29.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1254/2012

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fit-12 ta’ Mejju 2011, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 10 Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, kif ukoll l-Istandard Internazzjonal ta’ Kontabilità emendat (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u IAS 28 Investiment f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. L-objettiv tal-IFRS 10 huwa li jipprovdi mudell ta’ konsolidazzjoni uniku li jidentifika l-kontroll bħala l-bażi għall-konsolidazzjoni għat-tipi kollha ta’ entitajiet. L-IFRS 10 jissostitwixxi l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat Permanenti għall-Interretazzjonijiet (SIC) Konsolidament - Entitajiet b'Għanijiet Speċjali (SIC-12). L-IFRS 11 jistabbilixxi prinċipji għar-rappurtar finanzjarju mill-partijiet għal arranġament konġunt u jissostitwixxi l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti u l-SIC-13 Entitajiet b'Kontroll Konġunt - Kontribuzzjonijiet Mhux Monetarji mill-Imprendituri. L-IFRS 12 jikkombina, isaħħaħ u jissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għas-sussidjarji, għal arranġamenti konġunti, għal kumpaniji assoċjati u għal entitajiet strutturati mhux ikkonsolidati. Bħala konsegwenza ta’ dawn l-IFRs ġodda, l-IASB ħareġ ukoll l-IAS 27 u l-IAS 28 emendati.

(3)

Dan ir-Regolament japprova l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 u l-IAS 27 emendat u l-IAS 28, kif ukoll l-emendi li jirriżultaw għal standards u interpretazzjonijiet oħra. Dawk l-istandards u l-emendi għal standards jew interpretazzjonijiet eżistenti jinkludu xi referenzi għall-IFRS 9 li bħalissa ma jistgħux ikunu applikati peress li l-IFRS 9 għadu ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Barra minn hekk, kwalunkwe emenda ta’ konsegwenza għall-IFRS 9 li tirriżulta mill-Anness għal dan ir-Regolament ma tistax tkun applikata.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (Technical Expert Group - TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group - EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12, kif ukoll l-IAS 27 u l-IAS 28 emendati jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati, għandu jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(b)

L-IFRS 1, l-IFRS 2, l-IFRS 3, l-IFRS 7, Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1, l-IAS 7, l-IAS 21, l-IAS 24, l-IAS 27, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 5 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRIC 5) huma emendati, u l-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC-12) huma sostitwiti skont l-IFRS 10 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(c)

L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti għandu jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(d)

L-IFRS 1, l-IFRS 2, l-IFRS 5, l-IFRS 7, l-IAS 7, l-IAS 12, l-IAS 18, l-IAS 21, l-IAS 24, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 39 u l-IFRIC 5, l-IFRIC 9 u l-IFRIC 16 u IAS 31 u SIC-13 huma sostitwiti skont l-IFRS 11 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(e)

L-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħrajn għandu jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(f)

IAS 1, u l-IAS 24 huma emendati skont l-IFRS 12 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(g)

L-IAS 27 emendat Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati għandu jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(h)

L-IAS 28 emendat Investiment f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti għandu jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

2.   Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

3.   Kwalunkwe emenda ta’ konsegwenza għall-IFRS 9 li tirriżulta mill-Anness għal dan ir-Regolament ma għandhiex tkun applikata.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12, l-IAS 27 emendat, l-IAS 28 emendat u l-emendi ta’ konsegwenza msemmija fil-punti (b), (d) u (f) tal-Artikolu 1(1), sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRS 10

IFRS 10 –

Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati

IFRS 11

IFRS 11

Arranġamenti Konġunti

IFRS 12

IFRS 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

IAS 27

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

IAS 28

IAS 28

Investiment f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

"Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ tranżazzjoni ġusta. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org"

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jistabilixxi prinċipji għall-preżentazzjoni u l-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati meta entità waħda tikkontrolla entità waħda oħra jew aktar.

Biex jintlaħaq l-għan

2

Sabiex jintlaħaq l-għan fil-paragrafu 1, dan l-IFRS:

(a)

jitlob li entità (il-kumpanija prinċipali) li tikkontrolla entità waħda oħra jew aktar (sussidjarji) tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati;

(b)

jiddefinixxi l-prinċipju ta’ kontroll, u jistabilixxi l-kontroll bħala l-bażi għall-konsolidament;

(c)

jistabilixxi kif għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-kontroll sabiex jiġi identifikat jekk investitur jikkontrollax destinatarja ta’ investiment u għalhekk irid jikkonsolida d-destinatarja ta’ investiment; u

(d)

jistabilixxi r-rekwiżiti kontabilistiċi għall-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati.

3

Dan l-IFRS ma jittrattax ir-rekwiżiti kontabilistiċi għall-kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidament, inkluż l-avvjament li jirriżulta fuq kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

AMBITU

4

Entità li tkun kumpanija prinċipali għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Dan l-IFRS japplika għall-entitajiet kollha, għajr kif ġej:

(a)

kumpanija prinċipali m'għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

hija tkun sussidjarja totalment proprjetà jew tkun sussidjarja parzjalment proprjetà ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra kollha tagħha, inklużi dawk li altrimenti ma jkollhomx dritt għall-vot, ikunu ġew infurmati dwar, u ma joġġezzjonawx għaliex il-kumpanija prinċipali ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati;

(ii)

l-istrumenti tagħha ta’ dejn u ta’ ekwità ma jiġux innegozjati f'suq pubbliku (borża lokali jew barranija jew suq barra l-borża, inklużi s-swieq lokali u reġjonali);

(iii)

ma tkunx issottomettiet, u lanqas ma tkun fil-proċess li tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni għat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra għall-iskop ta’ ħruġ ta’ xi klassi ta’ strumenti f'suq pubbliku; u

(iv)

il-kumpanija prinċipali finali tagħha jew xi kumpanija prinċipali intermedja tagħha tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati li jkunu disponibbli għall-użu pubbliku u jikkonformaw mal-IFRSs.

(b)

pjani ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew pjani oħra ta’ benefiċċji ta’ terminu twil għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

Kontroll

5

Irrispettivament min-natura tal-involviment tiegħu f’entità (destinatarja ta’ investiment), investitur għandu jistabilixxi jekk ikunx kumpanija prinċipali billi jivvaluta jekk jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

6

Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta huwa jkun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

7

Għalhekk, investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk u jekk biss l-investitur ikollu dawn kollha li ġejjin:

(a)

setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 10–14);

(b)

skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 15 u 16); u

(c)

il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi għall-investitur (ara l-paragrafi 17 u 18).

8

Investitur għandu jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment. L-investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk xi fatti u ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f'xi waħda jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 7 (ara l-paragrafi B80–B85).

9

Żewġ investituri jew aktar jikkontrollaw kollettivament destinatarja ta’ investiment meta jkunu jridu jaġixxu flimkien biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti. F'każijiet bħal dawn, minħabba li l-ebda investitur ma jista' jiddirieġi l-attivitajiet mingħajr il-kooperazzjoni tal-oħrajn, l-ebda investitur ma jikkontrolla individwalment id-destinatarja ta’ investiment. Kull investitur ikun responsabbli għall-interess tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment skont l-IFRSs rilevanti, ngħidu aħna l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti jew l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Setgħa

10

Investitur ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet rilevanti, jiġifieri l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

11

Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Xi drabi l-valutazzjoni tas-setgħa tkun sempliċi, bħal meta s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment tinkiseb direttament jew esklussivament mid-drittijiet tal-vot mogħtija minn strumenti azzjonarji bħall-ishma, u tista' tiġi vvalutata billi jitqiesu d-drittijiet tal-vot minn dawn l-azzjonijiet. F'każijiet oħra, il-valutazzjoni tkun aktar kumplessa u titlob li jitqies aktar minn fattur wieħed, pereżempju meta s-setgħa tirriżulta minn arranġament kuntrattwali wieħed jew aktar.

12

Investitur bil-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet rilevanti jkollu s-setgħa anki jekk id-drittijiet tiegħu ta’ direzzjoni jkunu għad iridu jiġu eżerċitati. L-evidenza li l-investitur kien qiegħed jidderiġi l-attivitajiet rilevanti tista' tgħin biex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux setgħa, iżda tali evidenza, fiha nnifisha, mhijiex konklużiva biex jiġi stabilit li l-investitur ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment.

13

Jekk żewġ investituri jew aktar kollha jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità unilaterali li jidderiġu attivitajiet rilevanti differenti, l-investitur li jkollu l-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

14

Investitur jista' jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment anki jekk entitajiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti li jipparteċipaw fid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, pereżempju meta entità oħra jkollha influwenza sinifikanti. Madankollu, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B26–B28), u konsegwentement ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

Redditi

15

Investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f'destinatarja ta’ investiment, meta r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu jkollhom il-potenzjal li jvarjaw minħabba r-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tal-investitur jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew totalment pożittivi u negattivi.

16

Għalkemm investitur wieħed biss jista' jikkontrolla destinatarja ta’ investiment, aktar minn parti waħda tista' tieħu sehem mir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, id-detenturi ta’ interessi nonkontrollanti jista' jkollhom sehem mill-profitti jew id-distribuzzjonijiet ta’ destinatarja ta’ investiment.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

17

Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur mhux biss ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment u skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, iżda jkollu wkoll il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu biex jaffettwa r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

18

Għalhekk, investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet għandu jistabilixxi jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur li jkun aġent skont il-paragrafi B58–B72 ma jikkontrollax destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lilu.

REKWIŻITI KONTABILISTIĊI

19

Kumpanija prinċipali għandha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati billi tuża Politiki kontabilistiċi uniformi għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti oħra f'ċirkustanzi simili.

20

Il-konsolidament ta’ destinatarja ta’ investiment għandu jibda mid-data li fiha l-investitur jikseb il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment u jieqaf meta l-investitur jitlef il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment.

21

Il-paragrafi B86–B93 jistabilixxu gwida għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Interessi nonkontrollanti

22

Kumpanija prinċipali għandha tippreżenta l-interessi nonkontrollanti fir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali.

23

Bidliet fl-interess propjetarju ta’ kumpanija prinċipali f'sussidjarja li ma jwasslux biex il-kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja huma tranżazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ishma (jiġifieri tranżazzjonijiet bis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien).

24

Il-paragrafi B94–B96 jistabilixxu gwida għall-ikkontabilizzar tal-interessi nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Telf tal-kontroll

25

Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija prinċipali:

(a)

tirtira r-rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja preċedenti mir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja.

(b)

tirrikonoxxi kwalunkwe investiment imfaddal fis-sussidjarja preċedenti bil-valur ġust tiegħu meta jintilef il-kontroll u suċċessivament tikkontabilizza għalih u għal kwalunkwe ammonti dovuti minn jew lis-sussidjarja preċedenti skont l-IFRSs rilevanti. Dak il-valur ġust għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju skont l-IFRS 9 jew, meta jkun xieraq, il-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew f'impriża konġunta.

(c)

tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf assoċjat mat-telf tal-kontroll attribwit lill-interess ta’ kontroll preċedenti.

26

Il-paragrafi B97–B99 jistabilixxu gwida għall-ikkontabilizzar tat-telf tal-kontroll.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

rapporti finanzjarji konsolidati

Ir-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment

Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

deċiżur

Entità bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li tkun jew prinċipal jew aġent għal partijiet oħra.

grupp

Kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha.

interess nonkontrollanti

Ekwità f'sussidjarja li ma tkunx attribwita, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali.

kumpanija prinċipali

Entità li tikkontrolla entità waħda jew aktar.

setgħa

Drittijiet eżistenti li jagħtu l-kapaċità kurrenti ta’ direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti.

drittijiet protettivi

Drittijiet maħsuba sabiex jipproteġu l-interess tal-parti li jkollha dawk id-drittijiet mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti s-setgħa fuq l-entità li magħha għandhom x'jaqsmu dawk id-drittijiet.

attivitajiet rilevanti

Għall-iskop ta’ dan l-IFRS, attivitajiet rilevanti huma attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

drittijiet ta’ revoka

Id-drittijiet sabiex deċiżur titneħħielu l-awtorità tiegħu li jieħu d-deċiżjonijiet.

sussidjarja

Entità li tkun ikkontrollata minn entità oħra.

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IFRS 11, l-IFRS 12 Divulgazzjoni tal-Interessi f'Entitajiet Oħra, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IAS 24 Divulgazzjoni fuq Partijiet Relatati u huma użati f'dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f'dawk l-IFRSs:

kumpanija assoċjata

interess f'entità oħra

impriża konġunta

membru kruċjali tal-maniġment

parti relatata

influwenza sinifikanti.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Huwa jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–26 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1

L-eżempji f'dan l-appendiċi jirrappreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f'mudelli ta’ fatti reali, ikunu jridu jiġu evalwati l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha ta’ mudelli ta’ fatti partikolari meta jiġi applikat l-IFRS 10.

VALUTAZZJONI TAL-KONTROLL

B2

Sabiex jiddetermina jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jivvaluta jekk ikollux dawn kollha li ġejjin:

(a)

setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment;

(b)

skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment; u

(c)

il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B3

Il-konsiderazzjoni tal-fatturi li ġejjin tista' tgħin sabiex issir dik id-determinazzjoni:

(a)

l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8);

(b)

x'ikunu l-attivitajiet rilevanti u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet (ara l-paragrafi B11–B13);

(c)

jekk id-drittijiet tal-investitur jagħtuhx il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti (ara l-paragrafi B14–B54);

(d)

jekk l-investitur ikunx skopert, jew għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B55–B57); u

(e)

jekk l-investitur ikollux il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur (ara l-paragrafi B58–B72).

B4

Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jikkunsidra n-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra (ara l-paragrafi B73–B75).

L-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment

B5

Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment sabiex jidentifika l-attivitajiet rilevanti, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti, min għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi dawk l-attivitajiet u min jirċievi redditi minn dawk l-attivitajiet.

B6

Meta jiġu kkunsidrati l-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment, jista' jkun evidenti li destinatarja ta’ investiment tkun ikkontrollata permezz ta’ strumenti azzjonarji li jagħtu lid-detentur drittijiet tal-vot proporzjonati, pereżempju ishma ordinarji fid-destinatarja ta’ investiment. F'dan il-każ, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe arranġament addizzjonali li jibdel it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-valutazzjoni tal-kontroll tiffoka fuq liema parti, jekk ikun hemm, hija kapaċi teżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti sabiex tiddetermina l-politiki tal-operat u finanzjarji tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50). Fl-iżjed każ sempliċi, l-investitur li jkollu l-maġġoranza ta’ dawk id-drittijiet tal-vot, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe fattur ieħor, jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

B7

Sabiex jiġi stabilit jekk investitur jikkontrollax destinatarja ta’ investiment f'każijiet aktar kumplessi, jista' jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati xi wħud mill-fatturi l-oħra jew il-fatturi l-oħra kollha fil-paragrafu B3.

B8

Destinatarja ta’ investiment tista' tkun iddisinjata b'mod li d-drittijiet tal-vot ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni dwar min jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment, bħal pereżempju meta d-drittijiet tal-vot ikunu jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jkunu mmexxija permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali. F'każijiet bħal dawn, il-konsiderazzjoni min-naħa tal-investitur, tal-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, għandha tinkludi wkoll konsiderazzjoni tar-riskji li għalihom tkun iddisinjata li tkun esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti fid-destinatarja ta’ investiment u jekk l-investitur ikunx skopert għal xi wħud minn dawn ir-riskji jew għal dawn ir-riskji kollha. Il-konsiderazzjoni tar-riskji tinkludi mhux biss ir-riskju ta’ ċaqliq 'l isfel, iżda wkoll il-potenzjal għal ċaqliq 'il fuq.

Setgħa

B9

Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Sabiex tiġi vvalutata s-setgħa, għandhom jiġu kkunsidrati biss drittijiet sostantivi u drittijiet li mhumiex protettivi (ara l-paragrafi B22–B28).

B10

L-istabiliment ta’ jekk investitur ikollux setgħa jiddependi fuq l-attivitajiet rilevanti, il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti u d-drittijiet li jkollhom l-investitur u partijiet oħra fir-rigward tad-destinatarja ta’ investiment.

L-attivitajiet rilevanti u d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti

B11

Għal bosta destinatarji ta’ investiment, firxa ta’ attivitajiet operatorji u finanzjarji jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tagħhom. Eżempji ta’ attivitajiet li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu attivitajiet rilevanti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

il-bejgħ u xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

(b)

l-immaniġjar ta’ assi finanzjarji matul il-ħajja tagħhom (fosthom wara inadempjenza);

(c)

is-selezzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iċ-ċessjoni ta’ assi;

(d)

ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti jew proċessi ġodda; u

(e)

l-istabiliment ta’ struttura ta’ finanzjament jew il-ksib ta’ finanzjament.

B12

Eżempji ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet rilevanti jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

l-istabiliment ta’ deċiżjonijiet operatorji u kapitali tad-destinatarja ta’ investiment, inklużi l-baġits; u

(b)

il-ħatra u r-remunerazzjoni tal-membri maniġerjali kruċjali u l-fornituri tas-servizzi ta’ destinatarja ta’ investiment u t-tmiem tas-servizzi jew l-impjieg tagħhom.

B13

F'xi sitwazzjonijiet, attivitajiet kemm qabel kif ukoll wara li jinqala' sett ta’ ċirkustanzi jew avveniment partikolari jistgħu jkunu attivitajiet partikolari. Meta żewġ investituri jew aktar ikollhom il-kapaċità kurrenti sabiex jidderieġu attivitajiet rilevanti u dawk l-attivitajiet iseħħu f'ħinijiet differenti, l-investituri għandhom jistabilixxu liema investitur ikun kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti dawk ir-redditi b'mod konsistenti mat-trattament ta’ drittijiet simultanji ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu 13). L-investituri għandhom jerġgħu jikkunsidraw din il-valutazzjoni maż-żmien jekk jinbidlu fatti jew ċirkustanzi rilevanti.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 1

Żewġ investituri jiffurmaw destinatarja ta’ investiment sabiex jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw prodott mediċinali. Investitur minnhom ikun responsabbli sabiex jiżviluppa u jikseb l-approvazzjoni regolatorja tal-prodott mediċinali—dik ir-responsabbiltà tinkludi li jkollu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-iżvilupp tal-prodott u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja. Ladarba r-regolatur ikun approva l-prodott, l-investitur l-ieħor jimmanifatturah u jikkummerċjalizzah—dan l-investitur għandu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proġett. Jekk l-attivitajiet kollha—l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja kif ukoll il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali—huma attivitajiet rilevanti, kull investitur irid jistabilixxi jekk ikunx kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, kull investitur irid jikkunsidra jekk l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja jew il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali hijiex l-attività li taffettwa bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u jekk ikunx kapaċi jidderieġi dik l-attività. Fid-determinazzjoni ta’ liema investitur ikollu s-setgħa, l-investituri jqisu:

(a)

l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment;

(b)

il-fatturi li jiddeterminaw il-marġni ta’ profitt, id-dħul u l-valur tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll il-valur tal-prodott mediċinali;

(c)

l-effett fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment li jirriżulta mill-awtorità deċiżorja ta’ kull investitur fir-rigward tal-fatturi fil-punt (b); u

(d)

l-iskopertura tal-investituri għall-varjabilità tar-redditi.

F'dan l-eżempju partikolari, l-investituri għandhom jikkunsidraw ukoll:

(e)

l-inċertezza ta', u l-isforz meħtieġ, sabiex tinkiseb l-approvazzjoni regolatorja (meta jitqies ir-rekord tal-investitur fl-iżvilupp b'suċċess u l-ksib tal-approvazzjoni regolatorja ta’ prodotti mediċinali); u

(f)

liema investitur jikkontrolla l-prodott mediċinali ladarba l-fażi tal-iżvilupp tkun irnexxiet.

Eżempju 2

Strument ta’ investiment (id-destinatarja ta’ investiment) hija maħluqa u ffinanzjata bi strument tad-dejn miżmum minn investitur (l-investitur mutwanti) u strumenti azzjonarji miżmuma minn għadd ta’ investituri oħra. Il-porzjon tal-ekwità huwa mfassal sabiex jassorbi l-ewwel telf u biex jirċievi kwalunkwe redditu residwu mid-destinatarja ta’ investiment. Wieħed mill-investituri azzjonarji li għandu 30 fil-mija tal-ekwità huwa wkoll il-maniġer tal-assi. Id-destinatarja ta’ investiment tuża r-rikavati tagħha biex tixtri portafoll ta’ assi finanzjarji, li jesponi lid-destinatarja ta’ investiment għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-pagamenti tal-kapital (prinċipal) u tal-imgħaxijiet tal-assi. It-tranżazzjoni hija kkummerċjalizzata lill-investitur mutwanti bħala investiment bi skopertura minima għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-assi fil-portafoll minħabba n-natura ta’ dawn l-assi u minħabba li l-porzjon tal-ekwità huwa ddisinjat sabiex jassorbi l-ewwel telf tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment huma affettwati b'mod sinifikanti mill-immaniġjar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, li jinkludi deċiżjonijiet dwar l-għażla, l-akkwiżizzjoni u d-disponiment tal-assi fi ħdan il-linji gwida tal-portafoll u l-immaniġjar mal-inadempjenza ta’ xi assi fil-portafoll. Dawk l-attivitajiet kollha huma mmaniġjati mill-maniġer tal-assi sakemm l-inadempjenzi jilħqu proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll (jiġifieri meta l-valur tal-portafoll ikun tali li s-segment tal-ekwità tad-destinatarja ta’ investiment ikun ġie kkunsmat). Minn dak il-ħin, fiduċjarju ta’ parti terza jimmaniġja l-assi skont l-istruzzjonijiet tal-investitur mutwanti. L-immaniġjar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment huwa l-attività rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. Il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti sakemm l-assi mhux imħallsa jilħqu l-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll; l-investitur mutwanti għandu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti meta l-valur tal-assi mhux imħallsa jaqbeż dak il-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll. Il-maniġer tal-assi u l-investitur mutwanti, kull wieħed irid jiddetermina jekk ikunx kapaċi jiddirieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, fosthom billi jikkunsidraw l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll l-iskopertura ta’ kull parti għall-varjabilità tar-redditi.

Drittijiet li jagħtu investitur setgħa fuq destinatarja ta’ investiment

B14

Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtu lill-investur il-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Id-drittijiet li jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jistgħu jvarjaw bejn id-destinatarji ta’ investiment.

B15

Eżempji ta’ drittijiet li, jew individwalment jew f'kombinazzjoni, jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

drittijiet fil-forma ta’ drittijiet tal-vot (jew drittijiet potenzjali tal-vot) ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50);

(b)

drittijiet li jaħtar, jerġa' jassenja jew ineħħi membri ta’ persunal kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti;

(c)

drittijiet li jaħtar jew ineħħi entità oħra li tmexxi l-attivitajiet rilevanti;

(d)

drittijiet li jiddirieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi, jew twaqqaf kwalunkwe tibdil fi, tranżazzjonijiet għall-benefiċċju tal-investitur; u

(e)

drittijiet oħra (bħad-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet speċifikati f'kuntratt ta’ mmaniġjar) li jagħti lid-detentur il-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti.

B16

Ġeneralment, meta destinatarja ta’ investiment ikollha firxa ta’ attivitajiet tal-operat u ta’ finanzjament li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u meta jkun hemm bżonn kontinwament li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet, se jkunu d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili li jagħtu setgħa lil investitur, jew individwalment jew flimkien ma’ arranġamenti oħra.

B17

Meta d-drittijiet tal-vot ma jkunx jista' jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal meta d-drittijiet tal-vot jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u arranġamenti kuntrattwali jiddeterminaw id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, l-investitur irid jivvaluta dawk l-arranġamenti kuntrattwali sabiex jistabilixxi jekk għandux drittijiet suffiċjenti biex ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Sabiex jiġi stabilit jekk investitur ikollux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa, l-investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8) u r-rekwiżiti fil-paragrafi B51–B54 flimkien mal-paragrafi B18–B20.

B18

F'xi ċirkustanzi jista' jkun diffiċli jiġi stabilit jekk id-drittijiet ta’ investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa fuq destinatarja ta’ investiment. F'każijiet bħal dawn, sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tas-setgħa, l-investitur għandu jikkunsidra evidenza ta’ jekk għandux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali. Tingħata konsiderazzjoni, iżda mhux biss, għal dawn li ġejjin, li, meta jitqiesu flimkien mad-drittijiet tiegħu u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20, jistgħu jipprovdu evidenza li d-drittijiet tal-investitur ikunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

(a)

L-investitur jista', mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali biex jagħmel dan, jaħtar jew japprova l-membri kruċjali tal-maniġment tad-destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti.

(b)

L-investitur jista', mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali biex jagħmel dan, jiddirieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi, jew jista' jwaqqaf kwalunkwe tibdil fi, tranżazzjonijiet sinifikanti għall-benefiċċju tal-investitur.

(c)

L-investitur jista' jiddomina jew il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-ħatra tal-membri tal-korp governattiv tad-destinatarja ta’ investiment jew il-kisba ta’ prokuri minn detenturi oħra ta’ drittijiet tal-vot.

(d)

Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur (pereżempju, il-kap eżekuttiv tad-destinatarja ta’ investiment u l-kap eżekuttiv tal-investitur ikunu l-istess persuna).

(e)

Il-maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv tad-destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur.

B19

Xi drabi jkun hemm indikazzjonijiet li l-investitur ikollu relazzjoni speċjali mad-destinatarja ta’ investiment, li jissuġġerixxi li l-investitur ikollu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment. L-eżistenza ta’ kwalunkwe indikatur individwali, jew kombinazzjoni partikolari ta’ indikaturi, mhux neċessarjament tfisser li ntlaħaq il-kriterju tas-setgħa. Madankollu, li jkun hemm iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment jista' jindika li l-investitur ikollu drittijiet relatati suffiċjenti sabiex jagħtuh setgħa jew jipprovdi evidenza ta’ setgħa eżistenti fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, dan li ġej jissuġġerixxi li l-investitur għandu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment u, flimkien ma’ drittijiet oħra, jista' jindika setgħa:

(a)

Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li għandhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti huma impjegati preżenti jew passati tal-investitur.

(b)

L-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment huma dipendenti fuq l-investitur, bħal fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur biex jiffinanzja porzjon sinifikanti tal-operazzjonijiet tagħha.

(ii)

L-investitur jiggarantixxi porzjon sinifikanti tal-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(iii)

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal servizzi kritiċi, teknoloġija, provvisti jew materja prima.

(iv)

L-investitur jikkontrolla assi bħal liċenzji jew marki kummerċjali li jkunu fundamentali għall-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(v)

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal membri kruċjali tal-maniġment, bħal meta l-persunal tal-investitur ikollhom għarfien speċjalizzat tal-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(c)

Parti sinifikanti mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment jinvolvu jew isiru f'isem l-investitur.

(d)

L-iskopertura jew id-drittijiet tal-investitur, għar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment ikunu sproporzjonalment akbar mid-drittijiet tiegħu tal-vot jew drittijiet oħra simili. Pereżempju, jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn investitur ikollu dritt, jew ikun skopert, għal iżjed minn nofs ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment iżda jkollu inqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment.

B20

Akbar ma jkunu l-iskopertura, jew id-drittijiet tal-investitur, għall-varjabilità tar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, akbar ikun l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għalhekk, il-pussess ta’ skopertura kbira għall-varjabilità tar-redditi huwa indikatur li l-investitur jista' jkollu setgħa. Madankollu, il-livell ta’ skopertura tal-investitur, fih innifsu, ma jistabilix jekk l-investitur ikollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B21

Meta l-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi stipulati fil-paragrafi B19 u B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet ta’ investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza ta’ setgħa deskritta fil-paragrafu B18.

Drittijiet sostantivi

B22

Investitur, meta jkun qiegħed jivvaluta jekk għandux setgħa, jikkunsidra biss id-drittijiet sostantivi li jirrigwardaw destinatarja ta’ investiment (miżmuma mill-investitur u oħrajn). Sabiex dritt ikun sostantiv, id-detentur irid ikollu l-kapaċità prattika li jeżerċita dak id-dritt.

B23

L-istabiliment ta’ liema drittijiet huma sostantivi jitlob ġudizzju għaqli, billi jiġu kkunsidrati l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha. Il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta wieħed jagħmel dak l-istabiliment jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Jekk hemmx xi ostakoli (ekonomiċi jew mod ieħor) li jimpedixxu lid-detentur (jew detenturi) milli jeżerċitaw id-drittijiet. Eżempji ta’ tali ostakoli jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(i)

penali jew inċentivi finanzjarji li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(ii)

prezz ta’ eżerċizzju jew ta’ konverżjoni li joħloq ostakolu finanzjarju li jimpedixxi (jew jiskoraġġixxi) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(iii)

patti u kundizzjonijiet li jagħmluha improbabbli li d-drittijiet jiġu eżerċitati, pereżempju, kundizzjonijiet li bilkemm jillimitaw it-tempiżmu tal-eżerċizzju tagħhom.

(iv)

l-assenza ta’ mekkaniżmu raġonevoli espliċitu fid-dokumenti tal-istabiliment ta’ destinatarja ta’ investiment jew fil-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli li jippermetti lid-detentur jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(v)

l-inkapaċità tad-detentur tad-drittijiet li jikseb l-informazzjoni neċessarja biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(vi)

ostakoli jew inċentivi operazzjonali li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (pereżempju l-assenza ta’ maniġers oħra li jkunu lesti jew li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati jew jipprovdu s-servizzi u jassumu interessi oħra miżmuma mill-maniġer preżenti).

(vii)

rekwiżiti legali jew regolatorji li jimpedixxu lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (pereżempju fejn investitur barrani jkun ipprojbit milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu).

