inklużi żoni li fihom SKI.

2.

Miżuri fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jitfasslu biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għal IKUE billi:

(a)

jiġi żgurat li IKUE hija ttrattata u maħżuna b’mod adatt;

(b)

tkun permessa s-segregazzjoni tal-persunal fir-rigward tal-aċċess għal IKUE abbażi tal- ħtieġa ta’ għarfien tagħhom u, fejn adatt, l-approvazzjoni ta’ sigurtà tagħhom;

(c)

ikunu skoraġġuti, impeduti u nnotati azzjonijiet mhux awtorizzati; u

(d)

jiġi miċħud jew imdewwem id-dħul sigriet jew furzat minn intrużi.

II.   REKWIŻITI U MIŻURI FIŻIĊI TA’ SIGURTÀ

3.

Miżuri fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jintgħażlu abbażi ta’ valutazzjoni ta’ theddid li ssir mill-awtoritajiet kompetenti. Is-SĠK u l-Istati Membri għandhom kull wieħed japplika proċess ta’ ġestjoni ta’ riskji għall-protezzjoni ta’ IKUE fuq is-sit tagħhom sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċess tal-ġestjoni ta’ riskji għandu jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)

il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE;

(b)

il-forma u l-volum ta’ IKUE, b’kont meħud tal-fatt li kwantitajiet kbar jew ġabra ta’ IKUE jistgħu jeħtieġu li jiġu applikati aktar miżuri stretti ta’ protezzjoni;

(c)

l-ambjent ta’ madwar u l-istruttura tal-bini jew żoni li għandhom l-IKUE; u

(d)

it-theddida valutata minn servizzi ta’ intelligence li jkollhom bħala l-mira tagħhom l-Unjoni jew l-Istati Membri u minn sabotaġġ, terroriżmu, attivitajiet sovversivi jew attivitajiet kriminali oħrajn.

4.

L-awtorità ta’ sigurtà kompetenti, bl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża fil-fond, għandha tiddetermina l-kombinazzjoni adatta ta’ miżuri fiżiċi ta’ sigurtà li għandhom jiġu implimentati. Dawn jistgħu jinkludu wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a)

ostaklu mal-perimetru: ostaklu fiżiku li jiddefendi l-konfini ta’ żona li teħtieġ protezzjoni;

(b)

sistemi ta’ sejbien ta’ intrużjoni (SSI): SSI tista’ tintuża biex ittejjeb il-livell ta’ sigurtà offrut mill-ostaklu mal-perimetru, jew fi kmamar u bini minflok, jew biex tassisti, persunal ta’ sigurtà;

(c)

kontroll tal-aċċess: kontroll tal-aċċess jista’ jiġi eżerċitat fuq sit, bini jew bini fuq sit jew għal żoni jew kmamar ġewwa bini. Il-kontroll jista’ jintuża b’mezzi elettroniċi jew elettro-mekkaniċi, minn persunal ta’ sigurtà u/jew minn receptionist, jew bi kwalunkwe mezz fiżiku ieħor;

(d)

persunal ta’ sigurtà: persunal ta’ sigurtà imħarreġ u sorveljat u, fejn meħtieġ, approvat b’mod xieraq, jista’ jiġi impjegat, inter alia, sabiex jiskoraġġixxi individwi milli jippjanaw intrużjoni bil-moħbi;

(e)

televiżjoni b’ċirkwit magħluq (CCTV): CCTV jista’ jintuża minn persunal ta’ sigurtà sabiex jivverifika inċidenti u allarm ta’ SSI fuq siti kbar jew f’perimetri;

(f)

dawl ta’ sigurtà: dawl ta’ sigurtà jista’ jintuża sabiex jiskoraġġixi intruż potenzjali, kif ukoll jipprovdi l-illuminazzjoni meħtieġa għal sorveljanza effettiva direttament mill-persunal ta’ sigurtà jew indirettament permezz tas-sistema tas-CCTV; u

(g)

kwalunkwe miżura oħra fiżika adatta maħsuba biex tkun ta’ deterrent u tinnota aċċess mhux awtorizzat jew tipprevjeni telf ta’ jew ħsara għal IKUE.

5.

L-awtorità kompetenti tista’ tkun awtorizzata twettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ sabiex dan ikun ta’ deterrent għall-introduzzjoni mhux awtorizzata ta’ materjal, jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ IKUE minn sit jew bini.

6.

Fejn IKUE tkun f’riskju li tiġi osservata bil-moħbi, anke jekk aċċidentalment, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi miġġieled dan ir-riskju.

7.

Għal faċilitajiet ġodda, rekwiżiti fiżiċi ta’ sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom għandhom jiġu definiti bħala parti mill-ippjanar u d-diżinjar tal-faċilitajiet. Għal faċilitajiet eżistenti, rekwiżiti fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jiġu implimentati safejn hu l-aktar possibbli.

III.   TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI FIŻIKA TA’ IKUE

8.

Meta jiġi akkwistat tagħmir (bħal kontenituri ta’ sigurtà, magni għat-tqattigħ ta’ karti f’biċċiet żgħar, serraturi tal-bibien, sistemi elettroniċi ta’ kontroll għall-aċċess, SSI, sistemi ta’ alarm) għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE, l-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tiżgura li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti minimi approvati.

9.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li għandu jintuża għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE għandhom jitniżżlu fil-linji gwida ta’ sigurtà li għandhom ikunu approvati mill-Kumitat ta’ sigurtà.

10.

Is-sistemi ta’ sigurtà għandhom jiġu spezzjonati f’intervalli regolari u t-tagħmir għandha ssirlu manutenzjoni regolari. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni għandu jieħu kont tal-eżitu tal-ispezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir jibqa’ jopera bl-aqwa prestazzjoni.

11.

L-effettività ta’ miżuri individwali ta’ sigurtà u tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà għandhom ikunu evalwati mill-ġdid matul kull ispezzjoni.

IV.   ŻONI PROTETTI FIŻIKAMENT

12.

Żewġ tipi ta’ żoni protetti fiżikament, jew l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom, jistgħu jiġu stabbiliti għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE:

(a)

Żoni Amministrattivi; u

(b)

Żoni ta’ sigurtà (inklużi Żoni ta’ sigurtà teknika).

F’din id-Deċiżjoni, ir-referenzi kollha għal Żoni Amministrattivi u Żoni ta’ Sigurtà, inklużi Żoni ta’ Sigurtà teknika, għandhom jinftehmu bħala li jirreferu wkoll għall-ekwivalenti nazzjonali tagħhom.

13.

L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta’ sigurtà, Żona ta’ sigurtà teknika, jew l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom.

14.

Għal Żoni Amministrattivi:

(a)

għandu jiġi stabbilit perimetru definit b’mod viżibbli li jippermetti li, individwi u, fejn possibbli, vetturi jiġu vverifikati.

(b)

aċċess mhux skortat għandu jingħata biss lil individwi li huma debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti; u

(c)

l-individwi l-oħra kollha għandhom jiġu skortati f’kull ħin jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

15.

Għal Żoni ta’ Sigurtà:

(a)

għandu jiġi stabbilit perimetru definit b’mod viżibbli u protett minn fejn id-dħul u l-ħruġ kollu jkun kkontrollat permezz ta’ pass jew sistema ta’ rikonoxximent personali;

(b)

aċċess mhux skortat għandu jingħata biss lil individwi b’approvazzjoni ta’ sigurtà u speċifikament awtorizzati biex jidħlu fiż-żona abbażi tal-ħtieġa ta’ għarfien tagħhom; u

(c)

l-individwi l-oħra kollha għandhom jiġu skortati f’kull ħin jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

16.

Fejn id-dħul f’Żona ta’ Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-livell tal-ogħla klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-informazzjoni li normalment tinżamm fiż-żona għandu jkun indikat b’mod ċar;

(b)

il-viżitaturi kollha għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika biex jidħlu fiż-żona, għandhom jiġu skortati l-ħin kollu u għandu jkollhom approvazzjoni ta’ sigurtà adegwata dment li ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li ebda aċċess għal IKUE ma jkun possibbli.

17.

Iż-Żoni ta’ sigurtà li huma protetti kontra smiegħ awdjo mhux awtorizzat għandhom jiġu desinjati bħala Żoni ta’ sigurtà teknika. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

tali żoni għandhom ikunu mgħammrin bis-Sistema ta’ Sejbien ta’ Intrużjoni (SSI), ikunu msakkrin meta ma jkunux okkupati, u għandhom jiġu mgħassin meta jkunu okkupati. Kwalunkwe ċavetta għandha tiġi kkontrollata skont it-taqsima VI;

(b)

il-persuni u l-materjal kollu li jidħlu f’tali żoni għandhom jiġu kkontrollati;

(c)

tali żoni għandhom jiġu spezzjonati regolarment b’mod fiżiku u/jew tekniku kif mitlub mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti. Tali ispezzjonijiet għandhom jitwettqu wkoll wara kwalunkwe dħul mhux awtorizzat jew suspett ta’ tali dħul; u

(d)

tali żoni għandhom ikunu ħielsa minn linji ta’ komunikazzjoni mhux awtorizzati, telefons mhux awtorizzati jew tagħmir ta’ komunikazzjoni u tagħmir elettriku jew elettroniku ieħor mhux awtorizzat.

18.

Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 17, qabel ma jintuża f’żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tkun tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u fejn it-theddida għal IKUE hija vvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe tagħmir ta’ komunikazzjoni u tagħmir tal-elettriku jew elettroniku għandu l-ewwel jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti ta’ sigurtà sabiex ikun żgurat li l-ebda informazzjoni inteliġibbli ma tkun tista’ tiġi trasmessa involontarjament jew illeċitament minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta’ Sigurtà.

19.

Żoni ta’ sigurtà li mhumiex okkupati minn persunal fuq xogħol fuq bażi ta’ 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, ikunu spezzjonati wara s-sigħat normali ta’ xogħol u f’intervalli sporadiċi barra l-ħin normali ta’ xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI fil-post.

20.

Żoni ta’ sigurtà u Żoni ta’ sigurtà teknika jistgħu jiġu stabbiliti temporanjament f’Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe fini simili ieħor.

21.

Għandhom jitfasslu l-proċeduri operattivi ta’ sigurtà għal kull Żona ta’ sigurtà li jistipolaw:

(a)

il-livell ta’ IKUE li għandha tiġi ttrattata jew maħżuna fiż-żona;

(b)

il-miżuri ta’ sorveljanza u dawk protettivi li għandhom jinżammu;

(c)

l-individwi awtorizzati li jkollhom aċċess mhux skortat għaż-żona minħabba l-ħtieġa ta’ għarfien u l-approvazzjoni ta’ sigurtà tagħhom;

(d)

fejn xieraq, il-proċeduri ta’ skorti jew dawk għall-protezzjoni ta’ IKUE meta l-viżitaturi jingħataw awtorizzazzjoni biex ikollhom aċċess għaż-żona; u

(e)

kwalunkwe miżura u proċedura rilevanti oħra.

22.

Għandhom jinbnew kmamar ta’ sigurtà fiż-Żoni ta’ sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti ta’ sigurtà u b’kapaċità ta’ protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur ta’ sigurtà approvat għall-ħżin ta’ IKUE tal-istess livell ta’ klassifikazzjoni.

V.   MIŻURI FIŻIĊI TA’ PROTEZZJONI GĦAT-TRATTAMENT U L-ĦŻIN TA’ IKUE

23.

IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ tiġi ttrattata:

(a)

f’Żona ta’ Sigurtà;

(b)

f’Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta minn aċċess minn individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur iġorr l-IKUE f’konformità mal-paragrafi 28 sa 41 tal-Anness III u impenja ruħu li jżomm f’konformità ma’ miżuri kompensatorji stabbiliti f’istruzzjonijiet ta’ sigurtà maħruġin mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.

24.

IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tinħażen f’għamara ta’ uffiċċju li tissakkar b’mod adatt f’Żona Amministrattiva jew Żona ta’ Sigurtà. Hija tista’ tinħażen temporanjament barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur impenja ruħu li jżomm f’konformità ma’ miżuri kompensatorji stabbiliti f’istruzzjonijiet ta’ sigurtà maħruġin mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.

25.

IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi ttrattata:

(a)

f’Żona ta’ Sigurtà;

(b)

f’Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta minn aċċess minn individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur:

(i)

iġorr l-IKUE f’konformità mal-paragrafi 28 sa 41 tal-Anness III;

(ii)

ikun impenja ruħu li jikkonforma ma’ miżuri kompensatorji stabbiliti f’istruzzjonijiet ta’ sigurtà maħruġin mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.

(iii)

iżomm l-IKUE l-ħin kollu taħt il-kontroll personali tiegħu; u

(iv)

fil-każ ta’ dokumenti stampati, ikun innotifika lir-reġistru rilevanti bil-fatt.

26.

IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà jew f’kontenitur ta’ sigurtà jew f’kamra ta’ sigurtà.

27.

IKUE klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi ttrattata f’Żona ta’ Sigurtà.

28.

IKUE klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà taħt waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’kontenitur ta’ sigurtà f’konformità mal-paragrafu 8 b’minn tal-anqas wieħed mill-kontrolli supplimentari li ġejjin:

(i)

protezzjoni kontinwa jew verifika minn persunal ta’ sigurtà awtorizzat jew persunal fuq ix-xogħol;

(ii)

SSI approvata flimkien ma’ persunal ta’ sigurtà ta’ rispons;

(b)

kamra ta’ sigurtà mgħammra b’SSI flimkien ma’ persunal ta’ sigurtà ta’ rispons.

29.

Ir-regoli għall-ġarr ta’ IKUE barra żoni fiżiċi ta’ protezzjoni huma stabbiliti fl-Anness III.

