27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki
(2013/325/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita tagħhom għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Suomen Pankki għażlet lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Oy jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
"11. PricewaterhouseCoopers Oy huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum meta tiġi nnotifikata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.