(b)

Fejn l-eżerċizzju tad-drittijiet jitlob il-qbil ta’ iżjed minn parti waħda, jew meta d-drittijiet ikunu miżmuma minn iżjed minn parti waħda, jekk hemmx fis-seħħ mekkaniżmu li jipprovdi lil dawk il-partijiet il-kapaċità prattika li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kollettivament jekk huma jagħżlu li jagħmlu dan. L-assenza ta’ tali mekkaniżmu huwa indikatur li d-drittijiet jistgħu ma jkunux sostantivi. Iżjed ma jkun hemm partijiet li jkunu meħtieġa li jaqblu biex jeżerċitaw id-drittijiet, inqas ikun probabbli li dawk id-drittijiet ikunu sostantivi. Madankollu, bord tad-diretturi li l-membri tiegħu jkunu indipendenti minn dak li jieħu d-deċiżjonijiet jista' jservi bħala mekkaniżmu għal diversi investituri sabiex jaġixxu kollettivament fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom. Għalhekk, drittijiet ta’ revoka li jiġu eżerċitati minn bord tad-diretturi indipendenti huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi milli kieku l-istess drittijiet kienu eżerċitati minn numru kbir ta’ investituri.

(c)

Jekk il-parti jew il-partijiet li jkollhom id-drittijiet ikunux se jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. Pereżempju, id-detentur ta’ drittijiet potenzjali tal-vot f'destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B47–B50) għandu jikkunsidra l-prezz ta’ eżerċizzju jew ta’ konverżjoni tal-istrument. Il-patti u l-kundizzjonijiet tad-drittijiet potenzjali tal-vot huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi meta l-istrument favorevoli jew l-investitur jibbenefika għal raġunijiet oħra (pereżempju bit-twettiq ta’ sinerġiji bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment) mill-eżerċizzju jew il-konverżjoni tal-istrument.

B24

Sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli wkoll meta jkunu jridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Ġeneralment, sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli b'mod kurrenti. Madankollu, xi drabi d-drittijiet jistgħu jkunu sostantivi, anki jekk id-drittijiet ma jkunux eżerċitabbli b'mod kurrenti.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 3

Id-destinatarja ta’ investiment tagħmel laqgħat annwali tal-azzjonisti li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Il-laqgħa skedata li jmiss tal-azzjonisti hija fi żmien tmien xhur. Madankollu, azzjonisti li individwalment jew kollettivament ikollhom mill-anqas 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot jistgħu jsejħu laqgħa speċjali biex ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti, iżda regola sabiex jiġu avżati l-azzjonisti l-oħra tfisser li tali laqgħa ma tistax issir għal mill-anqas 30 ġurnata. Il-politiki dwar l-attivitajiet rilevanti jistgħu jitbiddlu biss f'laqgħat speċjali jew fil-laqgħat skedati tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-approvazzjoni ta’ bejgħ materjali ta’ assi kif ukoll it-twettiq jew id-disponiment ta’ investimenti sinifikanti.

Il-mudell ta’ fatti ta’ hawn fuq japplika għall-eżempji 3A–3D deskritti hawn isfel. Kull eżempju huwa kkunsidrat f'iżolament.

Eżempju 3A

Investitur għandu maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot tal-investitur huma sostantivi minħabba li l-investitur jista' jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta dawn ikunu jridu jsiru. Il-fatt li jridu jgħaddu 30 ġurnata qabel ma l-investitur ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tal-vot tiegħu ma jwaqqafx lill-investitur milli jkollu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti mill-mument li l-investitur jikseb l-ishma.

Eżempju 3B

Investitur huwa parti f'kuntratt forward sabiex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien 25 ġurnata. L-azzjonisti eżistenti ma jistgħux ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti minħabba li ma tistax issir laqgħa speċjali għal mill-anqas 30 ġurnata, f'liema punt il-kuntratt forward ikun ġie saldat. Għalhekk, l-investitur għandu drittijiet li huma essenzjalment ekwivalenti għall-azzjonist maġġoritarju fl-eżempju 3A hawn fuq (jiġifieri l-investitur li jkollu l-kuntratt forward jista' jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta jkun hemm bżonn). Il-kuntratt forward tal-investitur huwa dritt sostantiv li jagħti lill-investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti anki qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

Eżempju 3C

Investitur jippossjedi opzjoni sostantiva biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, li tista' tiġi eżerċitata fi żmien 25 ġurnata u favorevoli ħafna. Tintlaħaq l-istess konklużjoni bħal fl-eżempju 3B.

Eżempju 3D

Investitur huwa parti f'kuntratt forward biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, mingħajr drittijiet relatati oħra fuq id-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien sitt xhur. B'kuntrast mal-eżempji ta’ hawn fuq, l-investitur m'għandux il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. L-azzjonisti eżistenti għandhom il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti minħabba li jistgħu jbiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

B25

Drittijiet sostantivi eżerċitabbli minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lil investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment li dwarha jkunu dawk id-drittijiet. Tali drittijiet sostantivi ma jeħtiġux li d-detenturi jkollhom il-kapaċità li jibdew id-deċiżjonijiet. Sakemm id-drittijiet ma jkunux sempliċement protettivi (ara l-paragrafi B26–B28), drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment anki jekk id-drittijiet jagħtu lid-detenturi l-kapaċità kurrenti biss biex japprovaw jew jimblukkaw deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet protettivi

B26

Fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-drittijiet jagħtux is-setgħa lil investitur fuq destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jivvaluta jekk id-drittijiet tiegħu, u d-drittijiet miżmuma minn partijiet oħra, ikunux drittijiet protettivi. Id-drittijiet protettivi jirrigwardaw bidliet fundamentali fl-attivitajiet ta’ destinatarja ta’ investiment jew japplikaw f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Madankollu, mhux id-drittijiet kollha li japplikaw f'ċirkustanzi eċċezzjonali jew li huma kontinġenti fuq l-avvenimenti huma protettivi (ara l-paragrafu B13 u B53).

B27

Billi d-drittijiet protettivi huma maħsuba sabiex jipproteġu l-interessi tad-detentur tagħhom mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment li għaliha japplikaw dawk id-drittijiet, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jistax ikollu setgħa jew jimpedixxi parti oħra milli jkollha setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafu 14).

B28

Eżempji ta’ drittijiet protettivi jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

id-dritt tal-mutwanti li jżomm lil mutwatarju milli jwettaq attivitajiet li jistgħu jibdlu b'mod sinifikanti r-riskju fuq il-kreditu tal-mutwatarju għad-detriment tal-mutwanti.

(b)

id-dritt ta’ parti li jkollha interess bla dritt ta’ kontroll f'destinatarja ta’ investiment li tapprova nfiq akbar milli meħtieġ fil-kors ordinarju tan-negozju, jew li tapprova l-ħruġ ta’ strumenti azzjonarji jew tad-dejn.

(c)

id-dritt tal-mutwanti li jissekwestra l-assi tal-mutwatarju jekk il-mutwatarju jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati għall-ħlas lura tas-self.

Negozji konċessjonarji

B29

Akkordju ta’ konċessjoni li għalih id-destinatarja ta’ investiment tkun il-konċedent ħafna drabi jagħti lill-konċessjonarju drittijiet li huma mfassla sabiex jipproteġu l-marka tan-negozju konċessjonarju. L-akkordju ta’ konċessjoni ħafna drabi jagħtu lill-konċessjonarju xi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-konċedent.

B30

Ġeneralment, id-drittijiet tal-konċessjonarji ma jillimitawx il-kapaċità ta’ partijiet għajr il-konċessjonarju biex jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi tal-konċedent. Id-drittijiet tal-konċessjonarju f'akkordju ta’ konċessjoni lanqas ma jagħtu bilfors lill-konċessjonarju l-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-konċedent.

B31

Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn li jkollok il-kapaċità kurrenti li tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi ta’ konċedent u li jkollok il-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet li jipproteġu l-marka tal-konċessjoni. Il-konċessjonarju ma jkollux setgħa fuq il-konċedent jekk partijiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti tal-konċedent.

B32

Billi jidħol fil-ftehim ta’ konċessjoni, il-konċedent jkun ħa deċiżjoni unilaterali li jopera n-negozju tiegħu skont it-termini tal-ftehim ta’ konċessjoni, iżda għall-kont tiegħu stess.

B33

Il-kontroll fuq tali deċiżjonijiet fundamentali bħala l-forma legali tal-konċedent u l-istruttura tal-finanzjament tiegħu jistgħu jiġu determinati minn partijiet li ma jkunux il-konċessjonarju u jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-konċedent. Aktar ma jkun baxx il-livell ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-konċessjonarju u aktar ma tkun baxxa l-iskopertura tal-konċessjonarju għall-varjabilità tar-redditi mill-konċedent, aktar ikun probabbli li l-konċessjonarju ikollu biss drittijiet protettivi.

Drittijiet tal-vot

B34

Ħafna drabi investitur ikollu l-kapaċità kurrenti, permezz tad-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili, biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Investitur jikkunsidra r-rekwiżiti f'din is-sezzjoni (il-paragrafi B35–B50) jekk l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu diretti permezz ta’ drittijiet tal-vot.

Setgħa b'maġġoranza tad-drittijiet tal-vot

B35

Investitur li jkollu aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment ikollu setgħa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, sakemm ma japplikax il-paragrafu B36 jew il-paragrafu B37:

(a)

l-attivitajiet rilevanti jiġu diretti b'vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew

(b)

maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti jkunu maħtura b'vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot.

Maġġoranza tad-drittijiet tal-vot iżda l-ebda setgħa

B36

Biex investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, id-drittijiet tal-vot tal-investitur iridu jkunu sostantivi, skont il-paragrafi B22–B25, u jridu jipprovdu lill-investitur il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti, li ħafna drabi jsir billi jiġu stabiliti politiki dwar l-operat u l-finanzjament. Jekk entità oħra jkollha drittijiet eżistenti li jagħtu lil dik l-entità d-dritt li tiddirieġi l-attivitajiet rilevanti u dik l-entità ma tkunx aġent tal-investitur, l-investitur ma jkollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B37

Investitur ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, anki jekk l-investitur ikollu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment, meta dawk id-drittijiet tal-vot ma jkunux sostantivi. Pereżempju, investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot f'destinatarja ta’ investiment ma jistax ikollu setgħa jekk l-attivitajiet rilevanti jkunu suġġetti għal direzzjoni minn gvern, qorti, amministratur, riċevitur, likwidatur jew regolatur.

Setgħa mingħajr maġġoranza tad-drittijiet tal-vot

B38

Investitur jista' jkollu setgħa anki jekk ikollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Investitur jista' jkollu setgħa b'inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, pereżempju, permezz ta':

(a)

arranġament kuntrattwali bejn l-investitur u detenturi oħra tal-vot (ara l-paragrafu B39);

(b)

drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40);

(c)

drittijiet tal-vot tal-investitur (ara l-paragrafi B41–B45);

(d)

drittijiet potenzjali tal-vot (ara l-paragrafi B47–B50); jew

(e)

kombinazzjoni ta’ (a)–(d).

Arranġament kuntrattwali ma’ detenturi oħra tal-vot

B39

Arranġament kuntrattwali bejn investitur u detenturi oħra tal-vot jista' jagħti lill-investitur id-dritt li jeżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti biex jagħtu setgħa lill-investitur, anki jekk l-investitur ma jkollux drittijiet tal-vot suffiċjenti biex jagħtuh setgħa mingħajr l-arranġament kuntrattwali. Madankollu, arranġament kuntrattwali jista' jiżgura li l-investitur ikun jista' jidderieġi ammont suffiċjenti ta’ detenturi oħra tal-vot dwar kif jivvutaw sabiex l-investitur ikun jista' jieħu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet minn arranġamenti kuntrattwali oħra

B40

Drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, flimkien mad-drittijiet tal-vot, jistgħu jagħtu lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, id-drittijiet speċifikati f'arranġament kuntrattwali flimkien mad-drittijiet tal-vot jistgħu jkunu biżżejjed biex jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-proċessi tal-manifattura ta’ destinatarja ta’ investiment jew biex jiddirieġi attivitajiet operatorji jew finanzjarji oħra li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Madankollu, fin-nuqqas ta’ drittijiet oħra, id-dipendenza ekonomika ta’ destinatarja ta’ investiment, fuq l-investitur (bħar-relazzjonijiet ta’ fornitur mal-klijent prinċipali tiegħu), ma twassalx biex l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

Id-drittijiet tal-vot tal-investitur

B41

Investitur li jkollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ikollu drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa meta l-investitur ikollu l-kapaċità prattika li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali.

B42

Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk id-drittijiet tal-vot ta’ investitur ikunux suffiċjenti biex jagħtuh setgħa, investitur jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom:

(a)

id-daqs tal-parteċipazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-investitur meta mqabbel mad-daqs u t-tixrid tal-parteċipazzjonijiet tad-detenturi l-oħra tal-vot, filwaqt li jiġi nnotat li:

(i)

aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(ii)

aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot meta mqabbel ma’ detenturi oħra tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(iii)

aktar ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(b)

id-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma mill-investitur, detenturi oħra tal-vot jew partijiet oħra (ara l-paragrafi B47–B50);

(c)

drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40); u

(d)

kwalunkwe fatti u ċirkustanzi oħra li jindikaw li l-investitur ikollu, jew ma jkollux, il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti fil-ħin li jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet, fosthom mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti.

B43

Meta d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti tiġi stabilita permezz ta’ vot maġġoritarju u investitur ikollu konsiderevolment aktar drittijiet tal-vot milli kwalunkwe detentur ieħor tal-vot jew grupp organizzat ta’ detenturi tal-vot, u l-ishma l-oħra jkunu mxerrda b'mod estensiv, jista' jkun evidenti, wara li jiġu kkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu 42(a)–(c) biss, li l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 4

Investitur jikseb 48 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra jkunu miżmuma minn eluf ta’ azzjonisti, l-ebda wieħed b'mod individwali ma jkollu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma jkollu xi arranġament biex jikkonsulta ma’ xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. Meta kien qiegħed jivvaluta l-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot li ried jikseb, fuq il-bażi tad-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur stabilixxa li interess ta’ 48 fil-mija jkun biżżejjed biex jagħtih kontroll. F'dan il-każ, fuq il-bażi tad-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tiegħu u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur jikkonkludi li għandu interess tal-vot suffiċjentement dominanti biex jilħaq il-kriterju tas-setgħa mingħajr il-ħtieġa li jikkunsidra xi evidenza oħra tas-setgħa.

Eżempju 5

Investitur A għandu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u tnax-il investitur ieħor kull wieħed għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Ftehim bejn l-azzjonisti jagħti lill-investitur A d-dritt li jaħtar, jirrevoka jew jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment responsabbli mid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Sabiex jinbidel il-ftehim, ikun meħtieġ vot b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-azzjonisti. F'dan il-każ, l-investitur A jikkonkludi li d-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jistabilixxu liema investitur għandu drittijiet suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. Madankollu, l-investitur A jiddetermina li d-dritt kuntrattwali tiegħu li jaħtar, jirrevoka u jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment huwa suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Il-fatt li l-investitur A għandu mnejn ma jkunx eżerċita dan id-dritt jew il-probabbiltà li l-investitur A jeżerċita d-dritt tiegħu li jagħżel, jaħtar jew ineħħi l-maniġment m'għandhomx jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-investitur A għandux setgħa.

B44

F'sitwazzjonijiet oħra, jista' jkun evidenti wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu li l-investitur ma jkollux setgħa.

Eżempju tal-applikazzjoni

Eżempju 6

Investitur A għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Żewġ investituri oħra, kull wieħed minnhom għandu 26 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma miżmuma minn tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 1 fil-mija. M'hemmx arranġamenti oħra li jaffettwaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, id-daqs tal-interess tal-vot tal-investitur A u d-daqs tiegħu meta mqabbel mal-ishma l-oħra huma suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-investitur A m'għandux setgħa. Tkun meħtieġa biss il-kooperazzjoni ta’ żewġ investituri oħra sabiex l-investitur A ma jitħalliex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment.

B45

Madankollu, il-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu jistgħu ma jkunux konklużivi. Jekk investitur, wara li jkun ikkunsidra dawn il-fatturi, ma jkunx ċar dwar jekk għandux setgħa, huwa għandu jikkunsidra fatti u ċirkustanzi addizzjonali, bħal pereżempju jekk azzjonisti oħra jkunux passivi fin-natura tagħhom kif muri mill-mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20. Inqas ma l-investitur ikollu drittijiet tal-vot, u inqas ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi addizzjonali sabiex jiġi vvalutat jekk id-drittijiet tal-investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa. Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi B18–B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet tal-investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza tas-setgħa fil-paragrafu B18 milli lill-indikaturi tas-setgħa fil-paragrafi B19 u B20.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 7

Investitur għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Ħdax-il azzjonista ieħor, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti kuntrattwali biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. F'dan il-każ, id-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Għandhom jiġu kkunsidrati fatti u ċirkustanzi addizzjonali li jistgħu jipprovdu evidenza li l-investitur għandu, jew m'għandux, setgħa.

Eżempju 8

Investitur għandu 35 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma għand diversi azzjonisti oħra, li l-ebda wieħed minnhom individwalment ma għandu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. Id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tal-voti mixħuta f'laqgħat tal-azzjonisti rilevanti—75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment ġew mixħuta f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti rilevanti. F'dan il-każ, il-parteċipazzjoni attiva tal-azzjonisti l-oħra f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti tindika li l-investitur ma jkollux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali, irrispettivament minn jekk l-investitur ikunx iddirieġa l-attivitajiet rilevanti minħabba li numru suffiċjenti ta’ azzjonisti oħra jkunu vvotaw bl-istess mod bħall-investitur.

B46

Jekk ma jkunx ċar, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(d), li l-investitur għandu setgħa, l-investitur ma jikkontrollax d-destinatarja ta’ investiment.

Drittijiet potenzjali tal-vot

B47

Meta jivvaluta l-kontroll, investitur jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot tiegħu kif ukoll id-drittijiet potenzjali tal-vot ta’ partijiet oħra, sabiex jistabilixxi jekk għandux setgħa. Id-drittijiet potenzjali tal-vot huma drittijiet sabiex jinkisbu drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal dawk li jirriżultaw minn strumenti jew opzjonijiet konvertibbli, fosthom il-kuntratti bil-quddiem. Dawn id-drittijiet potenzjali tal-vot jiġu kkunsidrati biss jekk id-drittijiet ikunu sostantivi (ara l-paragrafi B22–B25).

B48

Meta jkun qiegħed jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tal-istrument, kif ukoll l-għan u d-disinn ta’ kwalunkwe involviment ieħor li l-investitur ikollu fid-destinatarja ta’ investiment. Dan jinkludi valutazzjoni tad-diversi termini u kundizzjonijiet tal-istrument kif ukoll l-aspettattivi, il-motivi u r-raġunijiet apparenti tal-investitur biex jaqbel ma’ dawk il-patti u kundizzjonijiet.

B49

Jekk l-investitur ikollu wkoll drittijiet tal-vot u drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, l-investitur jivvaluta jekk dawk id-drittijiet, flimkien mad-drittijiet potenzjali tal-vot, jagħtuhx setgħa.

B50

Drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot waħedhom, jew flimkien ma’ drittijiet oħra, jistgħu jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, dan x'aktarx li jkun il-każ meta investitur ikollu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u, skont il-paragrafu B23, ikollu drittijiet sostantivi li joħorġu minn opzjonijiet biex jikseb 20 fil-mija oħra tad-drittijiet tal-vot.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 9

Investitur A għandu 70 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Investitur B għandu 30 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll opzjoni biex jikseb nofs id-drittijiet tal-vot tal-investitur A. L-opzjoni tista' tiġi eżerċitata għas-sentejn li jmiss bi prezz fiss li huwa sfavorevoli ħafna (u jkun mistenni li jibqa' hekk għal dak il-perjodu ta’ sentejn). Investitur A kien qiegħed jeżerċita l-voti tiegħu u qiegħed jiddirieġi attivament l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. F'każ bħal dan, l-investitur A huwa probabbli li jilħaq il-kriterju tas-setgħa minħabba li jidher li għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Għalkemm l-investitur B preżentement għandu opzjonijiet eżerċitabbli biex jixtri drittijiet tal-vot addizzjonali (li, jekk jiġu eżerċitati, jagħtuh maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment), il-patti u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dawk l-opzjonijiet huma tali li l-opzjonijiet mhumiex ikkunsidrati bħala sostantivi.

Eżempju 10

Investitur A u żewġ investituri oħra kollha għandhom terz tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. L-attività kummerċjali tad-destinatarja ta’ investiment hija marbuta mill-qrib mal-investitur A. Minbarra l-istrumenti azzjonarji tiegħu, l-investitur A għandu wkoll strumenti tad-dejn li huma konvertibbli fi kwalunkwe ħin f'ishma ordinarji tad-destinatarja ta’ investiment għal prezz fiss li huwa sfavorevoli (iżda mhux sfavorevoli ħafna). Kieku d-dejn kellu jiġu konvertit, l-investitur A ikollu 60 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. L-investitur A jibbenefika mir-realizzazzjoni ta’ sinerġiji kieku l-istrumenti tad-dejn kellhom jiġu konvertiti f'ishma ordinarji. L-investitur A għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minħabba li għandu drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment flimkien ma’ drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.

Setgħa meta d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkollhomx effett sinifikanti fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment

B51

Meta jivvaluta l-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8), investitur għandu jikkunsidra l-involviment u d-deċiżjonijiet meħuda fil-bidu tal-entità bħala parti mid-disinn tagħha u jevalwa jekk it-termini u l-aspetti tat-tranżazzjonijiet tal-involviment jagħtux lill-investitur drittijiet li jkunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. L-involviment biss fid-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment mhux suffiċjenti biex jagħti setgħa lil investitur. Madankollu, l-involviment fid-disinn jista' jindika li l-investitur kellu l-opportunità li jikseb drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B52

Barra minn hekk, investitur għandu jikkunsidra arranġamenti kuntrattwali bħal drittijiet ta’ eżerċitar, drittijiet ta’ opzjoni put u drittijiet ta’ likwidazzjoni stabiliti fil-bidu tad-destinatarja ta’ investiment. Meta dawn l-arranġamenti kuntrattwali jinvolvu attivitajiet li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, dawn l-attivitajiet ikunu, fis-sustanza, parti integrali mill-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment, minkejja li jistgħu jseħħu barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, id-drittijiet espliċiti jew impliċiti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet inkorporati f'arranġamenti kuntrattwali li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, iridu jitqiesu bħala attivitajiet rilevanti meta tiġi ddeterminata s-setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B53

Għal xi destinatarji ta’ investiment, attivitajiet rilevanti jseħħu biss meta jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħu avvenimenti partikolari. Id-destinatarja ta’ investiment tista' tkun iddisinjata b'mod li d-direzzjoni tal-attivitajiet tagħha u r-redditi tagħha jkunu ddeterminati minn qabel jekk u sakemm ma jinqalgħux dawk iċ-ċirkustanzi jew iseħħu dawk l-avvenimenti partikolari. F'dan il-każ, huma biss id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment meta jseħħu dawk iċ-ċirkustanzi jew avvenimenti, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tagħha u għalhekk huma attivitajiet rilevanti. Iċ-ċirkustanzi jew l-avvenimenti m'hemmx għalfejn ikunu seħħu biex investitur bil-kapaċità li jieħu dawk id-deċiżjonijiet ikollu s-setgħa. Il-fatt li d-dritt ta’ teħid tad-deċiżjonijiet huwa kontinġenti fuq li jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħ avveniment, fih innifsu, ma jagħmilx dawk id-drittijiet protettivi.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 11

L-unika attività kummerċjali ta’ destinatarja ta’ investiment, kif speċifikat fid-dokumenti tal-istabiliment tagħha, hija li tixtri riċevibbli u tamministrahom (service) minn ġurnata għall-oħra għall-investituri tagħha. Is-servizzjar minn ġurnata għall-oħra jinkludi l-ġbir u l-mogħdija tal-pagamenti tas-somma kapitali u tal-imgħax meta jkun imisshom. Ma' inadempjenza ta’ riċevibbli, id-destinatarja ta’ investiment tpoġġi awtomatikament ir-riċevibbli għal investitur kif miftiehem separatament fi ftehim ta’ put bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment. L-unika attività rilevanti hija l-immaniġjar tar-riċevibbli wara inadempjenza minħabba li hija l-unika attività li tista' taffettwa b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. L-immaniġjar tar-riċevibbli qabel inadempjenza mhuwiex attività rilevanti minħabba li ma jeħtieġx li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—l-attivitajiet qabel l-inadempjenza huma predeterminati u jammontaw biss għal ġbir tal-flussi tal-flus meta jkunu dovuti u jgħaddihom lill-investituri. Għalhekk, huwa biss id-dritt tal-investitur li jimmaniġja l-assi wara inadempjenza li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu vvalutati l-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. F'dan l-eżempju, id-disinn tad-destinatarja ta’ investiment jiżgura li l-investitur ikollu awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi fl-uniku ħin li tkun meħtieġa tali awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-termini tal-ftehim ta’ put huma integrali għat-tranżazzjoni globali u l-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, it-termini tal-ftehim ta’ put flimkien mad-dokumenti tal-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment iwasslu għall-konklużjoni li l-investitur għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minkejja li l-investitur jieħu biss il-pussess tar-riċevibbli wara inadempjenza u jimmaniġja r-riċevibbli li ma tħallsux barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment.

Eżempju 12

L-uniċi assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma riċevibbli. Meta jiġu kkunsidrati l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi stabilit li l-unika attività rilevanti hija l-immaniġjar tar-riċevibbli wara inadempjenza. Il-parti li għandha l-kapaċità li timmaniġja r-riċevibbli inadempjenti għandha setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment, irrispettivament minn jekk xi ħadd mill-mutwatarji jkunx inadempjenti.

B54

Investitur jista' jkollu impenn espliċitu jew impliċitu sabiex jiżgura li destinatarja ta’ investiment tkompli topera kif maħsub. Tali impenn jista' jżid l-iskopertura tal-investitur għall-varjabilità tar-redditi u għalhekk iżid l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għalhekk impenn biex jiżgura li destinatarja ta’ investiment topera kif imfassal jista' jkun indikatur li l-investitur ikollu s-setgħa, iżda, fih innifsu, ma jagħtix setgħa lil investitur, u lanqas ma jimpedixxi lil xi parti oħra milli jkollha setgħa.

Skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli minn destinatarja ta’ investiment

B55

Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk investitur għandux kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, l-investitur jistabilixxi jekk huwiex skopert, jew jekk għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

B56

Ir-redditi varjabbli huma redditi li mhumiex fissi u għandhom il-potenzjal li jvarjaw bħala konsegwenza tar-riżultati ta’ destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi varjabbli jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew kemm pożittivi kif ukoll negattivi (ara l-paragrafu 15). Investitur jivvaluta jekk ir-redditi minn destinatarja ta’ investiment ikunux varjabbli u kemm ikunu varjabbli dawk ir-redditi fuq il-bażi tas-sustanza tal-arranġament u irrispettivament mill-forma ġuridika tar-redditi. Pereżempju, investitur jista' jkollu bond b'pagamenti ta’ mgħax fiss. Il-pagamenti tal-imgħax fiss huma redditi varjabbli għall-iskop ta’ dan l-IFRS minħabba li huma suġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza u jesponu lill-investitur għar-riskju fuq il-kreditu tal-emmittent joħroġ il-bond. L-ammont ta’ varjabilità (jiġifieri kemm huma varjabbli dawk ir-redditi) jiddependi mir-riskju fuq il-kreditu tal-bond. Bl-istess mod, tariffi fissi fuq il-prestazzjoni għall-immaniġjar tal-assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma redditi varjabbli minħabba li jesponu lill-investitur għar-riskju fuq ir-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment. L-ammont ta’ varjabilità jiddependi fuq il-kapaċità tad-destinatarja ta’ investiment li tiġġenera introjtu suffiċjenti biex tħallas it-tariffa.

B57

Eżempji ta’ redditi jinkludu:

(a)

dividendi, distribuzzjonijiet oħra ta’ benefiċċji ekonomiċi minn destinatarja ta’ investiment (eż. imgħax minn titoli ta’ dejn maħruġa mid-destinatarja ta’ investiment) u bidliet fil-valur tal-investiment tal-investitur f'dik d-destinatarja ta’ investiment.

(b)

remunerazzjoni għas-servizzjar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment, tariffi u skopertura għat-telf mill-għoti ta’ kreditu u appoġġ ta’ likwidità, interessi reżidwi fl-assi tad-destinatarja ta’ investiment u obbligazzjonijiet fuq il-likwidazzjoni ta’ dik d-destinatarja ta’ investiment, benefiċċji għat-taxxa, u aċċess għal likwidità futura li investitur ikollu mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

(c)

redditi li ma jkunux disponibbli għal detenturi oħra ta’ interess. Pereżempju, investitur jista' juża l-assi tiegħu flimkien mal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, pereżempju billi jgħaqqdu l-funzjonijiet operatorji biex jiksbu ekonomiji ta’ skala, iffrankar fil-kost, forniment ta’ prodotti skarsi, ksib tal-aċċess għal għarfien propjetarju jew il-limitazzjoni ta’ xi operazzjonijiet jew assi, sabiex jiżdied il-valur tal-assi l-oħra tal-investitur.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

Setgħa delegata

B58

Meta investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (deċiżur) jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, huwa għandu jistabilixxi jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur għandu jistabilixxi wkoll jekk entità oħra bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tkunx qiegħda taġixxi bħala aġent għall-investitur. Aġent huwa parzjalment prinċipalment ingaġġat sabiex jaġixxi f'isem u għall-benefiċċju ta’ parti jew partijiet oħra (il-prinċipal(i)) u għalhekk ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafi 17 u 18). Għalhekk, xi drabi s-setgħa ta’ prinċipal tista' tkun miżmuma għand u tkun eżerċitabbli minn aġent, iżda f'isem il-prinċipal. Deċiżur mhuwiex aġent sempliċement minħabba li partijiet oħra jistgħu jibbenefikaw mid-deċiżjonijiet li jieħu.