VI.   KONTROLL TA’ ĊWIEVET U TA’ KOMBINAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-PROTEZZJONI TA’ IKUE

30.

L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tiddefinixxi l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ ċwievet u l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għal uffiċċji, kmamar, kmamar ta’ sigurtà u kontenituri ta’ sigurtà. Tali proċeduri għandhom jipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat.

31.

L-iżgħar numru possibbli ta’ individwi li jeħtieġ ikunu jafu l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għandhom jitgħallmuhom bl-amment. L-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għall-kontenituri ta’ sigurtà u kmamar ta’ sigurtà li jaħżnu IKUE għandhom jinbidlu:

(a)

mal-wasla ta’ kontenitur ġdid;

(b)

kull meta hemm bidla fil-persunal li jaf il-kombinazzjoni;

(c)

kull meta jkun seħħ kompromess jew ikun suspettat kompromess;

(d)

meta serratura tkun saritilha manutenzjoni jew tiswija; u

(e)

mill-inqas kull 12-il xahar.


ANNESS III

ĠESTJONI TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 9. Huwa jistabbilixxi l-miżuri amministrattivi għall-kontroll ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jgħinu biex jipprevjenu u jikxfu l-kompromess intenzjonat jew aċċidentali jew telf ta’ tali informazzjoni.

II.   ĠESTJONI TA’ KLASSIFIKAZZJONI

Klassifikazzjonijiet u mmarkar

2.

L-informazzjoni għandha tkun klassifikata fejn tkun meħtieġa protezzjoni fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha.

3.

L-oriġinatur ta’ IKUE għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà, f’konformità ma’ linji gwida rilevanti ta’ klassifikazzjoni, u għad-disseminazzjoni inizjali tal-informazzjoni.

4.

Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE għandu jiġi determinat f’konformità mal-Artikolu 2(2) u b’referenza għall-politika ta’ sigurtà li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 3(3).

5.

Il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà għandha tkun indikata b’mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, sew fuq il-karta, orali, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra.

6.

Partijiet individwali ta’ dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċi, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u għandhom jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f’forma elettronika.

7.

Il-livell ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ dokument jew fajl għandu jkun mill-inqas għoli daqs dak tal-iżjed komponent għoli tiegħu. Meta tinġabar informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali għandu jiġi rivedut biex jiġi determinat il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista’ jkun li jkun jeħtieġlu klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu.

8.

Safejn hu possibbli, id-dokumenti li jinkludu partijiet b’livelli differenti ta’ klassifikazzjoni għandhom ikunu strutturati sabiex partijiet b’livell differenti ta’ klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarba faċilment, jekk ikun meħtieġ.

9.

Il-klassifikazzjoni ta’ ittra jew nota li tkopri xi allegati għandha tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur għandu jindika b’mod ċar f’liema livell hija klassifikata meta jwarrabha mill-allegati tagħha b’mezzi ta’ mmarkar xierqa, pereżempju:

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Marki

10.

Minbarra waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 2(2), l-IKUE għandu jkollha marki addizzjonali, bħal:

(a)

identifikatur biex juri l-oriġinatur;

(b)

kwalunkwe twissijiet, kliem ta’ kodiċi jew akronimi li jispeċifikaw il-qasam tal-attività li jkun relatat magħha d-dokument, id-distribuzzjoni partikolari abbażi tal-ħtieġa ta’ għarfien jew ir-restrizzjonijiet dwar l-użu;

(c)

marki ta’ rilaxx; jew

(d)

fejn applikabbli, id-data jew avveniment speċifiku fejn wara tista’ tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata.

Immarkar ta’ klassifikazzjoni abbrevjati

11.

Immarkar ta’ klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati jistgħu jintużaw biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ paragrafi individwali ta’ test. L-abbrevjazzjonijiet m’għandhomx jissostitwixxu l-immarkar sħiħ ta’ klassifikazzjoni.

12.

L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f’dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ taqsimiet jew blokok ta’ test li fih inqas minn paġna waħda:

TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET

TS-UE/EU-TS

SECRET UE/EU SECRET

S-UE/EU-S

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

C-UE/EU-C

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

R-UE/EU-R

Ħolqien ta’ IKUE

13.

Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:

(a)

kull paġna għandha tkun immarkata b’mod ċar bil-livell ta’ klassifikazzjoni;

(b)

kull paġna għandha tkun innumerata;

(c)

id-dokument għandu jkollu numru ta’ referenza u suġġett, li fih innifsu mhux informazzjoni klassifikata, sakemm ma jkunx immarkat bħala tali;

(d)

id-dokument għandu jkun datat; u

(e)

id-dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET jew ogħla għandu jkollhom numru tal-kopja f’kull paġna, jekk ikollhom jiġu distribwiti f’diversi kopji.

14.

Fejn mhux possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 13 għal IKUE, għandhom jittieħdu miżuri adatti oħra f’konformità ma’ linji gwida tas-sigurtà li għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 6(2).

Tnaqqis fil-grad u deklassifikazzjoni ta’ IKUE

15.

Fil-mument tal-ħolqien tagħha, l-oriġinatur għandu jindika, fejn possibbli, u b’mod partikolari għall-informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f’data partikolari jew wara avveniment speċifiku.

16.

Is-SĠK għandu jirrevedi regolarment l-IKUE li jkollu biex jaċċerta jekk il-livell ta’ klassifikazzjoni għadux japplika. Is-SĠK għandu jistabbilixxi sistema ta’ reviżjoni tal-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li huwa jkun oriġina, mhux inqas frekwenti minn kull ħames snin. Tali reviżjoni m’għandhiex tkun meħtieġa fejn l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel li l-informazzjoni ser tiġi awtomatikament imnaqqsa fil-grad jew deklassifikata u l-informazzjoni ġiet immarkata skont dan.

III.   REĠISTRAZZJONI TA’ IKUE GĦAL FINIJIET TA’ SIGURTÀ

17.

Kull entità organizzattiva fis-SĠK u fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li fihom tiġi ttrattata l-IKUE, għandu jiġi identifikat reġistru responsabbli biex ikun żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-reġistri għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà kif definit fl-Anness II.

18.

Il-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tas-sigurtà (“ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni ta’ proċeduri li jirrekordjaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ materjal, inkluż id-disseminazzjoni u l-qerda tiegħu.

19.

Il-materjal kollu kklassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew ekwivalenti ta’ dan, għandu jiġi rreġistrat f’reġistri magħżulin apposta meta jasal jew jitlaq minn entità organizzattiva.

20.

Ir-Reġistru Ċentrali fis-SĠK għandu jżomm rekord tal-informazzjoni klassifikata kollha rilaxxata mill-Kunsill u s-SĠK lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u tal-informazzjoni klassifikata kollha riċevuta minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

21.

Fil-każ ta’ SKI, il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jistgħu jsiru bi proċess fis-SKI nnifisha.

22.

Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar ir-reġistrazzjoni ta’ IKUE għal finijiet ta’ sigurtà.

Reġistri TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET

23.

Għandu jintgħażel reġistru fl-Istati Membri u fis-SĠK biex jaġixxi bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri sekondarji biex tiġi ttrattata tali informazzjoni għal finijiet ta’ reġistrazzjoni.

24.

Tali reġistri sekondarji ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri sekondarji oħrajn tal-istess reġistru ċentrali TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta’ dan tal-aħħar.

IV.   IKKUPJAR U TRADUZZJONI TA’ DOKUMENTI KLASSIFIKATI TAL-UE

25.

Dokumenti TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti biss bil-permess bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

26.

Fejn l-oriġinatur ta’ dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET u anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq istruzzjoni tad-detentur.

27.

Il-miżuri ta’ sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali għandhom japplikaw għall-kopji u t-traduzzjonijiet tagħhom.

V.   ĠARR TA’ IKUE

28.

Il-ġarr ta’ IKUE għandu jkun soġġett għall-miżuri protettivi stabbiliti fil-paragrafi 30 sa 41. Meta IKUE tinġarr b’mezzi elettroniċi, u irrispettivament mill-Artikolu 9(4), il-miżuri protettivi stabbiliti hawn taħt jistgħu jiġu ssupplimentati b’kontramiżuri tekniċi adatti preskritti mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ telf jew periklu.

29.

L-awtoritajiet ta’ sigurtà kompetenti fis-SĠK u fl-Istati Membri għandhom joħorġu struzzjonijiet dwar il-ġarr ta’ IKUE skont din id-Deċiżjoni.

F’bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti

30.

IKUE mġarra f’bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti għandha tkun koperta sabiex tiġi evitata l-osservazzjoni tal-kontenuti tagħha.

31.

F’bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti, informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinġarr f’envelopp issiġillat li jkollu biss l-isem tad-destinatarju.

Ġewwa l-Unjoni

32.

IKUE li tinġarr bejn bini jew siti fl-Unjoni għandha tiġi mballata sabiex tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat.

33.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fl-Unjoni għandu jsir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt;

(b)

ġarr bl-idejn, bil-kondizzjoni li:

(i)

l-IKUE ma titlaqx mill-pussess ta’ min ikun qed iġorrha, sakemm ma tkunx maħżuna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II;

(ii)

l-IKUE ma tinfetaħx fit-triq jew tinqara f’postijiet pubbliċi;

(iii)

l-individwi jingħataw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet ta’ sigurtà tagħhom; u

(iv)

l-individwi jkollhom ċertifikat ta’ kurrier fejn meħtieġ;

(c)

servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali, bil-kondizzjoni li:

(i)

ikunu approvati mill-ASN rilevanti f’konformità ma’ liġijiet u regolamenti nazzjonali; u

(ii)

japplikaw miżuri ta’ protezzjoni adatti f’konformità ma’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu stabbiliti f’linji gwida tas-sigurtà skont l-Artikolu 6(2).

Fil-każ ta’ ġarr minn Stat Membru wieħed għal ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) għandhom ikunu limitati għal informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL.

34.

Informazzjoni kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ wkoll tinġarr minn servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali. Mhux meħtieġ ċertifikat ta’ kurrier għall-ġarr ta’ tali informazzjoni.

35.

Materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL and SECRET UE/EU SECRET (pereżempju tagħmir jew makkinarju) li ma jistax jinġarr bil-mezzi msemmijin fil-paragrafu 33, għandu jkun ittrasportat bħala merkanzija minn kumpanniji tal-ġarr kummerċjali skont l-Anness V.

36.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET bejn bini jew edifiċji fl-Unjoni għandu jsir permezz ta’ kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt.

Minn ġewwa l-Unjoni għat-territorju ta’ Stat terz

37.

L-IKUE li tkun qed tinġarr minn ġewwa l-Unjoni għat-territorju ta’ Stat terz għandha tiġi imballata b’tali mod li tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat.

38.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET minn ġewwa l-Unjoni għat-territorju ta’ Stat terz għandu jsir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

kurrier militari jew diplomatiku;

(b)

ġarr bl-idejn, bil-kondizzjoni li:

(i)

il-pakkett ikollu siġill uffiċjali, jew ikun imballat b’mod li jindika li huwa konsenja uffiċjali u li m’għandux jgħaddi minn skrutinju doganali jew ta’ sigurtà;

(ii)

l-individwi jkollhom ċertifikat ta’ kurrier li jidentifika l-pakkett u li jawtorizzahom li jġorru l-pakkett;

(iii)

l-IKUE ma titlaqx mill-pussess ta’ min ikun qed iġorrha, sakemm ma tkunx maħżuna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II;

(iv)

l-IKUE ma tinfetaħx fit-triq jew tinqara f’postijiet pubbliċi; u

(v)

l-individwi jingħataw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet ta’ sigurtà tagħhom.

39.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET rilaxxata mill-Unjoni lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti taħt Ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jew arranġament amministrattiv skont l-Artikolu 13(2)(a) jew (b).

40.

Informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ wkoll tinġarr permezz ta’ servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali.

41.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET minn ġewwa l-Unjoni għat-territorju ta’ Stat terz għandu jsir permezz ta’ kurrier militari jew diplomatiku.

VI.   QERDA TA’ IKUE

42.

Id-dokumenti klassifikati tal-UE li m’għadhomx meħtieġa jistgħu jinqerdu, mingħajr preġudizzju għar-regoli u r-regolamenti rilevanti dwar l-arkivjar.

43.

Id-dokumenti li huma soġġetti għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(2) għandhom jinqerdu mir-reġistru responsabbli fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. Il-logbooks u informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.

44.

Dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għandhom jinqerdu fil-preżenza ta’ xhud, li għandu jkun approvat sa mill-inqas il-livell ta’ klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered.

45.

Ir-reġistratur u x-xhud, fejn tkun meħtieġa l-preżenza ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiffirmaw ċertifikat ta’ qerda, li għandu jiddaħħal fir-reġistru. Ir-reġistru għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ qerda tad-dokumenti TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET għal perijodu ta’ mill-anqas għaxar snin u tad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għal perijodu ta’ mill-anqas ħames snin.

46.

Dokumenti klassifikati, inklużi dawk klassifikati RESTREINT UE/EU RESTRICTED, għandhom jinqerdu b’metodi li jilħqu standards tal-Unjoni rilevanti jew oħrajn ekwivalenti jew li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri f’konformità ma’ standards tekniċi nazzjonali sabiex tiġi impeduta r-rikostruzzjoni sħiħa jew parzjali.

47.

Il-qerda ta’ mezzi ta’ ħażna elettronika użata għal IKUE għandha ssir f’konformità mal-paragrafu 37 tal-Anness IV.

48.

Fil-każ ta’ emerġenza, jekk ikun hemm riskju imminenti ta’ żvelar mhux awtorizzat l-IKUE għandha tinqered mid-detentur b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi rikostruwita kompletament jew parzjalment. L-oriġinatur u r-reġistru tal-oriġini għandhom jiġu infurmati bil-qerda ta’ emerġenza tal-IKUE reġistrata.

