27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki

(2013/325/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita tagħhom għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Suomen Pankki għażlet lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Oy jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

"11.   PricewaterhouseCoopers Oy huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum meta tiġi nnotifikata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU C 126, 3.5.2013, p.1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.