B59

Investitur jista' jiddelega l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet lil aġent fuq xi kwistjonijiet speċifiċi jew fuq l-attivitajiet kollha rilevanti. Meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jittratta d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lill-aġent tiegħu bħala miżmuma direttament mill-investitur. F'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm iżjed minn prinċipal wieħed, kull wieħed mill-prinċipali għandu jivvaluta jekk għandux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment billi jikkunsidra r-rekwiżiti fil-paragrafi B5–B54. Il-paragrafi B60–B72 jipprovdu gwida dwar kif jiġi stabilit jekk deċiżur ikunx aġent jew prinċipal.

B60

Deċiżur għandu jikkunsidra r-relazzjoni globali bejnu, id-destinatarja ta’ investiment li tkun qed tiġi mmaniġjata u partijiet oħra involuti fid-destinatarja ta’ investiment, b'mod partikolari l-fatturi kollha ta’ hawn isfel, sabiex jistabilixxi jekk huwiex aġent:

(a)

l-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq id-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B62 u B63).

(b)

id-drittijiet ta’ partijiet oħra (il-paragrafi B64–B67).

(c)

ir-remunerazzjoni li għandu dritt għaliha skont il-ftehim(iet) ta’ remunerazzjoni (il-paragrafi B68–B70).

(d)

l-iskopertura ta’ deċiżur għall-varjabilità tar-redditi minn interessi oħra li jkollu fid-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B71 u B72).

Għandhom jiġu applikati piżijiet differenti għal kull wieħed mill-fatturi fuq il-bażi ta’ fatti u ċirkustanzi partikolari.

B61

L-istabiliment ta’ jekk deċiżur ikunx aġent jitlob evalwazzjoni tal-fatturi kollha elenkati fil-paragrafu B60 sakemm parti waħda ma jkollhiex drittijiet sostantivi biex tneħħi lil deċiżur (drittijiet ta’ revoka) u tista' tneħħi lil deċiżur mingħajr raġuni (ara l-paragrafu B65).

L-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet

B62

L-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ deċiżur hija evalwata billi jitqiesu:

(a)

l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-ftehim(iet) dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u speċifikati mil-liġi, u

(b)

id-diskrezzjoni li jkollu deċiżur meta jieħu deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet.

B63

Deċiżur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li għalihom tkun maħsuba li tiġi esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti u l-livell ta’ involviment li deċiżur kellu fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, jekk deċiżur ikun involut b'mod sinifikanti fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (inkluż fl-istabiliment tal-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet), dak l-involviment jista' jindika li deċiżur kellu l-opportunità u l-inċentiv biex jikseb drittijiet li jwasslu biex deċiżur ikollu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet miżmuma minn partijiet oħra

B64

Id-drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta’ deċiżur biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet sostantivi ta’ tneħħija jew drittijiet oħra jistgħu jindikaw li deċiżur ikun aġent.

B65

Meta parti waħda jkollha drittijiet sostantivi ta’ tneħħija u tista' tneħħi mingħajr raġuni lil dak li jieħu d-deċiżjonijiet, dan, waħdu, huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent. Jekk ikun hemm iżjed minn parti waħda li jkollha dawn id-drittijiet (u l-ebda parti individwali ma tista' tneħħi lil deċiżur mingħajr il-qbil tal-partijiet l-oħra), dawk id-drittijiet mhumiex, waħedhom, konklużivi biex jiġi ddeterminat li deċiżur jaġixxi primarjament f'isem u għall-benefiċċju ta’ partijiet oħra. Barra minn hekk, akbar ma jkun in-numru ta’ partijiet li jkunu meħtieġa jaġixxu flimkien biex jeżerċitaw id-drittijiet biex ineħħu xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet u akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi l-oħra ta’ deċiżur (jiġifieri r-remunerazzjoni u interessi oħra), inqas ma jkun il-piż li għandu jitpoġġa fuq dan il-fattur.

B66

Id-drittijiet sostantivi ta’ partijiet oħra li jillimitaw id-diskrezzjoni ta’ deċiżur għandhom jitqiesu b'mod simili għad-drittijiet ta’ revoka meta jiġi evalwat jekk deċiżur ikunx aġent. Pereżempju, xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet li jkun meħtieġ li jikseb l-approvazzjoni minn numru żgħir ta’ partijiet oħra għall-azzjonijiet tiegħu huwa ġeneralment aġent. (Ara l-paragrafi B22–B25 għal gwida addizzjonali dwar id-drittijiet u jekk humiex sostantivi.)

B67

Il-konsiderazzjoni tad-drittijiet li jkollhom partijiet oħra għandha tinkludi valutazzjoni ta’ kwalunkwe dritt eżerċitabbli mill-bord tad-diretturi ta’ destinatarja ta’ investiment (jew korp ieħor li jiggverna) u l-effett tagħhom fuq l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu B23(b)).

Remunerazzjoni

B68

Akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', ir-remunerazzjoni ta’ deċiżur meta mqabbla mar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, iżjed ikun probabbli li deċiżur ikun prinċipal.

B69

Meta jkun qiegħed jiddetermina jekk huwiex prinċipal jew aġent, dak li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jikkunsidra wkoll jekk jeżistux il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ir-remunerazzjoni ta’ deċiżur tkun tikkommensura mas-servizzi pprovduti.

(b)

Il-ftehim dwar ir-remunerazzjoni jinkludi biss patti, kundizzjonijiet jew ammonti li normalment ikunu preżenti f'arranġamenti għal servizzi u livell ta’ ħiliet simili nnegozjati fuq bażi ta’ distakkament.

B70

Deċiżur ma jistax ikun aġent sakemm ma jkunux preżenti l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu B69(a) u (b). Madankollu, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet f'iżolament mhuwiex suffiċjenti biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent.

Skopertura għall-varjabilità tar-redditi minn interessi oħra

B71

Xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet li jkollu interessi oħra f'destinatarja ta’ investiment (pereżempju investiment fid-destinatarja ta’ investiment jew li jipprovdi garanziji fir-rigward tar-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment), għandu jikkunsidra l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi minn dawk l-interessi meta jkun qiegħed jivvaluta jekk huwiex aġent. Il-pussess ta’ interessi oħra f'destinatarja ta’ investiment jindika li deċiżur jista' jkun prinċipal.

B72

Fl-evalwazzjoni tal-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi minn interessi oħra fid-destinatarja ta’ investiment, deċiżur għandu jikkunsidra dan li ġej:

(a)

akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi tiegħu, meta jitqiesu flimkien ir-remunerazzjoni tiegħu u interessi oħra, aktar ikun probabbli li deċiżur ikun prinċipal.

(b)

jekk l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi tkunx differenti minn dik tal-investituri l-oħra u, jekk ikun hekk, jekk din tistax tinfluwenza l-azzjonijiet tiegħu. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ meta deċiżur ikollu interessi subordinati fi, jew jipprovdi forom oħra ta’ titjib fil-kreditu lil destinatarja ta’ investiment.

Deċiżur għandu jevalwa l-iskopertura tiegħu fir-rigward tal-varjabilità totali tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Din l-evalwazzjoni ssir prinċipalment fuq il-bażi tar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment iżda m'għandhiex tinjora l-iskopertura massima ta’ deċiżur għall-varjabilità tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment permezz ta’ interessi oħra li jkollu deċiżur.

Eżempji tal-applikazzjoni

Eżempju 13

Deċiżur (maniġer ta’ fond) jistabilixxi, jikkummerċjalizza u jimmaniġja fond regolat, innegozjat pubblikament skont parametri strettament definiti stabiliti fil-mandat tal-investiment kif mitlub mil-liġijiet u r-regolamenti lokali. Il-fond ġie kkummerċjalizzat lill-investituri bħala investiment f'portafoll diversifikat ta’ titoli azzjonarji ta’ entitajiet innegozjati pubblikament. Fi ħdan il-parametri definiti, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni dwar l-assi li fihom għandu jsir investiment. Il-maniġer tal-fond għamel investiment ta’ 10 fil-mija prorata fil-fond u jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li tkun ugwali għal 1 fil-mija tal-valur nett tal-assi tal-fond. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-fond m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 10 fil-mija. Il-fond mhuwiex meħtieġ li jistabilixxi, u ma stabiliex bord indipendenti tad-diretturi. L-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond, iżda jistgħu jifdu l-interessi tagħhom fi ħdan il-limiti partikolari stabiliti mill-fond.

Għalkemm jopera fi ħdan il-parametri stipulati fil-mandat tal-investiment u skont ir-rekwiżiti regolatorji, il-maniġer tal-fond għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond—l-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li tikkommensura mas-servizzi pprovduti u għamel ukoll investiment prorata fil-fond. Ir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu jesponu lill-maniġer tal-fond għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħolqu skopertura ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

F'dan l-eżempju, il-konsiderazzjoni tal-iskopertura tal-maniġer tal-fond għall-varjabilità tar-redditi mill-fond flimkien mal-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan parametri ristretti tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 14

Deċiżur jistabilixxi, jikkumerċjalizza u jimmaniġja fond li jipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lil numru ta’ investituri. Deċiżur (maniġer tal-fond) irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha u skont il-ftehimiet li jirregolaw il-fond. Madankollu, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni wiesgħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li hija ugwali għal 1 fil-mija tal-assi mmaniġjati u 20 fil-mija tal-profitti kollu tal-fond jekk jintlaħaq livell speċifikat ta’ profitt. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti.

Għalkemm irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha, il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond. Il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u tariffi marbuta mal-prestazzjoni li tikkommensura mas-servizzi pprovduti. Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk tal-investituri l-oħra sabiex jiżdied il-valur tal-fond, mingħajr ma tinħoloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li tkun ta’ tali importanza li r-remunerazzjoni, meta titqies waħedha, tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

Ix-xejra tal-fatti u l-analiżi ta’ hawn fuq japplikaw għall-eżempji 14A–14C deskritti hawn isfel. Kull eżempju huwa kkunsidrat f'iżolament.

Eżempju 14A

Il-maniġer tal-fond għandu wkoll investiment ta’ 2 fil-mija fil-fond li jallinja l-interessi tiegħu ma’ dawk tal-investituri l-oħra. Il-maniġer tal-fond m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 2 fil-mija. L-investituri jistgħu jneħħu l-maniġer tal-fond permezz ta’ vot b'maġġoranza sempliċi, iżda dan jistgħu jagħmluh biss għal ksur tal-kuntratt.

L-investiment ta’ 2 fil-mija tal-maniġer tal-fond iżid l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħloq skopertura li tkun importanti tant li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Id-drittijiet tal-investituri l-oħra li jneħħu l-maniġer tal-fond huma kkunsidrati bħala protettivi minħabba li jistgħu jiġu eżerċitati biss għal ksur tal-kuntratt. F'dan l-eżempju, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u huwa espost għall-varjabilità tar-redditi mill-interess u r-remunerazzjoni tiegħu, l-iskopertura tal-maniġer tal-fond tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 14B

Il-maniġer tal-fond għandu investiment prorata iżjed sostanzjali fil-fond, iżda m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn minn dak l-investiment. L-investituri jistgħu jneħħu l-maniġer tal-fond permezz ta’ vot b'maġġoranza sempliċi, iżda dan jistgħu jagħmluh biss għal ksur tal-kuntratt.

F'dan l-eżempju, id-drittijiet tal-investituri l-oħra li jneħħu l-maniġer tal-fond huma kkunsidrati bħala drittijiet protettivi minħabba li jistgħu jiġu eżerċitati biss għal ksur tal-kuntratt. Għalkemm il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu tista' toħloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li tkun tali tali importanti li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Akbar ma jkunu kbar id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi tal-maniġer tal-fond (billi jitqiesu flimkien ir-remunerazzjoni tiegħu u interessi oħra), aktar jagħti enfasi l-maniġer tal-fond lil dawk l-interessi ekomomiċi fl-analiżi, u aktar ikun probabbli li l-maniġer tal-fond ikun prinċipal.

Pereżempju, wara li jkun ikkunsidra r-remunerazzjoni tiegħu u l-fatturi l-oħra, il-maniġer tal-fond għandu mnejn jikkunsidra li investiment ta’ 20 fil-mija jkun suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-fond. Madankollu, f'ċirkustanzi differenti (jiġifieri jekk ir-remunerazzjoni jew fatturi oħra jkunu differenti), jista' jinħoloq kontroll meta l-livell ta’ investiment ikun differenti.

Eżempju 14C

Il-maniġer tal-fond għandu investiment prorata ta’ 20 fil-mija fil-fond, iżda m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 20 fil-mija. Il-fond għandu bord tad-diretturi, li l-membri tiegħu kollha huma indipendenti mill-maniġer tal-fond u huma maħtura mill-investituri l-oħra. Il-bord jaħtar il-maniġer tal-fond kull sena. Jekk il-fond jiddeċiedi li ma jġeddidx il-kuntratt tal-maniġer tal-fond, is-servizzi mwettqa mill-maniġer tal-fond jistgħu jitwettqu minn maniġers oħra fl-industrija.

Għalkemm il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment ta’ 20 fil-mija tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu toħloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li hija ta’ importanza tali li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Madankollu, l-investituri għandhom drittijiet sostantivi biex ineħħu l-maniġer tal-fond—il-bord tad-diretturi jipprovdi mekkaniżmu sabiex ikun żgurat li l-investituri jkunu jistgħu jneħħu lill-maniġer tal-fond jekk huma jiddeċiedu li jagħmlu dan.

F'dan l-eżempju, il-maniġer tal-fond ipoġġi enfasi akbar fuq id-drittijiet sostantivi tat-tneħħija fl-analiżi. Għalhekk, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u huwa espost għall-varjabilità tar-redditi tal-fond mir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu, id-drittijiet sostantivi li għandhom l-investituri l-oħra jindikaw li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 15

Destinatarja ta’ investiment inħolqot biex tixtri portafoll ta’ titoli abbażi ta’ assi b'rata fissa, iffinanzjat bi strumenti tad-dejn u strumenti azzjonarji b'rata fissa. L-istrumenti azzjonarji huma ddisinjati biex jipprovdu l-ewwel protezzjoni mit-telf lill-investituri tad-dejn u jirċievu kwalunkwe redditu reżidwu tad-destinatarja ta’ investiment. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali tad-dejn bħala investiment f'portafoll ta’ titoli abbażi ta’ assi bi skopertura għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-emmittent tat-titoli abbażi ta’ assi fil-portafoll u għar-riskju fuq ir-rata tal-imgħax assoċjata mal-immaniġjar tal-portafoll. Mal-ħolqien tagħhom, l-istrumenti azzjonarji jirrappreżentaw 10 fil-mija tal-valur tal-assi mixtrija. Deċiżur (il-maniġer tal-assi) jimmaniġja l-portafoll attiv tal-assi billi jieħu deċiżjonijiet dwar investiment fi ħdan il-parametri stipulati fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment. Għal dawk is-servizzi, il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa fissa bbażat fuq is-suq (jiġifieri 1 fil-mija tal-assi mmaniġjati) u tariffi marbuta mal-prestazzjoni (jiġifieri 10 fil-mija tal-profitt) jekk il-profitti tad-destinatarja ta’ investiment jaqbżu livell speċifikat. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-assi għandu 35 fil-mija tal-ekwità fid-destinatarja ta’ investiment.

Il-65 fil-mija l-oħra tal-ekwità, u l-istrumenti tad-dejn kollha, huma ta’ numru kbir ta’ investituri mhux relatati ta’ terza parti mxerrda b'mod estensiv. Il-maniġer tal-assi jista' jitneħħa, mingħajr raġuni, b'deċiżjoni permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-investituri l-oħra.

Il-maniġer tal-assi jitħallas tariffi fissi marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk tal-investituri l-oħra sabiex jiżdied il-valur tal-fond. Il-maniġer tal-assi għandu skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond minħabba li għandu 35 fil-mija tal-ekwità u mir-remunerazzjoni tiegħu.

Għalkemm jopera fi ħdan il-parametri stabiliti fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment, il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità kurrenti li jieħu deċiżjonijiet dwar investiment li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—id-drittijiet ta’ revoka li għandhom l-investituri l-oħra ftit jirċievu piż fl-analiżi minħabba li dawk id-drittijiet huma miżmuma minn numru kbir ta’ investituri mxerrda b'mod wiesa'. F'dan l-eżempju, il-maniġer tal-assi jpoġġi enfasi akbar fuq l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi tal-fond mill-interess propjetarju tiegħu, li huwa subordinat għall-istrumenti tad-dejn. Il-pussess ta’ 35 fil-mija tal-ekwità joħloq skopertura subordinata għat-telf u d-drittijiet tad-destinatarja ta’ investiment, li huma ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-assi huwa prinċipal. Għalhekk, il-maniġer tal-assi jikkonkludi li huwa jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

Eżempju 16

Deċiżur (l-isponsor) jisponsorja konduċent multivenditur, li joħroġ strumenti tad-dejn ta’ terminu qasir lil investituri ta’ parti terza mhux relatati. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali bħala investiment f'portafoll ta’ assi bi klassifikazzjoni għolja ta’ terminu medju bi skopertura minima għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli mill-emmittenti tal-assi fil-portafoll. Diversi servizzi taċ-ċedenti jbigħu portafolli ta’ assi ta’ terminu medju ta’ kwalità għolja lill-konduċent. Kull ċedent jisservizzja il-portafoll ta’ assi li jbigħ lill-konduċent u jimmaniġja r-riċevibbli inadempjenti għal tariffa ta’ servizz ibbażata fuq is-suq. Kull ċedent jipprovdi wkoll protezzjoni għall-ewwel telf kontra telf tal-kreditu mill-portafoll tiegħu ta’ assi permezz ta’ kollateralizzazzjoni eċċessiva tal-assi trasferiti lill-konduċent. L-isponsor jistabilixxi t-termini tal-konduċent u jimmaniġja l-operazzjonijiet tal-konduċent għal tariffa bbażat fuq is-suq. It-tariffa tikkommensura mas-servizzi pprovduti. L-isponsor japprova l-bejjiegħa permessi jbigħu lill-konduċent, japprova l-assi li għandhom jinxtraw mill-konduċent u jieħu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-konduċent. L-isponsor irid jaġixxi fl-aħjar interessi tal-investituri kollha.

L-isponsor għandu dritt għal kwalunkwe redditu reżidwu tal-konduċent u jipprovdi wkoll titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità lill-konduċent. It-titjib fil-kreditu pprovdut mill-isponsor jassorbi telf sa 5 fil-mija tal-assi kollha tal-konduċent, wara li t-telf jiġi assorbit miċ-ċedenti. Il-faċilitajiet tal-likwidità ma jiġux mislufa kontra assi mhux imħallsa. L-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-isponsor.

Għalkemm l-isponsor jitħallas tariffa bbażat fuq is-suq għas-servizzi tiegħu, li tikkommensura mas-servizzi pprovduti, l-isponsor huwa skopert għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-konduċent minħabba d-drittijiet tiegħu għal kwalunkwe redditu reżidwu tal-konduċent u l-għoti ta’ titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità (jiġifieri l-konduċent huwa skopert għar-riskju tal-likwidità billi juża strumenti tad-dejn ta’ terminu qasir biex jiffinanzja assi ta’ terminu medju). Minkejja li kull wieħed miċ-ċedenti għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-valur tal-assi tal-konduċent, l-isponsor għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet li tagħtih il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tal-konduċent (jiġifieri l-isponsor stabilixxa t-termini tal-konduċent, għandu d-dritt li jieħu deċiżjonijiet dwar l-assi (japprova l-assi mixtrija u ċ-ċedenti ta’ dawk l-assi) u l-finanzjament tal-konduċent (li għalih irid jinstab investiment ġdid fuq bażi regolari)). Id-dritt għar-redditi reżidwi tal-konduċent u l-għoti ta’ faċilitajiet ta’ titjib fil-kreditu u likwidità jesponu lill-isponsor għal varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-konduċent li hija differenti minn dik tal-investituri l-oħra. Għalhekk, dik l-iskopertura tindika li l-isponsor huwa prinċipal u għalhekk l-isponsor jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-konduċent. L-obbligu tal-isponsor li jaġixxi fl-aħjar interess tal-investituri kollha ma jimpedix lill-isponsor milli jkun prinċipal.

Relazzjoni ma’ partijiet oħra

B73

Meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll, investitur għandu jikkunsidra n-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra u jekk dawk il-partijiet l-oħra jkunux qegħdin jaġixxu f'isem l-investitur (jiġifieri jkunu ’aġenti de facto’). Id-deċiżjoni dwar jekk partijiet oħra jkunux qegħdin jaġixxu bħala aġenti de facto teħtieġ ġudizzju għaqli, billi tiġi kkunsidrata mhux biss in-natura tar-relazzjoni iżda wkoll kif dawn il-partijiet jinteraġixxu ma’ xulxin u l-investitur.

B74

Relazzjoni bħal din mhux bilfors tinvolvi arranġament kuntrattwali. Parti tkun aġent de facto meta l-investitur ikollu, jew dawk li jiddirieġu l-attivitajiet tal-investitur ikollhom, il-kapaċità li jiddirieġu lil dik il-parti biex taġixxi f'isem l-investitur. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-investitur għandu jikkunsidra d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-aġent de facto tiegħu u l-iskopertura, jew id-drittijiet indiretti tiegħu, għal redditi varjabbli permezz tal-aġent de facto flimkien ma’ tiegħu stess meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment.

B75

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tali partijiet oħra li, min-natura tar-relazzjoni ta’ bejniethom, jistgħu jaġixxu bħala aġenti de facto għall-investitur:

(d)

il-partijiet relatati tal-investitur.

(i)

parti li tkun irċeviet l-interess tagħha fid-destinatarja ta’ investiment bħala kontribuzzjoni jew self mill-investitur.

(ii)

parti li tkun qablet li ma tbigħx, tittrasferixxi jew tiggravama l-interessi tagħha fid-destinatarja ta’ investiment mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-investitur (ħlief għal sitwazzjonijiet li fihom l-investitur u l-parti l-oħra jkollhom id-dritt tal-approvazzjoni bil-quddiem u d-drittijiet ikunu bbażati fuq termini maqbula reċiprokament minn partijiet independenti li jaqblu).

(iii)

parti li ma tistax tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat mill-investitur.

(vi)

destinatarja ta’ investiment li fiha l-maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv tagħha jew il-membri kruċjali tal-maniġment tagħha jkunu l-istess bħal dawk tal-investitur.

(vii)

parti li jkollha relazzjoni kummerċjali mill-qrib mal-investitur, bħar-relazzjoni bejn fornitur ta’ servizz professjonali u wieħed mill-klijenti sinifikanti tiegħu.

Kontroll ta’ assi speċifikati

B76

Investitur għandu jikkunsidra jekk jittrattax porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità separata kkunsidrata u, jekk iva, jekk jikkontrollax l-entità separata kkunsidrata.

B77

Investitur għandu jittratta porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità separata kkunsidrata jekk u jekk tiġi ssodisfata biss il-kundizzjoni li ġejja:

L-assi speċifikati tad-destinatarja ta’ investiment (u t-titjib relatat fil-kreditu, jekk ikun hemm) ikunu l-uniku sors ta’ ħlas għal obbligazzjonijiet speċifikati ta', jew interessi oħra speċifikati, fid-destinatarja ta’ investiment. Partijiet għajr dawk bl-obbligazzjoni speċifikata m'għandhomx drittijiet jew obbligi marbuta mal-assi speċifikati jew ma’ flussi ta’ flus reżidwi minn dawk l-assi. Fis-sustanza, l-ebda redditu mill-assi speċifikati ma jista' jintuża mid-destinatarja ta’ investiment li jifdal u l-ebda obbligazzjoni tal-entità separata kkunsidrata ma tkun pagabbli mill-assi tad-destinatarja ta’ investiment li jifdal. Għalhekk, fis-sustanza, l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-ekwità kollha ta’ dik l-entità separata kkunsidrata huma separati mill-entità globali li fiha jsir investiment. Tali entità separata kkunsidrata sikwit tissejjaħ ‘silo’.

B78

Meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu B77, investitur għandu jidentifika l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-entità separata kkunsidrata u kif ikunu diretti dawn l-attivitajiet sabiex jiġi vvalutat jekk għandux setgħa fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. Meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll tal-entità separata kkunsidrata, l-investitur għandu jikkunsidra wkoll jekk għandux skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f'dik l-entità separata kkunsidrata u l-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment biex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B79

Jekk l-investitur jikkontrolla l-entità separata kkunsidrata, l-investitur għandu jikkonsolida dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. F'dak il-każ, partijiet oħra jeskludu dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-kontroll ta', u fil-konsolidament tad-destinatarja ta’ investiment.

Valutazzjoni kontinwa

B80

Investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk xi fatti u ċirkustanzi jindikaw li kien hemm tibdil f'xi wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7.

B81

Jekk ikun hemm bidla fil-mod kif tista' tiġi eżerċitata s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, dik il-bidla trid tiġi riflessa fil-mod kif investitur jivvaluta s-setgħa tiegħu fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, it-tibdil fid-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet jista' jfisser li l-attivitajiet rilevanti ma jkunux aktar diretti permezz tad-drittijiet tal-vot, iżda arranġamenti oħra minflok, bħal kuntratti, jagħtu lil parti jew partijiet oħra l-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti.

B82

Avveniment jista' jwassal biex investitur jikseb jew jitlef is-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment mingħajr ma l-investitur ikun involut f'dak l-avveniment. Pereżempju, investitur jista' jikseb setgħa fuq destinatarja ta’ investiment minħabba li jkunu skadew drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet miżmuma minn parti jew partijiet oħra li qabel kienu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla destinatarja ta’ investiment.

B83

Investitur jikkunsidra wkoll bidliet li jaffettwaw l-iskopertura, jew id-drittijiet tiegħu, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, investitur li jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment jista' jitlef il-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur ma jibqax ikollu d-dritt li jirċievi redditi jew li jkun skopert għall-obbligi, minħabba li l-investitur ma jibqax jissodisfa l-paragrafu 7(b) (jekk jiġi tterminat kuntratt biex jirċievi tariffi marbuta mal-prestazzjoni).

B84

Investitur għandu jikkunsidra jekk il-valutazzjoni tiegħu li huwa jaġixxi bħala aġent jew prinċipal tkunx inbidlet. Il-bidliet fir-relazzjoni ġenerali bejn l-investitur u partijiet oħra jistgħu jfissru li investitur ma jkunx għadu jaġixxi bħala aġent, minkejja li qabel ikun aġixxa bħala aġent, u viċi versa. Pereżempju, jekk iseħħ tibdil fid-drittijiet tal-investitur, jew ta’ partijiet oħra, l-investitur għandu jerġa' jikkunsidra l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent.

B85

Valutazzjoni inizjali ta’ investitur dwar il-kontroll jew l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent ma tinbidilx sempliċement minħabba bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq (eż. bidla fir-redditi tal-investitur ikkawżata mill-kundizzjonijiet tas-suq), sakemm il-bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq ma tbiddilx wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7 jew tbiddel ir-relazzjoni globali bejn prinċipal u aġent.

REKWIŻITI KONTABILISTIĊI

Proċeduri ta’ konsolidament

B86

Ir-rapporti finanzjarji konsolidati:

(d)

jgħaqqdu entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, introjtu, spejjeż u flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali ma’ dawk tas-sussidjarji tagħha.

(i)

ipaċu (jeliminaw) l-ammont riportat tal-investiment tal-kumpanija prinċipali f'kull sussidjarja u l-porzjon ta’ ekwità tal-kumpanija prinċipali f'kull sussidjarja (IFRS 3 jispjega kif jiġi inkluż kwalunkwe avvjament relatat).

(ii)

jeliminaw b'mod sħiħ l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus relatati ma’ tranżazzjonijiet bejn entitajiet tal-grupp (profitti jew telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp li jkun rikonoxxut f'assi, bħal inventarju jew assi fissi, jiġi totalment eliminat). It-telf intragrupp jista' jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni tal-profitti u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp.

Politiki kontabilistiċi uniformi

B87

Jekk membru tal-grupp juża politiki kontabilistiċi għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f'ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa fir-rapporti finanzjarji ta’ dak il-membru tal-grupp meta jkunu qegħdin jiġu ppreparati r-rapporti finanzjarji konsolidati sabiex tkun żgurata konformità mal-politiki kontabilistiċi tal-grupp.

Kejl

B88

Entità tinkludi l-introjtu u l-ispejjeż ta’ sussidjarja fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data li fiha tikseb il-kontroll sad-data meta l-entità ma tibqax tikkontrolla s-sussidjarja. L-introjtu u l-ispejjeż tas-sussidjarja huma bbażati fuq l-ammont tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport konsolidat tal-introjtu komplessiv wara d-data tal-akkwiżizzjoni hija bbażata fuq il-valuri ġusti tal-assi relatati li jistgħu jiddeprezzaw rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Drittijiet potenzjali tal-vot

B89

Meta jkun hemm drittijiet potenzjali tal-vot, jew derivati oħra li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjon tal-profitt jew it-telf u l-bidliet fil-ekwità allokat lill-kumpanija prinċipali u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, jiġi stabilit biss fuq il-bażi tal-interessi propjetarji eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċizzju jew il-konverżjoni possibbli tad-drittijiet potenzjali tal-vot u derivati oħra, sakemm ma japplikax il-paragrafu B90.