VII.   ŻJARAT TA’ VALUTAZZJONI

49.

It-terminu “żjara ta’ valutazzjoni” għandu jintuża minn hawn ‘il quddiem biex jirreferi għal kwalunkwe

(a)

ispezzjonijiet jew żjarat ta’ valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(3) u l-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 16(2); jew

(b)

żjara ta’ valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(5), għall-evalwazzjoni tal-effettività ta’ miżuri implimentati għall-protezzjoni ta’ IKUE.

50.

Żjarat ta’ valutazzjoni għandhom isiru, inter alia biex:

(a)

jiġi żgurat li jiġu rispettati l-istandards minimi għall-protezzjoni ta’ IKUE mniżżlin f’din id-Deċiżjoni;

(b)

tiġi enfasizzata l-importanza ta’ sigurtà u tal-ġestjoni effikaċi tar-riskju fl-entitajiet li jiġu spezzjonati;

(c)

jiġu rakkomandati kontromiżuri biex jittaffa l-impatt speċifiku ta’ telf ta’ kunfidenzjalità, integratà jew disponibbiltà ta’ informazzjoni klassifikata; u

(d)

jissaħħu l-programmi eżistenti tal-awtoritajiet ta’ sigurtà rigward l-edukazzjoni dwar u l-konoxxenza ta’ sigurtà.

51.

Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, il-Kunsill għandu jadotta l-programmi ta’ żjara ta’ valutazzjoni previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 16(1) għas-sena ta’ wara. Id-dati proprji għal kull żjara ta’ valutazzjoni għandhom jiġu determinati bi qbil mal-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni, l-Istat Membru, l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata.

Twettiq ta’ żjarat ta’ valutazzjoni

52.

Għandhom isiru żjarat ta’ valutazzjoni sabiex jiġu vverifikati r-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri rilevanti fl-entità fejn issir iż-żjara u biex jiġi vverifikat jekk il-prattiki tal-entità jikkonformawx mal-istandards minimi mniżżlin f’din id-Deċiżjoni u fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ dik l-entità.

53.

Iż-żjarat ta’ valutazzjoni għandhom isiru f’żewġ fażijiet. Jekk meħtieġ, qabel il-valutazzjoni nnifisha għandha tiġi organizzata laqgħa preparatorja mal-entità kkonċernata. Wara din il-laqgħa preparatorja l-grupp ta’ valutazzjoni għandu jistabbilixxi, bi qbil mal-entità konċernata, programm ta’ żjara ta’ valutazzjoni dettaljata li jkun ikopri l-oqsma kollha ta’ sigurtà. Il-grupp ta’ żjara ta’ valutazzjoni għandu jkollu aċċess għal kull post fejn tiġi ttrattata l-IKUE, b’mod partikolari għar-reġistri u l-punti ta’ preżenza ta’ SKI.

54.

Iż-żjarat ta’ valutazzjoni fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, fi Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom isiru f’kooperazzjoni sħiħa mal-uffiċjali tal-entità, l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali fejn issir iż-żjara..

55.

Iż-żjarat ta’ valutazzjoni fil-korpi, l-aġenziji u l-entitajiet tal-Unjoni li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha għandhom jitmexxew b’assistenza minn esperti tal-ASN li fuq it-territorju tagħha jinsabu l-korp jew l-aġenzija.

56.

Fil-każ ta’ żjarat ta’ valutazzjoni f’korpi, aġenziji u entitajiet tal-Unjoni, li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha, u lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, assistenza u kontributi minn esperti tal-ASN jistgħu jintalbu f’konformità ma’ arranġamenti dettaljati li jridu jiġu maqbula mal-Kumitat ta’ Sigurta.

Rapporti

57.

Fi tmiem iż-żjara ta’ valutazzjoni, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali għandhom jiġu ppreżentati lill-entità fejn issir iż-żjara. Għalhekk, għandu jitfassal rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni. Fejn ikunu ġew proposti azzjoni korrettiva u rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu inklużi biżżejjed dettalji fir-rapport biex isostnu l-konklużjonijiet li jkunu ntlaħqu. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-entità fejn issir iż-żjara.

58.

Għal żjarat ta’ valutazzjoni li jsiru fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri:

(a)

l-abbozz ta’ rapport dwar il-valutazzjoni għandu jintbagħat lill-ASN ikkonċernata biex jiġi vverifikat li hu fattwalment korrett u li dan ma jkun fih l-ebda informazzjoni klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED; u

(b)

dment li l-ASN tal-Istat Membru inkwistjoni ma titlobx li ma ssirx distribuzzjoni ġenerali, ir-rapporti dwar il-valutazzjoni għandhom jiġu ċċirkolati lill-Kumitat ta’ Sigurtà. Ir-rapport għandu jkun klassifikat RESTREINT UE/EU RESTRICTED;

Għandu jitħejja rapport regolari taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SĠK (Uffiċċju ta’ Sigurtà) biex jiġu enfasizzati l-lezzjonijiet li jinkisbu miż-żjarat ta’ valutazzjoni li jsiru fl-Istati Membri matul perijodu speċifikat u eżaminati mill-Kumitat ta’ Sigurtà.

59.

Għal żjarat ta’ valutazzjoni ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ir-rapport għandu jitqassam lill-Kumitat ta’ Sigurtà. Ir-rapport għandu jkun klassifikat mill-inqas RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Kwalunkwe azzjoni korrettiva għandha tiġi vverifikata matul żjara ta’ segwitu u tiġi rapportata lill-Kumitat ta’ Sigurtà.

60.

Għal żjarat ta’ valutazzjoni lil kwalunkwe korp, aġenzija, u entità tal-Unjoni li japplikaw din id-Deċiżjoni jew il-prinċipji tagħha, ir-rapporti dwar iż-żjarat ta’ valutazzjoni għandhom jiġu distribwiti lill-Kumitat tas-Sigurtà. L-abbozz tar-rapport dwar żjara ta’ valutazzjoni għandu jitressaq lill-aġenzija jew il-korp ikkonċernati biex jiġi vverifikat li hu fattwalment korrett u li dan ma jkun fih l-ebda informazzjoni klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Kwalunkwe azzjoni korrettiva għandha tiġi vverifikata matul żjara ta’ segwitu u tiġi rapportata lill-Kumitat ta’ Sigurtà.

61.

L-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK għandha tagħmel spezzjonijiet regolari ta’ entitajiet organizzattivi fis-SĠK għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 50.

Lista ta’ verifika

62.

L-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK (Uffiċċju ta’ Sigurtà) għandha tfassal u taġġorna lista ta’ verifika ta’ punti li għandhom jiġu vverifikati matul żjara ta’ valutazzjoni. Din il-lista ta’ verifika għandha tintbagħat lill-Kumitat ta’ Sigurtà.

63.

L-informazzjoni għall-ikkompletar tal-lista ta’ verifika għandha tinkiseb, b’mod partikolari matul iż-żjara, mill-persunal tal-ġestjoni tal-entità li tkun qed tiġi spezzjonata. Ladarba tkun ikkompletata bit-tweġibiet dettaljati, il-lista ta’ verifika għandha tkun klassifikata bi qbil mal-entità spezzjonata. Hija m’għandhiex tifforma parti mir-rapport dwar l-ispezzjoni.


ANNESS IV

PROTEZZJONI TA’ IKUE TTRATTATA F’SKI

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10.

2.

Il-kwalitajiet u l-kunċetti tal-AI li ġejjin huma essenzjali għas-sigurtà u l-funzjonament korrett tal-operazzjonijiet dwar is-SKI:

Awtentiċità

:

il-garanzija li l-informazzjoni hija ġenwina u minn sorsi bona fide;

Disponibbilità

:

il-kwalità li tkun aċċessibbli u tistà tintuża meta tintalab minn entità awtorizzata;

Kunfidenzjalità

:

il-kwalità li informazzjoni ma tiġix żvelata lil individwi, entitajiet jew proċessi mhux awtorizzati;

Integrità

:

il-kwalità li jiġu ssalvagwardjati l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u l-assi;

Non-rifjut

:

l-abbiltà li jiġi ppruvat li azzjoni jew avveniment seħħ, sabiex dan l-avveniment jew azzjoni ma tkunx tista’ tinċaħad sussegwentement.

II.   PRINĊIPJI DWAR L-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

3.

Id-dispożizzjonijiet mniżżlin hawn taħt għandhom jiffurmaw il-pedament għas-sigurtà ta’ kull SKI li tittratta IKUE. Ir-rekwiżiti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu definiti fil-linji politiċi ta’ sigurtà tal-AI u linji gwida tekniċi ta’ sigurtà.

Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

4.

Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun parti integrali fid-definizzjoni, l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tas-SKI. Il-ġestjoni tar-riskju (valutazzjoni, trattament, aċċettazzjoni u komunikazzjoni) għandha ssir bħala proċess iterattiv, b’mod konġunt mar-rappreżentanti tal-proprjetarji tas-sistema, l-awtoritajiet tal-proġett, l-awtoritajiet operattivi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ sigurtà, bl-użu ta’ proċess tal-valutazzjoni tar-riskju li jkun ippruvat, trasparenti u kompletament ċar. L-ambitu tas-SKI u l-assi tagħha għandhom jiġu definiti b’mod ċar fil-bidu tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju.

5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu t-theddid potenzjali għas-SKI u għandhom iżommu valutazzjonijiet aġġornati u eżatti tat-theddid li jirriflettu l-ambjent operattiv attwali. Huma għandhom jaġġornaw kontinwament l-għarfien tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ vulnerabbiltà u jirrevedu perjodikament il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà biex jilħqu mal-ambjent tal-informatika (IT) li dejjem jinbidel.

6.

L-għan tat-trattament tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun li japplika sett ta’ miżuri ta’ sigurtà li jirriżultaw f’kompromess sodisfaċenti bejn ir-rekwiżiti tal-utent, l-ispiża u r-riskju residwu għas-sigurtà.

7.

Ir-rekwiżiti, l-iskala u l-grad speċifiċi ta’ dettall determinati mill-AAS rilevanti għall-akkreditament ta’ SKI għandhom ikunu fi proporzjon mar-riskju vvalutat, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha, inkluż il-livell ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE ttrattata f’SKI. L-akkreditament għandu jinkludi dikjarazzjoni formali dwar ir-riskju residwu u l-aċċettazzjoni tar-riskju residwu minn awtorità responsabbli.

Sigurtà fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-SKI

8.

L-iżgurar ta’ sigurtà għandu jkun rekwiżit matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tas-SKI mill-inizjazzjoni sal-irtirar mis-servizz.

9.

Ir-rwol u l-interazzjoni ta’ kull attur involut f’SKI fir-rigward ta’ sigurtà tagħha għandu jiġi identifikat għal kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja.

10.

Kwalunkwe SKI, inkluż il-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u non-tekniċi tagħha, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar ta’ sigurtà waqt il-proċess ta’ akkreditament biex jiġi żgurat li jinkiseb il-livell xieraq ta’ assigurazzjoni u biex jiġi vverifikat li dawn ikunu implimentati, integrati u konfigurati sew.

11.

Għandhom isiru valutazzjonijiet, ispezzjonijiet u reviżjonijiet ta’ sigurtà perjodikament waqt l-operat u l-manutenzjoni ta’ SKI u meta jirriżultaw ċirkostanzi eċċezzjonali.

12.

Id-dokumentazzjoni ta’ sigurtà għal SKI għandha tevolvi matul iċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti integrali tal-proċess tal-ġestjoni tal-bidla u l-konfigurazzjoni.

L-aħjar prattika

13.

Is-SĠK u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżviluppaw l-aħjar għall-prattika biex tiġi protetta l-IKUE ttrattata fuq is-SKI. Il-linji gwida għall-aħjar prattika għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali għas-SKI li l-effikaċja tagħhom biex jaffrontaw theddid u vulnerabbiltajiet partikolari ġiet ippruvata.

14.

Il-protezzjoni ta’ IKUE ttrattata fuq SKI għandha tibbenefika mill-lezzjonijiet li tgħallmu dawk l-entitajiet involuti fl-AI, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni.

15.

Id-disseminazzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-aħjar prattika għandhom jgħinu biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta’ assigurazzjoni għad-diversi SKI li huma operati mis-SĠK u mill-Istati Membri li jittrattaw IKUE.

Difiża fil-fond

16.

Biex jitnaqqas ir-riskju għal SKI, għandha tiġi implimentata medda ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi u mhux tekniċi, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża. Dawn is-saffi għandhom jinkludu:

(a)   Deterrent: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jiddiswadu kwalunkwe avversarju li jkun qed jippjana li jattakka s-SKI;

(b)   Prevenzjoni: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jimpedixxu jew jibblokkaw attakk fuq is-SKI;

(c)   Żvelar: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jiskopru l-okkorrenza ta’ attakk fuq is-SKI;

(d)   Kapaċità ta’ reżistenza: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jillimitaw l-impatt ta’ attakk għal sett minimu ta’ informazzjoni jew assi tas-SKI u li jimpedixxu aktar ħsara; u

(e)   Rkupru: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jirkupraw sitwazzjoni sigura għas-SKI.

Il-livell ta’ strettezza ta’ tali miżuri ta’ sigurtà għandu jiġi ddeterminat b’segwitu għal valutazzjoni tar-riskju.

17.

L-ANS jew awtorità kompetenti oħra għandha tiżgura li:

(a)

il-kapaċitajiet ċibernetiċi ta’ difiża jagħtu rispons għal theddidiet li jistgħu jaqbżu l-limiti organizzattivi u nazzjonali; u

(b)

ir-rispons ikun koordinat u tkun kondiviża informazzjoni dwar dawn it-theddidiet, inċidenti u r-riskju relatat (kapaċitajiet ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza ta’ kompjuters).

