1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2013

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2013/C 30/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min Iħaddem huwa disponibbli għall-Isvezja.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM:

SVEZJA

Is-Sinjura Karin THAPPER

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.