B90

F'xi ċirkustanzi entità jkollha, fis-sustanza, interess propjetarju eżistenti b'riżultat ta’ tranżazzjoni li preżentement tagħti lill-entità aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-proporzjon allokat lill-kumpanija prinċipali u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jiġi stabilit billi jiġi kkunsidrat l-eżerċizzju eventwali ta’ dawk id-drittijiet potenzjali tal-vot u derivati oħra li preżentement jagħtu aċċess lill-entità għar-redditi.

B91

L-IFRS 9 ma japplikax għal interessi f'sussidjarji li jkunu konsolidati. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot fis-sustanza preżentement jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju f'sussidjarja, l-istrumenti ma jkunux suġġetti għar-rekwiżiti tal-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-istrumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot f'sussidjarja jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 9.

Data tar-rapport

B92

Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li jkunu ntużaw fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, għandhom ikollhom l-istess data tar-rapport. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar ikun differenti minn dak ta’ sussidjarja, is-sussidjarja tipprepara, għal finijiet ta’ konsolidament, tagħrif finanzjarju addizzjonali mill-istess data bħar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sabiex il-kumpanija prinċipali tkun tista' tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja, sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel dan.

B93

Jekk ikun imprattikabbli li tagħmel dan, il-kumpanija prinċipali għandha tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja billi tuża l-aħħar rapporti finanzjarji tas-sussidjarja aġġustati għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn id-data ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji u d-data tar-rapporti finanzjarji konsolidati. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn id-data tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja u dik tar-rapporti finanzjarji konsolidati m'għandhiex tkun ta’ iżjed minn tliet xhur, u t-tul tal-perjodi tar-rapportar u kwalunkwe differenza bejn id-dati tar-rapporti finanzjarji għandha tkun l-istess minn perjodu sa perjodu.

Interessi nonkontrollanti

B94

Entità għandha tattribwixxi l-profitt u t-telf u kull komponent ta’ introjtu ieħor komplessiv lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti. L-entità għandha tattribwixxi wkoll l-introjtu totali komplessiv lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti ikollhom bilanċ ta’ defiċit.

B95

Jekk sussidjarja jkollu ishma kumulattivi privileġġjati pendenti li jkunu kklassifikati bħala ekwità u jkunu miżmuma minn interessi nonkontrollanti, l-entità għandha tikkalkula s-sehem tagħha ta’ qligħ jew telf wara aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, irrispettivament minn jekk dawn id-dividendi jkunux ġew iddikjarati.

Tibdil fil-proporzjon miżmum minn interessi nonkontrollanti

B96

Meta l-proporzjon tal-ekwità miżmum minn interessi nonkontrollanti jinbidel, entità għandha taġġusta l-ammonti riportati tal-interessi ta’ kontroll u mhux ta’ kontroll sabiex jirriflettu l-bidliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. L-entità għandha tirrikonoxxi direttament fil-ekwità kwalunkwe differenza bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi nonkontrollanti u l-valur ġust tal-korrispettiv imħallas jew riċevut, u tattribwiha lis-sidien tal-kumpanija prinċipali.

Telf tal-kontroll

B97

Kumpanija prinċipali tista' titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f'żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġamenti għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda. Fid-deċiżjoni dwar jekk l-arranġamenti għandhomx jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda, kumpanija prinċipali għandha tikkunsidra l-patti u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Waħda jew aktar minn dawn li ġejjin tindika li l-kumpanija prinċipali għandha tinkludi l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:

(d)

Huma jiddaħħlu fl-istess ħin jew f'kontemplazzjoni ta’ xulxin.

(i)

Huma jiffurmaw tranżazzjoni waħda maħsuba biex tikseb effett kummerċjali globali.

(ii)

Is-seħħ ta’ arranġament minnhom jiddependi mis-seħħ ta’ mill-anqas arranġament ieħor.

(iii)

Arranġament wieħed ikkunsidrat waħdu ma jkunx ekonomikament ġustifikat, iżda jkun ekonomikament ġustifikat meta jitqies ma’ arranġamenti oħra. Eżempju ta’ dan huwa meta d-disponiment tal-ishma jkun ipprezzat taħt il-livell tas-suq u jkun hemm kumpens għal dan b'disponiment'sussegwenti pprezzat f'livell ogħla mis-suq.

B98

Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, hija għandha:

(d)

tirtira r-rikonoxximent ta':

(iv)

l-assi (inkluż kwalunkwe avvjament) u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja fl-ammonti riportati tagħhom fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(a)

l-ammont riportat ta’ kwalunkwe interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja ta’ qabel fid-data meta jintilef il-kontroll (inkluż kwalunkwe komponent ta’ introjtu komprensiv ieħor li jista' jkun attribwit lilhom).

(i)

tirrikonoxxi:

(iv)

il-valur ġust tal-ħlas riċevut, jekk ikun hemm, mit-tranżazzjoni, avveniment jew ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll;

(a)

jekk it-tranżazzjoni, avveniment jew ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll jinvolvux distribuzzjoni tal-ishma tas-sussidjarja lis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, dik id-distribuzzjoni; u

(b)

kwalunkwe investiment fis-sussidjarja ta’ qabel bil-valur ġust tiegħu fid-data meta ntilef il-kontroll.

(ii)

terġa' tikklassifika għal profitt jew telf, jew tittrasferixxi direttament għall-qligħ imfaddal jekk ikun meħtieġ minn IFRSs oħra, l-ammonti rikonoxxuti f'introjtu komprensiv ieħor b'rabta mas-sussidjarja fuq il-bażi deskritta fil-paragrafu B99.

(iii)

tirrikonoxxi kwalunkwe differenza li tirriżulta bħala profitt jew telf li jista' jiġi attribwit lill-kumpanija prinċipali.

B99

Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tagħmel kontabilità għall-ammonti kollha preċedentement rikonoxxuti f'introjtu komprensiv ieħor fir-rigward ta’ dak is-sussidjarja fuq l-istess bażi li tkun meħtieġa kieku l-kumpanija prinċipali ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk qligħ jew telf preċedentement rikonoxxut f'introjtu komprensiv ieħor jiġi riklassifikat għal profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija prinċipali għandha tirriklassifika il-qligħ jew it-telf mill-ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni) meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Jekk bilanċ fuq rivalutazzjoni preċedentement rikonoxxut f'introjtu komprensiv ieħor jiġi ttrasferit direttament għall-qligħ imfaddal wara d-disponiment tal-assi, il-kumpanija prinċipali għandha tittrasferixxi l-bilanċ fuq rivalutazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta hija titlef il-kontroll tas-sussidjarja.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1

Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2013. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk xi entità tapplika dan l-IFRS qabel, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IFRS 11, l-IFRS 12, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati ul- IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

TRANŻIZZJONI

C2

Entità għandha tapplika dan l-IFRS b'mod retrospettiv, skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi C3–C6.

C3

Meta tapplika dan l-IFRS għall-ewwel darba, entità mhijiex meħtieġa li tagħmel aġġustamenti fl-ikkontabilizzar tal-involviment tagħha jew ma':

(d)

entitajiet li qabel kienu konsolidati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u SIC-12 Konsolidament—Entitajiet b'Għanijiet Speċjali u, skont dan l-IFRS, jibqgħu konsolidati; jew

(i)

entitajiet li qabel ma kinux konsolidati skont l-IAS 27 u SIC-12 u, skont dan l-IFRS, jibqgħu mhumiex konsolidati.

C4

Meta l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS għall-ewwel darba twassal biex investitur jikkonsolida destinatarja ta’ investiment li ma kinitx konsolidata skont l-IAS 27 u SIC-12 l-investitur għandu:

(d)

jekk id-destinatarja ta’ investiment tkun negozju (kif iddefinit fl-IFRS 3), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik id-destinatarja ta’ investiment li qabel ma kinitx konsolidata, fid-data tal-applikazzjoni inizjali daqs li kieku dik id-destinatarja ta’ investiment kienet konsolidata (u għalhekk applika l-kontabilità tal-akkwiżizzjoni skont l-IFRS 3) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta’ dik id-destinatarja ta’ investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS.

(i)

jekk id-destinatarja ta’ investiment ma tkunx negozju (kif definit fl-IFRS 3), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik id-destinatarja ta’ investiment li qabel ma kinitx konsolidata, fid-data tal-applikazzjoni inizjali daqs li kieku d-destinatarja ta’ investiment kienet konsolidata (billi jiġi applikat il-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 mingħajr ma jiġi rikonoxxut l-ebda avvjament għad-destinatarja ta’ investiment) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta’ dik id-destinatarja ta’ investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti u l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu rikonoxxuti bħala aġġustament korrispondenti fil-bilanċ tal-ftuħ tal-ekwità.

(ii)

jekk il-kejl tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interess bla dritt ta’ kontroll tad-destinatarja ta’ investiment skont il-punt (a) jew (b) ikun imprattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8), l-investitur għandu:

(iv)

jekk id-destinatarja ta’ investiment tkun negozju, japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-IFRS 3, li jista' jkun il-perjodu kurrenti.

(a)

jekk id-destinatarja ta’ investiment ma tkunx negozju, japplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS mingħajr ma jirrikonoxxi l-ebda avvjament għad-destinatarja ta’ investiment mid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, li jista' jkun il-perjodu kurrenti.

L-investitur għandu jirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti fid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni u kwalunkwe ammonti rikonoxxuti qabel mill-involviment tiegħu bħala aġġustament fl-ekwità għal dak il-perjodu. Barra minn hekk, l-investitur għandu jipprovdi informazzjoni komparattiva u divulgazzjonijiet skont l-IAS 8.

C5

Meta l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS għall-ewwel darba twassal biex investitur ma jikkonsolidax aktar destinatarja ta’ investiment li kienet konsolidata skont l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) u SIC-12, l-investitur għandu jkejjel l-interess miżmum tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment fid-data tal-applikazzjoni inizjali fl-ammont li kien jitkejjel kieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS kienu effettivi meta l-investitur involva ruħu, jew tilef il-kontroll, tad-destinatarja ta’ investiment. Jekk il-kejl tal-interess miżmum ikun imprattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8), l-investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS biex jikkontabilizza telf tal-kontroll fil-bidu tal-ewwel perjodu li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, li jista' jkun il-perjodu kurrenti. L-investitur għandu jirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont rikonoxxut qabel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interess bla dritt ta’ kontroll u l-ammont riportat tal-involviment tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment bħala aġġustament fil-ekwità għal dak il-perjodu. Barra minn hekk, l-investitur għandu jipprovdi informazzjoni komparattiva u divulgazzjonijiet skont l-IAS 8.

C6

Il-paragrafi 23, 25, B94 u B96–B99 kienu emendi għall-IAS 27 magħmula fl-2008 li ttellgħu fl-IFRS 10. Ħlief meta entità tapplika l-paragrafu C3, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti f'dawk il-paragrafi kif ġej:

(d)

Entità m'għandha tiddikjara mill-ġdid l-ebda attribuzzjoni ta’ profitt jew telf għal perjodi ta’ rapportar qabel ma tkun applikat l-emenda fil-paragrafu B94 għall-ewwel darba.

(i)

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B96 għall-ikkontabilizzar ta’ bidliet fl-interessi propjetarji f'sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll ma japplikawx għal bidliet li jkunu seħħew qabel ma entità tkun applikat dawn l-emendi għall-ewwel darba.

(ii)

Entità m'għandhiex tiddikjara mill-ġdid l-ammont riportat ta’ investiment f'sussidjarja preċedenti jekk il-kontroll ikun intilef qabel ma hija tkun applikat l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99 għall-ewwel darba. Barra minn hekk, entità m'għandha tirrikalkola l-ebda qligħ jew telf fuq it-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li jkunu seħħew qabel ma ġew applikati għall-ewwel darba l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99.

Referenzi għall-IFRS 9

C7

Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhix qiegħda tapplika l-IFRS 9, kwalunkwe referenza f'dan l-IFRS għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ IFRSS OĦRA

C8

Dan l-IFRS jieħu post ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati fl-IAS 27 (kif emendat fl-2008).

C9

Dan l-IFRS jieħu post ukoll SIC-12 Konsolidament—Entitajiet b'Għanijiet Speċjali.

Appendiċi D

Emendi f'IFRSs oħra

Dan l-appendiċi jippreżenta l-emendi f'IFRSs oħra li huma konsegwenza tal-Bord li qiegħed joħroġ dan l-IFRS. Entità għandha tapplika l-emendi għar-rapporti annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tkun applikat dan l-IFRS għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tapplika dawn l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni. Il-paragrafi emendati huma murija bit-test il-ġdid b'linja taħtu u t-test imħassar maqtugħ.

IFRS 1    Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

D1

Il-paragrafu 39I ġie miżjud kif ġej:

39I

L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 31, B7, C1, D1, D14 u D15 u żiedu l-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D2

Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B7 huwa emendat kif ġej:

B7

Min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IFRS 10 b'mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs:

(a)

ir-rekwiżit fil-paragrafu B94 li l-introjtu komprensiv totali jiġi attribwit lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti ikollhom bilanċ ta' defiċit;

(b)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B93 għall-ikkontabilizzar tal-bidliet fl-interess propjetarju tal-kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll; u

(c)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi B97–B99 għall-ikkontabilizzar tat-telf tal-kontroll fuq sussidjarja, u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx.

Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 b'mod retrospettiv għal kombinamenti ta' negozji fil-passat, huwa għandu japplika wkoll l-IFRS 10 skont il-paragrafu C1 ta’ dan l-IFRS.

D3

Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C1 huwa emendat kif ġej:

C1

Min jadotta għall-ewwel darba jista' jagħżel li ma japplikax l-IFRS 3 b'mod retrospettiv għal kombinamenti ta' negozji fil-passat (kombinamenti ta' negozji li seħħew qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs). Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jiddikjara mill-ġdid li xi kombinament ta' negozji jikkonforma mal-IFRS 3, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta' negozji kollha li seħħew aktar tard u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 minn dik l-istess data. Pereżempju, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li jiddikjara mill-ġdid kombinament ta' negozji li seħħ fit-30 ta' Ġunju 20X6, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti kollha ta' negozji li seħħew fit-30 ta' Ġunju 20X6 u d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 mit-30 ta' Ġunju 20X6.

IFRS 2    Pagament ibbażat fuq l-Ishma

D4

Il-paragrafu 63A ġie miżjud kif ġej:

63A

L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 5 u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

Fl-Appendiċi A, in-nota ta' qiegħ il-paġna għad-definizzjoni ta' ’arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma’, hija emendata kif ġej:

*

‘Grupp’ huwa ddefinit fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati bħala ‘kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha’ mill-perspettiva tal-kumpanija prinċipali finali tal-entità relatriċi.

IFRS 3    Kombinamenti ta' Negozji

D5

Il-paragrafu 7 ġie emendat u l-paragrafu 64E ġie miżjud kif ġej:

7

Il-gwida fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb il-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri l-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta' negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b'mod ċar liema mill-entitajiet ta' kombinament hija l-akkwirent, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex isir dak l-istabiliment.

64E

L-IFRS 10, li ħareġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 7, B13, B63(e) u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta applika l-IFRS 10.

D6

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D7

Fl-Appendiċi A tneħħiet id-definizzjoni ta' ’kontroll’.

D8

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B13 u B63(e) huma emendati kif ġej:

B13

Il-gwida fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb il-kontroll tal-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta' negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b'mod ċar liema mill-entitajiet ta' kombinament hija l-akkwirent, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex isir dak l-istabiliment.

B63

Eżempji ta' IFRSs oħra li jipprovdu gwida dwar il-kejl u l-ikkontabilizzar sussegwenti tal-assi akkwiżiti u l-obbligazzjonijiet meħuda jew magħmula f’kombinament ta’ negozji jinkludu:

(a)

(e)

L-IFRS 10 jipprovdi gwida għall-ikkontabilizzar tal-bidliet fl-interess propjetarju ta' kumpanija prinċipali f'sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll.

IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni

D9

Il-paragrafu 3(a) ġie emendat u l-paragrafu 44O ġie miżjud kif ġej:

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, ħlief:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermetti li entità tikkontabilizza għal interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-IAS 39; f’dawk il-każijiet, …

44O

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (kif maħruġ f’Novembru 2009)

D10

Il-paragrafu 8.1.2 ġie miżjud kif ġej:

8.1.2

L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu C8 u ħassru l-intestaturi fuq il-paragrafu C18 u l-paragrafi C18–C23. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D11

Fl-Appendiċi C, tneħħew il-paragrafi C18 u C19 u l-intestaturi qabel il-paragrafi C18 u C19 u l-paragrafu C8 ġie emendat kif ġej:

C83

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, ħlief:

(a)

- dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermetti li entità tikkontabilizza għal interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-IAS 39 u l-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, …

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (kif maħruġ f’Ottubru 2010)

D12

Il-paragrafu 3.2.1 ġie emendat u l-paragrafu ġie miżjud kif ġej:

3.2.1

F’rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 3.2.2–3.2.9, B3.1.1, B3.1.2 u B3.2.1–B3.2.17 huma applikati f’livell konsolidat. Għalhekk, entità l-ewwel tikkonsolida s-sussidjarji kollha skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u mbagħad tapplika dawk il-paragrafi għall-grupp li jirriżulta.

7.1.2

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 3.2.1, B3.2.1–B3.2.3, B4.3.12(c), B5.7.15, C11 u C30 u ħassar il-paragrafi C23—C28 u l-intestaturi relatati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D13

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B3.2.1–B3.2.3 u B5.7.15 huma emendati kif ġej:

Fil-paragrafu B3.2.1, tneħħa ‘(inkluż kwalunkwe SPE)’ fl-ewwel kaxxa tal-grafika operazzjonali.

B3.2.2

Is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 3.2.4(b) (meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi tal-flus lil riċevitur wieħed jew aktar) isseħħ, pereżempju, jekk l-entità tkun fiduċjarja, u toħroġ interessi ta' benefiċċju lill-investituri fl-assi finanzjarji bażiċi li jkollha u tipprovdi servizzjar ta' dawk l-assi finanzjarji. F'dak il-każ, l-assi finanzjarji jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3.2.5 u 3.2.6.

B3.2.3

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.5, l-entità tista', pereżempju, tkun l-oriġinatriċi tal-assi finanzjarju, jew tista' tkun grupp li jinkludi sussidjarja li jkun kiseb l-assi finanzjarju u jgħaddi l-flussi tal-flus lil investituri ta' parti terza mhux relatati.

B5.7.15

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' riskju fuq ir-riżultati speċifiku għall-assi:

(a)

(b)

obbligazzjoni maħruġa minn entità strutturata bil-karatteristiċi li ġejjin. L-entità tkun legalment iżolata sabiex l-assi fl-entità jkunu separati biss għall-benefiċċju tal-investituri tagħha, anki f'każ ta' falliment. L-entità ma tidħol fl-ebda tranżazzjoni oħra u l-assi fl-entità ma jistgħux jiġu ipotekati. L-ammonti jridu jitħallsu lill-investituri tal-entità biss jekk l-assi separati jiġġeneraw flussi ta' flus. Għalhekk,. …

D14

Fl-Appendiċi C, tħassru l-paragrafi C23 u C24 u l-intestatura qabel il-paragrafu C23 u l-paragrafi C11 u C30 ġew emendati kif ġej:

C11

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, ħlief:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermetti li entità tikkontabilizza għal interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, …

C30

4

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju ħlief:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermetti li entità tikkontabilizza għal interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, …

IAS 1    Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

D15

Il-paragrafi 4 u 123 ġew emendati u l-paragrafu 139H ġie miżjud kif ġej:

4

Dan l-Istandard ma japplikax għall-istruttura u l-kontenut ta’ rapporti finanzjarji interim kondensati li jiġu ppreparati skont l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim. Madankollu, il-paragrafi 15–35 japplikaw għal tali rapporti finanzjarji. Dan l-Istandard japplika b'mod ugwali għall-entitajiet kollha, inklużi dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji konsolidati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji separati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

123

Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki kontabilistiċi tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji għaqlin, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ammonti li huwa jirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji għaqlin sabiex jistabilixxi:

(a)

(b)

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tal-pussess tal-assi finanzjarji u l-assi tal-kera jiġu ttrasferiti lil entitajiet oħra; u

(c)

jekk, fis-sustanza, il-bejgħ partikolari ta' oġġetti jkunx arranġamenti ta' finanzjament u għalhekk ma jwassalx għal dħul.

(d)

[imħassar]

139H

L-IFRS 10 u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 119, 123 u 124. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 12.

IAS 7    Rapport tal-Flussi tal-Flus

D16

Il-paragrafu 42B ġie emendat u l-paragrafu 57 ġie miżjud kif ġej:

42B

Tibdil fl-interessi propjetarji f'sussidjarja li ma jirriżultax f'telf tal-kontroll, bħax-xiri jew il-bejgħ suċċessiv minn kumpanija prinċipali tal-istrumenti azzjonarji ta' sussidjarja, jiġi kkontabilizzat bħala tranżazzjonijiet għall-ħruġ ta' ishma (ara l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati). Għalhekk, …

57

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 37, 38 u 42B u ħassru l-paragrafu 50(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 21    L-Effetti ta’ Bidliet fir-Rati tal-Kambju

D17

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D18

Il-paragrafi 19, 45 u 46 ġew emendati u l-paragrafu 60F ġie miżjud kif ġej:

19

- Dan l-Istandard jippermetti wkoll li entità stand-alone li tipprepara rapporti finanzjarji jew entità li tipprepara rapporti finanzjarji separati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha fi kwalunkwe munita (jew muniti). Jekk il- …

45

L-inkorporazzjoni tar-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' operazzjoni barranija ma' dawk tal-entità relatriċi ssegwi proċeduri normali ta' konsolidament, bħall-eliminazzjoni tal-bilanċi intragrupp u t-tranżazzjonijiet intragrupp ta' sussidjarja (ara l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati). Madankollu, …

46

Meta r-rapporti finanzjarji ta' operazzjoni barranija jkunu minn data differenti minn dik tal-entità relatriċi, l-operazzjoni barranija ħafna drabi tipprepara rapporti addizzjonali mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità relatriċi. Meta dan ma jsirx, l-IFRS 10 jippermetti l-użu ta' data differenti bil-kundizzjoni li d-differenza ma tkunx ta' aktar minn tliet xhur u jsiru aġġustamenti għall-effetti ta' kwalunkwe tranżazzjoni jew avveniment ieħor sinifikanti li jseħħu bejn id-dati differenti. F'każ bħal dan, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija jinqalbu bir-rata tal-kambju fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportar tal-operazzjoni barranija. Isiru aġġustamenti għal bidliet sinifikanti fir-rati tal-kambju sat-tmiem tal-perjodu tar-rapportar tal-entità relatriċi skont l-IFRS 10. L-istess …

60F

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3(b), 8, 11, 18, 19, 33, 44–46 u 48A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 24    Żvelar ta’ Partijiet Relatati

D19

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

3

Dan l-Istandard jitlob id-divulgazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' partijiet relatati, tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, inklużi impenji, fir-rapporti finanzjarji konsolidati u separati ta' kumpanija prinċipali jew ta' investituri b'kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq, destinatarja ta' investiment ippreżentata skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jew l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Dan l-Istandard japplika wkoll għal rapporti finanzjarji individwali.

Fil-paragrafu 9 tħassru d-definizzjonijiet ta' ‘kontroll’, ‘kontroll konġunt’ u ‘influwenza sinifikanti’ u żdiedet sentenza kif ġej:

It-termini ‘kontroll’, ‘kontroll konġunt’ u ‘influwenza sinifikanti’ huma definiti fl-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti u huma użati f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs.

Il-paragrafu 28A ġie miżjud kif ġej:

28A

L-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3, 9, 11(b), 15, 19(b) u (e) u 25. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12.

IAS 27    Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

D20

Fl-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, tħassru r-rekwiżiti marbuta mar-rapporti finanzjarji konsolidati u ttieħdu fl-IFRS 10 fejn xieraq. Ir-rekwiżiti għall-ikkontabilizzar u d-divulgazzjoni għar-rapporti finanzjarji separati jibqgħu fl-IAS 27; it-titlu ġie emendat għal Rapporti Finanzjarji Separati, il-paragrafi l-oħra ġew irrinumerati b'mod sekwenzjali, ġie aġġustat l-ambitu u saru bidliet editorjali oħra. Ir-rekwiżiti kontabilistiċi u li wieħed jiżvela li fadal fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011) ġew aġġornati wkoll biex jirriflettu l-gwida fl-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011). Id-dettalji tad-destinazzjoni tal-paragrafi fl-IAS 27 (kif emendat fl-2008) jinsabu fit-tabella ta' konkordanza mehmuza mal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

D21

Il-paragrafu 4(a) ġie emendat u l-paragrafu 97I ġie miżjud kif ġej:

4

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju ħlief:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermetti li entità tikkontabilizza għal interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-IAS 39…

97I

L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4(a) u AG29. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D22

Fl-Appendiċi, il-paragrafu AG29 ġie emendat kif ġej:

AG29

F'rapporti finanzjarji konsolidati, entità tippreżenta interessi mhux bi dritt ta' kontroll—jiġifieri l-interessi ta' partijiet oħra fil-ekwità u l-introjtu tas-sussidjarja tagħha—skont l-IAS 1 u l-IFRS 10. Meta …

IAS 33    Qligħ Sehem b’Sehem

D23

Il-paragrafu 4 ġie emendat u l-paragrafu 74B ġie miżjud kif ġej:

4

Meta entità tippreżenta kemm rapporti finanzjarji konsolidati kif ukoll rapporti finanzjarji separati ppreparati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati, rispettivament, id-divulgazzjoni meħtieġa minn dan l-Istandard jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss fuq il-bażi tal-informazzjoni konsolidata … []…

74B

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f'Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 40 u A11. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 36    Indeboliment tal-Assi

D24

Il-paragrafu 4(a) ġie emendat u l-paragrafu 140H ġie miżjud kif ġej:

4

Dan l-Istandard japplika għal assi finanzjarji klassifikati bħala:

(a)

sussidjarji, kif iddefiniti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b)

140H

L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 4, l-intestatura fuq il-paragrafu 12(h) u l-paragrafu 12(h). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D25

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

IAS 38    Assi Intanġibbli

D26

Il-paragrafu 3(e) ġie emendat u l-paragrafu 130F ġie miżjud kif ġej:

3

Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta' assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

(e)

assi finanzjarji kif iddefiniti fl-IAS 32. Ir-rikonoxximent u l-kejl ta' xi assi finanzjarji huma koperti mill-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti.

(c)

130F

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 3(e). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif emendat f’Ottubru 2009)

D27

Il-paragrafi 2(a) u 15 ġew emendati u l-paragrafu 103P ġie miżjud kif ġej:

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju ħlief:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li l-ikkontabilizzar għalihom isir skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, l-entitajiet għandhom japplikaw dan l-Istandard għal interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li skont l-IAS 27 jew l-IAS 28 jew IAS 31 ikun ikkontabilizzat skont dan l-Istandard. …

15

F'rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 16–23 u l-Appendiċi A il-paragrafi AG34–AG52 jiġu applikati f’livell konsolidat. Għalhekk, entità l-ewwel tikkonsolida s-sussidjarji kollha skont l-IFRS 10 u mbagħad tapplika l-paragrafi 16–23 u l-Appendiċi A paragrafi AG34–AG52 għall-grupp li jirriżulta.

103P

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 2(a), 15, AG3, AG36–AG38 u AG41(a). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D28

Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG36–AG38 huma emendati kif ġej:

Fil-paragrafu AG36, tneħħiet ‘(inkluż kwalunkwe SPE)’ fl-ewwel kaxxa tal-grafika operazzjonali.

AG37

Is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 18(b) (meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi tal-flus lil riċevitur wieħed jew aktar) isseħħ, pereżempju, jekk l-entità tkun fiduċjarja, u toħroġ interessi ta' benefiċċju lill-investituri fl-assi finanzjarji bażiċi li jkollha u tipprovdi servizzjar ta' dawk l-assi finanzjarji. F'dak il-każ, l-assi finanzjarji jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 19 u 20.

AG38

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 19, l-entità tista', pereżempju, tkun l-oriġinatriċi tal-assi finanzjarju, jew tista' tkun grupp li jinkludi sussidjarja li jkun kiseb l-assi finanzjarju u jgħaddi l-flussi tal-flus lil investituri ta' parti terza mhux relatati.

IFRIC 5    Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonament, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali

D29

Fir-‘referenzi’, tneħħew l-entrati għall-IAS 27 u l-IAS 31, l-entrata għall-IAS 28 ġiet emendata għal ‘IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti’ u żdiedu entrati għall-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti.

Il-paragrafu 8 ġie emendat u l-paragrafu 14B ġie miżjud kif ġej:

8

Il-kontributur għandu jistabilixxi jekk għandux kontroll jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq il-fond billi jirreferi għall-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IAS 28. Jekk ikollu, il-kontributur għandu jikkontabilizza għall-interess tiegħu fil-fond skont dawk l-Istandards.

14B

L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 8 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IFRIC 17    Distribuzzjonijiet ta' Assi Mhux fi Flus lis-Sidien

D30

Fir-‘referenzi’, żdiedet entrata għall-‘IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati’.

Il-paragrafu 7 ġie emendat u l-paragrafu 19 ġie miżjud kif ġej:

7

Skont il-paragrafu 5, din l-interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tqassam xi wħud mill-interessi propjetarji tagħha f’sussidjarja iżda żżomm il-kontroll tas-sussidjarja. L-entità li tagħmel distribuzzjoni li twassal biex l-entità tirrikonoxxi interess nonkontrollanti fis-sussidjarja tagħha tikkontabilizza għad-distribuzzjoni skont l-IFRS 10.

19

L-IFRS 10, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 11

Arranġamenti Konġunti

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jiġu stabiliti prinċipji għar-rappurtaġġ finanzjarju minn entitajiet li għandhom interess f’arranġamenti li huma kontrollati b’mod konġunt (jiġifieri arranġamenti konġunti).