Prinċipju ta’ minimalità u l-inqas privileġġ

18.

Sabiex jiġi evitat riskju mhux neċessarju għandhom jiġu implimentati l-funzjonalitajiet, it-tagħmir u s-servizzi essenzjali biss għall-ħtiġiet operattivi.

19.

L-utenti tas-SKI u l-proċessi awtomatizzati għandhom jingħataw l-aċċess, il-privileġġi jew l-awtorizzazzjonijiet biss li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom sabiex ikun limitat kwalunkwe dannu li jirriżulta minn inċidenti, żbalji, jew użu mhux awtorizzat ta’ riżorsi tas-SKI.

20.

Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni imwettqa minn SKI, fejn meħtieġ, għandhom jiġu verifikati bħala parti mill-proċess ta’ akkreditament.

Konoxxenza tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

21.

Il-konoxxenza tar-riskji u l-miżuri ta’ sigurtà disponibbli hija l-ewwel linja ta’ difiża għas-sigurtà tas-SKI. B’mod partikolari, il-persunal kollu involut fiċ-ċiklu tal-ħajja tas-SKI, inklużi l-utenti, għandu jifhem:

(a)

li nuqqasijiet ta’ sigurtà jistgħu jagħmlu ħsara sinifikanti lis-SKI;

(b)

il-ħsara potenzjali lill-oħrajn li tista’ tirriżulta mill-interkonnettività u l-interdipendenza; u

(c)

ir-responsabbiltà tiegħu għas-sigurtà tas-SKI u għandu jinżamm responsabbli skont ir-rwoli individwali tiegħu fis-sistemi u l-proċessi.

22.

Sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet għas-sigurtà jkunu ċari, l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ konoxxenza dwar l-AI għandhom ikunu mandatorji għall-persunal kollu involut, inklużi l-amministraturi anzjani u l-utenti tas-SKI.

Evalwazzjoni u approvazzjoni ta’ prodotti għas-sigurtà tal-informatika

23.

Il-livell meħtieġ ta’ fiduċja fil-miżuri ta’ sigurtà, definit bħala livell ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi determinat skont l-eżitu tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u f’konformità mal-politika u l-linji gwida rilevanti ta’ sigurtà.

24.

Il-livell ta’ assigurazzjoni għandu jiġi vverifikat bl-użu ta’ proċessi u metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment jew approvati nazzjonalment. Primarjament, dan jinkludi evalwazzjoni, kontrolli u verifika.

25.

Prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE għandhom jiġu evalwati u approvati minn AAK nazzjonali ta’ Stat Membru.

26.

Qabel ma jiġu rrakkomandati għal approvazzjoni mill-Kunsill jew mis-Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 10(6), tali prodotti kriptografiċi għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn evalwazzjoni tat-tieni parti minn Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata (AQUA) ta’ Stat Membru mhux involut fit-tfassil jew il-manifatturar tat-tagħmir. Il-livell ta’ dettall meħtieġ f’evalwazzjoni mit-tieni parti, għandu jiddependi fuq il-livell massimu previst ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE li dawn il-prodotti għandhom jipproteġu. Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi.

27.

Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, il-Kunsill jew is-Segretarju Ġenerali kif adatt jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà, ineħħi r-rekwiżiti skont il-paragrafi 25 u 26 ta’ dan l-Anness u jagħti approvazzjoni interim għal perijodu speċifiku skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(6).

28.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà, jista’ jaċċetta l-valutazzjoni, l-għażla u l-proċess ta’ approvazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi ta’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali u kif adatt iqis tali prodotti kriptografiċi approvati għall-protezzjoni ta’ IKUE rilaxxata lil dak l-istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

29.

AQUA għandha tkun AAK ta’ Stat Membru li tkun ġiet akkreditata fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Kunsill biex twettaq it-tieni evalwazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE.

30.

Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-kwalifika u l-approvazzjoni ta’ prodotti mhux kriptografiċi għas-sigurtà tal-informatika.

Trasmissjoni f’Żoni Siguri u Amministrattivi

31.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta t-trasmissjoni ta’ IKUE tkun konfinata f’Żoni Siguri jew Żoni Amministrattivi, it-trasmissjoni mhux kodifikata jew l-ikkodifikar f’livell aktar baxx jistgħu jintużaw abbażi tal-eżitu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u soġġetti għall-approvazzjoni tal-AAS.

Interkonnessjoni sigura tas-SKI

32.

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, interkonnessjoni għandha tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-informatika, jew aktar bil-fini tal-kondiviżjoni ta’ data u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (eż. komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali.

33.

SKI għandha tittratta kwalunkwe sistema tal-informatika interkonnessa bħala li ma tistax tiġi fdata u għandha timplimenta miżuri protettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

34.

Għall-interkonnessjonijiet kollha ta’ SKI ma’ sistema oħra tal-informatika, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti kummerċjali jew operattivi għal dawn l-interkonnessjonijiet għandhom ikunu ddikjarati u approvati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

l-interkonnessjoni għandha tgħaddi minn proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ akkreditament u għandha tirrikjedi l-approvazzjoni tal-AAS kompetenti; u

(c)

Għandhom jiġu implimentati Servizzi ta’ Protezzjoni fil-Konfini (SPK) fil-perimetru ta’ kull SKI.

35.

M’għandu jkun hemm l-ebda interkonnessjoni bejn SKI akkreditata u netwerk pubbliku jew mhux protett, ħlief fejn is-SKI tkun approvat SPK installati għal tali fini bejn is-SKI u n-netwerk pubbliku jew mhux protett. Il-miżuri ta’ sigurtà għal tali interkonnessjonijiet għandhom jiġu riveduti mill-AAI u approvati mill-AAS kompetenti.

Meta n-netwerk pubbliku jew mhux protett jintuża biss bħala kurrier u d-data tkun kodifikata bi prodott kriptografiku approvat skont l-Artikolu 10, tali konnessjoni għandha titqies li hija interkonnessjoni.

36.

L-interkonnessjoni diretta jew cascaded ta’ SKI akkreditata biex tittratta TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET ma’ netwerk pubbliku jew mhux protett għandha tkun ipprojbita.

Mezzi ta’ ħażna elettronika

37.

Mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jinqerdu skont il-proċeduri approvati mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.

38.

Il-mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jiġu użati mill-ġdid, imniżżla mill-grad jew deklassifikati f’konformità ma’ linji gwida ta’ sigurtà li għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 6(2).

Ċirkostanzi ta’ emerġenza

39.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati f’emerġenza, bħal waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, jew sitwazzjonijiet ta’ gwerra jew f’ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali.

40.

IKUE tista’ tiġi trasmessa bl-użu ta’ prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta’ klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun jikkawża dannu li jegħleb b’mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:

(a)

min jibgħatha u min jirċeviha ma jkollux il-faċilità meħtieġa għall-ikkodifikar jew l-ebda faċilità għall-ikkodifikar; u

(b)

il-materjal klassifikat ma jkunx jista’ jintbagħat fil-ħin b’mezzi oħrajn.

41.

L-informazzjoni klassifikata trasmessa taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 39 ma għandu jkollha l-ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni mhux klassifikata jew li tista’ tiġi protetta minn prodott kriptografiku disponibbli. Dawk li jirċevuha għandhom jiġu notifikati dwar il-livell ta’ klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta’ mezzi oħrajn.

42.

Jekk jintuża l-paragrafu 39 għandu jsir rapport sussegwenti lill-awtorità kompetenti u lill-Kumitat ta’ sigurtà.

III.   FUNZJONIJIET U AWTORITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

43.

Il-funzjonijiet AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri u s-SĠK. Dawn il-funzjonijiet ma jirrikjedux entitajiet organizzativi uniċi. Dawn għandu jkollhom mandati separati. Madanakollu, dawn il-funzjonijiet, u r-responsabbiltajiet li jakkumpanjawhom jistgħu jingħaqdu jew jiġu integrati fl-istess entità organizzattiva jew mifrudin f’entitajiet organizzattivi differenti, dment li jiġu evitati konflitti interni ta’ interess jew ta’ kompiti.

Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

44.

L-AAI għandha tkun responsabbli għal:

(a)

l-iżvilupp ta’ politiki ta’ sigurtà għall-AI u linji gwida ta’ sigurtà u s-sorveljanza tal-effettività u l-pertinenza tagħhom;

(b)

is-salvagwardja u l-amministrazzjoni tal-informazzjoni teknika relatata ma’ prodotti kriptografiċi;

(c)

l-iżgurar li l-miżuri tal-AI magħżula għall-protezzjoni tal-IKUE jikkonformaw mal-politiki rilevanti li jirregolaw l-eliġibbiltà u l-għażla tagħhom;

(d)

l-iżgurar li l-prodotti kriptografiċi jintgħażlu f’konformità mal-politiki li jirregolaw l-eliġibbiltà u l-għażla tagħhom;

(e)

il-koordinazzjoni tat-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-AI;

(f)

il-konsulenza mal-fornitur tas-sistema, l-atturi ta’ sigurtà u r-rappreżentanti tal-utenti fir-rigward tal-politiki ta’ sigurtà għall-AI u linji gwida ta’ sigurtà; u

(g)

l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ kompetenza adatta fis-subqasam ta’ esperti tal-Kumitat ta’ sigurtà għall-kwistjonijiet tal-AI.

L-Awtorità TEMPEST

45.

L-Awtorità TEMPEST (AT) għandha tkun responsabbli mill-iżgurar tal-konformità tas-CIS mal-politiki u l-linji gwida TEMPEST. Hija għandha tapprova l-kontromiżuri TEMPEST għall-istallazzjonijiet u l-prodotti għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha.

Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto

46.

L-Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK) għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-prodotti kriptografiċi jikkonformaw mal-politika kriptografika nazzjonali jew il-politika kriptografika tal-Kunsill. Hija għandha tagħti l-approvazzjoni ta’ prodott kriptografiku għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha. Fir-rigward tal-Istati Membri, l-AAK għandha tkun responsabbli wkoll għall-evalwazzjoni tal-prodotti kriptografiċi.

Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto

47.

L-Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK) għandha tkun responsabbli għal:

(a)

il-ġestjoni u l-kontabilità għal materjal kripto tal-UE;

(b)

l-iżgurar li jiġu infurzati l-proċeduri adatti u jiġu stabbiliti mezzi għall-kontabilità, it-trattament sigur, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-materjal kripto kollu tal-UE; u

(c)

l-iżgurar tat-trasferiment tal-materjal kripto tal-UE lil jew minn individwi jew servizzi li jkunu qed jużawh.

Awtorità ta’ Akkreditament ta’ sigurtà

48.

L-AAS għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:

(a)

l-iżgurar li s-SKI huma konformi mal-politiki ta’ sigurtà u l-linji gwida ta’ sigurtà rilevanti, filwaqt li tipprovdi dikjarazzjoni ta’ approvazzjoni lis-SKI biex tittratta IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha, fejn ikunu ddikjarati t-termini u l-kondizzjonijiet tal-akkreditament, u l-kriterji skont liema hija meħtieġa riapprovazzjoni;

(b)

l-istabbiliment ta’ proċess ta’ akkreditament ta’ sigurtà, skont il-politiki rilevanti, li jistipula b’mod ċar il-kondizzjonijiet ta’ approvazzjoni għal SKI taħt l-awtorità tagħha;

(c)

id-definizzjoni ta’ strateġija ta’ akkreditament ta’ sigurtà, li tistabbilixxi l-ammont ta’ dettall għall-proċess ta’ akkreditament fi proporzjon mal-livell ta’ assigurazzjoni meħtieġ;

(d)

l-eżami u l-approvazzjoni ta’ dokumentazzjoni relatata mas-sigurtà, inklużi dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju u r-riskju residwu, dikjarazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għas-sistema (“DRSS”), dokumentazzjoni dwar il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ sigurtà u l-proċeduri operattivi ta’ sigurtà (“SecOPs”), u l-iżgurar li din tikkonforma mar-regoli u l-politika ta’ sigurtà tal-Kunsill;

(e)

il-verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fir-rigward tas-SKI billi jsiru jew jiġu sponsorjati valutazzjonijiet, ispezzjonijiet jew reviżjonijiet ta’ sigurtà;

(f)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà (eż. livelli ta’ approvazzjoni tal-persunal) għal pożizzjonijiet sensittivi fir-rigward tas-SKI;

(g)

l-endorsjar tal-għażla ta’ prodotti kriptografiċi u ta’ TEMPEST approvati użati biex tkun provduta sigurtà għas-SKI;

(h)

l-approvazzjoni, jew meta rilevanti, il-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta, tal-interkonnessjoni ta’ SKI lil SKI oħrajn; u

(i)

il-konsultazzjoni tal-fornitur tas-sistema, l-atturi ta’ sigurtà u r-rappreżentanti tal-utenti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà, partikolarment ir-riskju residwu, u t-termini u l-kondizzjonijiet tad-dikjarazzjoni ta’ approvazzjoni.

49.

L-AAS tas-SĠK għandha tkun responsabbli biex takkredita s-SKI kollha li joperaw taħt ir-responsabbiltà tas-SĠK.

50.

L-AAS rilevanti ta’ Stat Membru għandha tkun responsabbli biex takkredita SKI u l-komponenti tagħha li joperaw taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru.

51.

Bord ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà (BAS) konġunt għandu jkun responsabbli għall-akkreditament ta’ SKI taħt ir-responsabbiltà kemm tal-AAS tas-SĠK u tal-AASs tal-Istati Membri. Huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-AAS minn kull Stat Membru u rappreżentant tal-AAS tal-Kummissjoni għandu jattendih. Entitajiet oħrajn b’punti fuq SKI għandhom ikunu mistiedna jattendu meta tkun qed tiġi diskussa dik is-sistema.