Biex jintlaħaq l-għan

2

Biex jintlaħaq l-għan li jissemma fil-paragrafu 1, dan l-IFRS jiddefinixxi kontroll konġunt u jitlob li entità li hija parti minn arranġament konġunt tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fiha tkun involuta billi tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha u li tagħti kont ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi f'konformità ma’ dak it-tip ta’ arranġament konġunt.

AMBITU

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li huma parti minn arranġament konġunt.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

4

Arranġament konġunt huwa arranġament li fih għandhom kontroll konġunt żewġ partijiet jew aktar.

5

Arranġament konġunt għandu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

Il-partijiet huma marbuta b’arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B2-B4).

(b)

L-arranġament kuntrattwali jagħti lil tnejn jew aktar minn dawk il-partijiet kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi 7-13).

6

Arranġament konġunt huwa jew operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

Kontroll konġunt

7

Kontroll konġunt huwa l-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament li jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

8

Entità li tkun parti minn arranġament għandha tivvaluta jekk l-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet kollha, jew lil grupp tal-partijiet, il-kontroll tal-arranġament kollettivament. Il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament kollettivament meta għandhom jaġixxu flimkien biex imexxu l-operazzjonijiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditu tal-arranġament (jiġifieri l-operazzjonijiet rilevanti).

9

Ladarba jkun ġie ddeterminat li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġement kollettivament, il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkontrollaw l-arranġament kollettivament.

10

F’arranġament konġunt, l-ebda parti ma tikkontrolla l-arranġament waħedha. Parti bil-kontroll konġunt ta’ arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe waħda mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jikkontrollaw l-arranġament.

11

Arranġament jista’ jkun arranġament konġunt għalkemm mhux il-partijiet kollha jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament. Dan l-IFRS jiddistingwi bejn partijiet li għandhom kontroll konġunt ta’ arranġament konġunt (operaturi konġunti jew imprendituri konġunti) u partijiet li jipparteċipaw fi, iżda li m’għandhomx kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt.

12

Entità għandha tuża l-ġudizzju meta tivvaluta jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikollhomx kontroll konġunt ta’ arranġament. Entità għandha twettaq din il-valutazzjoni billi tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha (ara l-paragrafi B5-B11).

13

Jekk il-fatti u ċ-ċirkostanzi jinbidlu, entità għandha tirrivaluta jekk ikunx għad għandha kontroll konġunt tal-arranġament.

Tipi ta’ arranġamenti konġunti

14

Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li hi involuta fiha. Il-klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt bħala operazzjoni konġunta jew impriża konġunta tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet tal-arranġament.

15

Operazzjoni konġunta huwa arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu operaturi konġunti.

16

Impriża konġunta huwa arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu imprendituri konġunti.

17

Entità tapplika l-ġudizzju meta tivvaluta jekk arranġament konġunt huwiex operazzjoni konġunta jew impriża konġunta. Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fih hija involuta billi tqis id-drittijiet u l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-arranġament. Entità tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha billi tqis l-istruttura u l-forma ġuridika tal-arranġament, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali u, meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B12-B33).

18

Kultant il-partijiet huma marbuta minn ftehim qafas li jistabilixxi t-termini kuntrattwali għat-twettiq ta’ operazzjoni waħda jew aktar minn waħda. Il-ftehim qafas jista’ jistabilixxi li l-partijiet jistabilixxu arranġamenti konġunti biex iwettqu operazzjonijiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-ftehim. Għalkemm dawk l-arranġamenti konġunti huma relatati mal-istess ftehim qafas, it-tip tagħhom jista’ jkun differenti jekk id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ivarjaw meta jwettqu l-operazzjonijiet differenti msemmija fil-ftehim qafas. B’konsegwenza ta’ dan, operazzjonijiet konġunti u impriżi konġunti jistgħu jeżistu flimkien meta l-partijiet iwettqu operazzjonijiet differenti li jagħmlu parti mill-istess ftehim qafas.

19

Jekk jinbidlu l-fatti u ċ-ċirkostanzi, entità għandha tirrivaluta jekk inbidilx it-tip ta’ arranġament konġunt li fih hi involuta.

RAPPORTI FINANZJARJI TAL-PARTIJIET MINN ARRANĠAMENT KONĠUNT

Operazzjonijiet konġunti

20

Operatur konġunt għandu jirrikonoxxi b’rabta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta:

(a)

l-assi tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe assi li jinżammu b’mod konġunt;

(b)

l-obbligazzjonijiet tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe obbligazzjonijiet mġarrba b’mod konġunt;

(c)

id-dħul tagħha mill-bejgħ tas-sehem tagħha tal-eżitu li jirriżulta mill-operazzjoni konġunta;

(d)

is-sehem tad-dħul mill-bejgħ tal-eżitu tal-operazzjoni konġunta; u

(e)

l-ispejjeż tagħha, inkluż is-sehem ta’ kwalunkwe spiża mġarrba b’mod konġunt.

21

Operatur konġunt għandu jagħti kont tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet u l-ispejjeż marbuta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta skont l-IFRSs applikabbli għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet u l-ispejjeż partikolari.

22

Il-kontabilità ta’ tranżazzjonijiet pereżempju l-bejgħ, il-kontribuzzjoni jew ix-xiri ta’ assi bejn entità u operazzjoni konġunta li fihom hija tkun operatur konġunt, huwa speċifikat fil-paragrafi B34-B37.

23

Parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, operatur konġunt għandha tieħu wkoll kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont il-paragrafi 20-22 jekk dik il-parti jkollha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-operazzjoni konġunta. Jekk parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, operatur konġunt ma jkollux drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta ma’ dik l-operazzjoni konġunta, għandha tieħu kont tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta skont l-IFRSs applikabbli għal dak l-interess.

Impriżi konġunti

24

Imprenditur konġunt għandu jirrikonoxxi l-interess tiegħu f’impriża konġunta bħala investiment u għandu jieħu kont ta’ dak l-investiment bl-użu tal-metodu tal-ekwità skont l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjali u Impriżi Konġunti sakemm l-entità ma tkunx eżentata milli tapplika l-metodu tal-ekwità kif speċifikat f’dak l-istandard.

25

Parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, impriża konġunta għandha tieħu kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, sakemm ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tieħu kont tiegħu skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

26

Fir-rapporti finanzjarjiseparati tiegħu, operatur konġunt jew imprenditur konġunt għandu jieħu kont tal-interess tiegħu fi:

(a)

operazzjoni konġunta skont il-paragrafi 20-22;

(b)

impriża konġunta skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

27

Fid-rapporti finanzjarji separati tagħha, parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt għandha tieħu kont tal-interess tagħha fi:

(a)

operazzjoni konġunta skont il-paragrafu 23;

(b)

impriża konġunta skont l-IFRS 9, sakemm l-entità ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tapplika l-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

arranġament konġunt

Arranġament li tiegħu żewġ partijiet jew aktar ikollhom kontroll konġunt.

kontroll konġunt

Il-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament, li jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

operazzjoni konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

operatur konġunt

Parti minn operazzjoni konġunta li jkollha kontroll konġunt ta’ dik l-operazzjoni konġunta.

impriża konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

imprenditur konġunt

Parti minn impriża konġunta li jkollha kontroll konġunt ta’ dik l-impriża konġunta.

parti f’arranġament konġunt

Entità li tipparteċipa f’arranġament konġunt, irrispettivament minn jekk dik l-entità jkollhiex kontroll konġunt tal-arranġament.

veikolu separat

Struttura finanzjarja li tista’ tiġi identifikata separatament, inklużi entitajiet legali jew entitajiet rikonoxxuti skont statut separati, irrispettivament jekk dawk l-entitajiet ikollhomx personalità ġuridika.

Dawn it-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f'dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f'dawk l-IFRSs:

kontroll ta’ entità li fiha jsir investiment

metodu tal-ekwità

setgħa

drittijiet protettivi

attivitajiet rilevanti

rapporti finanzjarji separati

influwenza sinifikanti.

Appendiċi B

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-27 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1

L-eżempji f’dan l-appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha ta’ mudell ta’ fatt partikolari jkollu jiġi evalwat fl-applikazzjoni tal-IFRS 11.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

Arranġament kuntrattwali (il-paragrafu 5)

B2

Tista’ tingħata evidenza ta’ arranġamenti kuntrattwali f’diversi modi. Arranġament kuntrattwali li jista’ jiġi nfurzat spiss isir, iżda mhux dejjem, bil-miktub, ġeneralment fil-forma ta’ kuntratt jew diskussjonijiet dokumentati bejn il-partijiet. Mekkaniżmi statutorji jistgħu wkoll joħolqu arranġamenti li jistgħu jiġu nfurzati, jew waħedhom jew flimkien ma’ kuntratti bejn il-partijiet.

B3

Meta arranġamenti konġunti jkunu strutturati permezz ta’ veikolu separat (ara l-paragrafi B19-B33), l-arranġament kuntrattwali, jew xi aspetti tal-arranġament kuntrattwali, f’xi każijiet jiġu inkorporati fl-istatut, il-karta jew ir-regolamenti tal-veikolu separat.

B4

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi t-termini li bihom il-partijiet jipparteċipaw fl-attività li hi s-suġġett tal-arranġament. L-arranġament kuntrattwali ġeneralment jittratta kwistjonijiet bħal:

(a)

l-iskop, l-attività u d-dewmien tal-arranġament konġunt.

(b)

kif il-membri tal-Bord tad-Diretturi, jew il-korp governattiv ekwivalenti, tal-arranġament konġunt, jinħatru.

(c)

il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet: il-kwistjonijiet li jeħtieġu deċiżjonijiet mill-partijiet, id-drittijiet tal-vot tal-partijiet u l-livell meħtieġ ta’ appoġġ għal dawk il-kwistjonijiet. il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rifless fl-arranġament kuntrattwali jistabilixxi l-kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi B5-B11).

(d)

il-kapital jew kontribuzzjonijiet oħra meħtieġa mill-partijiet.

(e)

kif il-partijiet jikkondividu l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet, l-ispejjeż jew il-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament konġunt.

Kontroll konġunt (il-paragrafi 7-13)

B5

Fil-valutazzjoni ta’ jekk entità jkollhiex kontroll konġunt ta’ arranġament, entità għandha tivvaluta l-ewwel jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollawx l-arranġament. L-IFRS 10 jiddefinixxi l-kontroll u għandu jintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikunux esposti, jew għandhomx drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tagħhom mal-arranġament u jkollhomx il-kapaċità jaffettwaw dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tagħhom fuq l-arranġament. Meta l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikkunsidrati kollettivament, jistgħu jmexxu l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-arranġament (jiġifieri l-attivitajiet rilevanti), il-partijiet jikkontrollaw l-arranġament kollettivament.

B6

Wara li tikkonkludi li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament kollettivament, entità għandha tivvaluta jekk għandhiex kontroll konġunt tal-arranġament. Il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li kollettivament jikkontrollaw il-ftehim. L-evalwazzjoni ta’ jekk l-arranġament huwiex kontrollat b’mod konġunt mill-partijiet kollha tiegħu jew minn grupp tal-partijiet, jew huwiex kontrollat minn waħda biss mill-partijiet tiegħu, jista’ jeħtieġ ġudizzju.

B7

Kultant il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jiġi miftiehem mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom iwassal b’mod impliċitu għall-kontroll konġunt. Pereżempju, nassumu li żewġ partijiet jistabilixxu arranġament li fih kull waħda minnhom ikollha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot u l-arranġament kuntrattwali bejniethom jispeċifika li mill-anqas 51 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. F'dan il-każ, il-partijiet jaqblu b'mod impliċitu li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil taż-żewġ partijiet.

B8

F’ċirkostanzi oħra, l-arranġament kuntrattwali jeħtieġ proporzjon minimu tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. Meta dak il-proporzjon minimu meħtieġ tad-drittijiet tal-vot jista’ jinkiseb permezz ta’ aktar minn kombinazzjoni waħda tal-qbil tal-partijiet flimkien, dak l-arranġament mhuwiex arranġament konġunt sakemm l-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikax liema partijiet (jew kombinazzjoni ta’ partijiet) huma meħtieġa li jaqblu unanimament ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Eżempji ta’ applikazzjoniiet

Eżempju 1

Nassumu li tliet partijiet jistabilixxu arranġament A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament, B għandha 30 fil-mija u C għandha 20 fil-mija. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, hija ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B. It-termini tal-arranġament kuntrattwali tagħhom li jeħtieġ mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jimplika li A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil kemm ta’ A kif ukoll ta’ B.

Eżempju 2

Nassumu li arranġament għandu tliet partijiet: A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament u B u C għandhom 25 mil-mija kull wieħed. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, hija ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B jew C. F’dan l-eżempju, A, B u C kollettivament jikkontrollaw l-arranġament. Madankollu, hemm aktar minn kombinazzjoni waħda ta’ partijiet li jistgħu jaqblu biex jilħqu 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot (jiġifieri jew A u B jew A u C). F’tali sitwazzjoni, biex ikun hemm arranġament konġunt, l-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ikollu jispeċifika liema kombinazzjoni tal-partijiet hi meħtieġa biex isir qbil unanimu ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Eżempju 3

Nassumu arranġament li fih A u B għandhom 35 fil-mija kull wieħed tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament bit-30 fil-mija l-oħra jkunu mifruxa sew. Deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot. A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament biss jekk l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament jeħtieġu li jaqblu kemm A kif ukoll B.

B9

Ir-rekwiżit tal-kunsens unanimu jfisser li kwalunkwe parti bil-kontroll konġunt tal-arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jieħdu deċiżjonijiet unilaterali (dwar l-attivitajiet rilevanti) mingħajr il-kunsens tagħha. Jekk ir-rekwiżit tal-kunsens unanimu huwa marbut biss ma’ deċiżjonijiet li jagħtu drittijiet protettivi lil parti u mhux ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ta’ arranġament, dik il-parti ma hijiex parti b'kontroll konġunt tal-arranġament.

B10

Arranġament kuntrattwali jista’ jinkludi klawżoli dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet, pereżempju dwar l-arbitraġġ. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jippermettu li jitteħdu deċiżjonijiet fin-nuqqas ta’ kunsens unanimu bejn il-partijiet li għandhom kontroll konġunt. L-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma timpedixxix li l-arranġament jiġi kkontrollat b’mod konġunt u, b’konsegwenza, li jkun hemm arranġament konġunt.

Evalwazzjoni tal-kontroll konġunt

Image

B11

Meta arranġament jaqa ‘il barra mill-ambitu tal-IFRS 11, entità tieħu kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont l-IFRSs rilevanti, pereżempju l-IFRS 10, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IFRS 9.

TIPI TA’ ARRANĠAMENT KONĠUNT (PARAGRAFI 14-19)

B12

Arranġamenti konġunti jiġu stabiliti għal varjetà ta’ skopijiet (pereżempju bħala mod kif il-partijiet jikkondividu l-kostijiet u r-riskji, jew bħala mod kif il-partijiet jingħataw aċċess għal teknoloġija ġdid jew swieq ġodda), u jistgħu jiġu stabiliti bl-użu ta’ strutturi u forom legali differenti.

B13

Xi arranġamenti ma jeħtiġux li l-attività li hi s-suġġett tal-arranġament titwettaq f’veikolu separat. Madankollu, arranġamenti oħra jinvolvu li jiġi stabilit veikolu separat.

B14

Il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti meħtieġa minn dan l-IFRS tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-arranġament fit-twettiq normali tan-negozju. Dan l-IFRS jikklassifika l-arranġamenti konġunti bħala jew operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti. Meta entità għandha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, l-arranġament huwa operazzjoni konġunta. Meta entità għandha drittijiet għall-assi netti tal-arranġament, l-arranġament huwa impriża konġunta. Il-paragrafi B16-B33 jistabilixxu l-valutazzjoni li twettaq entità biex tiddetermina jekk ikollhiex interess f’operazzjoni konġunta jew interess f’impriża konġunta.

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt

B15

Kif intqal fil-paragrafu B14, il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti teħtieġ li l-partijiet jivvalutaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-arranġament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, entità għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-istruttura tal-arranġament konġunt (ara l-paragrafi B16-B21).

(b)

meta l-arranġament konġunt ikun strutturat permezz ta’ veikolu separat:

(i)

il-forma ġuridika tal-veikolu separat (ara l-paragrafi B22-B24);

(ii)

it-termini tal-arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B25-B28); u

(iii)

meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B29-B33).

Struttura tal-arranġament konġunt

Arranġamenti konġunti mhux strutturati permezz ta’ veikolu separat

B16

Arranġament konġunt li mhux strutturat permezz ta’ veikolu separat huwa operazzjoni konġunta. F’dawn il-każijiet, l-arranġament kuntrattwali jistabilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, u d-drittijiet tal-partijiet għad-dħulijiet korrispondenti u l-obbligi għall-ispejjeż korrispondenti.

B17

L-arranġament kuntrattwali spiss jiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet li huma s-suġġett tal-arranġament u kif il-partijiet beħsiebhom iwettqu dawk l-attivitajiet flimkien. Pereżempju, il-partijiet ta’ arranġament konġunt jistgħu jaqblu li jimmanifatturaw prodott flimkien, b'kull parti tkun responsabbli għal kompitu speċifiku u kull waħda tuża l-assi tagħha stess u jkollha l-obbligazzjonijiet tagħha stess. L-arranġamenti kuntrattwali jistgħu wkoll jispeċifikaw kif id-dħulijiet u l-ispejjeż li huma komuni għall-partijiet għandhom jinqasmu bejniethom. F’dan il-każ, kull operatur konġunt jirrikonoxxi fid-rapporti finanzjarji tiegħu l-assi u l-obbligazzjonijiet użati għall-kompitu speċifiku, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tad-dħuljiiet u l-ispejjeż skont l-arranġament kuntrattwali.

B18

F’każijiet oħra, il-partijiet ta’ arranġament konġunt jistgħu jaqblu, pereżempju, li jikkondividu u joperaw assi flimkien. F’tali każ, l-arranġament kuntrattwali jistabilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi li jiġi operat b’mod konġunt, u kif l-eżitu jew id-dħul mill-assi u l-kostijiet operatorji jinqasmu bejn il-partijiet. Kull operatur konġunt jieħu kont tas-sehem tiegħu tal-assi konġunt u s-sehem miftiehem tiegħu ta’ kwalunkwe obbligazzjoni, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tal-eżitu, id-dħulijiet u l-ispejjeż skont l-arranġament kuntrattwali.

Arranġamenti konġunti strutturati permezz ta’ veikolu separat

B19

Arranġament konġunt li fih l-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament jinżammu f’veikolu separat jistgħu jkunu jew impriża konġunta jew operazzjoni konġunta.

B20

Jekk parti tkunx operatur konġunt jew imprenditur konġunt jiddependi fuq id-drittijiet tal-parti għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, li jinżammu fil-veikolu separat.

B21

Kif stabilit fil-paragrafu B15, meta l-partijiet ikun strutturaw arranġament konġunt f’veikolu separat, il-partijiet għandhom jivvalutaw jekk il-forma ġuridika tal-veikolu separat, it-termini tal-ftehim kuntrattwali u, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe fatti u ċirkostanzi oħra jagħtuhomx:

(a)

drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa operazzjoni konġunta); jew

(b)

drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa impriża konġunta).

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt: valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-arranġament

Image

Il-forma ġuridika tal-veikolu separat

B22

Il-forma ġuridika tal-veikolu separat hija rilevanti fl-evalwazzjoni tat-tip ta’ arranġament konġunt. Il-forma ġuridika tgħin fl-evalwazzjoni inizjali tad-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat.

B23

Pereżempju, il-partijiet jistgħu jmexxu l-arranġament konġunt permezz ta’ veikolu separat, li l-forma ġuridika tagħha tikkawża li l-veikolu separat jitqies għall-merti tiegħu stess (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-veikolu separat u mhux l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet). F'tali każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-foma legali tal-veikolu separat tindika li l-arranġament huwa impriża konġunta. Madankollu, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom (ara l-paragrafi B25-B28) u, fejn ikun rilevanti fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B29-B33) jistgħu jwarrbu l-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat.

B24

Il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat hi biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta biss jekk il-partijiet imexxu l-arranġament konġunt f'veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha ma tagħtix separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet).

Valutazzjoni tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

B25

F’diversi każijiet, id-drittijiet u l-obbligi miftiehma mill-partijiet fl-arranġamenti kuntrattwali tagħhom ikunu konsistenti, jew ma jkunux inkompatibbli, mad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fiha ġie strutturat l-arranġament.

B26

F’każijiet oħra, il-partijiet jużaw l-arranġament kuntrattwali biex jannullaw jew jemendaw id-drittijiet u l-obbligi mogħtija mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fih ikun ġie strutturat l-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Eżempju 4

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata. Kull parti għandha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija fl-entità inkorporata. L-inkorporazzjoni tippermetti s-separazzjoni tal-entità mill-proprjetarji tagħha u bħala konsegwenza l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata. F’tali każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat tindika li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

Madankollu, il-partijiet jemendaw il-karatteristiċi tal-korporazzjoni permezz tal-arranġament kuntrattwali tagħhom sabiex kull waħda minnhom għandha interess fl-assi tal-entità inkorporata u kull waħda hi responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata fi proporzjon speċifikat. Tali emendi kuntrattwali fil-karatteristiċi ta’ korporazzjoni jistgħu jikkawżaw li arranġament ikun operazzjoni konġunta.

B27

Din it-tabella li ġejja tqabbel termini komuni fi ftehimiet kuntrattwali ta’ partijiet ta’ operazzjoni konġunta u termini komuni f’arranġamenti kuntrattwali ta’ partijiet ta’ impriża konġunta. L-eżempji tat-termini kuntrattwali mogħtija fit-tabella li ġejja mhumiex eżawrjenti.

Valutar tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

 

Operazzjoni konġunta

Impriża konġunta

It-termini tal-arranġament kuntrattwali

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri hija l-veikolu separat, mhux il-partijiet, li għandha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament).

Drittijiet għall-assi

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt jikkondividu l-interessi kollha (pereżempju drittijiet, titolu jew sjieda) fl-assi relatati mal-arranġament fi proporzjon speċifikat (pereżempju fi proporzjon mal-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjon mal-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hi attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-assi li jiddaħħlu fl-arranġament jew li jinkisbu sussegwentement mill-arranġament konġunt huma l-assi tal-arranġament. Il-partijiet ma għandhom ebda interessi (jiġifieri ebda drittijiet, titolu jew sjieda) fl-assi tal-arranġament.

Obbligi għall-obbligazzjonijiet

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt jikkondividu l-obbligazzjonijiet, l-obbligi u l-kostijiet kollha fi proporzjon speċifikat (pereżempju fi proporzjon mal-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjoni mal-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hi attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-arranġament konġunt hu responsabbli għad-djun u l-obbligi tal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt huma responsabbli għall-arranġament sal-punt biss tal-investimenti rispettivi tagħhom fl-arranġament jew sal-obbligi rispettivi tagħhom li jikkontribwixxu kwalunkwe kapital imħallas jew addizzjonali lill-arranġament, jew it-tnejn.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt ikunu responsabbli għall-pretensjonijiet miġjuba minn partijiet terzi.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li kredituri tal-arranġament konġunt ma għandhomx drittijiet għal rikors kontra kwalunkwe parti fir-rigward ta’ djun jew obbligi tal-arranġament.

Dħulijiet, spejjeż, profitt jew telf

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi l-allokazzjoni ta’ dħulijiet u spejjeż abbażi tal-prestazzjoni relattiva ta’ kull parti ta’ dan l-arranġament konġunt. Pereżempju, l-arranġament kuntrattwali jista’ jistabilixxi li dħulijiet u spejjeż jiġu allokati abbażi tal-kapaċità li tuża kull parti f’impjant operat b’mod konġunt, li tista’ tvarja mill-interess proprjetarju tagħhom fl-arranġament konġunt. F’każijiet oħra, il-partijiet jistgħu jkunu ftiehmu li jaqsmu l-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament abbażi ta’ proporzjon speċifikat pereżempju l-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament. Dan ma jimpedixxix l-arranġament milli jkun operazzjoni konġunta jekk il-partijiet għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi s-sehem ta’ kull parti fil-profitt jew it-telf relatati mal-attivitajiet tal-arranġament.

Garanziji

Il-partijiet ta’ arranġamenti konġunti spiss ikunu meħtieġa jagħtu garanziji lil partijiet terzi li, pereżempju, jirċievu servizz minn, jew jagħtu finanzjament lilll-arranġament konġunt. L-għoti ta’ tali garanziji, jew l-impenn mill-partijiet biex jagħtuhom, ma jiddeterminawx, waħedhom, li l-arranġament konġunt ikun operazzjoni konġunta. Il-karatteristika li tiddetermina jekk l-arranġament konġunt ikunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta hi jekk il-partijiet ikollhomx obbligi għall-obbligazzjonijiet b’rabta mal-arranġament (li għal uħud minnhom il-partijiet jistgħu jkunu taw jew ma tawx garanzija).

B28

Meta l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, huma jkunu partijiet ta’ operazzjoni konġunta u ma jeħtiġux iqisu fatti u ċirkostanzi oħra (il-paragrafi B29-B33) għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt.

Valutazzjoni ta’ fatti u ċirkostanzi oħra

B29

Meta t-termini tal-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikawx li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjoijiet, b’rabta mal-arranġament, il-partijiet għandhom iqisu fatti u ċirkostanzi oħra biex jivvalutaw jekk l-arranġament jkunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

B30

Arranġament konġunt jista’ jkun strutturat f’veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha tagħti separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat. It-termini kuntrattwali miftiehma fost il-partijiet jistgħu ma jispeċifikawx id-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, iżda kunsiderazzjoni ta’ fatti u ċirkostanzi oħra tista’ twassal biex tali arranġament jiġi klassifikat bħala operazzjoni konġunta. Dan ikun il-każ meta fatti u ċirkostanzi oħra jagħtu lill-partijiet drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, relatati mal-arranġament.

B31

Meta l-attivitajiet ta’ arranġament ikunu ddisinjati primarjament għall-provvista ta’ eżitu lill-partijiet, dan ikun jindika li l-partijiet ikollhom drittijiet sostanzjalment għall-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-arranġament. Il-partijiet ta’ tali arranġamenti spiss jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-eżiti pprovduti mill-arranġament billi jimpedixxu lill-arranġament milli jbiegħ eżitu lil partijiet terzi.

B32

L-effett ta’ arranġament b’tali disinn u fini hu li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-arranġament jiġu, sostanzjalment, issodisfati mill-flussi ta’ flus irċevuti mill-partijiet permezz tax-xiri tagħhom tal-eżitu. Meta l-partijiet ikunu sostanzjalment l-uniku sors ta’ flussi ta’ flus li jikkontribwixxu għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-arranġament, dan jindika li l-partijiet ikollhom obbligu għall-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Eżempju 5

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata (l-entità C) li fiha kull parti għandha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija. L-iskop tal-arranġament hu li jiġu mmanifatturati materjali meħtieġa mill-partijiet għall-proċessi ta’ manifattura individwali tagħhom stess. L-arranġament jiżgura li l-partijiet joperaw il-faċilità li tipproduċi l-materjali fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwantità u kwalità tal-partijiet.

Il-forma ġuridika tal-entità C (entità inkorporata) li permezz tagħha jitwettqu l-attivitajiet tindika inizjalment li l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità C huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità C. L-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ma jispeċifikax li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi jew obbligi għall-obbligazzjonijiet tal-entità C. Għalhekk, il-forma ġuridika tal-entità C u t-termini tal-arranġament kuntrattwali jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

Madankollu, il-partijiet iqisu wkoll dawn l-aspetti li ġejjin tal-arranġament:

Il-partijiet ikunu qablu li jixtru l-eżitu kollu tal-entità C fi proporzjon ta’ 50:50. L-entità C ma tistax tbiegħ xi eżitu lil partijiet terzi, sakemm dan ma jiġix approvat miż-żewġ partijiet tal-arranġament. Minħabba li l-fini tal-arranġament hu li jipprovdi lill-partijiet l-eżitu li jeħtieġu, tali bejgħ lil partijiet terzi huwa mistenni li jkun rari u mhux materjali.

Il-prezz tal-eżitu mibjugħ lill-partijiet jiġi stabilit miż-żewġ partijiet f’livell li jkun maħsub li jkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u l-ispejjeż amministrattivi li ġġarrab l-entità C. Abbażi ta’ dan il-mudell operatorju, l-arranġament hu maħsub li jopera bla profitt u bla telf.

Mill-mudell tal-fatti mogħti fuq, dawn il-fatti u ċ-ċirkostanzi li ġejjin huma rilevanti:

L-obbligazzjoni tal-partijiet li jixtru l-eżitu kollu prodott mill-entità C jirrifletti d-dipendenza esklużiva tal-entità C fuq il-partijiet għall-ġenerazzjoni tal-flussi ta’ flus u, għalhekk, il-partijiet ikollhom obbligu li jiffinanzjaw is-saldu tal-obbligazzjonijiet tal-entità C.

Il-fatt li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-eżitu kollu prodott mill-entità C ifisser li l-partijiet ikunu qed jikkunsmaw, u għalhekk ikollhom drittijiet għall-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-entità C.

Dawn il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta. Il-konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tinbidilx kieku, flok il-partijiet jużaw huma stess is-sehem tagħhom tal-eżitu fi proċess ta’ manifattura sussegwenti, il-partijiet ikunu biegħu s-sehem tal-prodott tagħhom lil partijiet terzi.

Kieku l-partijiet ikunu biddlu t-termini tal-arranġament kuntrattwali sabiex l-arranġament ikun seta’ jbiegħ il-prodott lil partijiet terzi, dan kien jirriżulta li l-entità C tassumi r-riskji ta’ domanda, inventarju u kreditu. F’dak ix-xenarju, tali bidla fil-fatti u ċ-ċirkustanzi teħtieġ rivalutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt. Tali fatti u ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

B33

Din il-grafika operazzjonali li ġejja tirrifletti l-valutazzjoni li entità twettaq biex tikklassifika arranġament meta l-arranġament konġunt jiġi strutturat permezz ta’ veikolu separat:

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt strutturat permezz ta’ veikolu separat

Image

RAPPORTI FINANZJARJI TA’ PARTIJIET TA’ ARRANĠAMENT KONĠUNT (IL-PARAGRAFU 22)

Kontabilità għall-bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi lil operazzjoni konġunta

B34

Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li tkun operatur konġunt fiha, pereżempju bejgħ jew kontribuzzjoni ta’ assi, tkun qed twettaq it-tranżazzjoni mal-partijiet l-oħra tal-operazzjoni konġunta u, bħala tali, l-operatur konġunt għandu jirrikonoxxi l-qligħ u l-telf li jirriżultaw minn tali tranżazzjoni sal-punt biss tal-interessi tal-partijiet l-oħra fl-operazzjoni konġunta.

B35

Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinbiegħu jew jingħataw lill-operazzjoni konġunta, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut totalment mill-operatur konġunt.

Kontabilità ta’ xiri ta’ assi minn operazzjoni konġunta

B36

Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li fiha tkun operatur konġunt, pereżempju xiri ta’ assi, ma għandhiex tirrikonoxxi s-sehem tagħha fil-qligħ u t-telf sakemm terġa’ tbiegħ dawk l-assi lil terza parti.

B37

Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, operatur konġunt għandu jirrikonoxxi s-sehem tiegħu ta’ dak it-telf.

Appendiċi C

Data effettiva, tranżizzjoni u rtirar ta’ IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1

Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni qabel hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel, hi għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

TRANŻIZZJONI

Impriżi konġunti—tranżizzjoni minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità

C2

Meta taqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, entità għandha tirrikonoxxi l-investiment tagħha fl-impriża konġunta kif kien fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat. Dak l-investiment inizjali għandu jitkejjel bħala t-total tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li l-entità kienet ikkonsolidat proporzjonalment qabel, inkluż kwalunkwe avvjament li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni. Jekk l-avvjament qabel kien jappartjeni lil unità ġenetrattriċi tal-flus akbar, jew ta’ grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus, l-entità għandha talloka l-avvjament lill-impriża konġunta abbażi tal-ammonti riportati relattivi tal-impriża konġunta u l-unità ġeneratriċi tal-flus jew il-grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus li kien jappartjeni lilhom.

C3

Il-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment iddeterminat skont il-paragrafu C2 jitqies bħala l-kost preżunt tal-investiment mar-rikonoxximent inizjali. Entità għandha tapplika l-paragrafi 40-43 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) mal-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment biex tivvaluta jekk l-investiment ikunx indebolit u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment bħala aġġustament tal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat. L-eċċezzjoni tar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjti ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi investiment f’impriża konġunta li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni għal impriżi konġunti li qabel kienu ġew konsolidati proporzjonalment.

C4

Jekk l-aggregat tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li qabel kienu kkonsolidati proporzjonalment jirriżulta f’assi netti negattivi, entità għandha tivvaluta jekk ikollhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi u, jekk iva, l-entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti. Jekk l-entitià tikkonkludi li ma kollhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi, hi ma għandhiex tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti iżda għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat. L-entità għandha tiddivulga dan il-fatt, flimkien mas-sehem kumulattiv mhux rikonoxxut tagħha fit-telf tal-impriżi konġunti tagħha kif kienu fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat u fid-data li fiha jiġi applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS.

C5

Entità għandha tiddivulga rendikont dettaljat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew aggregati fil-bilanċ tal-investiment fuq linja waħda kif kienu fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat. Dik id-divulgazzjoni għandha titħejja b'mod aggregat għall-impriżi konġunti kollha li għalihom entità tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni msemmija fil-paragrafi C2-C6.

C6

Wara rikonoxximent inizjali, entità għandha tieħu kont tal-investiment tagħha fl-impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

Operazzjonijiet konġunti—tranżizzjoni mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet

C7

Meta taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha f'operazzjoni konġunta, entità għandha, fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat, tirtira r-rikonoxximent tal-investiment li qabel kien ittieħed kont tiegħu bl-użu tal-metodu tal-ekwità u ta’ kwalunkwe entrati oħra li għamlu parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) u tirrikonoxxi s-sehem tagħha f'kull wieħed mill-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta, inkluż kwalunkwe avvjament li seta' għamel parti mill-ammont riportat tal-investiment.

C8

Entità għandha tiddetermina l-interess tagħha fl-assi u l-obbligazzjonijiet b’rabta mal-operazzjoni konġunta abbażi tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha fi proporzjon speċifikat skont l-arranġament kuntrattwali. Entità tkejjel l-ammonti riportati inizjali tal-assi u l-obbligazzjonijiet billi tiddiżaggregahom mill-ammont riportat tal-investiment fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat abbażi tal-informazzjoni użata mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

C9

Kwalunkwe differenza li tirriżulta mill-investiment li qabel ittieħed kont tiegħu bl-użu tal-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe oġġetti oħra li għamlu parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), u l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti għandhom jiġu:

(a)

paċuti ma’ kwalunkwe avvjament marbut mal-investiment bi kwalunkwe differenza li tifdal tiġi aġġustata mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu l-aktar kmieni ppreżentat, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament rikonoxxut huwa ogħla mill-investiment (u kwalunkwe oġġetti oħra li għamlu parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(b)

Aġġustati mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu l-aktar kmieni ppreżentat, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament rikonoxxut hu aktar baxx mill-investiment (u kwalunkwe oġġetti oħra li għamlu parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

C10

Entità li taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li jifdal aġġustata mal-qligħ imfaddal, fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat.

C11

L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta.

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni f’rapporti finanzjarji separati ta’ entità

C12

Entità li, skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27, qabel kienet tikkontabilizza, fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, l-interess tagħha f’operazzjoni konġunta bħala investiment skont il-kost jew skont l-IFRS 9 għandha:

(a)

tirtira r-rikonoxximent u tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta bl-ammonti ddeterminati skont il-paragrafi C7-C9.

(b)

tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li tifdal aġġustata fi qligħ imfaddal, fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat.

C13

L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta fid-rapporti finanzjarji separati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni għal operazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu C12.

Referenzi għall-IFRS 9

C14

Jekk entità tapplika dan l-IFRS imma għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ IFRSS OĦRA

C15

Dan l-IFRS iħassar dawn l-IFRSs li ġejjin:

(a)

l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti; u

(b)

l-SIC-13 Entitajiet b'Kontroll Konġunt—Kontribuzzjonijiet Mhux Monetarji mill-Imprendituri.

Appendiċi D

Emendi f’IFRSs oħrajn

Dan l-Appendiċi jistabilixxi emendi f’IFRSs oħra li huma konsegwenza tal-ħruġ tal-IFRS 11 mill-Bord. Entità għandha tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 11 għal perjodu aktar kmieni, din għandha tapplika l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni. Il-paragrafi emendati jintwerew bit-test ġdid b’linja taħtu u t-test imħassar ingassat.

D1

Din it-tabella turi kif ir-referenzi li ġejjin ġew emendati f’IFRSs oħra.

Referenza eżistenti għal

tinsab fi

fil-

hija emendata għal referenza għal

IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti

IFRS 2

il-paragrafu 5

IFRS 11 Arranġamenti Konġunti

IFRS 9 (maħruġ f’Ottubru 2010)

il-paragrafu B4.3.12(c)

IAS 36

il-paragrafu 4(c)

IFRIC 5

Referenzi

IFRIC 9

il-paragrafu 5(c)

IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati

IAS 18

il-paragrafu 6(b)

IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

IAS 36

il-paragrafu 4(b)

IFRIC 5

Referenzi

kontroll konġunt fuq

IAS 24

il-paragrafi 9(a)(I) u 11(b)

kontroll konġunt ta’

entità(ajiet) b'kontroll konġunt

IFRS 1

intestatura qabel il-paragrafu 31, il-paragrafi 31 u D1(g), intestatura qabel il-paragrafu D14, il-paragrafi D14 u D15

impriża/i konġunta/i

IAS 36

intestatura qabel il-paragrafu 12(h) u l-paragrafi12(h) u 12(h)(ii)

impriża/i konġunta/i

IAS 12

il-paragrafi 2, 15, 18(e), 24, intestatura qabel il-paragrafu 38, il-paragrafi 38, 38(a), 44, 45, 81(f), 87 u 87C

arranġament(i) konġunt(i)

IAS 21

definizzjoni ta’ ‘operazzjoni barranija’ fil-paragrafu 8 u l-paragrafi 11 u 18

imprenditur(i)

IAS 24

il-paragrafi 11(b) u 19(e)

imprenditur(i) konġunt(i)

IFRS 1    Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

D2

Il-paragrafu 39I jiżdied kif ġej:

39I

L-IFRS 10 Rapporti Ffinanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 31, B7, C1, D1, D14 U D15 u l-paragrafu miżjud D31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D3

Il-paragrafu D1 huwa emendat kif ġej:

D1

Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

(p)

estinzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti azzjonarji (il-paragrafu D25);

(q)

iperinflazzjoni severa (il-paragrafi D26-D30)-;

(r)

arranġamenti konġunti (il-paragrafu D31).

D4

Wara l-paragrafu D30, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu D31.

Arranġamenti konġunti

D31

Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni tal-IFRS 11 bl-eċċezzjoni li ġejja. Meta jaqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, min jadotta għall-ewwel darba għandu jittestja għal indeboliment l-investiment skont l-IAS 36 kif kien fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat, irrispettivament jekk hemmx indikazzjoni li l-investiment jista’ jkun indebolit. Kwalunkwe indeboliment li jirriżulta għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat.

IFRS 2    Pagament ibbażat fuq l-ishma

D5

Il-paragrafu 63A jiżdied kif ġej:

63A

L-IFRS 10 Rapporti finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, paragrafu 5 emendat u Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IFRS 5    Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

D6

Il-paragrafu 28 hu emendat kif ġej:

28

L-entità għandha tinkludi kwalunkwe aġġustament meħtieġ fl-ammont riportat ta’ assi mhux kurrenti li ma jibqax klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ fi profitt jew telf [nota f’qiegħ il-paġna tħalliet barra] minn operazzjonijiet li jkomplu fil-perjodu li fih il-kriterji fil-paragrafi 7-9 ma jibqgħux jintlaħqu. Rapporti finanzjarji għall-perjodi mill-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu emendati għalhekk jekk il-grupp tad-disponiment jew l-assi mhux kurrenti li ma jibqax jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ hu sussidjarja, operazzjoni konġunta, impriża konġunta, kumpanija assoċjata, jew sehem minn interess f'impriża konġunta jew kumpanija assoċjata. L-entità għandha tippreżenta dak l-aġġustament fl-istess titolu fir-rapport tal-introjtu komprensiv użat biex jiġi preżentat qligħ jew telf, jekk hemm wieħed, rikonoxxut skont il-paragrafu 37.

D7

Il-paragrafu 44G jiżdied kif ġej:

44G

L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, il-paragrafu 28 emendat. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni

D8

Il-paragrafu 3(a) hu emendat kif ġej:

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha lil kull tip ta’ strumenti finanzjarji, minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jittieħed kont tagħhom skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati, jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermettu li entità tieħu kont ta’ interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IAS 39; f'dawk il-każijiet, …

D9

Il-paragrafu 44O jiżdied kif ġej:

44O

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafu 3 emendat. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (kif maħruġ f’Novembru 2009)

D10

Il-paragrafu 8.1.2 jiżdied kif ġej:

8.1.2

L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafu C8 emendat u l-paragrafi mħassra C18-C23 u l-intestaturi relatati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D11

Fl-Appendiċi C, fil-paragrafu C8, l-emendi fil-paragrafu 3(a) tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet hi emendata kif ġej:

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li tagħhom ittieħed kont skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermettu li entità tieħu kont ta’ interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IAS 39 u l-IFRS 9; f'dawk il-każijiet, …

D12

L-intestatura fuq il-paragrafu C20 u l-paragrafi C20 u C21 tħassru.

D13

L-intestatura fuq il-paragrafu C22 u l-paragrafi C22 u C23 tħassru

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (kif maħruġ f’Ottubru 2010)

D14

Il-paragrafu 7.1.2 jiżdied kif ġej:

7.1.2

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f'Mejju 2011, il-paragrafi emendati 3.2.1, B3.2.1–B3.2.3, B4.3.12(c), B5.7.15, C11 u C30 u l-paragrafi mħassra C23–C28 u l-intestaturi relatati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

D15

Fl-Appendiċi C, fil-paragrafu C11, l-emendi fil-paragrafu 3(a) tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet huwa emendat kif ġej:

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strumenti finanzjarji, minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermettu li entità tieħu kont ta’ interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f'dawk il-każijiet, …

D16

L-intestatura fuq il-paragrafu C25 u l-paragrafi C25 u C26 tħassru

D17

L-intestatura fuq il-paragrafu C27 u l-paragrafi C27 u C28 tħassru

D18

Fil-paragrafu C30, l-emendi fil-paragrafu 4(a) tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni huwa emendat kif ġej:

4

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strumenti finanzjarji minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jittieħed kont tagħhom skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermettu li entità tieħu kont ta’ interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f'dawk il-każijiet, …

IAS 7    Rapport tal-Flussi tal-Flus

D19

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D20

Il-paragrafi 37 u 38 huma emendati kif ġej:

37

Meta jittieħed kont tal-investiment f’kumpanija assoċjata, impriża konġunta jew sussidarja li tittieħed kont tagħha permezz tal-użu tal-metodu tal-ekwità jew tal-kost, investitur jirristrinġi r-rapportar tiegħu fir-rapport tal-flussi tal-flus għall-flussi tal-flus bejn dan stess u l-entità li fiha jsir investiment, pereżempju, għal dividendi u avvanzi.

38

Entità li tirrapporta l-interess tagħha f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità għandha tinkludi fir-rapport tal-flussi tal-flus tagħha l-flussi tal-flus fir-rigward tal-investimenti tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, u distribuzzjonijiet u pagamenti jew irċevuti oħra bejnha u l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.

D21

Il-paragrafu 50(b) tħassar.

D22

Il-paragrafu 57 jiżdied kif ġej:

57

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 37, 38 u 42B u l-paragrafu mħassar 50(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 12    Taxxi fuq l-Introjtu

D23

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D24

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D25

Il-paragrafu 39 hu emendat kif ġej:

39

Entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni differita ta’ taxxa għad-differenzi kollha taxxabbli temporanji assoċjati ma’ investimenti f'sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f'arranġamenti konġunti, minbarra sal-punt li ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-kumpanija prinċipali, l-investitur, l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt jista’ jikkontrolla ż-żmien tal-irtirar tad-differenza temporanja; u

(b)

D26

Il-paragrafu 43 hu emendat kif ġej:

43

L-arranġament bejn il-partijiet ta’ arranġament konġunt ġeneralment jittratta d-distribuzzjoni tal-profitti u jidentifika jekk deċiżjonijiet dwar tali kwistjonijiet jirrikjedux il-kunsens tal-partijiet kollha jew ta’ grupp tal-partijiet. Meta l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt jistgħu jikkontrollaw il-ħin tad-distribuzzjoni tas-sehem tagħhom tal-profitti tal-arranġament konġunt u jkun probabbli li s-sehem tagħhom tal-profitti ma jiġix distribwit fil-futur prevedibbli, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita ma tiġix rikonoxxuta.

D27

Il-paragrafu 98A jiżdied kif ġej:

98A

L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f'Mejju 2011, il-paragrafi emendati 2, 15, 18(e), 24, 38, 39, 43–45, 81(f), 87 u 87C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 11.

IAS 18    Dħul

D28

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D29

Il-paragrafu 41 jiżdied kif ġej:

41

L–IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f'Mejju 2011, il-paragrafu emendat 6(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

IAS 21    L-Effetti ta’ Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju

D30

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D31

Fil-paragrafi 3(b) u 44 ‘konsolidazzjoni proporzjonata’ u fil-paragrafu 33 ‘konsolidat proporzjonalment’ jitħassru.

D32

Fil-paragrafu 45, ‘IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti’ titħassar

D33

Fil-paragrafu 46 l-aħħar sentenza hi emendata kif ġej:

46

… L-istess approċċ jintuża fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità għall-kumpaniji assoċjati u l-impriżi konġunti skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

D34

Il-paragrafu 48A hu emendat kif ġej:

48A

Minbarra d-disponiment tal-interess kollu ta’ entità f’operazzjoni barranija, id-disponimenti parzjali li ġejjin jitqiesu bħala disponimenti:

(a)

meta d-disponiment parzjali jinvolvi t-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, irrispettivament jekk l-entità żżommx interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja preċedenti tagħha wara d-disponiment parzjali; u

(b)

meta l-interess miżmum wara d-disponiment parzjali ta’ interess f’arranġament konġunt jew disponiment parzjali ta’ interess f’kumpanija assoċjata li tinkludi operazzjoni finanzjarja hu assi finanzjarju li jinkludi operazzjoni finanzjarja.

(c)

[imħassar]

D35

Il-paragrafu 60F jiżdied kif ġej:

60F

L-IFRS 10 u l- IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 3(b), 8, 11, 18, 19, 33, 44–46 u 48A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 24    Divulgazzjonijiet tal-Partijiet Relatati

D36

Il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

3

Dan l-Istandard jirrikjedi divulgazzjoni ta’ relazzjonijiet, tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti relatati tal-partijiet, inklużi impenji, fid-rapporti finanzjarji konsolidati u separati ta’ kumpanija prinċipali jew investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment ippreżentata skont l-IFRS 10 Rapporti finanzjarji Konsolidati jew l-IAS 27 Rapporti finanzjarji Separati. Dan l-Istandard japplika wkoll għal rapporti finanzjarji individwali.

D37

Il-paragrafu 19 hu emendat kif ġej:

19

Id-divulgazzjoni meħtieġ skont il-paragrafu 18 għandu jsir separatament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

il-kumpanija prinċipali;

(b)

entitajiet bil-kontroll konġunt ta’ jew influwenza sinifikanti fuq l-entità;

(c)

sussidjarji; …

D38

Il-paragrafu 25 hu emendat kif ġej:

25

Entità relatriċi hi eżenti mir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-paragrafu 18 b’rabta ma’ tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti relatati tal-partijiet, inklużi impenji, bi:

(a)

gvern li jkollu kontroll, jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifkanti fuq, l-entità relatriċi; u

(b)

entità oħra li tkun parti relatata għaliex l-istess gvern ikollu kontroll, jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti kemm fuq l-entità relatriċi kif ukoll fuq l-entità l-oħra.

D39

Il-paragrafu 28A jiżdied kif ġej:

28A

L-IFRS 10, l- IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 3, 9, 11(b), 15, 19(b) u (e) u 25. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12.

IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

D40

Il-paragrafu 4(a) hu emendat kif ġej:

4

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jippermettu li entità tikkontabilizza interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IAS 39; …

D41

Il-paragrafu 97I jiżdied kif ġej:

97I

L-IFRS 10 u l- IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 4(a) u AG29. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 33    Qligħ Sehem b'Sehem

D42

Il-paragrafu 40 u A11 huma emendati u l-paragrafu 74B jiżdied kif ġej:

40

Sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata tista' toħroġ lil partijiet oħra minbarra l-kumpanija prinċipali jew lil investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, l-entità li fiha jsir investiment, ishma ordinarji potenzjali konvertibbli jew f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata, jew ishma ordinarji tal-kumpanija prinċipali jew investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq (l-entità relatriċi), id-destinatarja tal-investiment Jekk dawn l-ishma ordinarji potenzjali tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata għandhom effett li jdgħajjef il-qligħ bażiku għal kull sehem tal-entità relatriċi, dawn jiġu inklużi fil-kalkolu tal-qligħ imdgħajjef għal kull sehem.

A11

Ishma ordinarji potenzjali ta’ sussidjarja impriża konġunta jew kumpanija assoċjata konvertibbli jew f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata, jew ishma ordinarji tal-kumpanija prinċipali, jew investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti (l-entità relatriċi) fuq, id-destinatarja tal-investiment, jiġu inklużi fil-kalkolu tal-qligħ imdgħajjef għal kull sehem kif ġej

74B

L-IFRS 10 u l- IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 4, 40 u A11. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 36    Indeboliment tal-Assi

D43

Il-paragrafu 140H jiżdied kif ġej:

140H

L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafu emendat 4, l-intestatura fuq il-paragrafu 12(h) u l-paragrafu 12(h). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 38    Assi Intanġibbli

D44

Il-paragrafu 3(e) hu emendat kif ġej:

3

Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta’ assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

(e)

assi finanzjarji kif iddefiniti fl-IAS 32. Ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ xi assi finanzjarji huma koperti mill-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti.

(f)

D45

Il-paragrafu 130F jiżdied kif ġej:

130F

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafu emendat 3(e). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif emendat f’Ottubru 2009)

D46

Il-paragrafu 2(a) hu emendat kif ġej:

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strumenti finanzjarji minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, l-entitajiet għandhom japplikaw dan l-Istandard għal interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li skont l-IAS 27 jew l-IAS 28 jiġi kkontabilizzat skont dan l-Istandard. …

D47

Il-paragrafi AG3 u AG4(a) huma emendati kif ġej:

AG3

Kultant, entità tagħmel dak li tqis bħala ‘investiment strateġiku’ fi strumenti azzjonarji maħruġ minn entità oħra, bil-ħsieb li tistabilixxi jew iżżomm relazzjoni operatorja fit-tul mal-entità li fiha jsir l-investiment. L-investitur jew l-imprenditur konġunt juża l-IAS 28 biex jiddetermina jekk il-metodu kontabilistiku tal-ekwità jkunx xieraq għal tali investiment. Jekk il-metodu tal-ekwità ma jkunx xieraq, l-entità tapplika dan l-Istandard għal dak l-investiment strateġiku.

AG4I(a)

L-entità hija organizzazzjoni tal-kapital ta’ riskju, fond mutwu, fiduċjarja ta’ unità jew entità simili li n-negozju tagħha hu li tinvesti f’assi finanzjarji bil-ħsieb li tagħmel profitt mir-redditu totali tagħhom forma ta’ mgħax jew dividendi u bidliet fil-valur ġust. L-IAS 28 jippermetti li tali investimenti jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont dan l-Istandard. Entità tista’ tapplika l-istess politika kontabilistika għal investimenti oħra mmaniġjati abbażi ta’ redditu totali iżda li l-influwenza tagħha fuqhom ma tkunx biżżejjed biex jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 28.

D48

Il-paragrafu 103P jiżdied kif ġej:

103P

L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 2(a), 15, AG3, AG36–AG38 u AG4I(a). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

IFRIC 5    Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonament, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali

D49

Il-paragrafi 8 u 9 huma emendati kif ġej:

8

Il-kontributur għandu jiddetermina jekk għandux kontroll jew kontroll konġunt fuq, jew influwenza sinifikanti fuq, il-fond b'referenza għall-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IAS 28. Jekk għandu, il-kontributur għandu jieħu kont tal-interess tiegħu fil-fond skont dawk l-Istandards.

9

Jekk kontributur ma jkollux kontroll jew kontroll konġunt fuq, jew influwenza sinifikanti fuq, il-fond, il-kontributur għandu jirrikonoxxi d-dritt li jirċievi rimborż mill-Fond bħala rimborż skont l-IAS 37. Dan ir-rimborż għandu jitkejjel bħala l-ibaxx minn:

(a)

D50

Il-paragrafu 14B jiżdied kif ġej:

14B

L-IFRS 10 u l- IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 8 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11

IFRIC 9    Rivalutazzjoni tad-Derivati Imdeffsa [Inkorporati]

D51

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

D52

Il-paragrafu 12 jiżdied kif ġej:

12

L-IFRS 11, maħruġ f’Mejju 2011, il-paragrafu emendat 5(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

IFRIC 16    Hedges ta’ Investiment Nett f’Operazzjoni Barranija

D53

In-nota f’qiegħ il-paġna tal-paragrafu 2 hi emendata kif ġej:

*

Dan ikun il-każ għal rapporti finanzjarji konsolidati, rapporti finanzjarji li fihom investimenti bħal kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jittieħed kont tagħhom bl-użu tal-metodu tal-ekwità u rapporti finanzjarji li jinkludu fergħa jew operazzjoni konġunta kif speċifikat fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-IFRS hu li entità tiġi obbligata tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a)

in-natura ta’, u r-riskji marbuta mal-interessi tagħha f’entitajiet oħra; u

(b)

l-effetti ta’ dawk l-interessi fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha.

Biex jinkiseb l-għan

2

Biex jinkiseb l-għan tal-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga:

(a)

il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet fid-determinazzjoni tan-natura tal-interess tagħha f’entità oħra jew arranġament ieħor, u fid-determinazzjoni tat-tip ta’ arranġament konġunt li fih għandha interess (il-paragrafi 7-9); u

(b)

informazzjoni dwar l-interessi tagħha fi:

(i)

sussidjarji (il-paragrafi 10-19);

(ii)

arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 20-23); u

(iii)

entitajiet strutturati li mhumiex ikkontrollati mill-entità (entitajiet strutturati mhux konsolidati) (il-paragrafi 24-31).

3

Jekk id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS, flimkien ma’ divulgazzjonijiet meħtieġa skont IFRSs oħra, ma jilħqux l-għan stabbilit fil-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex jintlaħaq dak l-għan.

4

Entità għandha tqis il-livell ta’ dettall meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-għan ta’ divulgazzjoni u kemm għandha ssir enfażi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. Għandha taggrega jew tiddiżaggrega divulgazzjonijiet sabiex informazzjoni utli ma tinħebiex jew mill-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew mill-aggregazzjoni ta’ oġġetti li għandhom karatteristiċi differenti (ara l-paragrafi B2-B6).

AMBITU

5

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat minn entità li għandha interess fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

sussidjarji

(b)

arranġamenti konġunti (jiġifieri operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti)

(c)

kumpaniji assoċjati

(d)

entitajiet strutturati mhux konsolidati.

6

Dan l-IFRS ma japplikax għal:

(a)

pjanijiet ta’ benefiċċji għal wara l-impjieg jew pjanijiet oħra ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati.

(b)

rapporti finanzjarji separati ta’ entità li għalihom japplika l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Madankollu, jekk entità għandha interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u tħejji rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, hi għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 24-31 meta tħejji dawk ir-rapporti finanzjarji separati.

(c)

interess li jinżamm minn entità li tipparteċipa fi, iżda li ma għandhiex kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt sakemm dak l-interess ma jirriżultax f’influwenza sinifikanti fuq l-arranġament jew hu interess f’entità strutturata.

(d)

interess f’entità oħra li jkun ippreżentat skont l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS:

(i)

meta dak l-interess ikun interess f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li, f’konformità mal-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, jitkejjel skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf; jew

(ii)

meta dak l-interess ikun interess f’entità strutturata mhux konsolidata.

ĠUDIZZJI U SUPPOŻIZZJONIJIET SINIFIKANTI

7

Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet (u tibdiliet f’dawk il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet) fid-determinazzjoni:

(a)

li għandha l-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri entità li fiha jsir investiment kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b)

li għandha kontroll konġunt ta’ arranġament jew influwenza sinifikanti fuq entità oħra; u

(c)

it-tip ta’ arranġament konġunt (jiġifieri operazzjoni konġunta jew impriża konġunta) meta l-arranġament ġie strutturat permezz ta’ vettura separata.

8

Il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti ddivulgati skont il-paragrafu 7 jinkludu dawk magħmula mill-entità meta tibdiliet fil-fatti u ċ-ċirkostanzi jkunu tali li l-konklużjoni dwar jekk għandhiex kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti tinbidel waqt il-perjodu ta’ rapportar.

9

Biex tikkonforma mal-paragrafu 7, entità għandha tiddivulga, pereżempju, ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li saru fid-determinazzjoni li:

(a)

ma tikkontrollax entità oħra għalkemm għandha aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(b)

tikkontrolla entità oħra għalkemm għandha anqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(c)

hija aġent jew kumpanija prinċipali (ara l-paragrafi 58-72 tal-IFRS 10).

(d)

ma għandhiex influwenza sinifikanti għalkemm għandha 20 fil-mija jew aktar nofs tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

(e)

għandha influwenza sinifikanti għalkemm għandha anqas minn 20 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

INTERESSI F’SUSSIDJARJI

10

Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha

(a)

jifhmu:

(i)

il-kompożizzjoni tal-grupp; u

(ii)

l-interess li interessi nonkontrollanti għandhom fl-attivitajiet u l-flussi tal-flus tal-grupp (il-paragrafu 12); u

(b)

jevalwaw:

(i)

in-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti fuq il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża assi, u tissodisfa l-obbligazzjonijiet, tal-grupp (il-paragrafu 13);

(ii)

in-natura tar-riskji assoċjati u bidliet fihom mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati konsolidati (il-paragrafi 14-17);

(iii)

il-konsegwenzi ta’ tibdiliet fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll (il-paragrafu 18); u

(iv)

il-konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar (il-paragrafu 19).

11

Meta r-rapporti finanzjarji ta’ sussidjarja użati fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jkunu minn data jew għal perjodu li jkun differenti minn dawk tar-rapporti finanzjarji konsolidati (ara l-paragrafi B92 u B93 tal-IFRS 10), entità għandha tiddivulga:

(a)

id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik is-sussidjarja; u

(b)

ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

L-interess li interessi nonkontrollanti għandhom fl-attivitajiet u l-flussi ta’ flus tal-grupp

12

Entità għandha tiddivulga għal kull waħda mis-sussidjarji tagħha li għandhom interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi:

(a)

l-isem tas-sussidjarja.