Il-BAS għandu jkun presjedut minn rappreżentant tal-AAS tas-SĠK. Huwa għandu jaġixxi bil-kunsens tar-rappreżentanti tal-AAS tal-istituzzjonijiet, l-Istati Membru u entitajiet oħrajn b’punti fuq is-SKI. Huwa għandu jirrapporta perjodikament dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat ta’ Sigurtà u għandu jinnotifika d-dikjarazzjonijiet ta’ akkreditament kollha lilu.

Awtorità Operattiva għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

52.

L-Awtorità Operattiva tal-AI għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:

(a)

l-iżvilupp ta’ dokumentazzjoni ta’ sigurtà f’konformità mal-politika u l-linji gwida ta’ sigurtà, b’mod partikolari d-DRSS inklużi d-dikjarazzjoni dwar ir-riskju residwu, is-SecOPs u l-pjan kripto fil-proċess ta’ akkreditament ta’ SKI;

(b)

il-parteċipazzjoni fl-għażla u l-ittestjar tal-miżuri, it-tagħmir u s-software tekniċi ta’ sigurtà speċifiċi għal sistema, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom u l-iżgurar li dawn ikunu installati, ikkonfigurati u miżmuma b’mod sigur skont id-dokumentazzjoni ta’ sigurtà rilevanti;

(c)

parteċipazzjoni fl-għażla tal-miżuri u t-tagħmir ta’ TEMPEST jekk meħtieġa fid-DRSS u l-iżgurar li dawn ikunu installati u miżmuma b’mod sigur f’kooperazzjoni mal-Awtorità TEMPEST;

(d)

is-sorveljanza tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-SecOps u, fejn adatt, tista’ tiddelega responsabbiltajiet ta’ sigurtà operattivi lil sid is-sistema;

(e)

estjoni u t-trattament ta’ prodotti kriptografiċi, l-iżgurar tal-kustodja ta’ oġġetti kripto u oġġetti kkontrollati u, jekk meħtieġ, l-iżgurar tal-produzzjoni ta’ fatturi varjabbli kriptografiċi;

(f)

wettiq ta’ reviżjonijiet u testijiet għall-analiżi ta’ sigurtà, partikolarment għall-produzzjoni tar-rapporti rilevanti ta’ riskju, kif rikjest mill-AAS;

(g)

forniment ta’ taħriġ tal-AI speċifiku għal SKI; u

(h)

l-implimentazzjoni u l-ħidma ta’ miżuri ta’ sigurtà speċifiċi għal SKI.


ANNESS V

SIGURTÀ INDUSTRIJALI

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11. Huwa jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ sigurtà ġenerali applikabbli għal entitajiet industrijali jew oħrajn fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati mogħtija mis-SĠK.

2.

Il-Kunsill għandu japprova linji gwida dwar is-sigurtà industrijali li tistabbilixxi b’mod partikolari rekwiżiti dettaljati rigward l-ASF, l-Ittri dwar Aspetti ta’ sigurtà (SALs), iż-żjarat, it-trasmissjoni u l-ġarr ta’ IKUE.

II.   ELEMENTI TA’ SIGURTÀ F’KUNTRATT KLASSIFIKAT

Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ sigurtà (GKS)

3.

Qabel it-tnedija ta’ sejħa għal offerti jew l-għoti ta’ kuntratt klassifikat, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-appaltaturi u lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dak il-fini, is-SĠK għandu jħejji GKS li għandha tintuża għall-prestazzjoni tal-kuntratt.

4.

Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà tad-diversi elementi ta’ kuntratt klassifikat, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

fit-tħejjija ta’ GKS, is-SĠK għandu jieħu kont tal-aspetti ta’ sigurtà rilevanti kollha, inkluża l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà assenjata għal informazzjoni pprovduta u approvata li għandha tintuża għall-kuntratt mill-oriġinatur tal-informazzjoni;

(b)

il-livell ġenerali ta’ klassifikazzjoni tal-kuntratt ma jistax ikun inqas mill-ogħla klassifikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu; u

(c)

(c) fejn rilevanti, is-SĠK għandu jżomm kuntatt mal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata fil-każ ta’ kwalunkwe tibdil rigward il-klassifikazzjoni ta’ informazzjoni maħluqa minn jew provduta lil kuntratturi fil-prestazzjoni ta’ kuntratt u meta jsir kwalunkwe tibdil sussegwenti għall-GKS.

Ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL)

5.

Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għal kuntratt għandhom jiġu deskritti f’SAL. Is-SAL għandu jkun fiha, fejn xieraq, il-GKS u għandha tkun parti integrali minn kuntratt jew subkuntratt klassifikat.

6.

Is-SAL għandu jkun fiha d-dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-kuntrattur u/jew is-subkuntrattur iżomm f’konformità mal-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi jista’ jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jiġi terminat.

Istruzzjonijiet ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett (ISP)

7.

Jiddependi mill-ambitu tal-programmi jew proġetti li jinvolvu aċċess għal jew trattament jew ħżin ta’ IKUE, jistgħu jitħejjew ISP speċifiċi mill-kuntrattur kontraenti magħżul għall-ġestjoni tal-programm jew proġett. L-ISP għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni tal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li tipparteċipa fl-ISP u jista’ jkun fihom rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali.

III.   APPROVAZZJONI TA’ SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (ASF)

8.

ASF għandha tingħata mill-ASN jew l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra ta’ Stat Membru biex tindika, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li entità industrijali jew entità oħra tista’ tipproteġi IKUE fil-livell adatt ta’ klassifikazzjoni (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tagħha. Hija għandha tiġi ppreżentata lis-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, qabel kuntrattur jew subkuntrattur jew kuntrattur jew subkuntrattur potenzjali jkun jista’ jingħata aċċess għal IKUE.

9.

Meta tkun qed toħroġ ASF, l-ASN jew l-ASM rilevanti għandha, bħala minimu:

(a)

tevalwa l-integrità tal-entità industrijali jew entità oħra;

(b)

tevalwa s-sjieda, il-kontroll, jew il-potenzjal għal influwenza żejda li tista’ tiġi kkunsidrata bħala riskju għas-sigurtà;

(c)

tivverifika li l-entità industrijali jew kwalunkwe entità oħra tkun stabbiliet sistema ta’ sigurtà fil-faċilità li tkopri l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa għall-protezzjoni ta’ informazzjoni jew materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni;

(d)

tivverifika li l-istatus ta’ sigurtà tal-persunal għal amministraturi, proprjetarji u impjegati li jkunu meħtieġa li jkollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET jkun ġie stabbilit skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni; u

(e)

tivverifika li l-entità industrijali jew kwalunkwe entità oħra tkun ħatret Uffiċjal ta’ sigurtà ta’ Faċilità li jkun responsabbli għall-ġestjoni tagħha biex jiġu infurzati l-obbligi ta’ sigurtà f’tali entità.

10.

Fejn rilevanti, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li tenħtieġ ASF fl-istadju prekuntrattwali jew għall-prestazzjoni tal-kuntratt. ASF jew PSC għandhom jintalbu fl-istadju prekuntrattwali fejn IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi pprovduta matul il-proċess tal-irkant.

11.

L-awtorità kontraenti m’għandhiex tagħti kuntratt klassifikat lill-offerent preferut qabel ma tkun irċeviet konferma mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikkonċernat huwa reġistrat, li, fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF adatta.

12.

L-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li ħarġet ASF għandha tinnotifika lis-SĠK bħala awtorità kontraenti dwar kwalunkwe tibdil li jolqot lill-ASF. Fil-każ ta’ subkuntratt, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi informata kif adatt.

13.

L-irtirar ta’ ASF mill-ASN/ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandu jikkostitwixxi raġuni biżżejjed biex is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, ittemm kuntratt klassifikat jew teskludi offerent mill-kompetizzjoni.

IV.   KUNTRATTI U SUBKUNTRATTI KLASSIFIKATI

14.

Fejn tingħata IKUE lil offerent fl-istadju prekuntrattwali, l-istedina biex jitfa’ offerta għandu jkun fiha dispożizzjoni li tobbliga lill-appaltatur li jonqos milli jitfa’ offerta jew li ma jintgħażilx, biex jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f’perijodu speċifikat ta’ żmien.

15.

Ladarba kuntratt jew subkuntratt klassifikat ikun ingħata, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-kuntrattur jew subkuntrattur dwar id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-kuntratt klassifikat.

16.

Meta tali kuntratti jintemmu, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti (u/jew l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra, kif adatt, fil-każ ta’ subkuntratt), għandhom minnufih jinnotifikaw lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikun reġistrat.

17.

Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew is-subkuntrattur għandu jkun meħtieġ jirritorna kwalunkwe IKUE li jkollu lill-awtorità kontraenti, hekk kif jintemm il-kuntratt jew is-subkuntratt klassifikat.

18.

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi mis-SAL għall-qerda ta’ IKUE matul il-prestazzjoni tal-kuntratt jew meta jintemm.

19.

Fejn il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikun awtorizzat iżomm IKUE wara li jintemm kuntratt, huwa għandu jibqa’ konformi mal-istandards minimi li jinsabu f’din id-Deċiżjoni u jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-IKUE.

20.

Il-kondizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista’ jagħmel subkuntratt għandhom ikunu definiti fis-sejħa għall-offerti u fil-kuntratt.

21.

Kuntrattur għandu jikseb permess mis-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, qabel ma jsir subkuntratt ta’ kwalunkwe parti ta’ kuntratt klassifikat. L-ebda subkuntratt ma jista’ jingħata lil entitajiet industrijali jew oħrajn reġistrati fi Stat Membru li mhux membru tal-UE li ma jkunx ikkonkluda Ftehim ta’ sigurtà tal-informazzjoni mal-Unjoni.

22.

Il-kuntrattur għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet subkuntrattwali kollha jitwettqu skont l-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u m’għandux jipprovdi IKUE lil subkuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kontraenti.

23.

Fir-rigward ta’ IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur jew is-subkuntrattur, id-drittijiet tal-oriġinatur għandhom jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti.

V.   ŻJARAT KONNESSI MA’ KUNTRATTI KLASSIFIKATI

24.

Meta s-SĠK, il-persunal tal-kuntratturi jew tas-subkuntratturi jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-kwartieri ta’ xulxin għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, iż-żjajjar għandhom isiru b’kollegament mal-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. Madankollu, fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi, l-NSAs/id-DSAs jistgħu wkoll jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament.

25.

Il-viżitaturi kollha għandu jkollhom PSC xierqa u jkollhom “ħtieġa ta’ għarfien” għal aċċess għal IKUE relatata mal-kuntratt tas-SĠK.

26.

Il-viżitaturi għandhom jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-fini taż-żjara.

VI.   TRASMISSJONI U ĠARR TA’ IKUE

27.

Fir-rigward tat-trasmissjoni ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 10 u l-Anness IV.

28.

Fir-rigward tal-ġarr ta’ IKUE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

29.

Għat-trasport ta’ materjal klassifikat bħala merkanzija, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin meta jiġu ddeterminati l-arranġamenti tas-sigurtà:

(a)

is-sigurtà għandha tkun assigurata fl-istadji kollha matul it-trasport, mill-punt ta’ oriġini sad-destinazzjoni finali;

(b)

il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil kunsinna għandu jiġi ddeterminat mill-ogħla livell ta’ klassifikazzjoni tal-materjal li jkun jinsab fiha;

(c)

għandha tinkiseb ASF fil-livell adatt għal kumpanniji li jipprovdu t-trasport. F’tali każijiet, il-persunal li jittratta l-kunsinna għandu jingħata approvazzjoni ta’ sigurtà skont l-Anness I;

(d)

qabel ma jsir kwalunkwe ċaqliq transkonfinali ta’ materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, għandu jitfassal pjan ta’ trasport mill-konsenjatur u jiġi approvat mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata;

(e)

safejn possibbli, il-vjaġġi għandhom ikunu minn punt sa punt u għandhom jintemmu fl-iqsar żmien li ċ-ċirkostanzi jippermettu; u

(f)

kull meta possibbli, ir-rotot għandhom jgħaddu biss minn Stati Membri. Rotot li jgħaddu minn Stati li mhumiex Stati Membri għandhom jittieħdu biss meta dawn ikunu awtorizzati mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istati ta’ kemm il-konsenjatur kif ukoll id-destinatarju.

VII.   TRASFERIMENT TA’ IKUE LIL KUNTRATTURI LI JINSABU FI STATI TERZI

30.

It-trasmissjoni ta’ IKUE lil kuntratturi u subkuntratturi li jinsabu fi Stati terzi għandha ssir skont miżuri ta’ sigurtà maqbulin bejn is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, u l-ASN/ASM tal-Istat terz ikkonċernat fejn il-kuntrattur ikun reġistrat.

VIII.   INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA RESTREINT UE/EU RESTRICTED

31.

Flimkien, mal-ASN/ASM tal-Istat Membru, kif adatt, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jkun intitolat jagħmel ispezzjonijiet fil-faċilitajiet tal-kuntrattur/tas-subkuntrattur abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jivverifika li l-miżuri ta’ sigurtà rilevanti għall-protezzjoni ta’ IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED kif meħtieġ taħt il-kuntratt, ikunu ġew stabbiliti.

32.

Safejn ikun meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi nnotifikata mis-SĠK bħala l-awtorità kontraenti ta’ kuntratti jew subkuntratti li jkun fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

33.

ASF jew PSC għal kuntratturi jew subkuntratturi u l-persunal tagħhom m’għandhomx ikunu meħtieġa għal kuntratti mogħtija mis-SĠK li fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

34.