(b)

il-post prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk dan hu differenti mill-post prinċipali tan-negozju) tas-sussidjarja.

(c)

il-proporzjon ta’ interessi proprjetarji miżmuma minn interessi nonkontrollanti.

(d)

il-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot miżmuma minn interessi nonkontrollanti, jekk hu differenti mill-proporzjon ta’ interessi proprjetarji miżmuma.

(e)

il-profitt jew it-telf allokat għal interessi tas-sussidjarja li ma għandhomx kontroll waqt il-perjodu ta’ rapportar.

(f)

interessi akkumulati tas-sussidjarja li ma għandhomx kontroll fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(g)

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar is-sussidjarja (ara l-paragrafu B10).

In-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti

13

Entità għandha tiddivulga:

(a)

restrizzjonijiet sinifikanti (pereżempju restrizzjonijiet statutarji, kuntrattwali u regolatorji) dwar il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża l-assi u tissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-grupp, pereżempju:

(i)

dawk li jirrestrinġu l-kapaċità ta’ kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha li jittrasferixxu flus kontanti jew assi oħra lil (jew minn) entitajiet oħra fi ħdan il-grupp.

(ii)

garanziji jew rekwiżiti oħra li jistgħu jirrestrinġu milli jitħallsu dividends u distribuzzjonijiet oħra ta’ kapital, jew li jsir jew jitħallas lura self, lil (jew minn) entitajiet oħra fi ħdan il-grupp.

(b)

in-natura u l-firxa sa fejn drittijiet protettivi ta’ interessi nonkontrollanti jistgħu jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-entità li taċċessa jew tuża l-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tal-grupp (pereżempju meta kumpanija prinċipali hi obbligata tħallas obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja qabel ma tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha stess, jew tenħtieġ approvazzjoni ta’ interessi nonkontrollanti jew biex jiġu aċċessati l-assi jew biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja).

(c)

l-ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom japplikaw dawk ir-restrizzjonijiet.

Natura tar-riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’entitajiet strutturati konsolidati

14

Entità għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali li jistgħu jitolbu li l-kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata konsolidata, inklużi avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf (pereżempju arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi għax-xiri tal-assi tal-entità strutturata jew għall-provvista ta’ appoġġ finanzjarju).

15

Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija prinċipali jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata konsolidata (pereżempju xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a)

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom il-kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha għenu lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b)

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

16

Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija prinċipali jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha tat, bla obbligi kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata li qabel ma kinetx ikkonsolidata u dak l-għoti ta’ appoġġ kellu bħala riżultat li l-entità ħadet kontroll tal-entità strutturata, l-entità għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti fit-teħid ta’ dik id-deċiżjoni.

17

Entità għandha tiżvela kwalunkwe ħsibijiet kurrenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata konsolidata, inklużi ħsibijiet li tingħata assistenza lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.

Konsegwenzi ta’ tibdiliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll

18

Entità għandha tippreżenta skeda li turi l-effetti fuq l-ekwità attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali ta’ kwalunkwe tibdiliet fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll.

Konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar

19

Entità għandha tiddivulga l-profitt jew it-telf, jekk ikun hemm, ikkalkolat skont il-paragrafu 25 tal-IFRS 10, u:

(a)

is-sehem ta’ dak il-profitt jew it-telf attribwibbli lill-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe investiment miżmum fis-sussidjarja preċedenti skont il-valur ġust tiegħu fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(b)

l-entrata(i) fil-linja tal-profitt jew it-telf li fiha(fihom) il-profitt jew it-telf jiġu rikonoxxut (jekk mhux ippreżentat separatament).

INTERESSI F’ARRANĠAMENTI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI

20

Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a)

in-natura, il-firxa u l-effetti finanzjarji tal-interessi tagħha f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati, inklużi n-natura u l-effetti tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-investituri l-oħra bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 21 u 22); u

(b)

in-natura ta’ u t-tibdiliet fir-riskji assoċjati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafu 23).

Natura, firxa u effetti finanzjarji tal-interessi ta’ entità f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati

21

Entità għandha tiddivulga:

(a)

għal kull arranġament konġunt u kumpanija assoċjata li huma materjali għall-entità relatriċi:

(i)

l-isem tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(ii)

in-natura tar-relazzjoni tal-entità mal-arranġament konġunt jew il-kumpanija assoċjata (billi, pereżempju, tiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata u jekk humiex strateġiċi għall-attivitajiet tal-entità).

(iii)

il-post prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, jekk applikabbli u differenti mill-post prinċipali tan-negozju) tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(iv)

il-proporzjon tal-interess proprjetarju jew is-sehem parteċipu miżmum mill-entità u, jekk ikun differenti, il-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot miżmuma (jekk ikun applikabbli).

(b)

għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li hi materjali għall-entità relatriċi:

(i)

jekk l-investiment fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata tiġix evalwata bl-użu tal-metodu tal-ekwità jew skont il-valur ġust.

(ii)

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata kif speċifikat fil-paragrafi B12 u B13.

(iii)

jekk l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata hix akkontata bl-użu tal-metodu tal-ekwità, il-valur ġust tal-investiment tagħha fl-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, jekk hemmx prezz tas-suq ikkwotat għall-investiment

(c)

informazzjoni finanzjarja kif speċifikata fil-paragrafu B16 dwar l-investimenti tal-entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati li mhumiex individwalment materjali:

(i)

fl-aggregat għall-impriżi konġunti individwalment immaterjali kollha u, separatament,

(ii)

fl-aggregat għall-kumpaniji assoċjati individwalment immaterjali kollha.

22

Entità għandha tiddivulga wkoll:

(a)

in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet sinifikanti (pereżempju li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali bejn investituri bil-kontroll konġunt ta’ jew influwenza sinifikanti fuq impriża konġunta jew kumpanija assoċjata) fuq il-kapaċità ta’ impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati li jittrasferixxu fondi lill-entità forma ta’ dividends fi flus kontanti, jew li jħallsu self mogħti mill-entità.

(b)

meta r-rapporti finanzjarji ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma minn data jew għal perjodu li huma differenti minn dawk tal-entità:

(i)

id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik l-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata; u

(ii)

ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

(c)

is-sehem mhux rikonoxxut tat-telf ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, kemm għall-perjodu ta’ rapportar u kumulattivament, jekk l-entità ma baqgħetx tirrikonoxxi s-sehem tagħha tat-telf tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

Riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati

23

Entità għandha tiddivulga:

(a)

impenji li għandha b’rabta mal-impriżi konġunti tagħha separatament mill-ammont ta’ impenji oħra kif speċifikat fil-paragrafi B18-B20.

(b)

skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, sakemm il-probabbiltà tat-telf ma tkunx remota, obbligazzjonijiet kontinġenti mwettqa b’rabta mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati (inkluż is-sehem tagħha ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti mwettqa b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, l-impriżi konġunti jew il-kumpaniji assoċjati), separatament mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti oħra.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI

24

Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a)

jifhmu n-natura u l-firxa tal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 26-28); u

(b)

jevalwaw in-natura ta’, u t-tibdiliet fir-riskji assoċjati mal-interessi tagħha f'entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29-31).

25

L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 24(b) tinkludi informazzjoni dwar l-esponiment ta’ entità għal riskju minn involviment li kellha ma’ entitajiet strutturati mhux konsolidati f’perjodi preċedenti (pereżempju sponsorizzazzjoni tal-entità strutturata), anke jekk l-entità ma għad għandha l-ebda involviment kuntrattwali mal-entità strutturata fid-data tar-rapportar.

Natura tal-interessi

26

Entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż, iżda mhux limitat għan-natura, l-iskop, id-daqs u l-attivitajiet tal-entità strutturata u kif l-entità strutturata tiġi ffinanzjata.

27

Jekk entità tkun sponsorjat entità strutturata mhux konsolidata li dwarha ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 29 (pereżempju għax ma għandhiex interess fl-entità fid-data tar-rapportar), l-entità għandha tiddivulga:

(a)

kif iddeterminat liema entitajiet strutturati sponsorjat;

(b)

l-introjtu minn dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar-rapportar, inkluża deskrizzjoni tat-tipi ta’ introjtu ppreżentat; u

(c)

l-ammont riportat (fiż-żmien tat-trasferiment) tal-assi kollha trasferiti lil dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar-rapportar.

28

Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni fil-paragrafu 27(b) u (c) f’format tabulari, sakemm format ieħor ma jkunx aktar xieraq, u tikklassifika l-attivitajiet ta’ sponsorizzazzjoni tagħha f'kategoriji rilevanti (ara l-paragrafi B2-B6).

Natura ta’ riskji

29

Entità għandha tiddivulga f’format tabulari, sakemm format ieħor mhux aktar xieraq, taqsira ta’:

(a)

l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha relatati mal-interessi tagħha f'entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(b)

l-entrati fil-linja fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja li fiha jiġu rikonoxxuti dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet.

(c)

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż kif jiġi ddeterminat l-iskopertura massima għat-telf. Jekk entità ma tkunx tista' tikkwantifika l-iskopertura massima tagħha għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, għandha tiddivulga dak il-fatt u r-raġunijiet.

(d)

tqabbil tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità li jirrelataw mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u l-iskopertura massima tal-entità għal telf minn dawk l-entitajiet.

30

Jekk waqt il-perjodu tar-rapportar entità tkun tat, bla ma jkollha obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li fiha qabel kellha jew fil-preżent għandha interess (pereżempju, xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a)

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom l-entità għenet lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b)

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

31

Entità għandha tiddivulga kwalunkwe ħsibijiet preżenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata, inklużi ħsibijiet li tgħin lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-IFRS.

introjtu minn entità strutturata

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, introjtu minn entità strutturata jinkludi, iżda mhux limitat għal, drittijiet rikorrenti u mhux rikorrenti, interess, dividends, profitt jew telf fuq il-valutazzjoni mill-ġdid jew id-derikonoxximent ta’ interessi f'entitajiet strutturati u profitt jew telf mit-trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet lill-entità strutturata.

interess f’entità oħra

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, interess f’entità oħra jirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lil entità għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Interess f’entità oħra jista’ jiġi evidenzjat, iżda mhux limitat, miż-żamma ta’ ekwità jew strumenti tad-dejn kif ukoll forom oħra ta’ involviment pereżempju l-għoti ta’ finanzjament, l-appoġġ tal-likwidità, it-titjib tal-kreditu u l-garanziji. Dan jinkludi l-mezzi li bih entità għandha kontroll jew kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, entità oħra. Entità mhux neċessarjament għandha interess f’entità oħra minħabba relazzjoni tipika tal-klijent mal-fornitur biss.

Il-paragrafi B7-B9 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar interessi f’entitajiet oħra.

Il-paragrafi B55-B57 tal-IFRS 10 jispjegaw il-varjabbiltà tar-redditi.

entità strutturata

Entità ddisinjata b'mod li l-vot jew drittijiet simili ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni ta’ min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta kwalunkwe drittijiet tal-vot jirrelataw ma’ kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jitmexxew permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

Il-paragrafi B22-B24 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar entitajiet strutturati.

Dawn it-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), l-IAS 28 (kif emendat fl-2011), l-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

kumpanija assoċjata

rapporti finanzjarji konsolidati

kontroll ta’ entità

metodu tal-ekwità

grupp

arranġament konġunt

kontroll konġunt

operazzjoni konġunta

impriża konġunta

interess nonkontrollanti

kumpanija prinċipali

drittijiet protettivi

attivitajiet rilevanti

rapporti finanzjarji separati

vettura separata

influwenza sinifikanti

sussidjarja

Appendiċi B

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Tiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-31 u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1

L-eżempji f’dan l-Appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti ta’ mudell ta’ fatti partikolari jkollhom jiġu evalwati fl-applikazzjoni tal-IFRS 12.

AGGREGAZZJONI (IL-PARAGRAFU 4)

B2

Entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tagħha, kemm tagħti dettall biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti għall-informazzjoni, kemm tagħmel enfażi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti u kif taggrega l-informazzjoni. Jeħieġ li jinstab bilanċ bejn li rapporti finanzjarji jittaqqlu b’dettall eċċessiv li jista’ ma jgħinx lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji minn naħa waħda u l-ħabi tal-informazzjoni b’riżultat ta’ aggregazzjoni żejda min-naħa l-oħra.

B3

Entità tista’ taggrega d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS għal interessi f’entitajiet simili jekk l-aggregazzjoni hi konsistenti mal-għan ta’ divulgazzjoni u r-rekwiżit fil-paragrafu B4, u ma taħbix l-informazzjoni mogħtija. Entità għandha tiddivulga kif aggregat l-interessi tagħha f’entitajiet simili.

B4

Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni separatament għal interessi fi:

(a)

sussidjarji;

(b)

impriżi konġunti;

(c)

operazzjonijiet konġunti;

(d)

kumpaniji assoċjati; u

(e)

entitajiet strutturati mhux konsolidati.

B5

Fid-determinazzjoni ta’ jekk taggregax informazzjoni, entità għandha tqis informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-karatteristiċi differenti tar-riskju u r-redditu ta’ kull entità li qed tikkunsidra għall-aggregazzjoni u s-sinifikat ta’ kull entità simili għall-entità relatriċi. L-entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet f’mod li jispjega b’mod ċar lill-utenti tar-rapporti finanzjarji n-natura u l-estent tal-interessi tagħha f’dawk l-entitajiet l-oħra.

B6

Eżempji ta’ livelli ta’ aggregazzjoni fil-klassijiet ta’ entitajiet stabbiliti fil-paragrafu B4 li jistgħu jkunu xierqa huma:

(a)

natura ta’ attivitajiet (pereżempju entità tar-riċerka u tal-iżvilupp, entità għat-titolizzazzjoni ta’ karti tal-kreditu ċirkolanti).

(b)

klassifikazzjoni tal-industrija.

(c)

ġeografija (pereżempju pajjiż jew reġjun).

INTERESSI F’ENTITAJIET OĦRA

B7

Interess f’entità oħra tirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Kunsiderazzjoni tal-iskop u t-tfassil tal-entità l-oħra tista’ tgħin lill-entità relatriċi meta tevalwa jekk għandhiex interess f’dik l-entità u, allura, jekk hux meħtieġ li jingħataw id-divulgazzjonijiet f’dan l-IFRS. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni tar-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li toħloq u r-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li tgħaddi lill-entità relatriċi u lil partijiet oħra.

B8

Entità relatriċi tipikament hi esposta għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni ta’ entità oħra minħabba li tippossjedi strumenti (pereżempju ekwità jew strumenti ta’ dejn maħruġa mill-entità l-oħra) jew involviment ieħor li jassorbi l-varjabbiltà. Pereżempju, nassumu li entità strutturata jkollha portafoll ta’ self. L-entità strutturata tikseb swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu minn entità oħra (l-entità relatriċi) biex tipproteġi lilha nfisha mill-inadempjenza ta’ pagamenti ta’ interessi u ta’ kapital fuq id-djun. L-entità relatriċi għandha involviment li tesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax it-tpartit tal-inadempjenza ta’ kreditu jassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

B9

Xi strumenti huma mfassla biex jittrasferixxu r-riskju minn entità relatriċi għal entità oħra. Tali strumenti joħolqu varjabbiltà fir-ritorn għall-entità l-oħra iżda tipikament ma jesponux lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Pereżempju, nassumu li entità strutturata titwaqqaf biex tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment għal investituri li ma jixtiqux ikollhom skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (l-entità Z mhix relatata ma’ kwalunkwe parti involuta fl-arranġament). L-entità strutturata tikseb il-finanzjament billi toħroġ noti lil dawk l-investituri li huma marbuta mar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (noti konnessi mal-kreditu) u tuża r-rikavati biex tinvesti f’portafoll ta’ assi finanzjarji bla riskju. L-entità strutturata tikseb esponiment għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z billi tidħol fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS) ma’ kontroparti ta’ swap. Is-CDS tgħaddi r-riskju ta’ kreditu tal-entità Z lill-entità strutturata għal tariffa mħallsa mill-kontroparti ta’ swap. L-investituri fl-entità strutturata jirċievu redditi ogħla li jirrifletti kemm ir-redditu tal-entità strutturata mill-portafoll tal-assi tagħha kif ukoll id-dritt tas-CDS. Il-kontroparti tat-tpartit ma għandhiex involviment mal-entità strutturata li tesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax is-CDS tittrasferixxi l-varjabbiltà lill-entità strutturata, pjuttost milli tassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA FIL-QOSOR GĦAL SUSSIDJARJI, IMPRIŻI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI (IL-PARAGRAFI 12 U 21)

B10

Għal kull sussidjarja li għandha interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a)

dividends imħallsa lil interessi nonkontrollanti.

(b)

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-profitt jew it-telf u l-flussi tal-flus tas-sussidjarja li tippermetti lill-utenti jifhmu l-interess li għandhom interessi nonkontrollanti fl-attivitajiet u l-flussi tal-flus tal-grupp. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi iżda mhijiex limitata għal, pereżempju, assi kurrenti, assi mhux kurrenti, obbligazzjonijiet kurrenti, obbligazzjonijiet mhux kurrenti, dħul, profitt jew telf u introjtu totali komprensiv.

B11

L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B10(b) għandha tkun l-ammont qabel l-eliminazzjonijiet interkorporattivi.

B12

Għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li hi materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a)

dividendi rċevuti mill-impriża konġunta jew mill-kumpanija assoċjata.

(b)

informazzjoni finanzjarja fil-qosor għall-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (ara l-paragrafi B14 u B15) inkluż, iżda mhux neċessarjament limitat għal:

(i)

assi kurrenti.

(ii)

assi mhux kurrenti.

(iii)

obbligazzjonijiet kurrenti.

(iv)

obbligazzjonijiet mhux kurrenti.

(v)

dħul.

(vi)

profitt jew telf mill-operazzjonijiet kontinwi.

(vii)

profitt jew telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma jkomplux.

(viii)

introjtu komprensiv ieħor.

(ix)

introjtu komprensiv totali.

B13

Minbarra l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B12, entità għandha tiddivulga għal kull impriża konġunta li hi materjali għall-entità relatriċi l-ammont ta’:

(a)

flus u ekwivalenti ta’ flus inklużi fil-paragrafu B12(b)(i).

(b)

obbligazzjonijiet finanzjarji kurrenti (minbarra kummerċ u ammonti pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iii)

(c)

obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti (minbarra kummerċ u ammonti pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iv).

(d)

deprezzament u amortizzazzjoni.

(e)

introjtu mill-imgħax.

(f)

spiża tal-imgħax.

(g)

spiża jew introjtu mit-taxxa fuq l-introjtu.

B14

L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata skont il-paragrafi B12 u B13 għandha tkun l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (u mhux is-sehem tal-entità ta’ dawk l-ammonti). Jekk l-entità tieħu kont tal-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata bl-użu tal-metodu tal-ekwità:

(a)

l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu aġġustamenti mwettqa mill-entità fl-użu tal-metodu tal-ekwità, pereżempju aġġustamenti skont il-valur ġust imwettqa fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni u aġġustamenti għal differenzi f’politiki kontabilistiċi.

(b)

l-entità għandha tagħti rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata lill-ammont riportat tal-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata.

B15

Entità tista’ tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafi B12 u B13 abbażi tar-rapporti finanzjarji tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata jekk:

(a)

l-entità tkejjel l-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata skont il-valur ġust f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011); u

(b)

l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata ma tħejjix rapporti finanzjarji tal-IFRS u preparazzjoni fuq dik il-bażi ma tkunx prattikabbli jew twassal għal kost eċċessiv.

F’dak il-każ, l-entità għandha tiddivulga l-bażi li fuqha ġiet imħejjija l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor.

B16

Entità għandha tiddivulga, f'aggregat, l-ammont riportat tal-interessi tagħha fl-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati kollha individwalment immaterjali li tagħhom ittieħed kont bl-użu tal-metodu tal-ekwità. Entità għandha tiddivulga wkoll separatament l-ammont aggregat tas-sehem tagħha ta':

(a)

il-profitt jew it-telf minn operazzjonijiet li jkomplu ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(b)

il-profitt jew it-telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma jkomplux ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(c)

introjtu komprensiv ieħor ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati

(d)

introjtu komprensiv totali ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati

Entità għandha tagħti d-divulgazzjonijiet b'mod separat għall-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati.

B17

Meta l-interess ta’ entità f’sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata (jew sehem mill-interess tagħha f’impriża konġunta jew kumpanija assoċjata) jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-entità mhix meħtieġa li tiddivulga informazzjoni finanzjarja fil-qosor għal dik is-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata skont il-paragrafi B10-B16.

IMPENJI GĦAL IMPRIŻI KONĠUNTI (IL-PARAGRAFU 23(A))

B18

Entità għandha tiddivulga l-impenji kollha li għamlet imma li ma rrikonoxxietx fid-data tar-rapportar (inkluż is-sehem tagħha ta’ impenji magħmula b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta) relatati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti. Impenji huma dawk li jistgħu jirriżultaw fi ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur.

B19

Impenji mhux rikonoxxuti li jistgħu jirriżultaw fi ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur jinkludu:

(a)

impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ finanzjament jew riżorsi b’riżultat ta’, pereżempju:

(i)

ftehimiet dwar il-kostituzzjoni jew l-akkwiżizzjoni ta’ impriża konġunta (li, pereżempju, jeħtieġu li entità tikkontribwixxi fondi tul perjodu speċifiku).

(ii)

proġetti li jeħtieġu ħafna kapital imwettqa minn impriża konġunta.

(iii)

obbligi tax-xiri mhux kondizzjonali, li jinkludu akkwist ta’ apparat, inventarju jew servizzi li entità hi impenjata li tixtri minn, jew f'isem, impriża konġunta.

(iv)

impenji mhux rikonoxxuti għall-għoti ta’ self jew appoġġ finanzjarju ieħor lil impriża konġunta.

(v)

impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi lil impriża konġunta, pereżempju assi jew servizzi.

(vi)

impenji oħra mhux rikonoxxuti li ma jistgħux jitħassru b’rabta ma’ impriża konġunta.

(b)

impenji mhux rikonoxxuti għall-akkwiżizzjoni tal-interess proprjetarju ta’ parti oħra (jew sehem ta’ dak l-interess proprjetarju) f’impriża konġunta jekk avveniment partikolari jseħħ jew ma jseħħx fil-ġejjieni.

B20

Ir-rekwiżiti u l-eżempji fil-paragrafi B18 u B19 juru wħud mit-tipi ta’ divulgazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 18 tal-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI (IL-PARAGRAFI 24–31)

Entitajiet strutturati

B21

Entità strutturata hi entità li tfasslet sabiex drittijiet tal-vot jew simili ja jkunux il-fattur dominanti biex jiġi deċiż min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta kwalunkwe drittijiet tal-vot ikunu relatati ma’ kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jitmexxew permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

B22

Entità strutturata spiss ikollha wħud minn dawn il-karatteristiċi jew attribwiti li ġejjin jew kollha kemm huma:

(a)

attivitajiet ristretti.

(b)

għan ristrett u definit sew, pereżempju li tiffirma kuntratt ta’ kera li jiffranka t-taxxi, twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, tipprovdi sors ta’ kapital jew finanzjament lil entità jew tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lil investituri billi tgħaddi r-riskji u l-gwadanji assoċjati mal-assi tal-entità strutturata lill-investituri.

(c)

ekwità insuffiċjenti biex jippermetti lill-entità strutturata tiffinanzja l-attivitajiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat.

(d)

finanzjament fil-forma ta’ strumenti multipli konnessi kuntrattwalment ma’ investituri li joħolqu konċentrazzjonijiet ta’ kreditu jew riskji oħra (segmenti).

B23

Eżempji ta’ entitajiet li huma meqjusa bħala entitajiet strutturati jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

veikoli ta’ titolizzazzjoni.

(b)

finanzjamenti garantiti b’assi.

(c)

xi fondi tal-investiment.

B24

Entità li hi kkontrollata mid-drittijiet tal-vot mhijiex entità strutturata sempliċement għax, pereżempju, tirċievi finanzjament minn partijiet terzi wara ristrutturazzjoni.

Natura ta’ riskji minn interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29–31)

B25

Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 29–31, entità għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 24(b).

B26

Eżempji ta’ informazzjoni addizzjonali li, skont iċ-ċirkostanzi, jistgħu jkunu rilevanti għal valutazzjoni tar-riskji li entità tiġi esposta għalihom meta għandha interess f’entità strutturata mhux konsolidata huma:

(a)

it-termini ta’ arranġament li jista’ jeħtieġ li l-entità tagħti appoġġ finanzjarju lil entità strutturata mhux konsolidata (pereżempju arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi ta’ xiri ta’ assi tal-entità strutturata jew ta’ għoti ta’ appoġġ finanzjarju, inkluż:

(i)

deskrizzjoni ta’ avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf.

(ii)

jekk hemmx xi termini li jillimitaw l-obbligu.

(iii)

jekk hemmx xi partijiet oħra li jagħtu appoġġ finanzjarju u, jekk iva, kif l-obbligu tal-entità relatriċi tikklassifika ma’ dawk ta’ partijiet oħra.

(b)

telf magħmul mill-entità matul il-perjodu ta’ rapportar relatat mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(c)

it-tipi ta’ introjtu li l-entità rċeviet waqt il-perjodu ta’ rapportar mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(d)

jekk l-entità hix meħtieġa tassorbi t-telf ta’ entità strutturata mhux konsolidata qabel partijiet oħra, il-limitu massimu ta’ tali telf għall-entità, u (jekk ikunu rilevanti) il-klassifikazzjoni u l-ammonti ta’ telf potenzjali li jsofru partijiet li l-interessi tagħhom jikklassifikaw aktar ‘l isfel mill-interess tal-entità fl-entità strutturata mhux konsolidata.

(e)

informazzjoni dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ likwidità, garanziji jew impenji oħra ma’ terzi partijiet li jistgħu jaffettwaw il-valur ġust jew ir-riskju tal-interessi tal-entità f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(f)

kwalunkwe diffikultajiet li entità strutturata mhux konsolidata ġarrbet fil-finanzjament tal-attivitajiet tagħha waqt il-perjodu ta’ rapportar.

(g)

b'rabta mal-finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata, il-forom ta’ finanzjament (pereżempju kambjali jew noti ta’ terminu medju) u l-ħajja tagħhom skont il-medja peżata. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi analiżijiet tal-maturità tal-assi u finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata jekk l-entità strutturata għandha assi aktar fit-tul iffinanzjati minn finanzjament għal perjodu aktar qasir.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

C1

Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Tiġi permessa applikazzjoni aktar kmieni.

C2

Entità hija mħeġġa li tagħti informazzjoni meħtieġa skont dan l-IFRS aktar kmieni minn perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. L-għoti ta’ wħud mid-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS ma jobbligax lill-entità tikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-IFRS jew tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) kmieni.

REFERENZI GĦALL-IFRS 9

C3

Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda ma tapplikax għalissa l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

Appendiċi D

Emendi f’IFRSs oħra

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi emendi f’IFRSs oħra li huma konsegwenza tal-ħruġ mill-Bord tal-IFRS 12. Entità għandha tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 12 għal perjodu aktar kmieni, hi għandha tapplika l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni. Il-paragrafi emendati jintwerew bit-test ġdid b’linja taħtu u t-test imħassar ingassat.

IAS 1    Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

D1

Il-paragrafi 119 u 124 huma emendati u l-paragrafu 139H jiżdied kif ġej.

119

… Eżempju hu divulgazzjoni ta' jekk entità tapplikax il-valur ġust jew mudell tal-kost lil-proprjetà għall-investiment tagħha (ara l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment). Xi IFRSs jeħtieġu speċifkament divulgazzjoni dwar politiki kontabilistiċi partikolari, inklużi għażliet magħmula mill-maniġment bejn il-politiki differenti li jippermettu. …

124

Uħud mid-divulgazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 122 huma meħtieġa skont IFRSs oħra. Pereżempju l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra jeħtieġ li entità tiddivulga l-ġudizzji li għamlet fid-determinazzjoni ta’ jekk tikkontrollax entità oħra. L-IAS 40 jeħtieġ …

139H

L-IFRSs 10 u 12, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 4, 119, 123 u 124. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRSs 10 u 12.

IAS 24    Divulgazzjonijiet ta’ Partijiet Relatati

D2

Il-paragrafu 15 hu emendat u l-paragrafu 28A jiżdied kif ġej.

15

Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni ta’ relazzjonijiet tal-partijiet relatati bejn kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha hu minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 27 u l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

28A

L-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, il-paragrafi emendati 3, 9, 11(b), 15, 19(b) u (e) u 25. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 27

Rapporti Finanzjarji Separati

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi r-rekwiżiti tal-kontabilità u d-divulgazzjoni għall-investimenti f'sussidjarji, f'impriżi konġunti u f'kumpaniji assoċjati meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati.

AMBITU

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal investimenti f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew hija meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati.

3

Dan l-Istandard ma jesiġix liema entitajiet għandhom jipproduċu rapporti finanzjarji separati. Japplika meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

DEFINIZZJONIJIET

4

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

 

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp fejn l-assi, l-obbilgazzjonijiet, l-ekwità, id-dħul, l-infiq u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha jiġu ppreżentati bħal dawk ta’ entità ekonomika waħda.

 

Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn kumpanija prinċipali, (jiġifieri investitur li jikkontrolla sussidjarja) jew investitur b’kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment, li fiha l-investimenti jkunu kkontabilizzati fuq il-bażi tal-kost jew skont l-IFRS nru 9 Strumenti Finanzjarji.

5

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-Appendiċi A tal-IFRS nru 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Appendiċi A tal-IFRS nru 11 Arranġamenti Konġunti u l-paragrafu 3 tal-IAS nru 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti:

kumpanija assoċjata

kontroll ta’ entità li fiha jsir investiment

grupp

kontroll konġunt

impriża konġunta

imprenditur konġunt

kumpanija prinċipali

influwenza sinifikanti

sussidjarju.