Is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jeżamina t-tweġibiet għal sejħiet għal offerti għal kuntratti li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, minkejja kwalunkwe rekwiżit relatat ma’ ASF jew PSC li jista’ jeżisti taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

35.

Il-kondizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista’ jagħmel subkuntratt għandhom ikunu skont il-paragrafu 21.

36.

Fejn kuntratt ikun jinvolvi t-trattament ta’ informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED f’SKI operata minn kuntrattur, is-SĠK bħala l-awtorità kontraenti għandu jiżgura li l-kuntratt jew kwalunkwe subkuntratt jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieħġa rigward l-akkreditament tas-SKI fi proporzjoni mar-riskju vvalutat, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha. Il-fini tal-akkreditament ta’ tali SKI għndu jkun maqbul bejn l-awtorità kontraenti u l-ASN/ASM rilevanti.


ANNESS VI

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA’ STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

I.   DAĦLA

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13.

II.   OQFSA LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

2.

Fejn il-Kunsill jiddetermina li teżisti ħtieġa għall-perijodu fit-tul għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata,

għandu jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni, jew

għandu jsir arranġament amministrattiv,

skont l-Artikolu 13(2) u t-taqsimiet III u IV u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà.

3.

Fejn IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ operazzjoni tal-PKSD tkun trid tiġi pprovduta lil Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu qed jieħdu sehem f’tali operazzjoni, u fejn l-ebda wieħed mill-oqfsa msemmijin fil-paragrafu 2 ma jeżisti, l-iskambju ta’ IKUE mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti għandu jkun irregolat skont it-Taqsima V, taħt:

ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni;

ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc; jew

fin-nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn t’hawn fuq, ftehim amministrattiv ad hoc.

4.

Fin-nuqqas ta’ qafas kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, u fejn tittieħed deċiżjoni biex IKUE tiġi rilaxxata lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali fuq bażi eċċezzjonali ad hoc, skont it-Taqsima VI, għandhom jinkisbu assigurazzjonijiet bil-miktub mill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata biex ikun żgurat li huma jipproteġu kwalunkwe IKUE rilaxxata lilhom skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbilit f’din id-Deċiżjoni.

III.   FTEHIMIET TAS-SIGURTA’ TAL- INFORMAZZJONI

5.

Il-ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandhom jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

6.

Il-ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandhom jipprevedu li jkun hemm ftehim dwar l-arranġamenti implimentattivi tekniċi bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni u l-awtorità ta’ sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew l-organizzazjoni internazzjonali inkwistjoni. Tali arranġamenti għandhom jieħdu kont tal-livell ta’ protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà li jkunu fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Huma għandhom ikunu approvati mill-Kumitat ta’ Sigurtà.

7.

L-ebda IKUE m’għandha tiġi skambjata skont ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni b’mezzi elettroniċi dment li dan ma jkunx previst espliċitament fil-ftehim jew fl-arranġamenti implimentattivi tekniċi korrispondenti.

8.

Meta l-Kunsill jikkonkludi ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni, għandu jintagħżel reġistru f’kull parti bħala l-punt prinċipali ta’ dħul u ħruġ għall-iskambji ta’ informazzjoni klassifikata.

9.

Sabiex tkun ivvalutata l-effettività tar-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, għandhom jitwettqu żjarat ta’ valutazzjoni fi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Tali żjarat ta’ valutazzjoni għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III u għandhom jevalwaw:

(a)

il-qafas regolatorju applikabbli biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata;

(b)

kwalunkwe karatteristika speċifika tal-politika ta’ sigurtà u l-mod li bih is-sigurtà tiġi organizzata fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali li jista’ jkollhom impatt fuq il-livell ta’ informazzjoni klassifikata li tista’ tiġi skambjata;

(c)

il-miżuri u l-proċeduri ta’ sigurtà li jkunu tabilħaqq stabbiliti; u

(d)

il-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ sigurtà għal-livell ta’ IKUE li għandha tiġi rilaxxata.

10.

Il-grupp li jwettaq żjara ta’ valutazzjoni f’isem l-Unjoni għandu jivvaluta jekk ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ sigurtà tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jkunux adegwati għall-protezzjoni ta’ IKUE f’livell partikolari.

11.

Ir-riżultati ta’ dawn iż-żjarat għandhom jitniżżlu f’rapport li abbażi tiegħu l-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jiddetermina l-livell massimu ta’ IKUE li tista’ tiġi skambjata fuq karta stampata, u fejn xieraq elettronikament, mal-parti terza kkonċernata kif ukoll kwalunkwe kondizzjoni speċifika li tirregola l-iskambju ma’ dik il-parti.

12.

Għandu jsir kull sforz biex issir żjara ta’ valutazzjoni kompluta ta’ sigurtà lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni qabel mal-Kumitat ta’ Sigurtà japprova l-arranġamenti implimentattivi sabiex jiġu stabbiliti n-natura u l-effikaċja tas-sistema ta’ sigurtà attwata. Madankollu, fejn dan ma jkunx possibbli, il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jirċievi rapport komplut kemm jista’ jkun mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK, ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għalih, li jinforma lill-Kumitat ta’ Sigurtà dwar ir-regolamenti ta’ sigurtà applikabbli u l-mod li bih is-sigurtà hija organizzata fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata.

13.

Ir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni, jew fin-nuqqas ta’ tali rapport ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 12, għandu jintbagħat lill-Kumitat tas-Sigurtà u jitqies bħala sodisfaċenti minnu, qabel ma l-IKUE tiġi tabilħaqq rilaxxata lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

14.

L-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali d-data minn meta l-Unjoni tkun f’pożizzjoni li tirrilaxxa IKUE skont il-ftehim, kif ukoll il-livell massimu ta’ IKUE li jista’ jkun kondiviż fuq karta jew b’mezzi elettroniċi.

15.

Għandhom isiru żjarat ta’ valutazzjoni ta’ segwitu kif meħtieġ, b’mod partikolari jekk:

(a)

jeħtieġ li jogħla l-livell rilaxxabbli tal-IKUE;

(b)

l-Unjoni ġiet notifikata bil-bidliet fundamentali fl-arranġamenti dwar is-sigurtà tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali li jista’ jkollhom impatt fuq kif tiġi protetta l-IKUE; jew

(c)

kien hemm inċident serju li jinvolvi żvelar mhux awtorizzat ta’ IKUE.

16.

Ladarba l-ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jkun fis-seħħ u l-informazzjoni klassifikata tiġi skambjata mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, il-Kumitat ta’ sigurtà jista’ jiddeċiedi li jimmodifika l-livell massimu ta’ IKUE li tista’ tiġi skambjata fil-forma stampata jew b’mezzi elettroniċi, b’mod partikolari fid-dawl ta’ kwalunkwe żjara ta’ valutazzjoni ta’ segwitu.

IV.   ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI

17.

Fejn teżisti ħtieġa għal perijodu fit-tul għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, bħala regola ġenerali, mhux ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn il-Kumitat ta’ Sigurtà jkun stabbilixxa li l-parti inkwistjoni ma jkollhiex sistema ta’ sigurtà żviluppata biżżejjed biex ikun possibbli li hija tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni, is-Segretarju Ġenerali jista’, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kunsill, jidħol fi ftehim amministrattiv f’isem is-SĠK mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

18.

Fejn, għal raġunijiet operattivi urġenti, ikun jeħtieġ li jiġi stabbiliti rapidament qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, eċċezzjonalment il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jsir arranġament amministrattiv għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ livell ta’ klassifikazzjoni ogħla.

19.

L-arranġamenti amministrattivi, bħala regola ġenerali, għandhom jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ ittri.

20.

Għandha ssir żjara ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 u r-rapport, jew fin-nuqqas ta; tali rapport ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 12, għandu jintbagħat lill-Kumitat ta’ sigurtà u jitqies bħala sodisfaċenti minnu, qabel ma l-IKUE tiġi tabilħaqq rilaxxata lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

21.

L-ebda IKUE m’għandha tiġi skambjata skont arranġament amministrattiv b’mezzi elettroniċi dment li dan ma jkunx previst espliċitament fl-arranġament.

V.   SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA FIL-KUNTEST TA’ OPERAZZJONIJIET TAL-PKSD

22.

Ftehimiet qafas ta’ parteċipazzjoni jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fl-operazzjonijiet tal-PKSD. Tali ftehimiet għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-PKSD lill-Istati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali kontribwenti. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD.

23.

Ftehimiet ta’ parteċipazzjoni ad hoc konklużi għal operazzjoni speċifika tal-PKSD għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ dik l-operazzjoni lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD.

24.

Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u fl-istennija tal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ parteċipazzjoni, ir-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-iskopijiet tal-operazzjoni lejn Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipparteċipa fl-operazzjoni għandu jkun regolat minn arranġament amministrattiv li għandu jidħol fih ir-Rappreżentant Għoli jew soġġett għal deċiżjoni dwar rilaxx ad hoc f’konformità mat-Taqsima VI. L-IKUE għandha tiġi skambjata biss taħt tali arranġament sakemm għadha prevista l-parteċipazzjoni tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD.

25.

Id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni klassifikata li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehimiet ta’ parteċipazzjoni ad hoc u arranġamenti amministrattivi ad hoc, imsemmija fil-paragrafi 22 sa 24, għandhom jipprevedu li l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat għal kwalunkwe operazzjoni ser jipproteġi l-IKUE skont ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u bi gwida ulterjuri maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-linja ta’ kmand tal-operazzjoni.

26.

Jekk sussegwentement jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti, il-ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandu jieħu post id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata li tinsab fi kwalunkwe ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc jew arranġament amministrattiv ad hoc f’dak li jikkonċerna l-iskambju u t-trattament ta’ IKUE.

27.

Ma għandu jkun permess l-ebda skambju ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi taħt ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc jew arranġament amministrattiv ad hoc ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, dment li dan ma jkunx espliċitament previst fil-ftehim jew l-arranġament inkwistjoni.

28.

IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ operazzjoni tal-PKSD tista’ tiġi żvelata lil persunal issekondat lil dik l-operazzjoni minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-paragrafi 22 sa 27. Meta jkun awtorizzat l-aċċess għal IKUE f’bini jew f’SKI ta’ operazzjoni tal-PKSD mit-tali persunal, għandhom jiġu applikati miżuri (inkluż ir-reġistrar tal-IKUE żvelata) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf jew kompromess. Tali miżuri għandhom jiġu ddefiniti fl-ippjanar rilevanti jew fid-dokumenti tal-missjoni.

29.

Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, ir-rilaxx ta’ IKUE, fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, lill-Istat ospitanti li titwettaq operazzjoni tal-PSDK fit-territorju tiegħu, jista’ jkun regolat minn arranġament amministrattiv li għandu jidħol fih ir-Rappreżentant Għoli. Din il-possibbiltà għandha tiġi prevista fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PKSD. L-IKUE rilaxxata taħt dawn iċ-ċirkostanzi għandha tkun ristretta għal dik iġġenerata għall-finijiet tal-operazzjoni tal-PKSD u ma tkunx klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, sakemm ma jkunx stabbilit livell ogħla ta’ klassifikazzjoni fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PSDK. Taħt arranġament amministrattiv bħal dan, l-Istat ospitanti għandu jintalab jieħu l-impenn li jipproteġi l-IKUE skont standards minimi li ma jkunux inqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

30.

Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, ir-rilaxx ta’ IKUE lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, minbarra dawk li jipparteċipaw f’operazzjoni tal-PSDK, jista’ jkun regolat minn arranġament amministrattiv li għandu jidħol fih ir-Rappreżentant Għoli. Fejn adatt, din il-possibbiltà, kif ukoll kwalunkwe kundizzjonijiet marbuta magħha, għandha tiġi prevista fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PKSD. L-IKUE rilaxxata taħt dawn iċ-ċirkostanzi għandha tkun ristretta għal dik iġġenerata għall-iskopijiet tal-operazzjoni tal-PKSD u ma tkunx klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, sakemm ma jkunx stabbilit livell ogħla ta’ klassifikazzjoni fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PSDK. Taħt arranġament amministrattiv bħal dan, l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandha tintalab tieħu l-impenn li tipproteġi l-IKUE skont standards minimi li ma jkunux inqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

31.

M’huma meħtieġa l-ebda arranġamenti implimentattivi jew żjarat ta’ valutazzjoni qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE fil-kuntest tal-paragrafi 22, 23 u 24.

VI.   RILAXX EĊĊEZZJONALI AD HOC TA’ IKUE

32.

Fejn ma jeżisti l-ebda qafas f’konformità mat-taqsimiet III sa V, u fejn il-Kunsill jew wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu jiddetermina l-ħtieġa eċċezzjonali li tkun rilaxxata IKUE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, is-SĠK għandu:

(a)

safejn ikun possibbli, jivverifika mal-awtoritajiet ta’ sigurtà tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata li r-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà tagħha huma tali li IKUE rilaxxata lilha tkun protetta skont standards xejn anqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni; u

(b)

jistieden lill-Kumitat ta’ Sigurtà, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, biex joħroġ rakkomandazzjoni fir-rigward tal-fiduċja li jista’ jkun hemm fir-rigward tar-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ser tiġi rilaxxata l-IKUE.

33.

Jekk il-Kumitat ta’ Sigurtà jagħti opinjoni favur ir-rilaxx tal-IKUE, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), li għandu jieħu deċiżjoni dwar ir-rilaxx tagħha.

34.

Jekk ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ sigurtà ma tkunx favur ir-rilaxx tal-IKUE:

(a)

għal kwistjonijiet relatati mal-PESK/PKSD, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jiddiskuti l-kwistjoni u jifformula rakkomandazzjoni għal deċiżjoni mill-Coreper;

(b)

għall-kwistjonijiet l-oħra kollha, il-Coreper għandu jiddiskuti l-kwistjoni u jieħu deċiżjoni.

35.

Fejn jitqies adatt, u soġġett għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur, il-Coreper jista’ jiddeċiedi li l-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi rilaxxata parzjalment biss jew jekk titnaqqas fil-grad jew tiġi deklassifikata minn qabel biss, jew li l-informazzjoni li għandha tiġi rilaxxata għandha titħejja mingħajr referenza għas-sors jew il-livell oriġinali tal-klassifikazzjoni tal-UE.

36.

Wara deċiżjoni għar-rilaxx ta’ IKUE, is-SĠK għandu jibgħat id-dokument ikkonċernat, li għandu jkollu marka ta’ rilaxxibbiltà li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ġiet rilaxxata. Qabel ir-rilaxx jew malli dan attwalment iseħħ, il-parti terza inkwistjoni għandha tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE li tirċievi skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

VII.   AWTORITÀ GĦAL RILAXX TA’ IKUE LIL STATI TERZI JEW ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

37.

Fejn jeżisti qafas skont il-paragrafu 2 għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fejn jawtorizza lis-Segretarju Ġenerali biex jirrilaxxa IKUE, skont il-prinċipju ta’ kunsens tal-oriġinatur, lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. Is-Segretarju Ġenerali jista’ jiddelega tali awtorizzazzjoni lil uffiċjali anzjani tas-SĠK.

38.

Fejn ikun hemm ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2, l-ewwel inċiż, il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjoni li jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli jirrilaxxa l-IKUE li toriġina fil-Kunsill fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, wara li jkun kiseb il-kunsens tal-oriġinatur ta’ kwalunkwe materjal tas-sors li jinsab fih, lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jiddelega tali awtorizzazzjoni lil uffiċjali anzjani tas-SEAE jew lir-RSUE.

39.

Fejn jeżisti qafas skont il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa IKUE, skont id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PKSD u skont il-prinċipju ta’ kunsens tal-oriġinatur. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jiddelega tali awtorizzazzjoni lil uffiċjali anzjani tas-SEAE, lil Kmandanti ta’ Operazzjoni, Forza jew Missjoni tal-UE, jew lil Kapijiet ta’ Missjoni tal-UE.


Appendiċi

Appendiċi A

Definizzjonijiet

Appendiċi B

Ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà

Appendiċi Ċ

Lista ta’ Awtoritajiet ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN)

Appendiċi D

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet


Appendiċi A

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

“Akkreditament” tfisser il-proċess li jwassal għal dikjarazzjoni formali mill-Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà (AAS) li sistema hija approvata biex topera b’livell definit ta’ klassifikazzjoni, f’mod partikolari ta’ sigurtà fl-ambjent operattiv tagħha u f’livell aċċettabbli ta’ riskju, abbażi tal-premessa li jkun ġie implimentat sett approvat ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali;

 

“Assi” tfisser kwalunkwe ħaġa li hija ta’ valur għal organizzazzjoni, l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-kontinwità tagħhom, inkluż ir-riżorsi ta’ informazzjoni li jappoġġaw il-missjoni tal-organizzazzjoni;

 

“Approvazzjoni għal aċċess għal IKUE” tfisser deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SĠK li tittieħed abbażi ta’ assigurazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li uffiċjal, aġent ieħor jew espert nazzjonali sekondat tas-SĠK, dment li “l-ħtieġa ta’ għarfien tiegħu” tkun ġiet determinata u jkun ġie infurmat kif adatt dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata;

 

“Ċiklu ta’ ħajja ta’ SKI” tfisser it-tul komplet tal-eżistenza ta’ SKI, li jinkludi l-inizjazzjoni, il-konċezzjoni, l-ippJannar, l-analiżi tar-rekwiżiti, id-disinn, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-implimentazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżmantellament;

 

“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir mis-SĠK ma’ kuntrattur għall-provvista ta’ oġġetti, twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha;

 

“Subkuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tas-SĠK ma’ kuntrattur ieħor (eż. is-subkuntrattur) għall-provvista ta’ oġġetti, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha;

 

“Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) - ara l-Artikolu 10(2);

 

“Kuntrattur” tfisser individwu jew entità ġuridika li jkollha l-kapaċità ġuridika li tassumi kuntratti;

 

“Materjal kriptografiku (Kripto)” tfisser algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u dokumenti assoċjati u materjal li jaġixxi ta’ ċavetta (keying material);

 

“Prodott kriptografiku” tfisser prodott li l-funzjonalità primarja u ewlenija tiegħu hija l-għoti ta’ servizzi tas-sigurtà (kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, awtentiċità, non-rifjut) permezz ta’ mekkaniżmu kriptografiku wieħed jew aktar;

 

“Operazzjoni PKSD” tfisser operazzjoni militari jew ċivili ta’ maniġġar tal-kriżijiet taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE;

 

“Deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni ta’ sigurtà;

 

“Difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta’ firxa ta’ miżuri ta’ sigurtà, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża;

 

“Awtorità ta’ Sigurtà Kompetenti” (ASK) tfisser awtorità responsabbli għall-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta’ Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn il-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà industrijali u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta’ ASM tista’ titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra;

 

“Dokument” tfisser kwalunkwe informazzjoni reġistrata tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha;

 

“Tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà;

 

“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) - ara l-Artikolu 2(1);

 

“Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser determinazzjoni amministrattiva minn ASN jew ASM li, mill- perspettiva ta’ sigurtà, faċilità tista’ tippermetti livell adegwat ta’ protezzjoni tal IKUE ta’ livell speċifiku ta’ klassifikazzjoni;

 

“Trattament” ta’ IKUE tfisser l-azzjonijiet possibbli kollha li għalihom tista’ tkun soġġetta IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha. Huwa jkopri il-ħolqien, il-proċessar, il-ġarr, id-downgrading, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Fir-rigward ta’ SKI huwa jkopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trasmissjoni u l-ħżin tagħha;

 

“Detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat bi ħtieġa ta’ għarfien stabbilit li huwa fil-pussess ta’ oġġett ta’ IKUE u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih;

 

“Entità industrijali jew entità oħra” tfisser entità involuta fil-provvista ta’ oġġetti, fit-twettiq ta’ xogħlijiet jew fil-forniment ta’ servizzi; din tista’ tkun entità industrijali, kummerċjali, tas-servizzi, xjentifika, tar-riċerka, edukattiva jew tal-iżvilupp jew individwu li jaħdem għal rasu;

 

“Sigurtà industrijali” - ara l-Artikolu 11(1);

 

“Assigurazzjoni tal-Informazzjoni” - ara l-Artikolu 10(1);

 

“Interkonnessjoni” - ara l-Anness IV, paragrafu 32;

 

“Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata” - ara l-Artikolu 9(1);

 

“Materjal” tfisser kwalunkwe dokument, trasportatur tad-data jew oġġett ta’ makkinarju jew tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċess ta’ manifattura;

 

“Oriġinatur” tfisser l-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni, l-Istat Membru, l-istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tiegħu/tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-Unjoni;

 

“Sigurtà tal-persunal” - ara l-Artikolu 7(1);

 

“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) tfisser dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssir wara t-tmiem ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista’ jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata;

 

“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal” (ĊASP) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li jistabbilixxi li individwu huwa awtorizzat b’sigurtà u għandu ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà jew awtorizzazzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra għal aċċess għal IKUE, u li juri l-livell ta’ IKUE li dak l-individwu jista’ jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta’ validità tal-PSC rilevanti u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu;

 

“Sigurtà fiżika” - ara l-Artikolu 8(1);

 

“Istruzzjoni ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett” (ISP) tfisser lista ta’ proċeduri ta’ sigurtà li huma applikati għal programm/proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri ta’ sigurtà. Din tista’ tiġi riveduta matul il-programm/proġett kollu;

 

“Reġistrazzjoni” - ara l-Anness III, paragrafu 18;

 

“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa’ wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri ta’ sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista’ jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati;

 

“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża’ u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u l-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu.

“aċċettazzjoni ta’ riskju” hija d-deċiżjoni li jkun hemm qbil dwar l-eżistenza ulterjuri ta’ riskju residwu wara t-trattament tar-riskju;

“valutazzjoni ta’ riskju” tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ theddid u vulnerabbiltajiet u t-twettiq tal-analiżi tar-riskju relatat, jiġifieri l-analiżi tal-probabbiltà u l-impatt;

“komunikazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji fost il-komunitajiet tal-utenti tas-SKI, l-infurmar tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u r-rapportar lill-awtoritajiet operattivi;

“trattament tar-riskju” jikkonsisti fil-mitigazzjoni, it-tneħħija, it-tnaqqis (permezz ta’ taħlita adatta ta’ miżuri tekniċi, fiżiċi, organizzattivi jew proċedurali), it-trasferiment jew il-monitoraġġ tar-riskju.

 

“Ittra dwar Aspetti ta’ Sigurtà” (SAL) tfisser sett ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal jew il-ħolqien ta’ IKUE, li jidentifika r-rekwiżiti ta’ sigurtà jew dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni ta’ sigurtà;

 

“Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta’ programm jew kuntratt li huma klassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà applikabbli. Il-GKS tista’ titwessa’ matul il-ħajja tal-programm jew tal-kuntratt u l-elementi ta’ informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; fejn ikun hemm GKS, hija għandha tkun parti mis-SAL;

 

“Investigazzjoni ta’ sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li m’hemm xejn negattiv magħruf li jista’ jipprevjeni individwu milli jingħata PSC jew awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla);

 

“Mod ta’ ħidma ta’ sigurtà” tfisser id-definizzjoni tal-kondizzjonijiet taħt liema SKI taħdem abbażi tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni ttrattata u l-livelli ta’ approvazzjoni, l-approvazzjonijiet ta’ aċċess formali u l-ħtieġa ta’ għarfien tal-utenti tagħha. Jeżistu erba’ modi ta’ ħidma għat-trattament jew it-trasmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata: mod dedikat, mod system-high, mod kompartimentat u mod b’diversi livelli;

“mod dedikat” tfisser mod ta’ ħidma fejn l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI jkunu awtorizzati sal-ogħla livell ta’ klassifikazzjoni ta’ informazzjoni ttrattata fis-SKI, u bi ħtieġa ta’ għarfien komuni għall-informazzjoni kollha ttrattata fis-SKI;

“mod system-high” tfisser mod ta’ ħidma fejn l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI jkunu awtorizzati sal-ogħla livell ta’ klassifikazzjoni ta’ informazzjoni ttrattata fis-SKI, iżda mhux l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI għandhom ħtieġa ta’ għarfien komuni għall-informazzjoni ttrattata fis-SKI; approvazzjoni għall-aċċess għall-informazzjoni tista’ tingħata minn individwu;

“mod kompartimentat” tfisser mod ta’ ħidma fejn l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI jkunu awtorizzati sal-ogħla livell ta’ klassifikazzjoni ta’ informazzjoni ttrattata fis-SKI, iżda mhux l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI għandhom awtorizzazzjoni formali għall-aċċess għall-informazzjoni kollha ttrattata fis-SKI; awtorizzazzjoni formali timplika ġestjoni formali ċentrali ta’ kontroll ta’ aċċess distint minn diskrezzjoni individwali għall-għoti tal-aċċess;

“mod b’diversi livelli” tfisser mod ta’ ħidma fejn mhux l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI huma awtorizzati sal-ogħla livell ta’ klassifikazzjoni ta’ informazzjoni ttrattata fis-SKI, u mhux l-individwi kollha b’aċċess għas-SKI għandhom ħtieġa ta’ għarfien komuni għall-informazzjoni ttrattata fis-SKI.

 

“Proċess ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ sigurtà” tfisser il-proċess intier tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-imminimizzar ta’ avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw s-sigurtà ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li hija tuża. Dan ikopri t-totalità tal-attivitajiet relatati mar-riskju, inklużi l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni;

 

“TEMPEST” tfisser l-investigazzjoni, l-istudju u l-kontroll ta’ emanazzjonijiet elettromanjetiċi kompromettenti u l-miżuri biex jiġu mrażżna;

 

“Theddida” tfisser kawża potenzjali ta’ aċċident mhux mixtieq li jista’ jirriżulta f’dannu lil organizzazzjoni jew waħda mis-sistemi li hija tuża; tali theddid jista’ jkun aċċidentali jew intenzjonat (malizzjużi) u huwa kkaratterizzat minn elementi ta’ theddid, miri potenzjali u metodi ta’ attakk;

 

“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta’ kwalunkwe natura li tista’ tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar. Vulnerabbiltà tista’ tkun ommissjoni jew tista’ tkun relatata ma’ dgħufija fil-kontrolli f’termini tas-saħħa, il-kompletezza jew il-konsistenza tagħhom u tista’ tkun ta’ natura teknika, proċedurali, fiżika jew operattiva.