6

Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati flimkien mar-rapporti finanzjarji konsolidati jew flimkien mar-rapporti finanzjarji li fihom investimenti f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jiġu kontabilizzati abbażi tal-metodu tal-ekwità, minbarra fiċ-ċirkustanzi stipulati fil-paragrafu 8. Rapporti finanzjarji separati ma għandhomx għalfejn jiġu mehmużin ma', jew jakkumpanjaw lil dawk ir-rapporti.

7

Dikjarazzjonijiet finanzjarji fejn jiġi applikat il-metodu tal-ekwità mhumiex rapporti finanzjarji separati. Bl-istess mod, ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li ma għandhiex sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess konġunt ta’ imprenditur f’impriża konġunta mhumiex rapporti finanzjarji separati.

8

Entità li hija eżentata skont il-paragrafu 4(a) tal-IFRS nru 10 mill-konsolidazzjoni jew mill-paragrafu 17 tal-IAS nru 28 (kif emendat fl-2011) milli tapplika l-metodu tal-ekwità tista' tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

TĦEJJIJA TA’ RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

9

Rapporti finanzjarji separati għandhom jitħejjew skont l-IFRS applikabbli kollha, għajr kif previst fil-paragrafu 10.

10

Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha takkonta għal investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati jew:

(a)

skont il-kost, jew

(b)

skont l-IFRS 9.

L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investmenti kontabilizzati skont il-kost għandhom ikunu kontabilizzati skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta jkunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ). Il-kejl tal-investimenti kontabilizzati skont l-IFRS 9 ma jinbidilx f’dawn iċ-ċirkostanzi.

11

Jekk entità tagħżel, skont il-paragrafu 18 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), biex tkejjel l-investimenti tagħha fil-kumpaniji assoċjati jew l-impriżi konġunti b'valur ġust permezz tal-profit jew it-telf skont l-IFRS 9, għandha wkoll tikkontabilizza dawk l-investimenti b'istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

12

Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata bi profit jew telf fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta jkun stabbilit id-dritt tagħha li tirċievi d-dividend.

13

Meta entita prinċipali tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha bl-istabbiliment ta’ entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-kumpanija prinċipali ġdida tikseb kontroll tal-kumpanija prinċipali oriġinali billi toħroġ strumenti tal-ekwità bi skambju mal-istrumenti tal-ekwità eżistenti tal-kumpanija prinċipali oriġinali;

(b)

l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-grupp il-ġdid u l-grupp oriġinali jkunu l-istess immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni; u

(c)

is-sidien tal-kumpanija prinċipali oriġinali qabel ir-riorganizzazzjoni jkollhom l-istess interess assolut u relattiv fl-assi netti tal-grupp oriġinali u l-grupp il-ġdid immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni,

u l-kumpanija prinċipali l-ġdida tikkontabilizza l-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 10(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali l-ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum fil-kotba tas-sehem tagħha mill-entrati ta’ ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni.

14

Bl-istess mod, entità li ma tkunx prinċipali jista' jkun li tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 13. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 13 japplikaw bl-istess mod għal dawn ir-riorganizzazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, ir-riferenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u l-“grupp oriġinali” huma għall-“entità oriġinali”.

DIVULGAZZZJONI

15

Entità għandha tapplika l-IFRSs applikabbli kollha meta tipprovdi divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, fosthom ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16 u 17.

16

Meta kumpanija prinċipali, skont il-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10, tagħżel li ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati u minflok tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha tiddivulga f'dawk ir-rapporti finanzjarji separati:

(a)

il-fatt li r-rapporti finanzjarji huma rapporti finanzjarji separati; li ġiet użata l-eżenzjoni mill-konsolidament; l-isem u l-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, jekk differenti) tal-entità li r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju ġew prodotti għal użu pubbliku; u l-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu dawk ir-rapporti finanzjarji konsolidati.

(b)

lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i)

l-isem ta’ dawk il-kumpaniji li jkollha investiment fihom.

(ii)

il-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk differenti) ta’ dawk il-kumpaniji li jkollha investiment fihom.

(iii)

il-propozjon tagħha mis-sjieda (u l-proporzjon tagħha mid-drittijiet ta’ vot, jekk differenti) li jkollha f'dawk il-kumpaniji fejn ikollha investiment.

(c)

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

17

Meta kumpanija prinċipali (għajr kumpanija prinċipali koperta bil-paragrafu 16) jew investitur b'kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, kumpaniji fejn ikollu investiment iħejju rapporti finanzjarji separati, il-kumpanija oriġinali jew l-investitur għandu jidentifika r-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) li jkunu relatati magħhom. Il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandhom ukoll jiddivulgaw fir-rapporti finanzjarji separati tagħhom:

(a)

il-fatt li r-rapporti huma rapporti finanzjarji separati u r-raġunijiet għaliex dawk ir-rapporti huma mħejjija jekk mhux rikjest mil-liġi.

(b)

lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i)

l-isem ta’ dawk il-kumpaniji li jkollhom investiment fihom.

(ii)

il-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk differenti) ta’ dawk il-kumpaniji li jkollhom investiment fihom.

(iii)

il-proporzjon tagħhom mis-sjieda (u l-proporzjon tagħhom mid-drittijiet ta’ vot, jekk differenti) li jkollu f'dawk il-kumpaniji fejn ikollu investiment.

(c)

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

Il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandhom ukoll jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) li magħhom huma relatati.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

18

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel din id-data. Jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel, għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 Divulgar ta’ Interessi f'Entitajiet Oħra u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess waqt.

Referenzi għall-IFRS 9

19

Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TAL-IAS 27 (2008)

20

Dan l-Istandard qed jinħareġ flimkien mal- IFRS 10. Flimkien, dawn iż-żewġ IFRSs jieħdu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendati fl-2008).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 28

Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontabilità għall-investimenti f'kumpaniji assoċjati u li jistipula r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità meta jiġu kkontabilizzati l-investimenti f'kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti

AMBITU

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li huma investituri b'kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment

DEFINIZZJONIJIET

3

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

 

Kumpanija assoċjata hija entità li fuqha l-investitur ikollu influwenza sinifikanti.

 

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom, l-assi, l-obbigazzjonijiet, l-ekwità, id-dħul, l-infiq u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

 

Il-metodu tal-ekwità huwa metodu tal-kontabilità li bih l-investiment jiġi inizjalment rikonoxxut mal-kost u minn hemm 'il quddiem aġġustat għall-bidla ta’ wara l-akkwist fis-sehem tal-investitur fl-assi netti tal-entità li fiha jsir investiment. Il-profitt jew it-telf tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mill-profitt jew mit-telf tal-entità li fiha jsir investiment u d-dħul komprensiv ieħor tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mid-dħul komprensiv ieħor tal-entità li fiha jsir investiment.

 

Arranġament konġunt huwa arranġament li fih żewġ partijiet jew iktar ikollhom kontroll konġunt.

 

Kontroll konġunt hu l-kondiviżjoni tal-kontroll bi ftehim kuntrattwali fuq arranġament, li jeżisti biss meta d-deċiżjonijiet dwar attivitajiet rilevanti jkunu jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

 

Impriża konġunta hija arranġament konġunt fejn il-partijiet li jkollhom kontroll konġunt fuq l-arranġament ikollhom drittijiet fuq l-assi netti tal-arranġament.

 

Imprenditur konġunt huwa parti f'impriża konġunta li jkollha kontroll konġunt fuq dik l-impriża konġunta.

 

Influwenza sinifikanti hija s-setgħa li wieħed jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità li fiha jsir investiment iżda mhix il-kontroll jew il-kontroll konġunt ta’ dawk il-politiki.

4

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fil-paragrafu 4 tal-IAS Rapporti Finanzjarji Separati u fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-IFRSs li fihom huma ddefiniti:

Kontroll ta’ entità li fiha jsir investiment

grupp

kumpanija prinċipali

rapporti finanzjarji separati

sussidjarja.

INFLUWENZA SINIFIKANTI

5

Jekk entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ 20 fil-mija jew aktar tas-setgħa tal-vot tal-entità li fiha jsir l-investiment, jiġi preżunt li l-entità għandha influwenza sinifikanti, sakemm ma jkunx jista' jintwera b'mod ċar li dan mhuwiex il-każ. Min-naħa l-oħra, jekk l-entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ inqas minn 20 fil-mija tas-setgħa tal-vot tal-entità li fiha jsir l-investiment, huwa preżunt li l-entità ma għandhiex influwenza sinifikanti, sakemm din l-influwenza ma tkunx tista' tintwera b'mod ċar. Sjieda sostanzjali jew maġġoritarja minn investitur ieħor mhux bilfors timpedixxi lil xi entità milli jkollha influwenza sinifikanti.

6

L-eżistenza ta’ influwenza sinifikanti minn entità hija normalment evidenzjata f'wieħed jew f'aktar mill-modi li ġejjin:

(a)

rappreżentanza fil-bord tad-diretturi jew fil-korp tat-tmexxija ekwivalenti tal-entità li fiha jsir l-investiment;

(b)

parteċipazzjoni fil-proċessi tat-tfassil tal-politika, inkluża l-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet dwar id-dividendi jew distribuzzjonijiet oħra;

(c)

tranżazzjonijiet materjali bejn l-entità u l-entità li fiha tkun qed tinvesti;

(d)

skambju ta’ persunal maniġerjali; jew

(e)

l-għoti ta’ informazzjoni teknika essenzjali.

7

Entità jista’ jkollha ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet ta’ xiri ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew ekwità li jistgħu jiġu kkonvertiti f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li jkollhom il-potenzjal, jekk eżerċitat jew konvertit, li jagħtu lill-entità setgħa addizzjonali ta’ vot jew li jnaqqsu s-setgħa ta’ vot ta’ parti oħra fuq il-politiki finanzjarji u operattivi ta’ entità oħra (i.e. drittijiet potenzjali ta’ vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li attwalment jistgħu jiġu eżerċitati jew jiġu konvertiti, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot li jkunu għand entitajiet oħra, jitqiesu meta jiġi evalwat jekk entità għandhiex influwenza sinifikanti. Drittijiet potenzjali tal-vot ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti fil-preżent meta pereżempju ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ avveniment futur.

8

Fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwixxux għal influwenza sinifikanti, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini ta’ tħaddim tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor kemm jekk ikkunsidrati individwalment jew flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali, għajr l-intenzjonijiet tal-maniġment u tal-abbiltà finanzjarja li jiġu eżerċitati jew ikkonvertiti dawk id-drittijiet potenzjali.

9

Entità titlef influwenza sinifikanti fuq l-entità li fiha jsir investiment meta titlef is-setgħa li tipparteċipa fid-deċiżjonijiet politiki finanzjarji u operattivi tal-entità li fiha jsir l-investiment. It-telf ta’ influwenza sinifikanti jista' jseħħ bi jew mingħajr tibdil fil-livelli assoluti jew relattivi ta’ sjieda. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta kumpanija assoċjata ssir soġġetta għall-kontroll ta’ gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista' jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ arranġament kuntrattwali.

METODU TAL-EKWITÀ

10

Skont il-metodu tal-ekwità, mar-rikonoxximent inizjali l-investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi rrikonoxxut mal-kost u l-ammont miżmum fil-kotba jiġi miżjud jew imnaqqas sabiex jiġi rrikonoxxut is-sehem, wara d-data tal-akkwist, tal-investitur fil-profitt jew fit-telf ta’ dik l-entità li jsir investiment fiha. Is-sehem tal-investitur fil-profitt jew fit-telf tal-entità li fiha jsir l-investiment huwa rikonoxxut fil-profitt jew it-telf tal-investitur. Id-distribuzzjonijiet li jitqassmu minn entità li fiha jsir investiment inaqqsu l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment. Aġġustamenti fl-ammont miżmum fil-kotba jistgħu wkoll ikunu meħtieġa minħabba tibdiliet fl-interess proporzjonat tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment u li jirriżultaw minn tibdiliet fid-dħul komprensiv ieħor tal-entità li fiha jsir l-investiment. Dawn it-tibdiliet jinkludu dawk li jirriżultaw minn rivalutazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir u minn differenzi fil-qlib tal-kambju barrani. Is-sehem tal-investitur minn dawk it-tibdiliet huwa rikonoxxut fid-dħul komprensiv ieħor tal-investitur (ara IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji).

11

Ir-rikonoxximent tad-dħul abbażi tad-distribuzzjonijiet imqassma jista' ma jkunx kejl adegwata tad-dħul ggwadanjat minn investitur fuq investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta minħabba li d-distribuzzjonijiet imqassma jista' jkun li ftit li xejn ikollhom relazzjoni mal-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Minħabba li l-investitur għandu kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija li fiha jsir investiment, l-investitur għandu interess fil-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta u, b'riżultat ta’ dan, fuq ir-redditu fuq l-investiment tagħha. L-investitur jikkontabilizza dan l-interess billi jestendi l-ambitu tar-rapporti finanzjarji tiegħu sabiex jinkludu s-sehem tiegħu fil-profitti jew it-telf ta’ din il-kumpanija li fiha jsir investiment. B'konsegwenza, l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jipprovdi rappurtar aktar informattiv tal-assi u l-profitt jew it-telf netti tal-investitur.

12

Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali għall-vot jew derivattivi oħra li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, l-interess ta’ entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi stabbilit biss fuq il-bażi tal-interessi tal-sjieda eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċitar jew il-konverżjoni possibbli ta’ drittijiet potenzjali għall-vot u strumenti derivattivi oħra, sakemm ma japplikax il-paragrafu 13.

13

F'xi ċirkustanzi, entità jkollha, fis-sustanza, sjieda eżistenti b'riżultat ta’ tranżazzjoni li attwalment tagħtiha aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess ta’ sjieda. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-proporzjon allokat lill-entità jiġi dditerminat billi jitqies l-eżerċitar eventwali ta’ dawn id-drittijiet potenzajli tal-vot u strumenti derivattivi oħra li attwalment jagħtu lill-entità aċċess għar-redditi.

14

L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji ma japplikax għal interessi f'kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali ta’ vot fis-sustanza jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess ta’ sjieda f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, l-istrumenti ma jkunux soġġetti għall-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali ta’ vot f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huma kontabilizzati skont l-IFRS 9.

15

Sakemm investiment, jew parti minn investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont l-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-investiment, jew kwalunkwe interess miżmum fl-investiment, mhux ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ għandu jiġi kklassifikat bħala assi mhux kurrenti.

APPLIKAZZJONI TAL-METODU TAL-EKWITÀ

16

Entità b'kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment għandha tikkontabilizza l-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-metodu tal-ekwità meta dak l-investiment jikkwalifika għal eżenzjoni skont il-paragrafi 17-19.

Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità

17

Entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-metodu tal-ekwità għall-investimenti tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jekk l-entità hija kumpanija prinċipali li hija eżentata milli tħejji rapporti finanzjarji konsolidati permezz tal-eżenzjoni mill-ambitu fil-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10 jew jekk applika dan li ġej kollu:

(a)

L-entità hija sussidjarja posseduta totalment, jew hija sussidjarja posseduta parzjalment ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra tagħha, inklużi dawk mhux intitolati li jivvutaw b'mod ieħor, ikunu ġew infurmati u ma joġġezzjonawx għall-fatt li l-entità ma tapplikax il-metodu tal-ekwità.

(b)

L-istrumenti tad-dejn u l-ekwità tal-entità mhumiex innegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew f'suq barra l-borża, inklużi swieq lokali u reġjonali).

(c)

L-entità ma ppreżentax, u lanqas ma hi fil-proċess li tippreżenta, ir-rapporti finanzjarji tagħha lil xi kummissjoni tat-titoli jew xi organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li tinħareġ kwalunkwe klassi ta’ strumenti f’suq pubbliku.

(d)

Il-kumpanija prinċipali aħħarija jew kwalunkwe kumpanija prinċipali intermedja tal-entità tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku li jkunu jikkonformaw mal-IFRSs.

18

Meta investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun f'idejn, jew indirettament f'idejn xi ħadd permezz ta’ entità li tkun organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, l-entità tista' tagħżel li tkejjel l-investiment f'dawn il-kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti b'valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9.

19

Meta entità jkollha investiment f'kumpanija assoċjata, li parti minnha tkun indirettament f'idejn xi ħadd permezz ta’ organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, l-entità tista' tagħżel li tkejjel il-parti tal-investiment fil-kumpanija assoċjata b'valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9 irrispettivement minn jekk l-organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust u entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, ikollhiex influwenza sinifikanti fuq dik il-parti tal-investiment. Jekk entità tagħmel dik l-għażla, l-entità għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal kwalunkwe parti li jibqa' tal-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata li mhijiex f'idejn xi ħadd permezz ta’ organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment.

Klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ

20

Entità għandha tapplika l-IFRS 5 għal investiment, jew parti minn investiment, f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tilħaq il-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ. Kwalunkwe parti miżmuma ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li ma ġiex ikklassifikat bħala miżmum għal bejgħ għandha tiġi kkontabilizzata permezz tal-metodu tal-ekwità sakemm iseħħ id-disponiment tal-parti kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ Wara d-disponiment, l-entità għandha tikkontabilizza kwalunkwe interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta skont l-IFRS 9 sakemm l-interess miżmum ma jkunx għadu kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, f'liema każ l-entità tuża l-metodu tal-ekwità.

21

Meta investiment, jew parti minn investiment, f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta preċedentement ikklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji biex jibqa' kklassifikat hekk, għandu jiġi kkontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità sa mid-data tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala miżmum għall-bejgħ. Ir-rapporti finanzjarji għall-perijodi sa mill-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ għandhom jiġu emendati kif jixraq.

Twaqqif tal-użu tal-metodu tal-ekwità

22

Entità għandha tieqaf tuża l-metodu tal-ekwità mid-data meta l-investiment tagħha ma jibqax kumpanija assoċjata jew impriża konġunta kif ġej:

(a)

Jekk l-investiment isir kumpanija sussidjarja, l-entità għandha tikkontabilizza l-investiment tagħha skont l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji u l-IFRS 10.

(b)

Jekk l-interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew fl-impriża konġunta preċedenti huwa assi finanzjarju, l-entità għandha tkejjel l-interess miżmum b'valur ġust. Il-valur ġust tal-interess miżmum għandu jitqies bħala l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali bħala assi finanzjarju skont l-IFRS 9. L-entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe differenza bejn:

(i)

il-valur ġust ta’ kwalunkwe interess miżmum u kwalunkwe rikavat mid-disponiment ta’ interess parzjali fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta; u

(ii)

l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fid-data li twaqqaf il-metodu tal-ekwità.

(c)

Meta entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikkontabilizza l-ammonti kollha preċidentament rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dak l-investiment fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-entità li fiha sar investiment iddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

23

Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf li kien preċidentament rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mill-entità li fiha jsir investiemnt jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, l-entità tikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew it-telf minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid), meta jitwaqqaf il-metodu tal-ekwità. Pereżempju, jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandha differenzi tal-kambju kumulattivi marbuta ma’ operat barrani u l-entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li kien preċidentament rikonoxxut fi dħul komplessiv ieħor b'rabta mal-operat barrani.

24

Jekk investiment f'kumpanija assoċjata jsir investiment f'impriża konġunta jew investiment f'impriża konġunta jsir investiment f'kumpanija assoċjata, l-entità tibqa' tapplika l-metodu tal-ekwità u ma tkejjilx mill-ġdid l-interess miżmum.

Tibdiliet fl-interessi tas-sjieda

25

Jekk jonqos l-interess tas-sjieda ta’ entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, iżda l-entità tkompli tapplika l-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew telf li preċidentament kien rikonoxxut bħala dħul komprensiv ieħor marbut mat-tnaqqis fl-interss tas-sjieda jekk il-qligħ jew it-telf ikun jeħtieġu li jiġi kklassifikati mill-ġdid fi profit jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

Proċeduri tal-metodu tal-ekwità

26

Ħafna mill-proċeduri li huma xierqa għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma simili għall-proċeduri tal-konsolidazzjoni deskritti fl-IFRS 10. Barra minn hekk, il-kunċetti li fuqhom huma bbażati l-proċeduri użati fil-kontabilità għall-akkwist ta’ kumpanija sussidjarja huma adottati wkoll fil-kontabilità għall-akkwist ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta.

27

Sehem ta’ grupp f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont aggregat tal-holdings f'dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta mill-kumpanija prinċipali u mis-sussidjarji tagħha. Il-holdings tal-kumpaniji assoċjati l-oħra jew tal-impriżi konġunti l-oħra tal-grupp jiġu injorati għal dan l-iskop. Meta kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkollha sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti, il-profitt jew it-telf, dħul komprensiv ieħor u l-assi netti meqjusa fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma dawk rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji assoċjati jew tal-impriżi konġunti (inkluż is-sehem mill-profitt jew mit-telf tal-kumpaniji assoċjati jew tal-impriżi konġunti tagħha), wara kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa sabiex jiddaħħlu fis-seħħ politiki ta’ kontabilità uniformi (ara l-paragrafi 35 u 36).

28

Qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ‘upstream‧ u ‘downstream‧ bejn entità (inklużi s-sussidjarji konsolidati tagħha) u kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tagħha huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-entità biss sa fejn jidħlu interessi mhux relatati tal-investituri f'dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Tranżazzjonijiet ‘upstream’ huma, pereżempju, bejgħ ta’ assi minn kumpanija assoċjata jew impriża konġunta lill-investitur. Tranżazzjonijiet ‘downstream’ huma, pereżempju, bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi mill-investitur lill-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tagħha. Is-sehem tal-investitur fil-qligħ jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet huwa eliminat.

29

Meta t-tranżazzjonijiet downstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli nett tal-assi li għandhom jinbigħu jew jiġi kkontribwiti, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ mill-investitur. Meta t-tranżazzjonijiet upstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli nett tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, l-investitur għandu jirrikonoxxi sehmu minn dak it-telf.

30

Il-kontribuzzjoni ta’ assi mhux monitarji lill-kumpanija assoċjata jew kumpanija konġunta bi skambju ma’ interess ta’ ekwità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta għandha tiġi kontabilizzata skont il-paragrafu 28, għajr meta kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, kif inhu deskritt dak il-terminu fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir. Jekk din il-kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, il-qligħ jew it-telf jitqies bħala mhux realizzat u ma jiġix rikonoxxut sakemm ma japplikax ukoll il-paragrafu 31. Dawn il-qligħ u telf mhux realizzati għandhom jiġu eliminati mal-investiment ikkontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità u ma għandhomx jiġu ppreżentat bħala qligħ jew telf iddeferit fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja l-entità jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità fejn l-investimenti huma kkontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità.

31

Jekk, flimkien ma’ interess f'ekwità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, entità tirċievi wkoll assi monetarji jew mhux monetarji, l-entità tirrikonoxxi bis-sħiħ fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew it-telf fuq il-kontribuzzjoni mhux monetarja marbuta mal-assi monetarji jew mhux monetarji li tkun irċiviet.

32

Investiment huwa kontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità mid-data li dan issir kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Mal-akkwist tal-investiment, kwalunkwe differenza bejn il-kost tal-investiment u s-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-kumpanija li fiha jsir investiment, hija kkontabilizzata kif ġej:

(a)

Avvjament marbut ma’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta hu inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment. Mhix permezza amortizzazzjoni ta’ dak l-avvjament.

(b)

Kwalunkwe eċċess tas-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-kumpanija li fiha jsir investiment fuq il-kost tal-investiment huwa inkluż fid-determinazzjoni tas-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta fil-perijodu li fih l-investiment kien akkwistat.

Aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitti jew telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni għandhom isiru sabiex jitqies, pereżempju d-deprezzament tal-assi abbażi tal-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Bl-istess mod, aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni għandhom isiru għal telf ta’ indeboliment, bħal mhu għal avvjament jew proprjetà, impjanti u tagħmir.

33

L-aktar rapporti finanzjarji reċenti disponibbli tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huma użati mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-entità jkun differenti minn dak tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta jħejju, għall-użu tal-entità, rapporti finanzjarji mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan.

34

Meta, b'konformità mal-paragrafu 33, ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jitħejjew minn data differenti minn dik użata mill-entità, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-entità. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta u dak tal-entità ma għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perijodi tar-rappurtaġġ u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perjodi tar-rappurtaġġ għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

35

Ir-rapporti finanzjarji tal-entità għandhom jitħejjew billi jintużaw politiki tal-kontabilità uniformi għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f'ċirkustanzi simili.

36

Jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tuża politiki tal-kontabilità differenti minn dawk tal-entità għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f’ċirkustanzi simili, għandhom isiru aġġustamenti sabiex il-politiki tal-kontabilità tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta jinġiebu konformi ma’ dawk tal-entità meta jintużaw ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta mill-entità meta tapplika l-metodu tal-ekwità.

37

Jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li huma miżmuma minn partijiet oħra apparti l-entità u huma kklassifikati bħala ekwità, l-entità għandha tikkalkula s-sehem tagħha mill-profitti jew it-telf wara li jsir aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, kemm jekk id-dividendi jkunu ġew iddikjarati kemm jekk le.

38

Jekk is-sehem ta’ entità mit-telf ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun daqs jew ikun aktar mill-interess tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, l-entità ma tibqax tirrikonoxxi s-sehem tagħha minn telf ulterjuri. L-interess f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta skont il-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe interess fit-tul li, fis-sustanza, jifforma parti mill-investiment nett tal-entità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Pereżempju, entrata li s-saldu tagħha mhuwiex ippjanat u x'aktarx lanqas li ser iseħħ fil-futur qarib, fis-sustanza hi estensjoni tal-investiment tal-entità f'dik il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.. Dawn l-entrati jistgħu jinkludu ishma privileġġjati u riċevibbli jew selfiet fit-tul, iżda ma jinkludux riċevibbli kummerċjali, pagabbli kummerċjali jew kwalunkwe riċevibbli fit-tul li għalihom jeżisti kollateral adegwat, bħal self garantit. Telf rikonoxxut skont il-metodu tal-ekwità li jkun aktar mill-investiment tal-entità f'ishma ordinarji huwa applikat għall-komponenti l-oħra tal-interess tal-entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta f'ordni bir-rivers tas-sinjorità tagħhom (i.e. prijorità fil-likwidazzjoni).

39

Wara li l-interess tal-entità jitnaqqas għal żero, jiġi indirizzat telf addizzjonali, u tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni, sal-punt biss li l-entità tkun ġarrbet obbligazzjonijiet legali jew kostruttivi jew għamlet pagamenti f'isem il-kumpanija assoċjata jew l-impriza konġunta. Jekk sussegwentament, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tirrapporta profitti, l-entità tassumi mill-ġdid is-sehem tagħha minn dawn il-profitti biss wara li s-sehem tagħha mill-profitti jkun ugwali għas-sehem ta’ telf mhux rikonoxxut.

Telf minn indeboliment

40

Wara l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità, fosthom ir-rikonoxximent tat-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta skont il-paragrafu 38, l-entità tapplika l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl biex jiġi ddeterminat jekk hux meħtieġ li jiġi rrikonoxxut xi telf minn indeboliment ieħor fir-rigward tal-investment nett tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.

41

L-entità tapplika wkoll l-IAS 39 sabiex tiddetermina jekk xi telf minn indeboliment ieħor huwiex rikonoxxut fir-rigward tal-interess tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta li ma tikkostitwixxix parti mill-investiment nett u l-ammont ta’ dak it-telf minn indeboliment.

42

Peress li l-avvjament li jifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża kopnġunta mhux rikonoxxut separatament, mhuwiex ittestjat għal indeboliment separatament bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-avvjament għal indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-investiment jiġi ttestjat għall-indeboliment skont l-IAS 36 bħala assi wieħed, billi jitqabbel l-ammont tiegħu li jista’ jiġi rkuprat (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust li minnhom jitnaqqas il-kost tal-bejgħ) mal-ammont tiegħu miżmum fil-kotba, kull meta l-applikazzjoni tal-IAS 39 tindika li l-investiment jista’ jkun indebolit. Telf minn indeboliment rikonoxxut f’dawk iċ-ċirkostanzi ma jiġi allokat għal ebda assi, inkluż l-avvjament, li jifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Għalhekk, kwalunkwe treġġigħ lura ta’ dak it-telf minn indeboliment huwa rrikonoxxut skont l-IAS 36 sal-punt li l-ammont li jista’ jiġi rkuprat mill-investiment, sussegwentement jiżdied. Fl-istabbiliment tal-valur tal-użu tal-investiment, entità testima:

(a)

is-sehem tagħha mill-valur attwali tal-flussi tal-flus futuri estimati li huma mistennija jiġu ġġenerati mill-kumpanija assoċjata jew mill-impriża konġunta, inklużi l-flussi tal-flus minn operazzjonijiet tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta u r-rikavat mid-disponiment finali tal-investiment; jew

(b)

il-valur attwali tal-flussi tal-flus futuri estimati li huma mistennija li joriġinaw minn dividendi li għandhom jaslu mill-investiment u mid-disponiment finali tiegħu.

Permezz ta’ suppożizzjonijiet xierqa, iż-żewġ metodi jagħtu l-istess riżultat.

43

L-ammont li jista' jiġi rkuprat ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi vvalutat għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, sakemm il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġuta ma tiġġenerax flussi ta’ flus, billi tkompli tużah, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma indipendenti minn dawk ta’ assi oħra tal-entità.

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

44

Investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi kkontabilizzat fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

45

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, l-IFRS 12 Divulgar ta’ Interessi f'Entitajiet Oħra u l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

Referenzi għall-lFRS 9

46

Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39.

IRTIRAR TAL-IAS 28 (2003)

47

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati (kif revedut fl-2003).