Appendiċi B

EKWIVALENZA TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TA’ SIGURTÀ

EU

TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Belgium

Très Secret (Loi 11.12.1998) Zeer Geheim (Wet 11.12.1998)

Secret (Loi 11.12.1998) Geheim (Wet 11.12.1998)

Confidentiel (Loi 11.12.1998) Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998)

nota (1) hawn taħt

Bulgaria

Cтpoгo ceкретно

Ceкретно

Поверително

За служебно ползване

Czech Republic

Přísně tajné

Tajné

Důvěrné

Vyhrazené

Denmark

YDERST HEMMELIGT

HEMMELIGT

FORTROLIGT

TIL TJENESTEBRUG

Germany

STRENG GEHEIM

GEHEIM

VS (2)— VERTRAULICH

VS — NUR FÜR DEN DIENSTGEBRAUCH

Estonia

Täiesti salajane

Salajane

Konfidentsiaalne

Piiratud

Ireland

Top Secret

Secret

Confidential

Restricted

Greece

Άκρως Απόρρητο Abr: ΑΑΠ

Απόρρητο Abr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης Abr: (ΠΧ)

Spain

SECRETO

RESERVADO

CONFIDENCIAL

DIFUSIÓN LIMITADA

France

Très Secret Défense

Secret Défense

Confidentiel Défense

nota (3) hawn taħt

Croatia

VRLO TAJNO

TAJNO

POVJERLJIVO

OGRANIČENO

Italy

Segretissimo

Segreto

Riservatissimo

Riservato

Cyprus

Άκρως Απόρρητο Αbr: (ΑΑΠ)

Απόρρητο Αbr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης Αbr: (ΠΧ)

Latvia

Sevišķi slepeni

Slepeni

Konfidenciāli

Dienesta vajadzībām

Lithuania

Visiškai slaptai

Slaptai

Konfidencialiai

Riboto naudojimo

Lussemburgu

Très Secret Lux

Secret Lux

Confidentiel Lux

Restreint Lux

Hungary

Szigorúan titkos!

Titkos!

Bizalmas!

Korlátozott terjesztésű!

Malta

L-Ogħla Segretezza Top Secret

Sigriet Secret

Kunfidenzjali Confidential

Ristrett Restricted (4)

Netherlands

Stg. ZEER GEHEIM

Stg. GEHEIM

Stg. CONFIDENTIEEL

Dep. VERTROUWELIJK

Austria

Streng Geheim

Geheim

Vertraulich

Eingeschränkt

Poland

Ściśle Tajne

Tajne

Poufne

Zastrzeżone

Portugal

Muito Secreto

Secreto

Confidencial

Reservado

Romania

Strict secret de importanță deosebită

Strict secret

Secret

Secret de serviciu

Slovenia

STROGO TAJNO

TAJNO

ZAUPNO

INTERNO

Slovakia

Prísne tajné

Tajné

Dôverné

Vyhradené

Finland

ERITTÄIN SALAINEN YTTERST HEMLIG

SALAINEN HEMLIG

LUOTTAMUKSELLINEN KONFIDENTIELL

KÄYTTÖ RAJOITETTU BEGRÄNSAD TILLGÅNG

Sweden (5)

HEMLIG/TOP SECRET HEMLIG AV SYNNERLIG BETYDELSE FÖR RIKETS SÄKERHET

HEMLIG/SECRET HEMLIG

HEMLIG/CONFIDENTIAL HEMLIG

HEMLIG/RESTRICTED HEMLIG

United Kingdom

UK TOP SECRET

UK SECRET

UK CONFIDENTIAL

UK RESTRICTED


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni ta’ sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b’mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni “RESTREINT” fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b’mod mhux anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Il-marki Maltin u Ingliżi għal Malta jistgħu jintużaw b’mod alternat

(5)  L-Isvezja: il-marki tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà fir-ringiela ta’ fuq jintużaw mill-awtoritajiet tad-difiża u l-marki fir-ringiela ta’ taħt minn awtoritajiet oħra.


Appendiċi Ċ

LISTA TA’ AWTORITAJIET TA’ SIGURTÀ NAZZJONALI (ASN)

BELĠJU

Autorité nationale de Sécurité

SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement

15, rue des Petits Carmes

B-1000 Bruxelles

Tel. Secretariat: +32 25014542

Fax +32 25014596

E-Mail: nvo-ans@diplobel.fed.be

ESTONJA

National Security Authority Department

Estonian Ministry of Defence

Sakala 1

15094 Tallinn

Tel. +372 717 0019, +372 7170117

Fax +372 7170213

E-mail: nsa@mod.gov.ee

BULGARIJA

State Commission on Information Security

90 Cherkovna Str.

1505 Sofia

Tel. +359 29333600

Fax +359 29873750

E-mail: dksi@government.bg

Website: www.dksi.bg

IRLANDA

National Security Authority

Department of Foreign Affairs

76 - 78 Harcourt Street

Dublin 2 Ireland

Tel. +353 14780822

Fax +353 14082959

REPUBBLIKA ĊEKA

Národní bezpečnostní úřad

(National Security Authority)

Na Popelce 2/16

150 06 Praha 56

Tel. +420 257283335

Fax +420 257283110

E-mail: czech.nsa@nbu.cz

Website: www.nbu.cz

GREĊJA

Γενικό Επιτελείο Εθνικής Άμυνας (ΓΕΕΘΑ)

Διεύθυνση Ασφαλείας και Αντιπληροφοριών

ΣΤΓ 1020 -Χολαργός (Αθήνα)

Ελλάδα

Τηλ.: +30 2106572045 (ώρες γραφείου)

+30 2106572009 (ώρες γραφείου)

Φαξ: +30 2106536279

+30 2106577612

Hellenic National Defence General Staff (HNDGS)

Counter Intelligence and Security Directorate (NSA)

227-231 HOLARGOS

STG 1020 ATHENS

Tel. +30 2106572045

+30 2106572009

Fax +30 2106536279

+30 2106577612

DANIMARKA

Politiets Efterretningstjeneste

(Danish Security Intelligence Service)

Klausdalsbrovej 1

DK-2860 Søborg

Tel. +45 33148888

Fax +45 33430190

Forsvarets Efterretningstjeneste

(Danish Defence Intelligence Service)

Kastellet 30

DK-2100 Copenhagen Ø

Tel. +45 33325566

Fax +45 33931320

SPANJA

Autoridad Nacional de Seguridad

Oficina Nacional de Seguridad

Avenida Padre Huidobro s/n

28023 Madrid

Tel. +34 913725000

Fax +34 913725808

E-mail: nsa-sp@areatec.com

ĠERMANJA

Bundesministerium des Innern

Referat ÖS III 3

Alt-Moabit 101 D

D-11014 Berlin

Tel. +49 30186810

Fax +49 30186811441

E-Mail: oesIII3@bmi.bund.de

FRANZA

Secrétariat général de la défense et de la sécurité nationale

Sous-direction Protection du secret (SGDSN/PSD)

51 Boulevard de la Tour-Maubourg

F-75700 Paris 07 SP

Tel. +33 171758177

Fax +33 171758200

KROAZJA

Office of the National Security Council

Croatian NSA

Jurjevska 34

10000 Zagreb

Croatia

Tel. +385 14681222

Fax + 385 14686049

www.uvns.hr

LUSSEMBURGU

Autorité nationale de Sécurité

Boîte postale 2379

1023 Lussemburgu

Tel. +352 24782210 central

+ 352 24782253 direct

Fax +352 24782243

ITALJA

Presidenza del Consiglio dei Ministri

D.I.S. - U.C.Se.

Via di Santa Susanna, 15

I-00187 Roma

Tel. +39 0661174266

Fax +39 064885273

UNGERIJA

Nemzeti Biztonsági Felügyelet

(National Security Authority of Hungary)

H-1024 Budapest, Szilágyi Erzsébet fasor 11/B

Tel. +36 (1) 7952303

Fax +36 (1) 7950344

Postal address:

H-1357 Budapest, PO Box 2

E-mail: nbf@nbf.hu

Website: www.nbf.hu

ĊIPRU

ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΜΥΝΑΣ

ΣΤΡΑΤΙΩΤΙΚΟ ΕΠΙΤΕΛΕΙΟ ΤΟΥ ΥΠΟΥΡΓΟΥ

Εθνική Αρχή Ασφάλειας (ΕΑΑ)

Υπουργείο Άμυνας

Λεωφόρος Εμμανουήλ Ροΐδη 4

1432 Λευκωσία, Κύπρος

Τηλέφωνα: +357 22807569, +357 22807643, +357 22807764

Τηλεομοιότυπο: +357 22302351

Ministry of Defence

Minister’s Military Staff

National Security Authority (NSA)

4 Emanuel Roidi street

CY-1432 Nicosia

Tel. +357 22807569, +357 22807643, +357 22807764

Fax +357 22302351

E-Mail: cynsa@mod.gov.cy

MALTA

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

P.O. Box 146

MT-Valletta

Tel. +356 21249844

Fax +356 25695321

LATVJA

National Security Authority

Constitution Protection Bureau of the Republic of Latvia

P.O.Box 286

LV-1001 Riga

Tel. +371 67025418

Fax +371 67025454

E-mail: ndi@sab.gov.lv

PAJJIŻI L-BAXXI

Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties

Postbus 20010

NL-2500 EA Den Haag

Tel. +31 703204400

Fax +31 703200733

Ministerie van Defensie

Beveiligingsautoriteit

Postbus 20701

NL-2500 ES Den Haag

Tel. +31 703187060

Fax +31 703187522

LITWANJA

Lietuvos Respublikos paslapčių apsaugos koordinavimo komisija

(The Commission for Secrets Protection Coordination of the Republic of Lithuania

National Security Authority)

Gedimino 40/1

LT-01110 Vilnius

Tel. +370 706 66701, +370 706 66702

Fax +370 706 66700

E-mail: nsa@vsd.lt

AWSTRIJA

Informationssicherheitskommission

Bundeskanzleramt

Ballhausplatz 2

A-1014 Wien

Tel. +43 1531152594

Fax +43 1531152615

E-Mail: ISK@bka.gv.at

POLONJA

Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego – ABW

(Internal Security Agency)

2 A Rakowiecka St.

PL-00-993 Warszawa

Tel. +48 225857360

Fax +48 225858509

E-Mail: nsa@abw.gov.pl

Website: www.abw.gov.pl

SLOVAKKJA

Národný bezpečnostný úrad

(National Security Authority)

Budatínska 30 P.O.

P.O. Box 16

SVK-850 07 Bratislava

Tel. +421 268692314

Fax +421 263824005

Website: www.nbusr.sk

PORTUGALL

Presidência do Conselho de Ministros

Autoridade Nacional de Segurança

Rua da Junqueira, 69

1300-342 Lisboa

Tel. +351 213031710

Fax +351 213031711

FINLANDJA

National Security Authority

Ministry for Foreign Affairs

P.O. Box 453

FI-00023 Government

Tel. +358 16055890

Fax +358 916055140

E-mail: NSA@formin.fi

RUMANIJA

Oficiul Registrului Național al Informațiilor Secrete de Stat

(Romanian NSA – ORNISS

National Registry Office for Classified Information)

Strada Mureș nr. 4

RO-012275 Bucharest

Tel. +40 212245830

Fax +40 212240714

E-Mail: nsa.romania@nsa.ro

Website: www.orniss.ro

SVEZJA

Utrikesdepartementet

(Ministry for Foreign Affairs)

UD-RS

S 10339 Stockholm

Tel. +46 84051000

Fax +46 87231176

E-Mail: ud-nsa@foreign.ministry.se

SLOVENJA

Urad Vlade RS za varovanje tajnih podatkov

Gregorčičeva 27

SVN-1000 Ljubljana

Tel. +386 14781390

Fax +386 14781399

E-mail: gp.uvtp@gov.si

RENJU UNIT

UK National Security Authority

Room 335, 3rd Floor

70 Whitehall

London

SW1 A 2AS

Tel. 1: +44 2072765645

Tel. 2: +44 2072765497

Fax +44 2072765651

E-mail: UK-NSA@cabinet-office.x.gsi.gov.uk


Appendiċi D

LISTA TA’ ABBREVJAZZJONIJIET

Akronimu

Tifsira

AQUA

Appropriately Qualified Authority (Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata)

BPS

Boundary Protection Services (Servizzi ta’ Protezzjoni fil-Konfini - SPK)

CAA

Crypto Approval Authority (Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto - AAK)

CCTV

Closed Circuit Television (televiżjoni b’ċirkwit magħluq)

CDA

Crypto Distribution Authority (Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto - ADK)

CFSP

Common Foreign and Security Policy (Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni - PESK)

CIS

Communication and Information Systems handling EUCI (Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI) li titratta IKEU)

Coreper

Committee of Permanent Representatives (Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti) - PSDK)

CSDP

Common Security and Defence Policy (Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni

DSA

Designated Security Authority (Awtorità ta’ Sigurtà Kompetenti)

ECSD

European Commission Security Directorate (Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea)

EUCI

EU Classified Information (Informazzjoni Klassifikata tal-UE - IKUE)

EUSR

EU Special Representative (Rappreżentant Speċjali tal-UE - RSUE)

FSC

Facility Security Clearance (Approvazzjoni ta’ Sigurtà għal Faċilità - ASF)

GSC

General Secretariat of the Council (Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill - SGK)

IA

Information Assurance (Assigurazzjoni ta’ Informazzjoni (AI)

IAA

Information Assurance Authority (Awtorità AI (AAI)

IDS

Intrusion Detection System (sistema ta’ sejbien ta’ intrużjoni- SSI)

IT

Information Technology (Teknoloġija tal-Informazzjoni - TI)

NSA

National Security Authority (Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali - ASN)

PSC

Personnel Security Clearance (Approvazzjoni ta’ Sigurtà ta’ Persunal)

PSCC

Personnel Security Clearance Certificate (Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal” (ĊASP)

PSI

Programme/Project Security Instructions (Struzzjonijiet ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett)

SAA

Security Accreditation Authority (Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà - AAS)

SAB

Security Accreditation Board (Bord ta’ Akkreditament ta’ sigurtà - BAS)

SAL

Security Aspects Letter (Ittra dwar aspetti ta’ sigurtà)

SecOPs

Security Operating Procedures (proċeduri operattivi ta’ sigurtà)

SCG

Security Classification Guide (Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ sigurtà - GKS)

SSRS

System-Specific Security Requirement Statement (dikjarazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għas-sistema - DRSS)

TA

TEMPEST Authority (Awtorità TEMPEST - AT)